Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9245

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9245 — BAC/Marriott/Airhotel BVBA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 39, 1.2.2019, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/23


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9245 — BAC/Marriott/Airhotel BVBA)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2019/C 39/15)

    1.   

    Fil-25 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Brussels Airport Company NV (“BAC”, il-Belġju), ikkontrollata b’mod konġunt minn Ontario’s Teachers Pension Plan (il-Kanada), Macquarie Group (l-Awstralja) u La Société Fédérale de Participations et d’Investissement/De Federale Participatie- en Investeringsmaatschappij (“SFPI/FPIM”, il-Belġju),

    Marriott International, Inc. (“Marriott”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    Airhotel Belgium BVBA (“AirHotel”, il-Belġju), li hija s-sid tal-lukanda Sheraton Brussels Airport.

    BAC u Marriott jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-lukanda Sheraton Brussels Airport.

    Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ftehim ta’ ġestjoni tal-lukanda li kien jeżisti qabel.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   BAC: is-sid u l-operatur tal-Ajruport ta’ Brussell, ajruport internazzjonali li jinsab f’Zaventem, il-Belġju,

    —   Marriott: kumpanija diversifikata ta’ ospitalità, li taġixxi bħala maniġer u franchisor ta’ lukandi u proprjetajiet ta’ timeshare,

    —   Airhotel: is-sid tax-Sheraton Brussels Airport, lukanda li tinsab fis-sit tal-Ajruport ta’ Brussell.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9245 — BAC/Marriott/Airhotel BVBA

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top