Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9169

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9169 — Caisse des dépôts et consignations/Swiss Life/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 31, 25.1.2019, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/10


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9169 — Caisse des dépôts et consignations/Swiss Life/JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2019/C 31/10)

    1.   

    Fis-17 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Il-Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza),

    Swiss Life REIM, li tappartjeni għall-grupp Swiss Life (“Swiss Life”, l-Iżvizzera),

    il-Mira (il-joint venture, “JV”, Franza).

    Il-CDC u Swiss Life jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   CDC: stabbiliment pubbliku li jwettaq attivitajiet ta’ interess ġenerali, li partikolarment jikkonsistu fil-ġestjoni ta’ fondi privati li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jixtiequ jipprovdu protezzjoni partikolari, u attivitajiet miftuħin għall-kompetizzjoni fis-setturi tal-ambjent, tal-proprjetà immobbli, tal-investiment u tal-kapital ta’ investiment kif ukoll tas-servizzi;

    —   Swiss Life: joffri lill-klijenti privati u lill-impriżi, konsulenza dinjija kif ukoll firxa wiesgħa ta' prodotti fis-setturi tal-ħarsien mir-riskju u tal-assikurazzjoni tal-ħajja, permezz tan-network tiegħu ta' aġenti, sensara u banek;

    —   il-JV: proprjetà immobbli li trid tinbena għall-użu ta’ istituzzjoni tas-saħħa li tinsab fi Bracon (id-dipartiment ta’ Jura, Franza), soġġetta għal kuntratt ta’ kera fl-istat futur ta’ tlestija.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Dawn il-kummenti jridu li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

    M.9169 — Caisse des dépôts et consignations/Swiss Life/JV

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    Commission européenne

    Direction générale de la concurrence

    Greffe des concentrations

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top