This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9218
Prior notification of a concentration (Case M.9218 — CVC Capital Partners/K3) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9218 — CVC Capital Partners/K3) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9218 — CVC Capital Partners/K3) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 18, 15.1.2019, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/40 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9218 — CVC Capital Partners/K3)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 18/06)
1.
Fil-21 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”) (il-Lussemburgu), |
— |
Ahlsell AB (“K3”) (l-Isvezja). |
CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Ahlsell AB kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-11 ta’ Diċembru 2018.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— CVC: CVC u/jew is-sussidjarji tagħha jiġġestixxu fondi u pjattaformi ta’ investiment,
— Ahlsell AB (K3): distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut ta’ prodotti ta’ installazzjoni li huma fil-kategoriji li ġejjin: tisħin, ventilazzjoni, arja kundizzjonata u sistemi tal-ilma, elettriku, u għodod u provvisti.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9218 — CVC Capital Partners/K3
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).