Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9285

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9285 — SEGRO/PSPIB/Oignies Site) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 79, 4.3.2019, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 79/8


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9285 — SEGRO/PSPIB/Oignies Site)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2019/C 79/05)

    1.   

    Fil-25 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifka ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit),

    Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada),

    Oignies Site (Franza).

    SEGRO u PSPIB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Oignies Site kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-assi u l-iżvilupp ta’ mħażen moderni u proprjetajiet industrijali ħfief li jinsabu madwar il-konurbazzjonijiet ewlenin u f’ċentri ewlenin tat-trasport f’għadd ta’ pajjiżi tal-UE,

    —   PSPIB: investiment tal-kontribuzzjonijiet netti għall-fondi tal-pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku federali, tal-Forzi Armati Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. PSPIB tiġġestixxi portafoll dinji diversifikat inklużi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat;

    —   Oignies Site: maħżen fuq medda ta’ 34 393 m2 f’Oignies (20 km fin-Nofsinhar ta’ Lille, Franza), mibni fl-2010 u mikri lil Condi Services, waħda mill-fornituri ta’ loġistika lil terzi persuni għal-loġistika tal-kummerċ elettroniku ta’ Leroy Merlin.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9285 — SEGRO/PSPIB/Oignies Site

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top