EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9406(01)

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9406 — Lone Star — Stark Group/Saint-Gobain BDD) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 266, 8.8.2019, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9406 — Lone Star — Stark Group/Saint-Gobain BDD)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 266/04)

1.   

Fl-14 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Lone Star (tal-Istati Uniti tal-Amerika), li taġixxi permezz ta’ Stark Group Holding Germany GmbH (“Stark”, tal-Ġermanja); u

Saint-Gobain Building Distribution Deutschland GmbH (“SGBDD”, tal-Ġermanja), li tappartjeni għall-Compagnie de Saint-Gobain S.A. (Franza).

Lone Star, permezz tas-sussidjarja tagħha Stark, takkwista l-kontroll, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ta’ SGBDD kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

In-notifika kienet iddikjarata li mhux kompluta fis-27 ta’ Ġunju 2019. Wara li kienet ippreżentata informazzjoni addizzjonali, in-notifika saret kompluta fis-sens tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fil-31 ta’ Lulju 2019.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Lone Star hija ditta ta’ ekwità privata li tinvesti mad-dinja kollha fil-proprjetà privata, l-ekwità, il-kreditu u assi finanzjarji oħra, u li tikkontrolla lil Stark, kumpanija attiva fid-distribuzzjoni ta’ materjal għall-bini kif ukoll lil Xella (il-Ġermanja), manifattur ta’ ċerti materjali għall-bini;

SGBDD hija kummerċjant tal-materjali tal-bini li tħaddem network ta’ ħwienet fiżiċi fil-Ġermanja u tbigħ l-aktar prodotti ta’ terzi persuni lill-kumpaniji tal-kostruzzjoni u, sa ċertu punt limitat, lill-konsumaturi privati u tad-DIY.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9406 — Lone Star — Stark Group/Saint-Gobain BDD

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top