This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9130
Prior notification of a concentration (Case M.9130 — Société Générale/Commerzbank EMC Business) (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9130 — Société Générale/Commerzbank EMC Business) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9130 — Société Générale/Commerzbank EMC Business) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 18, 15.1.2019, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/42 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9130 — Société Générale/Commerzbank EMC Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 18/07)
1.
Fis-7 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Société Générale SA (“SG”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Société Générale, |
— |
In-negozju tas-Swieq tal-Ekwità u l-Komoditajiet (“Commerzbank EMC Business”) ta’ Commerzbank AG. |
SG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tal-Commerzbank EMC Business kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi u ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
SG hija grupp ta’ servizzi finanzjarji inkorporati skont il-liġijiet ta’ Franza. Hija attiva madwar id-dinja fi tliet negozji ewlenin, jiġifieri, operazzjonijiet bankarji ġenerali u servizzi finanzjarji, ġestjoni u servizzi marbutin ma’ investiment dinji, u operazzjonijiet bankarji korporattivi u ta’ investiment; |
— |
Commerzbank EMC Business jikkonsisti f’servizzi ta’ ġestjoni tal-assi mad-dinja kollha, l-istrutturar, il-ħruġ, u l-ġenerazzjoni tas-suq ta’ prodotti tal-investiment strutturati nnegozjati fil-borża u l-istrutturar, il-ħruġ, u l-ġenerazzjoni tas-suq bl-ingrossa ta’ prodotti tal-investiment strutturati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9130 — Société Générale/Commerzbank EMC Business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).