Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9014

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9014 — PKN Orlen/Grupa Lotos) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 232, 10.7.2019, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 232/8


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9014 — PKN Orlen/Grupa Lotos)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2019/C 232/07)

    1.   

    Fit-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Polski Koncern Naftowy ORLEN Spółka Akcyjna, il-Polonja (“Orlen”);

    Grupa Lotos Spółka Akcyjna, il-Polonja (“Lotos”).

    Orlen takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Lotos.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma u offerta pubblika ta’ xiri.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Orlen hija entità integrata vertikalment, li topera prinċipalment fir-raffinar u fil-kummerċjalizzazzjoni (inkluż il-bejgħ bl-imnut) ta’ fjuwil u prodotti relatati fil-Polonja, kif ukoll fir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja u l-Ġermanja. Għandha wkoll attivitajiet fl-esplorazzjoni, fl-iżvilupp u fil-produzzjoni ta’ żejt mhux maħdum u gass naturali, kif ukoll fis-suq tal-prodotti petrokimiċi.

    Lotos hija entità integrata vertikalment, li topera prinċipalment fir-raffinar u fil-kummerċjalizzazzjoni (inkluż il-bejgħ bl-imnut) ta’ fjuwil u prodotti relatati, l-aktar fil-Polonja. Hija għandha wkoll attivitajiet fl-esplorazzjoni, fl-iżvilupp u fil-produzzjoni ta’ żejt mhux maħdum u gass naturali.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9014 — PKN Orlen/Grupa Lotos

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top