EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9371

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9371 — DSV/Panalpina Welttransport) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 232, 10.7.2019, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9371 — DSV/Panalpina Welttransport)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 232/10)

1.   

Fit-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

DSV A/S (“DSV”, id-Danimarka),

Panalpina Welttransport Holding AG ("Panalpina", l-Iżvizzera)

DSV takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Panalpina kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-1 t’April 2019.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Għal DSV: dispożizzjonijiet għal servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija għal servizzi ta’ spedizzjoni bl-art, bl-ajru u bil-baħar u ta’ loġistika tal-kuntratti. DSV toffri servizzi ta’ twassil tal-merkanzija bieb bieb għan-negozji.

—   għal Panalpina: dispożizzjoni għal servizzi ta’ spedizzjoni għan-negozji u tiffoka fuq servizzi ta’ spedizzjoni bl-art, bl-ajru u bil-baħar u ta’ servizzi ta’ loġistika tal-kuntratti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9371 — DSV/Panalpina Welttransport

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top