Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M8792

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fużjonijiet li ngħatat waqt il-laqgħa tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar abbozz ta’ deċiżjoni marbut mal-KAŻ M.8792 — T-Mobile NL/Tele2 NL — Relatur: Il-Belġju

    C/2018/7768

    ĠU C 150, 2.5.2019, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 150/2


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fużjonijiet li ngħatat waqt il-laqgħa tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar abbozz ta’ deċiżjoni marbut mal-KAŻ M.8792 — T-Mobile NL/Tele2 NL

    Relatur: Il-Belġju

    (2019/C 150/02)

    Konċentrazzjoni

    1.

    Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) (1).

    2.

    Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata taqa’ taħt id-dimensjoni UE skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

    Definizzjoni tas-swieq

    3.

    Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-konklużjonijiet li ntlaħqu mill-Kummissjoni fl-abbozz tad-Deċiżjoni fir-rigward tad-definizzjoni tas-suq ġeografiku u tal-prodotti relevanti għall-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli għall-konsumatur fin-Netherlands.

    Valutazzjoni kompetittiva

    4.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-effetti orizzontali mhux ikkoordinati fis-suq għall-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli għall-konsumatur fin-Netherlands. Tmien Stati Membri vvutaw favur. Stat Membru vvota kontra.

    5.

    Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqblu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-effetti orizzontali kkoordinati fis-suq għall-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli għall-konsumatur fin-Netherlands.

    Kompatibbiltà mas-suq intern u l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

    6.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata trid għaldaqstant tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) f’konformità mal-Artikolu 2(2) u 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Tmien Stati Membri vvutaw favur. Stat Membru vvota kontra.

    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


    Top