Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0402

    P8_TA(2019)0402 Programm spazjali tal-Unjoni u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE (COM(2018)0447 – C8-0258/2018 – 2018/0236(COD)) P8_TC1-COD(2018)0236 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 158, 30.4.2021, p. 348–423 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 158/348


    P8_TA(2019)0402

    Programm spazjali tal-Unjoni u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE (COM(2018)0447 – C8-0258/2018 – 2018/0236(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2021/C 158/49)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lil-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0447),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 189(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0258/2018),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018 (2),

    wara li kkunsidra l-ittra mill-President tiegħu lill-presidenti tal-kumitati tal-25 ta’ Jannar 2019 li tispjega l-approċċ tal-Parlament għall-programmi settorjali tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) wara l-2020,

    wara li kkunsidra l-ittra mill-Kunsill lill-President tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ April 2019 li tikkonferma l-ftehim komuni milħuq bejn il-koleġiżlaturi matul in-negozjati,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0405/2018),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 51.

    (2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 365.

    (3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta’ Diċembru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0520).


    P8_TC1-COD(2018)0236

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 189(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

    Billi:

    (1)

    It-teknoloġija, id-data u s-servizzi spazjali saru indispensabbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej u jaqdu rwol essenzjali biex jiġu mħarsa ħafna interessi strateġiċi. L-industrija spazjali tal-Unjoni diġà hija waħda mill-iktar kompetittivi fid-dinja. Madankollu, il-fatt li qegħdin jitfaċċaw parteċipanti ġodda u l-fatt li qegħdin jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda qegħdin jirrivoluzzjonaw il-mudelli industrijali tradizzjonali. Għalhekk, huwa kruċjali li l-Unjoni tibqa' attur internazzjonali ewlieni b'libertà estensiva ta' azzjoni fil-qasam tal-ispazju, tħeġġeġ il-progress xjentifiku u tekniku, u toffri sostenn għall-kompetittività u għall-kapaċità ta' innovazzjoni tal-industriji tas-settur spazjali fl-Unjoni, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, in-negozji ġodda u n-negozji innovattivi.

    (2)

    Il-possibbiltajiet li joffri l-ispazju għas-sigurtà tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jiġu sfruttati kif imsemmi b'mod partikolari fl-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ta' Ġunju 2016, filwaqt li tinżamm in-natura ċivili tal-programm u tiġi rispettata n-newtralità possibbli jew id-dispożizzjonijiet mhux ta' allinjament stipulati fil-liġi kostituzzjonali tal-Istati Membri. L-iżvilupp tas-settur spazjali storikament dejjem kien marbut mas-sigurtà. F'ħafna każijiet, it-tagħmir, il-komponenti u l-istrumenti użati fis-settur spazjali kif ukoll bħala data u servizzi dwar l-ispazju huma oġġetti b'użu doppju. Madankollu, il-politika ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni hija determinata fi ħdan il-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, b'konformità mat-Titolu V tat-TUE.

    (3)

    L-Unjoni ilha tiżviluppa l-inizjattivi u l-programmi spazjali tagħha stess sa minn tmiem id-Disgħinijiet, b'mod partikolari s-Servizz Ewropew ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u warajh Galileo u Copernicus, li jirrispondu għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u għar-rekwiżiti tal-politiki pubbliċi. ▌Il-kontinwità ta' dawk l-inizjattivi jenħtieġ li tiġi żgurata u s-servizzi li dawn jipprovdu jenħtieġ li jiġu mtejba sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet il-ġodda tal-utenti, jibqgħu minn ta' quddiem fid-dawl tal-iżvilupp fit-teknoloġija u tat-trasformazzjonijiet fl-oqsma diġitali u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, ▌u sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-prijoritajiet politiċi bħat-tibdil fil-klima, inkluż il-monitoraġġ tat-tibdil fir-reġjun polari, it-trasport , is-sigurtà u d-difiża.

    (3a)

    Jeħtieġ li jkunu sfruttati s-sinerġiji bejn il-ħtiġijiet tas-setturi tat-trasport, tal-ispazju u dawk diġitali sabiex jitrawwem użu usa' ta' teknoloġiji ġodda (bħall-e-call, it-takografija diġitali, is-superviżjoni u l-ġestjoni tat-traffiku, is-sewqan awtonomu, l-inġenji mingħajr bdot u d-droni) u biex jiġu trattati l-bżonnijiet ta' konnettività sigura u bla xkiel, il-pożizzjonament b'saħħtu, l-intermodalità u l-interoperabbiltà, biex b'hekk tissaħħaħ il-kompetittività tas-servizzi u tal-industrija tat-trasport;

    (3b)

    Sabiex ikunu sfruttati bis-sħiħ il-benefiċċji tal-Programm, fl-Istati Membri kollha u miċ-ċittadini kollha tagħhom, huwa wkoll essenzjali li jiġu promossi l-użu u l-applikazzjoni tad-data, l-informazzjoni u s-servizzi pprovduti, kif ukoll l-appoġġ għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet downstream ibbażati fuq dik id-data, l-informazzjoni u s-servizzi. Għal dak il-għan, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-entitajiet responsabbli jistgħu b'mod partikolari jmexxu perjodikament il-kampanji ta' informazzjoni dwar il-benefiċċji tal-Programm.

    (4)

    Biex jinkisbu l-għanijiet tal-libertà ta' azzjoni, l-indipendenza u s-sigurtà, huwa prerekwiżit li l-Unjoni tibbenefika minn aċċess awtonomu għall-Ispazju u tkun tista' tużah mingħajr periklu. Għalhekk, huwa essenzjali li l-Unjoni tappoġġa aċċess spazjali awtonomu, affidabbli u kosteffettiv, speċjalment fir-rigward tal-infrastruttura u t-teknoloġija kritiċi, is-sigurtà pubblika u s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li taggrega s-servizzi tal-illanċjar fil-livell Ewropew, kemm għall-ħtiġijiet tagħha stess u kemm għal dawk ta' entitajiet oħra, fuq talba tagħhom, inklużi l-Istati Membri, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 189(2) tat-Trattat. Biex tibqa' kompetittiva f'suq li jevolvi malajr, huwa kruċjali wkoll li l-Unjoni tkompli jkollha aċċess għal faċilitajiet infrastrutturali ta' llanċjar moderni, effiċjenti u flessibbli u li tibbenefika minn sistemi ta' llanċjar xierqa . Għalhekk, mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda mill-Istati Membri u mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, il-Programm jista' jappoġġa adattamenti għall-infrastruttura tal-art tal-ispazju, inklużi żviluppi ġodda, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm u l-adattamenti, inkluż l-iżvilupp tat-teknoloġija, għas-sistemi ta' llanċjar fl-ispazju li huma meħtieġa għall-llanċjar ta' satelliti, inklużi teknoloġiji alternattivi u sistemi innovattivi, għall-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm . Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jiġu implimentati b'konformità mar-Regolament Finanzjarju u▌ bil-għan li tinkiseb kosteffiċjenza aħjar għall-Programm. Minħabba li ma hemm l-ebda baġit dedikat, l-azzjonijiet ta' appoġġ għall-aċċess għall-ispazju se jkunu mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm.

    (5)

    Sabiex issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija spazjali tal-Unjoni u tikseb kapaċitajiet fid-disinn, fil-bini u fit-tħaddim tas-sistemi tagħha stess, jenħtieġ li l-Unjoni tagħti sostenn għall-ħolqien, għat-tkabbir u għall-iżvilupp tal-industrija spazjali kollha. Jenħtieġ li l-ħolqien ta' mudell li jiffavorixxi n-negozju u l-innovazzjoni jingħata sostenn anke fil-livelli Ewropej, reġjonali u nazzjonali permezz ta' inizjattivi bħal ċentri spazjali li jġibu flimkien is-setturi spazjali, diġitali u  setturi oħra, kif ukoll l-utenti . Dawk iċ-ċentri spazjali jenħtieġ li jkollhom l-għan li jħeġġu intraprenditorija u ħiliet filwaqt li jfittxu sinerġiji maċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali. Jenħtieġ li l-Unjoni trawwem il-ħolqien u l-espansjoni ta' kumpaniji spazjali bbażati fl-Unjoni biex tgħinhom jirnexxu, inkluż billi tagħtihom sostenn fl-aċċess għall-finanzjament ta' riskju fid-dawl tan-nuqqas ta' aċċess xieraq fl-Unjoni għall-ekwità privata għan-negozji ġodda tal-qasam spazjali u billi tħeġġeġ id-domanda (l-approċċ tal-ewwel kuntratt).

    (5xx)

    Il-katina ta' valur spazjali ġeneralment hi mqassma kif ġej: i) upstream, li jinkludi attivitajiet li jwasslu għal sistema spazjali operazzjonali, inklużi l-attivitajiet ta' żvilupp, manifattura u llanċjar u l-operazzjonijiet ta' tali sistema; u ii) downstream, li jkopri l-provvista ta' servizzi relatati mal-ispazju, u prodotti għall-utenti. Il-pjattaformi diġitali huma wkoll element importanti li jappoġġa l-iżvilupp tas-settur spazjali, li jippermetti aċċess għal data u prodotti kif ukoll għodod, ħżin u faċilitajiet ta' kompjuters.

    (5x)

    Fil-qasam tal-ispazju, l-Unjoni teżerċita l-kompetenzi tagħha b'konformità mal-Artikolu 4(3) TFUE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-koerenza tal-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-programm.

    (5a)

    Billi għadd ta' Stati Membri għandhom tradizzjoni ta' industriji attivi relatati mal-ispazju, jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li l-industriji spazjali jiġu żviluppati u maturati fl-Istati Membri b'kapaċitajiet emerġenti kif ukoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi għall-industriji spazjali tradizzjonali maħluqa mill-“iSpazju Ġdid”. Jenħtieġ li jiġu promossi azzjonijiet biex tiġi żviluppata l-kapaċità tal-industrija spazjali madwar l-Unjoni u tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni attiva fost l-industrija spazjali fl-Istati Membri kollha.

    (5b)

    L-azzjonijiet taħt il-Programm jenħtieġ li jibnu fuq u jibbenefikaw minn kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej eżistenti (jiġifieri kapaċitajiet li jeżistu fiż-żmien meta l-azzjoni qed titwettaq).

    (6)

    Minħabba l-kopertura u l-potenzjal tagħhom li jgħinu biex jissolvew l-isfidi globali, attivitajiet spazjali tal-Unjoni għandhom dimensjoni internazzjonali qawwija. F'koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, u bi qbil magħhom, il-korpi rilevanti tal-Programm Spazjali tal-UE jistgħu jipparteċipaw fi kwistjonijiet relatati mal-Programm Spazjali, f'kooperazzjoni internazzjonali u jikkollaboraw f'korpi settorjali rilevanti tan-NU. Għal kwistjonijiet relatati mal-Programm Spazjali tal-Unjoni (“il-Programm”), il-Kummissjoni tista' tikkoordina , f'isem l-Unjoni, u  fil-qasam tal-kompetenza tagħha, attivitajiet fix-xena internazzjonali, b'mod partikolari biex tiddefendi l-interessi tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha f'fora internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-frekwenzi fir-rigward tal-Programm, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri f'dan il-qasam . Huwa partikolarment importanti li l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, tikkollabora fil-korpi tal-Programm Internazzjonali Cospas-Sarsat.

    (6a)

    Il-kooperazzjoni internazzjonali hija ta' importanza kbira għall-promozzjoni tar-rwol tal-Unjoni bħala attur globali fis-settur spazjali u fit-teknoloġija u l-industrija tal-Unjoni, filwaqt li trawwem kompetizzjoni ġusta fil-livell internazzjonali, u żżomm f'moħħha l-ħtieġa li tiġi żgurata r-reċiproċità tad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, u li tħeġġeġ il-kooperazzjoni fil-qasam tat-taħriġ. Il-kooperazzjoni internazzjonali hija element ewlieni tal-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa. Il-Kummissjoni se tuża l-programm spazjali tal-UE biex tikkontribwixxi għal u tibbenefika minn sforzi internazzjonali permezz ta' inizjattivi, biex tippromwovi t-teknoloġija u l-industrija Ewropea fuq livell internazzjonali (pereżempju djalogi bilaterali, workshops tal-industrija, appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs), u biex tiffaċilita l-aċċess għal swieq internazzjonali u tħeġġeġ kompetizzjoni ġusta, kif ukoll tingrana l-inizjattivi ta' diplomazija ekonomika. L-inizjattivi diplomatiċi spazjali Ewropej jenħtieġ li jkunu koerenti u kumplimentari bis-sħiħ mal-politiki, il-prijoritajiet u l-istrumenti eżistenti tal-UE, filwaqt li l-Unjoni għandha rwol ewlieni x'taqdi flimkien mal-Istati Membri biex tibqa' fuq quddiem nett fix-xena internazzjonali.

    (7)

    Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippromwovi, flimkien ▌mar-Rappreżentant Għoli u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri imġiba responsabbli fl-ispazju meta timplimenta l-programm, inkluż biex tnaqqas il-proliferazzjoni tar-residwi spazjali u biex tesplora l-possibbiltà għal adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mat-Trattati u l-Konvenzjonijiet rilevanti tan-NU u jekk meħtieġ tressaq proposti xierqa .

    (8)

    Il-Programm għandu għanijiet simili bħal ta' programmi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari Orizzont Ewropa, il-Fond InvestEU, il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Fondi fil-qafas tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni]. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst il-finanzjament kumulattiv minn dawk il-programmi, dment li ma jkoprix l-istess kostijiet, b'mod partikolari permezz ta' arranġamenti għal finanzjament komplementari mill-programmi tal-Unjoni fejn il-modalitajiet ta' ġestjoni jippermettu f'sekwenza, b'mod alternanti, jew permezz ta' kombinazzjoni tal-fondi, inkluż għall-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet, li jippermettu, fejn ikun possibbli, li jkun hemm sħubijiet għall-innovazzjoni u operazzjonijiet ta' taħlit. Għaldaqstant, matul l-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi sinerġiji ma' programmi u strumenti finanzjarji oħra relatati tal-Unjoni li jippermettu, fejn ikun possibbli, l-użu ta' aċċess għall-finanzjament ta' riskju, għas-sħubijiet għall-innovazzjoni, u għall-finanzjament kumulattiv jew imħallat. Jenħtieġ li tiżgura wkoll sinerġiji u koerenza bejn is-soluzzjonijiet żviluppati taħt dawk il-programmi, b'mod partikolari Orizzont Ewropa, u s-soluzzjonijiet żviluppati skont il-Programm Spazjali.

    (8a)

    B'konformità mal-Artikolu 191(3) tar-Regolament Finanzjarju, fl-ebda ċirkostanza ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn l-istess spejjeż mill-baġit tal-Unjoni, pereżempju kemm minn Orizzont Ewropa kif ukoll mill-Programm Spazjali.

    (9)

    L-għanijiet ta' politika ta' dan il-Programm se jiġu indirizzati wkoll bħala oqsma eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment permezz tal-istrumenti finanzjarji u l-garanzija baġitarja tal-Fond InvestEU, b'mod partikolari fil-qafas tal-aspetti ta' politika tiegħu dwar l-infrastruttura sostenibbli u dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni. Is-sostenn finanzjarju jenħtieġ jintuża biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali b'mod proporzjonat, u jenħtieġ li l-azzjonijiet ma jidduplikawx jew jeskludu l-finanzjament privat jew joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni tas-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

    (10)

    Il-koerenza u s-sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u l-Programm se jrawmu settur spazjali Ewropew kompetittiv u innovattiv; se jsaħħu l-awtonomija tal-Ewropa fl-aċċess u fl-użu tal-ispazju f'ambjent sigur u sikur; u se jsaħħu r-rwol tal-Ewropa bħala attur globali. Soluzzjonijiet rivoluzzjonarji f'Orizzont Ewropa se jingħataw sostenn permezz tad-data u tas-servizzi disponibbli bis-saħħa tal-Programm għall-komunità tar-riċerka u tal-innovazzjoni.

    (10a)

    Biex jiġi massimizzat ir-ritorn soċjoekonomiku mill-Programm, huwa essenzjali li jinżammu sistemi tal-ogħla livell, li jiġu aġġornati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-utenti u li jseħħu żviluppi ġodda fis-settur tal-applikazzjonijiet downstream li jkunu jistgħu jsiru fl-ispazju. L-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa attivitajiet relatati mar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, jew il-fażijiet bikrija tal-evoluzzjoni marbuta mal-infrastrutturi stabbiliti taħt il-Programm, kif ukoll l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp relatati mal-applikazzjonijiet u s-servizzi bbażati fuq is-sistemi stabbiliti taħt il-programm, biex b'hekk tistimola l-attivitajiet ekonomiċi upstream u downstream. L-istrument xieraq fil-livell tal-Unjoni għall-finanzjament ta' dawk l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni huwa Orizzont Ewropa stabbilit mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX. Madankollu, parti speċifika ħafna tal-attivitajiet ta' żvilupp jenħtieġ li tkun iffinanzjata mill-baġit allokat lill-programmi Galileo u EGNOS taħt dan ir-Regolament, l-aktar fejn tali attivitajiet jikkonċernaw elementi fundamentali bħal chipsets u riċevituri abilitati għall-Galileo, li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet fost is-setturi differenti tal-ekonomija. Minkejja dan, tali finanzjament jenħtieġ li ma jpoġġix f'riskju d-dispjegament jew l-esplojtazzjoni tal-infrastrutturi stabbiliti skont il-Programmi.

    (10x)

    Sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tal-industrija Spazjali Ewropea fil-futur, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta' ħiliet avvanzati f'oqsma relatati mal-ispazju u jappoġġa attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, jippromwovi opportunitajiet ugwali, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ taċ-ċittadini tal-Unjoni f'dak il-qasam.

    (10b)

    L-infrastruttura dedikata għall-Programm jaf tirrikjedi riċerka u innovazzjoni addizzjonali, li jistgħu jingħataw sostenn fil-qafas ta' Orizzont Ewropa, bl-għan li jkun hemm koerenza mal-attivitajiet f'dan il-qasam tal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Jenħtieġ li s-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa jiżguraw li l-ħtiġijiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tas-settur spazjali jiġu identifikati u stabbiliti bħala parti mill-proċess ta' ppjanar strateġiku għar-riċerka u għall-innovazzjoni. Id-data u s-servizzi spazjali li jkunu disponibbli mingħajr ħlas bis-saħħa tal-Programm se jintużaw biex jiġu żviluppati soluzzjoni rivoluzzjonarji permezz tar-riċerka u tal-innovazzjoni, inkluż f'Orizzont Ewropa, b'appoġġ għall-prijoritajiet tal-politiki tal-Unjoni. Il-proċess tal-ippjanar strateġiku fil-qafas ta' Orizzont Ewropa se jidentifika l-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni li jenħtieġ li jużaw infrastrutturi li huma tal-Unjoni bħal Galileo, EGNOS u Copernicus. L-infrastrutturi tar-riċerka, b'mod partikolari n-netwerks tal-osservazzjoni fil-post se jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-infrastruttura tal-osservazzjoni fil-post li tippermetti t-twassil tas-servizzi ta' Copernicus.

    (11)

    Huwa importanti li l-Unjoni jkollha s-sjieda tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha li jinħolqu jew li jiġu żviluppati permezz tal-akkwist pubbliku li tiffinanzja bħala parti mill-programm spazjali tagħha. Sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa ma' kwalunkwe dritt fundamentali marbut mas-sjieda, jenħtieġ li jsiru l-arranġamenti meħtieġa mas-sidien eżistenti. Jenħtieġ li tali sjieda tal-Unjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Unjoni, skont dan ir-Regolament u fejn jitqies li jkun xieraq abbażi ta' valutazzjoni każ b'każ, dawk l-assi tagħmilhom disponibbli għal partijiet terzi jew tiddisponi minnhom.

    (11a)

    Sabiex jitħeġġeġ l-iżjed użu wiesa' possibbli tas-servizzi offruti mill-Programm, ikun utli li jiġi enfasizzat li d-data, l-informazzjoni u s-servizzi jiġu pprovduti mingħajr garanzija u mingħajr preġudizzju għall-obbligi imposti minn dispożizzjonijiet legalment vinkolanti.

    (11b)

    Il-Kummissjoni, meta twettaq uħud mill-kompiti tagħha ta' natura mhux regolatorja, tista' tirrikorri, kif ikun meħtieġ u kemm ikun hemm bżonn, għall-assistenza teknika ta' ċerti partijiet esterni. Entitajiet oħra involuti fil-governanza pubblika tal-Programm jistgħu jużaw ukoll l-istess assistenza teknika fit-twettiq tal-kompiti inkarigati lilhom skont dan ir-Regolament.

    (12)

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

    (13)

    Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u dawn se jiġu valutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjonijiet u ta' rieżami.

    (14)

    Jenħtieġ li ▌d-dħul iġġenerat mill-komponenti tal-Programm imur għall-Unjoni sabiex jikkumpensa parzjalment l-investimenti li diġà tkun għamlet, u jenħtieġ li dak id-dħul jintuża biex jingħata sostenn lill-kisbiet tal-għanijiet tal-Programm. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli li jkun previst mekkaniżmu ta' kondiviżjoni tad-dħul fil-kuntratti konklużi ma' entitajiet tas-settur privat.

    (15)

    Peress li l-Programm huwa, fil-prinċipju, iffinanzjat mill-Unjoni, jenħtieġ li l-kuntratti tal-akkwist konklużi fil-qafas ta' dan il-programm għal attivitajiet finanzjati mill-Programm jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Unjoni tkun responsabbli wkoll għad-definizzjoni tal-għanijiet li jridu jintlaħqu fir-rigward tal-akkwist pubbliku. Għandu jiġi nnutat li r-Regolament Finanzjarju jipprevedi li, abbażi tar-riżultati ta' valutazzjoni ex ante, il-Kummissjoni tista' tiddependi fuq is-sistemi u l-proċeduri tal-persuni jew l-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni. L-aġġustamenti speċifiċi meħtieġa għal dawn is-sistemi u proċeduri, kif ukoll l-arranġamenti għat-tiġdid tal-kuntratti eżistenti, jenħtieġ li jkunu definiti fil-ftehim ta' qafas ta' sħubija finanzjarja jew fil-ftehim ta' kontribuzzjoni korrispondenti.

    (16)

    Il-Programm jiddependi fuq teknoloġiji kumplessi u li jinbidlu b'mod kostanti. Id-dipendenza fuq tali teknoloġiji tirriżulta f'inċertezza u f'riskji għall-kuntratti pubbliċi konklużi fil-qafas ta' dan il-programm, peress li dawk il-kuntratti jinvolvu impenji fit-tul għat-tagħmir jew għas-servizzi. Għalhekk, minbarra r-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, huma meħtieġa miżuri speċifiċi li jikkonċernaw il-kuntratti pubbliċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħata kuntratt fil-forma ta' kuntratt kundizzjonali b'pagamenti fi stadji, tiddaħħal emenda, taħt ċerti kundizzjonijiet, fil-kuntest tal-prestazzjoni tiegħu, jew jiġi impost livell minimu ta' sottokuntrattar , l-aktar sabiex tkun possibbli parteċipazzjoni ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju u negozji ġodda . Fl-aħħar nett, minħabba l-inċertezzi teknoloġiċi li jikkaratterizzaw il-komponenti tal-Programm, il-prezzijiet tal-kuntratti mhux dejjem jistgħu jitbassru b'mod akkurat u għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu konklużi kuntratti mingħajr ma jiġi stipulat prezz fiss riġidu u li jiġu inklużi klawżoli li jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    (16a)

    Sabiex titħeġġeġ id-domanda pubblika u l-innovazzjoni fis-settur pubbliku, il-Programm jenħtieġ li jippromwovi l-użu ta' data, informazzjoni u servizzi tal-Programm biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet personalizzati mill-industrija u l-SMEs fil-livelli lokali u reġjonali permezz ta' sħubijiet għall-innovazzjoni marbuta mal-ispazju, kif imsemmi fil-punt 7 tal-Anness 1 għar-Regolament Finanzjarju, li jippermetti li jiġu koperti l-istadji kollha mill-iżvilupp sal-implimentazzjoni u l-akkwist ta' soluzzjonijiet ta' spazju interoperabbli personalizzati għas-servizzi pubbliċi.

    (17)

    Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm, huwa importanti li, fejn ikun xieraq, wieħed ikun jista' jserraħ fuq il-kapaċitajiet offruti mill-entitajiet pubbliċi u privati tal-Unjoni li huma attivi fil-qasam spazjali u li jkun jista' jaħdem ukoll fil-livell internazzjonali ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal dik ir-raġuni, irid ikun hemm lok għall-possibbiltà li jintużaw l-għodod u l-metodi ta' ġestjoni rilevanti kollha li huma previsti mit-Trattat u mir-Regolament Finanzjarju ▌u proċeduri konġunti tal-akkwist.

    (18)

    Fir-rigward tal-għotjiet b'mod iktar speċifiku, l-esperjenza wriet li l-użu mill-utenti u mis-suq u s-sensibilizzazzjoni ġenerali jaħdmu aħjar b'mod deċentralizzat milli b'approċċ minn fuq għal isfel mill-Kummissjoni. Il-vawċers, li huma forma ta' sostenn finanzjarju minn benefiċjarju ta' għotja lil partijiet terzi, kienu fost l-azzjonijiet bl-ogħla rata ta' suċċess għall-entranti ġodda u għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju. Madankollu, dawn ġew imxekkla mil-limitu massimu fuq is-sostenn finanzjarju impost bir-Regolament Finanzjarju. Għalhekk, jenħtieġ li dan il-limitu massimu jogħla għall-Programm Spazjali tal-UE sabiex iżomm mal-andament tal-potenzjal dejjem jikber tal-applikazzjonijiet tas-suq fis-settur spazjali.

    (19)

    Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jilħqu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Jenħtieġ li dan jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-użu ta' somma f'daqqa, ta' rati fissi u ta' kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmija fl-[Artikolu 125(1)] tar-Regolament Finanzjarju.

    (20)

    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

    (21)

    Skont [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont deċiżjoni ġdida fuq il-PTEE: l-Artikolu 88 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill / /UE], jenħtieġ li persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) jkunu eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

    (22)

    Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, ta' akkwist, ta' premjijiet u ta' implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli fuq ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

    (23)

    B'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2) (ir-“Regolament Finanzjarju”), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (3) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (4), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod skorrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera għalkollox fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li trid tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi mill-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

    (24)

    Pajjiżi terzi li huma membri taż-▌ŻEE jistgħu jieħdu sehem fi programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni ta' programmi minn deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll abbażi ta' strumenti ġuridiċi oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli,▌ l-OLAF, kif ukoll il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

    (25)

    Governanza pubblika tajba tal-Programm tirrikjedi d-distribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti fost id-diversi entitajiet involuti sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bla ħtieġa u sabiex jitnaqqsu l-kostijiet li jaqbżu l-baġit u d-dewmien. L-atturi kollha tal-governanza jenħtieġ li jappoġġaw, fil-qasam ta' kompetenza tagħhom u skont ir-responsabbiltajiet tagħhom, il-kisba tal-objettivi tal-Programm.

    (26)

    L-Istati Membri ilhom attivi fil-qasam tal-ispazju. Għandhom sistemi, infrastruttura, aġenziji u korpi nazzjonali marbuta mal-ispazju. Għalhekk, jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-Programm speċjalment għall-implimentazzjoni tiegħu▌. Huma jistgħu jikkooperaw ▌mal-Unjoni biex jippromwovu s-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-Programm. ▌Il-Kummissjoni ▌tista' timmobilizza l-mezzi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, tibbenefika mill-assistenza tagħhom u, soġġett għal kundizzjonijiet maqbula reċiprokament, tinkarigalhom kompiti mhux regolatorji fl-eżekuzzjoni tal-Programm▌. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-istazzjonijiet tal-art stabbiliti fit-territorji tagħhom. Minbarra dan, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien u ma' korpi internazzjonali u ma' awtoritajiet regolatorji xierqa biex jiżguraw li l-frekwenzi meħtieġa għall-Programm ikunu disponibbli u protetti fil-livell adegwat sabiex ikun hemm lok għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-applikazzjonijiet abbażi tas-servizzi offruti, b'konformità mad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (6).

    (26a)

    F'ċerti ċirkostanzi debitament ġustifikati, l-Aġenzija tista' tgħaddi kompiti speċifiċi lil Stati Membri jew grupp ta' Stati Membri. Dak l-inkarigu jenħtieġ li jkun limitat għall-attivitajiet li l-Aġenzija mhijiex fil-kapaċità li teżegwixxi hi stess u jenħtieġ li ma tippreġudikax il-governanza tal-Programm u l-allokazzjoni tal-kompiti kif definit f'dan ir-Regolament.

    (27)

    Bħala promotur tal-interess ġenerali tal-Unjoni, huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Programm, tassumi responsabbiltà ġenerali u tippromwovi l-użu tiegħu. Sabiex tottimizza r-riżorsi u l-kompetenzi tad-diversi partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tiddelega ċerti kompiti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinsab fl-aqwa pożizzjoni biex tistabbilixxi r-rekwiżiti prinċipali meħtieġa biex tiġi implimentata l-evoluzzjoni tas-sistemi u tas-servizzi.

    (28)

    Il-missjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (“l-Aġenzija”), li tissostitwixxi u tissuċċedi lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010, hija li tagħti kontribut għall-Programm, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà, l-akkreditazzjoni kif ukoll l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tas-suq u downstream . Il-kompiti marbuta ma' dawk l-oqsma jenħtieġ li għalhekk jiġu assenjati lill-Aġenzija. Fir-rigward tas-sigurtà b'mod partikolari, u minħabba l-esperjenza tagħha f'dan il-qasam, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-azzjonijiet kollha tal-Unjoni fis-settur spazjali. Filwaqt li tibni fuq ir-rekord pożittiv tagħha fil-promozzjoni tal-utent u l-użu mis-suq ta' Galileo u ta' EGNOS, jenħtieġ li l-Aġenzija tiġi fdata wkoll b'attivitajiet ta' użu mill-utenti relatati mal-komponenti tal-Programm minbarra Galileo u EGNOS, kif ukoll attivitajiet ta' żvilupp tal-applikazzjoni downstream għall-komponenti kollha tal-Programm. Dan jippermetti li jittieħed benefiċċju tal-ekonomiji ta' skala u jipprovdi opportunità għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet ibbażati fuq diversi komponenti tal-Programm (applikazzjonijiet integrati). Madankollu, dawk l-attivitajiet jenħtieġ li ma jippreġudikawx is-servizz u l-attivitajiet ta' użu mill-utenti inkarigati mill-Kummissjoni lill-entitajiet fdati ta' Copernicus. L-inkarigu tal-iżvilupp ta' applikazzjonijiet downstream lill-Aġenzija ma jipprevjenix lil entitajiet inkarigati oħrajn milli jiżviluppaw applikazzjonijiet downstream. Barra minn hekk, jenħtieġ li twettaq il-kompiti li l-Kummissjoni tikkonferilha permezz ta' ftehim ta' kontribuzzjoni wieħed jew iktar taħt il-qafas ta' ftehim ta' sħubija finanzjarja li jkopri▌ diversi kompiti speċifiċi oħra assoċjati mal-programm. Meta tgħaddi kompiti lill-Aġenzija, jenħtieġ li jkunu disponibbli riżorsi umani, amministrattivi u finanzjarji adegwati.

    (28a)

    Galileo u EGNOS huma sistemi kumplessi li jirrikjedu koordinazzjoni intensiva. Billi Galileo u EGNOS huma komponenti tal-Unjoni, dik il-koordinazzjoni jenħtieġ li titwettaq minn istituzzjoni tal-Unjoni jew minn korp tal-Unjoni. Filwaqt li tibni fuq l-għarfien espert li ġie żviluppat fis-snin li għaddew, l-Aġenzija hija l-aktar entità xierqa biex tikkoordina l-kompiti operazzjonali kollha relatati mal-esplojtazzjoni ta' dawk is-sistemi, ħlief għall-kooperazzjoni internazzjonali. L-Aġenzija jenħtieġ li għalhekk tiġi inkarigata bil-ġestjoni tal-esplojtazzjoni ta' EGNOS u Galileo. Madankollu, dan ma jfissirx li l-Aġenzija jenħtieġ li twettaq il-kompiti kollha relatati mal-esplojtazzjoni tas-sistemi. Hija tista' sserraħ fuq l-għarfien espert ta' entitajiet oħra, b'mod partikolari l-Aġenzija Spazjali Ewropea. Dan jenħtieġ li jinkludi l-attivitajiet dwar l-evoluzzjoni tas-sistemi, it-tfassil u l-iżvilupp ta' partijiet mis-segment fuq l-art u s-satelliti li jenħtieġ li jiġu mgħoddija lill-Aġenzija Spazjali Ewropea. L-allokazzjoni ta' kompiti lil entitajiet oħra tibni fuq il-kompetenza ta' entitajiet bħal dawn u jenħtieġ li tevita x-xogħol doppju.

    (29)

    L-Aġenzija Spazjali Ewropea hija organizzazzjoni internazzjonali b'għarfien espert estensiv fil-qasam spazjali u li ntrabtet bi Ftehim Qafas mal-Komunità Ewropea fl-2004. Għalhekk, hija sieħba importanti fl-implimentazzjoni tal-Programm, li magħha jenħtieġ li tiġi stabbilita kwalunkwe relazzjoni xierqa. F'dan ir-rigward, u b'konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonkludi ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja mal-Aġenzija Spazjali Ewropea u  l-Aġenzija li tirregola r-relazzjonijiet finanzjarji kollha bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Aġenzija Spazjali Ewropea u li tiżgura l-konsistenza u l-konformità tagħhom mal-Ftehim Qafas konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, b'mod partikolari mal-Artikoli 2 u 5 tiegħu. Madankollu, peress li l-Aġenzija Spazjali Ewropea mhijiex korp tal-Unjoni u mhijiex soġġetta għal-liġi tal-Unjoni, huwa essenzjali li l-Aġenzija Spazjali Ewropea tieħu miżuri xierqa biex tiżgura l-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit, il-kompiti mogħtija lilha skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni . Jenħtieġ li l-ftehim ikun fih ukoll il-klawżoli kollha meħtieġa biex jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    (30)

    Il-funzjonament ta' SATCEN bħala kapaċità awtonoma Ewropea li tipprovdi aċċess għal informazzjoni u servizzi li jirriżultaw mill-isfruttar ta' assi spazjali rilevanti u ta' data kollaterali kienet diġà rikonoxxuta fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE .

    (31)

    Sabiex ir-rappreżentazzjoni tal-utenti tiġi inkorporata b'mod strutturali fil-governanza ta' GOVSATCOM u sabiex il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-utenti jiġu aggregati tul il-konfini nazzjonali u ċivili-militari, jenħtieġ li l-entitajiet rilevanti tal-Unjoni b'rabtiet iktar mill-qrib mal-utenti, bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, il-Kapaċità Militari ta' Ppjanar u ta' Kondotta/il-Kapaċità Ċivili ta' Ppjanar u ta' Kondotta u ċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza jista' jkollhom rwoli ta' koordinazzjoni għal gruppi speċifiċi ta' utenti. F'livell aggregat, jenħtieġ li l-Aġenzija jikkoordinaw l-aspetti relatati mal-utenti għall-utenti ċivili ▌u jistgħu jimmonitorjaw l-użu operazzjonali, id-domanda, il-konformità mar-rekwiżiti u l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti li qed jevolvu.

    (32)

    Minħabba l-importanza tal-attivitajiet marbuta mal-ispazju għall-ekonomija tal-Unjoni u għall-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-użu doppju tas-sistemi u tal-applikazzjonijiet ibbażati fuq dawk is-sistemi, jenħtieġ li l-ksib u ż-żamma ta' livell għoli ta' sigurtà jkunu prijorità ewlenija għall-Programm, b'mod partikolari sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, inkluż fir-rigward ta' informazzjoni klassifikata u fir-rigward ta' informazzjoni sensittiva oħra mhux klassifikata.

    (33)

    Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli, it-tnejn li huma fil-qasam rispettiv ta' kompetenza tagħhom, jenħtieġ li jiżguraw is-sigurtà tal-Programm, b'konformità ma' dan ir-Regolament u, fejn ikun rilevanti, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 201x/xxx/PESK  (7).

    (33a)

    Minħabba l-għarfien espert speċifiku tas-SEAE u l-kuntatt regolari tiegħu mal-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, is-SEAE jista' jgħin lill-Kummissjoni fit-twettiq ta' wħud mill-kompiti tagħha marbuta mas-sigurtà tas-sistemi tal-Programm fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE.

    (34)

    Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà esklużiva tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, kif previst fl-Artikolu 4(2) TUE, u għad-dritt tal-Istati Membri li jipproteġu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom b'konformità mal-Artikolu 346 TFUE, jenħtieġ li tiġi stabbilita governanza speċifika ta' sigurtà li tiżgura implimentazzjoni bla xkiel tal-Programm. Jenħtieġ li dik il-governanza ▌tkun ibbażata fuq tliet prinċipji ewlenin. L-ewwel nett, huwa importanti li l-esperjenza unika u estensiva tal-Istati Membri fi kwistjonijiet ta' sigurtà titqies kemm jista' jkun. It-tieni nett, sabiex ikun hemm prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u ta' kwalunkwe nuqqas fl-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sigurtà, il-funzjonijiet operazzjonali jridu jkunu segregati mill-funzjonijiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà. It-tielet nett, l-entità responsabbli għall-ġestjoni tal-komponenti kollha tal-Programm jew ta' parti minnhom hija wkoll dik li tinsab fl-aqwa pożizzjoni li tiġġestixxi s-sigurtà tal-kompiti inkarigati lilha. Is-sigurtà tal-Programm se tibni fuq l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' Galileo, ta' EGNOS u ta' Copernicus matul l-aħħar snin. Governanza tajba tas-sigurtà tirrikjedi wkoll li r-rwoli jiġu distribwiti b'mod xieraq fost id-diversi atturi. Peress li hija responsabbli għall-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, tistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà applikabbli għal kull wieħed mill-komponenti tal-programm.

    (34x)

    Iċ-ċibersigurtà tal-infrastrutturi spazjali Ewropej, kemm tal-art kif ukoll tal-ispazju, hija ewlenija biex tiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet tas-sistemi u tas-servizzi. Il-ħtieġa li jiġu protetti s-sistemi u s-servizzi tagħhom kontra l-attakki ċibernetiċi, inkluż permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda, jenħtieġ li għalhekk titqies b'mod xieraq meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tas-sigurtà.

    (34a)

    Jenħtieġ li tkun identifikata struttura ta' monitoraġġ tas-sigurtà mill-Kummissjoni meta jkun xieraq wara l-analiżi ta' riskju u theddid. Dan il-korp ta' monitoraġġ tas-sigurtà jenħtieġ li jkun l-entità li twieġeb għall-istruzzjonijiet żviluppati fl-ambitu tad-Deċiżjoni 201x/xxx/PESK. Għal Galileo, dak il-korp jenħtieġ li jkun iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo. Fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 20xx/xxx/PESK, ir-rwol tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà se jkun limitat jipprovdi lill-Kunsill u/jew lir-RGħ b'inputs marbuta mal-akkreditament tas-sigurtà tas-sistema.

    (35)

    Fid-dawl ta' kemm huwa uniku u kumpless il-Programm u r-rabta tiegħu mas-sigurtà, jenħtieġ li għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà jiġu segwiti prinċipji rikonoxxuti u stabbiliti ferm. Għalhekk, huwa indispensabbli li jkun hemm proċedura fis-seħħ għall-monitoraġġ tar-riskji permanenti u li l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà jitwettqu abbażi ta' responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, billi kull attur jagħmel l-almu tiegħu biex jibni kunsens u billi jiġu involuti dawk kollha konċernati bil-kwistjoni tas-sigurtà. Huwa importanti wkoll li l-attivitajiet tekniċi ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà jiġu inkarigati lil professjonisti li jkunu kkwalifikati kif suppost fil-qasam tal-akkreditazzjoni ta' sistemi kumplessi u li jkollhom livell adegwat ta' approvazzjoni tas-sigurtà.

    (35x)

    Informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) għandha tiġi ttrattata b'konformità mar-regoli ta' sigurtà kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE. B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi stabbiliti fihom, sabiex jiżguraw li jingħata livell ekwivalenti ta' protezzjoni lill-IKUE.

    (36)

    Sabiex jiġi żgurat l-iskambju sigur ta' informazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ftehimiet xierqa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE provduta lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-kuntest tal-Programm.

    (37)

    Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Programm jikkonsisti fl-iżgurar tas-sigurtà u tal-awtonomija strateġika tagħha, li jsaħħu l-kapaċità tagħha li taġixxi f'bosta setturi, b'mod partikolari s-sigurtà, u li jippermettilha tieħu vantaġġ mill-possibbiltajiet li joffri l-ispazju għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Dan l-għan jirrikjedi regoli rigorużi dwar l-eliġibbiltà tal-entitajiet li jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet iffinanzjati fil-qafas tal-Programm li jirrikjedu aċċess għal informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) jew għal informazzjoni sensittiva mhux klassifikata.

    (37a)

    Fil-kuntest tal-Programm, hemm xi informazzjoni li, għalkemm mhijiex klassifikata, għandha tiġi ttrattata skont atti diġà fis-seħħ jew liġijiet, regoli u regolamenti nazzjonali, inkluż permezz ta' limitazzjonijiet ta' distribuzzjoni.

    (38)

    Għadd dejjem akbar ta' setturi ekonomiċi ewlenin, b'mod partikolari t-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, l-agrikoltura u l-enerġija, qegħdin jużaw dejjem aktar is-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita u ta' osservazzjoni tad-dinja . Il-programm jenħtieġ li jisfrutta s-sinerġiji bejn dawk is-setturi, filwaqt li jqis il-benefiċċji li t-teknoloġiji spazjali jġibu lil dawk is-setturi, jappoġġa l-iżvilupp ta' tagħmir kompatibbli u jippromwovi l-iżvilupp ta' standards u ċertifikazzjonijiet rilevanti. Is-sinerġiji bejn l-attivitajiet spazjali u l-attivitajiet marbuta mas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha qed jiżdiedu wkoll . Għalhekk, jenħtieġ li l-kontroll sħiħ tan-navigazzjoni bis-satellita jiggarantixxi l-indipendenza teknoloġika tal-Unjoni, inkluż fuq terminu twil għall-komponenti tat-tagħmir infrastrutturali, u jiżgura l-awtonomija strateġika tagħha.

    (39)

    L-għan ta' Galileo huwa li jistabbilixxi u jħaddem l-ewwel infrastruttura globali ta' navigazzjoni u ta' pożizzjonament bis-satellita, maħsuba speċifikament għal skopijiet ċivili, li tista' tintuża minn sensiela ta' atturi pubbliċi u privati fl-Ewropa u fid-dinja kollha. Galileo jiffunzjona indipendentement minn sistemi eżistenti jew potenzjali oħra, u għaldaqstant jagħti kontribut fost affarijiet oħra għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni. Jenħtieġ li t-tieni ġenerazzjoni tas-sistema tiddaħħal b'mod progressiv qabel l-2030, inizjalment b'kapaċità operazzjonali mnaqqsa.

    (40)

    L-għan ta' EGNOS huwa li ttejjeb il-kwalità tas-sinjali miftuħa mis-sistemi globali eżistenti tan-navigazzjoni bis-satellita, b'mod partikolari dawk li jiġu emessi mis-sistema Galileo. Is-servizzi pprovduti mill-programm EGNOS jenħtieġ li jkopru, bħala prijorità, it-territorji tal-Istati Membri li qegħdin ġeografikament fl-Ewropa, inklużi għal dan l-iskop Ċipru, l-Azores, il-Gżejjer Kanari u Madeira sa tmiem l-2026 . Fil-qasam tal-avjazzjoni, dawk it-territorji kollha jenħtieġ li jibbenefikaw minn EGNOS għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għal-livelli kollha ta' prestazzjoni appoġġati minn EGNOS . Soġġett għall-fattibbiltà teknika u, għas-sikurezza tal-ħajja, abbażi ta' ftehimiet internazzjonali, il-kopertura ġeografika tas-servizzi pprovduti minn EGNOS tista' tiġi estiża għal reġjuni oħra tad-dinja. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-monitoraġġ meħtieġ tal-kwalità tas-servizz ta' Galileo għal skopijiet tal-avjazzjoni, jenħtieġ li jiġi nnutat li filwaqt li s-sinjali emessi minn Galileo jistgħu jintużaw effettivament biex jiffaċilitaw il-pożizzjonament tal-inġenji tal-ajru, fil-fażijiet kollha tat-titjira, permezz tas-sistemi ta' awmentazzjoni (lokali, reġjonali, avjoniku abbord) huma biss sistemi ta' awmentazzjoni lokali jew reġjonali bħall-EGNOS fl-Ewropa li jistgħu jikkostitwixxu servizzi ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANS). Is-servizz ta' sikurezza tal-ħajja ta' EGNOS jenħtieġ li jiġi pprovdut b'konformità mal-istandards ICAO applikabbli.

    (41)

    Huwa importanti ħafna li tiġi żgurata s-sostenibbiltà ▌tas-sistemi Galileo u EGNOS u l-kontinwità, id-disponibbiltà, il-preċiżjoni, l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-servizzi tagħhom . F'ambjent li qed jinbidel u f'suq li qed jiżviluppa b'mod rapidu, jenħtieġ li l-iżvilupp tagħhom ikompli u jenħtieġ li jitħejjew ġenerazzjonijiet ġodda ta' dawn is-sistemi , inklużi evoluzzjoni tas-segment assoċjat tal-spazju u tal-art .

     

    (43)

    It-terminu “servizz kummerċjali” li ntuża fir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) ma għadux adattat fid-dawl tal-evoluzzjoni ta' dak is-servizz. Minflok, ġew identifikati żewġ servizzi separati, jiġifieri s-servizz ta' akkuratezza għolja u s-servizz ta' awtentikazzjoni (9).

    (44)

    Sabiex jiġi ottimizzat l-użu tas-servizzi pprovduti, jenħtieġ li s-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS ikunu kompatibbli u interoperabbli ma' xulxin , inkluż fil-livell tal-utenti, u, kemm jista' jkun, ma' sistemi oħra tan-navigazzjoni bis-satellita u ma' mezzi konvenzjonali tar-radjunavigazzjoni fejn tali kompatibbiltà u interoperabbiltà jkunu stipulati fi ftehim internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-għan tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni.

    (45)

    Fid-dawl tal-importanza għal Galileo u għal EGNOS tal-infrastruttura tal-art tagħhom u tal-impatt tagħha fuq is-sigurtà tagħhom, jenħtieġ li tkun il-Kummissjoni li tistabbilixxi l-post fejn tinsab l-infrastruttura. Jenħtieġ li l-varar tal-infrastruttura tal-art tas-sistemi jkompli biex isegwi proċess miftuħ u trasparenti , li jista' jinvolvi l-Aġenzija fejn xieraq abbażi tal-qasam ta' kompetenza tagħha .

    (46)

    Sabiex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi ta' Galileo u ta' EGNOS, filwaqt li jingħata kontribut lill-awtonomija strateġika tal-Unjoni, b'mod partikolari f'setturi sensittivi u fil-qasam tas-sigurtà, jenħtieġ li l-użu tas-servizzi provduti minn EGNOS u minn Galileo f'politiki oħra tal-Unjoni jiġi promoss ukoll b'mezzi regolatorji fejn dan ikun iġġustifikat u ta' benefiċċju. Il-miżuri li jinkoraġġixxu l-użu ta' dawk is-servizzi fl-Istati Membri kollha huma wkoll parti importanti fil-proċess.

    (47)

    Jenħtieġ li Copernicus jiżgura aċċess awtonomu għall-għarfien ambjentali u għat-teknoloġiji ewlenin għas-servizzi tal-osservazzjoni tad-Dinja u tal-ġeoinformazzjoni, sabiex b'hekk jagħti appoġġ l-Unjoni biex tkun tista' tikseb teħid tad-deċiżjonijiet u azzjonijiet indipendenti fl-oqsma tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima, tal-iżvilupp tal-baħar, marittimu, agrikolu u rurali, il-preservazzjoni tal-wirt kulturali, tal-protezzjoni ċivili, is-sorveljanza tal-art u tal-infrastruttura, tas-sigurtà, kif ukoll tal-ekonomija diġitali, fost oħrajn.

    (47b)

    Il-komponenti tal-Programm jenħtieġ li jistimulaw l-applikazzjoni tat-teknoloġija diġitali fis-sistemi spazjali, id-distribuzzjoni tad-data u tas-servizzi, l-iżvilupp downstream. F'dak il-kuntest jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-inizjattivi u l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu “Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv – Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits” u l-Komunikazzjoni tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu “5G għall-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni”.

    (48)

    Jenħtieġ li Copernicus jiżgura u jkompli jibni fuq u jsaħħaħ il-kontinwità mal-attivitajiet u mal-kisbiet fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) li jistabbilixxi l-programm tal-Unjoni ta' osservazzjoni u ta' monitoraġġ tad-dinja (Copernicus) kif ukoll tar-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali (11) tiegħu li jistabbilixxu l-programm predeċessur tal-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u għas-Sigurtà (GMES) u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet inizjali tiegħu, filwaqt li jitqiesu x-xejriet reċenti fir-riċerka, fl-avvanzi teknoloġiċi u fl-innovazzjonijiet li jkollhom impatt fuq il-qasam tal-osservazzjoni tad-dinja, kif ukoll l-iżviluppi fl-analitika tal-big data u fl-Intelliġenza Artifiċjali, u l-istrateġiji u l-inizjattivi relatati fil-livell tal-Unjoni (12). Għall-iżvilupp ta' assi ġodda, il-Kummissjoni jenħtieġ li taħdem mill-qrib mal-Istati Membri, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, EUMETSAT u, fejn applikabbli, entitajiet oħra proprjetarji ta' spazju rilevanti u assi in situ. Kemm jista' jkun, jenħtieġ li juża wkoll il-kapaċitajiet għall-osservazzjonijiet spazjali tal-Istati Membri, tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u ta' EUMETSAT (13), kif ukoll ta' entitajiet oħra, inklużi l-inizjattivi kummerċjali fl-Ewropa, u b'hekk jagħti kontribut ukoll għall-iżvilupp ta' settur spazjali kummerċjali vijabbli fl-Ewropa. Fejn ikun fattibbli u xieraq, jenħtieġ li juża wkoll id-data fil-post u anċillari disponibbli pprovduta b'mod prinċipali mill-Istati Membri b'konformità mad-Direttiva 2007/2/KE (14). Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex tiżgura aċċess u użu effiċjenti tas-settijiet tad-data in situ għal Copernicus.

    (49)

    Jenħtieġ li Copernicus jiġi implimentat ukoll skont l-għanijiet tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku emendata bid-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (15), b'mod partikolari t-trasparenza, il-ħolqien ta' kundizzjonijiet li jħeġġu l-iżvilupp tas-servizzi u li jagħtu kontribut għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Jenħtieġ li d-data u l-informazzjoni ta' Copernicus ikunu disponibbli mingħajr ħlas u b'mod miftuħ.

    (49a)

    Il-potenzjal sħiħ ta' Copernicus għas-soċjetà u l-ekonomija tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi sfruttat kompletament lil hinn mill-benefiċjarji diretti billi jiġu intensifikati l-miżuri tal-użu min-naħa tal-utenti, u dan jirrikjedi azzjoni ulterjuri sabiex id-data tkun tista' tintuża minn persuni mhux speċjalisti u b'hekk jiġu stimolati t-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u t-trasferimenti tal-għarfien.

    (50)

    Copernicus huwa programm iffokat fuq l-utenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-evoluzzjoni tiegħu tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti li qed jevolvu tal-utenti ewlenin ta' Copernicus, filwaqt li tirrikonoxxi wkoll li qed jitfaċċaw komunitajiet ġodda tal-utenti li jkunu pubbliċi jew privati. Jenħtieġ li Copernicus ikun ibbażat fuq analiżi ta' alternattivi biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti li qed jevolvu, inklużi dawk marbuta mal-implimentazzjoni u mal-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni, li jirrikjedu l-involviment kontinwu u effettiv tal-utenti, b'mod partikolari rigward id-definizzjoni u l-validazzjoni tar-rekwiżiti.

    (51)

    Copernicus diġà huwa operazzjonali. Għalhekk, huwa importanti li tiġi żgurata l-kontinwità tal-infrastruttura u tas-servizzi li diġà qegħdin fis-seħħ, filwaqt li jkun hemm adattament għat-tibdil tal-ħtiġijiet tal-utenti fl-ambjent tas-suq, b'mod partikolari l-atturi privati emerġenti fl-ispazju (“Spazju Ġdid”) u l-iżviluppi soċjopolitiċi li jeħtieġu rispons rapidu. Dan jirrikjedi evoluzzjoni mill-ġdid tal-istruttura funzjonali ta' Copernicus biex tiġi riflessa aħjar it-tranżizzjoni mill-ewwel stadju ta' servizzi operazzjonali għall-forniment ta' servizzi avvanzati u iktar immirati lejn il komunitajiet ġodda tal-utenti, u t-trawwim ta' swieq downstream b'valur miżjud. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-implimentazzjoni ulterjuri tiegħu tadotta approċċ li jsegwi l-katina tal-valur tad-data, jiġifieri l-akkwiżizzjoni tad-data, l-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, id-distribuzzjoni u l-esplojtazzjoni, l-attivitajiet tal-użu min-naħa tal-utenti ▌tas-suq u l-bini tal-kapaċità , filwaqt li l-proċess tal-ippjanar strateġiku fil-qafas ta' Orizzont Ewropa jidentifika l-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni li jenħtieġ li jużaw is-servizzi ta' Copernicus.

    (52)

    Fir-rigward tal-akkwiżizzjoni tad-data, jenħtieġ li l-attivitajiet fil-qafas ta' Copernicus ikollhom l-għan li jlestu u jżommu l-infrastrutturi spazjali eżistenti, iħejju s-sostituzzjoni fit-tul tas-satelliti fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, kif ukoll jagħtu bidu għal missjonijiet ġodda li jindirizzaw b'mod partikolari sistemi ġodda ta' osservazzjoni biex jingħata sostenn għall-issodisfar tal-isfida tat-tibdil fil-klima globali (eż. il-monitoraġġ tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' CO2 u ta' emissjonijiet oħra tal-gassijiet b'effett ta' serra). Jenħtieġ li l-attivitajiet fil-qafas ta' Copernicus jespandu l-kopertura globali tal-monitoraġġ fuq ir-reġjuni polari u jagħtu sostenn għall-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, għall-monitoraġġ u għar-rapportar ambjentali statutorji, u għall-applikazzjonijiet ambjentali innovattivi fil-wirt kulturali u l-ġestjoni tar-riżorsi fl-agrikoltura, il-foresti, l-ilma u l-baħar (eż. għall-monitoraġġ tal-għelejjel, għall-ġestjoni tal-ilma u għall-monitoraġġ imtejjeb tan-nirien). B'dan il-mod, jenħtieġ li Copernicus jingrana u jieħu vantaġġ massimu mill-investimenti li jkunu saru fil-qafas tal-perjodu ta' finanzjament preċedenti (2014-2020), inklużi dawk magħmula mill-Istati Membri, l-ESA u l-EUMETSAT, filwaqt li jesplora mudelli operazzjonali u ta' negozju ġodda biex jikkumplementaw b'mod ulterjuri l-kapaċitajiet ta' Copernicus. ▌Copernicus ukoll jista' jissejjes fuq sħubijiet ta' suċċess mal-Istati Membri biex ikompli jiżviluppa d-dimensjoni tas-sigurtà tiegħu fil-qafas ta' mekkaniżmi xierqa ta' governanza, sabiex iwieġeb għall-ħtiġijiet tal-utenti li qed jevolvu.

    (53)

    Bħala parti mill-funzjoni tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, jenħtieġ li Copernicus jiżgura s-sostenibbiltà fit-tul u l-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi ▌ta' Copernicus, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-settur pubbliku u dawk li jirriżultaw mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni, u sabiex jiġu mmassimizzati l-opportunitajiet għal esplojtazzjoni kummerċjali. B'mod partikolari, jenħtieġ li Copernicus iwassal informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-atmosfera u tal-kwalità tal-arja fuq skala lokali, nazzjonali, Ewropea u globali▌; informazzjoni dwar l-istat u d-dinamika tal-oċeani; informazzjoni b'sostenn għall-monitoraġġ tal-art u s-silġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' politiki lokali, nazzjonali u tal-Unjoni; informazzjoni b'sostenn għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-mitigazzjoni tiegħu; informazzjoni ġeospazjali b'sostenn għall-ġestjoni tal-emerġenzi, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' prevenzjoni, għall-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, kif ukoll għas-sigurtà ċivili inkluż is-sostenn għall-azzjoni esterna tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika arranġamenti kuntrattwali xierqa favur is-sostenibbiltà tal-forniment tas-servizzi.

    (54)

    Fl-implimentazzjoni tas-servizzi ta' Copernicus, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddependi fuq entitajiet kompetenti, aġenziji rilevanti tal-Unjoni, raggruppamenti jew konsorzji ta' korpi nazzjonali, jew kwalunkwe korp rilevanti li jkun eliġibbli potenzjalment għal ftehim ta' kontribuzzjoni. Fl-għażla ta' dawn l-entitajiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li ma jkun hemm l-ebda tfixkil fl-operazzjonijiet u fil-forniment tas-servizzi u li, fir-rigward tad-data sensittiva dwar is-sigurtà, l-entitajiet ikkonċernati jkollhom kapaċitajiet ta' twissija bikrija u ta' monitoraġġ tal-kriżijiet fil-kuntest tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u, b'mod partikolari, tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK). B'konformità mal-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju, persuni u entitajiet inkarigati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni huma obbligati li jirrispettaw il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni fil-konfront tal-Istati Membri kollha; dan il-prinċipju jenħtieġ li jiġi żgurat permezz tal-ftehimiet ta' kontribuzzjoni rilevanti relatati mal-forniment tas-servizzi ta' Copernicus.

    (55)

    L-implimentazzjoni tas-servizzi ta' Copernicus jenħtieġ li tiffaċilita l-użu pubbliku tas-servizzi peress li l-utenti jkunu jistgħu jantiċipaw id-disponibbiltà u l-evoluzzjoni tas-servizzi kif ukoll il-kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma' partijiet oħra. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-entitajiet inkarigati tagħha li jipprovdu s-servizzi jinvolvu ruħhom mill-qrib ma' komunitajiet ewlenin tal-utenti mill-Ewropa kollha fl-iżvilupp ulterjuri tal-portafoll tas-servizzi u tal-informazzjoni ta' Copernicus sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' politika u dawk tas-settur pubbliku li qed jevolvu u għaldaqstant ikun jista' jiġi mmassimizzat l-użu tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex jiġi żviluppat il-komponent fil-post ta' Copernicus u biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-settijiet tad-data fil-post mas-settijiet tad-data spazjali għas-servizzi aġġornati ta' Copernicus.

    (55a)

    Il-politika ta' data bla ħlas, sħiħa u miftuħa ta' Copernicus ġiet evalwata bħala wieħed mill-aktar elementi ta' suċċess tal-implimentazzjoni ta' Copernicus u kienet strumentali biex tixpruna d-domanda qawwija għad-data u l-informazzjoni tagħha, billi stabbiliet Copernicus bħala wieħed mill-akbar fornituri ta' data tal-EO fid-dinja. Hemm ħtieġa ċara li tiġi ggarantita l-kontinwità fit-tul u sigura tal-forniment liberu, sħiħ u miftuħ tad-data u l-aċċess jenħtieġ li jiġi salvagwardjat sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi kif stabbilit fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa (2016). Id-data ta' Copernicus tinħoloq primarjament għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej, u billi din id-data ssir disponibbli b'mod liberu l-opportunitajiet ta' kollaborazzjoni madwar id-dinja kollha huma massimizzati għan-negozji u l-akkademiċi tal-UE u jikkontribwixxu għal ekosistema spazjali Ewropea effettiva. Jekk titqiegħed xi limitazzjoni fuq l-aċċess għal data u informazzjoni ta' Copernicus, jenħtieġ li tkun konformi mal-politika tad-data ta' Copernicus kif definita f'dan ir-Regolament u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2013.

    (56)

    Jenħtieġ li d-data u l-informazzjoni prodotti fil-qafas ta' Copernicus ikunu disponibbli b'mod sħiħ, miftuħ u mingħajr ħlas, soġġett għal kundizzjonijiet u għal limitazzjonijiet xierqa, sabiex jiġu promossi l-użu u l-kondiviżjoni tagħhom, u sabiex jissaħħu s-swieq Ewropej tal-osservazzjoni tad-dinja, b'mod partikolari s-settur downstream, sabiex b'hekk titwitta t-triq għat-tkabbir u għall-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. B'hekk jenħtieġ li d-data u l-informazzjoni jibqgħu jiġu provduti b'livelli għoljin ta' konsistenza, ta' kontinwità, ta' affidabbiltà u ta' kwalità. Sabiex dan iseħħ irid ikun hemm aċċess fuq skala kbira u aċċess faċli għall-utenti għall-ipproċessar u għall-esplojtazzjoni tad-data u tal-informazzjoni ta' Copernicus, f'diversi livelli ta' tempestività, u għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli b'approċċ integrat, kemm fil-livell tal-UE u kemm fil-livell tal-Istati Membri, favur l-integrazzjoni wkoll ma' sorsi oħra ta' data u ta' informazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li d-data u l-informazzjoni ta' Copernicus tkun aċċessibbli u utilizzabbli b'mod faċli u effiċjenti, b'mod partikolari billi tippromwovi s-Servizzi ta' Aċċess għad-Data u l-Informazzjoni (DIAS) fi ħdan l-Istati Membri u meta jkun possibbli tħeġġeġ l-interoperabbiltà bejn l-infrastrutturi tad-data tal-EO Ewropej eżistenti biex jiġu stabbiliti sinerġiji ma' dawn l-assi sabiex jimmassimizzaw u jsaħħu l-adozzjoni tad-data u l-informazzjoni ta' Copernicus mis-suq.

    (57)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem mal-fornituri tad-data biex jinstab qbil dwar il-kundizzjonijiet tal-ħruġ tal-liċenzji għad-data ta' partijiet terzi sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tagħhom f'Copernicus, b'konformità ma' dan ir-Regolament u mad-drittijiet applikabbli tal-partijiet terzi. Peress li xi data u xi informazzjoni ta' Copernicus, inklużi l-immaġnijiet b'riżoluzzjoni għolja, jaf ikollhom impatt fuq is-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, f'każijiet iġġustifikati debitament, jistgħu jiġu adottati miżuri sabiex jiġu indirizzati r-riskji u t-theddidiet għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

    (58)

    Id-dispożizzjonijiet tal-atti legali adottati fil-qafas ta' regolamenti preċedenti mingħajr data tat-tmiem jenħtieġ li jibqgħu validi sakemm ma jkunux f'kontradizzjoni mar-regolament il-ġdid. Dan jikkonċerna b'mod partikolari r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2013 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni u ta' liċenzjar għall-utenti tal-GMES u li jiddefinixxi l-kriterji għar-restrizzjoni tal-aċċess għad-data dedikata tal-GMES u għall-informazzjoni tas-servizz tal-GMES (16).

    (59)

    Sabiex jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu tad-data u tat-teknoloġiji tal-osservazzjoni tad-dinja mill-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali, mill-impriżi żgħar u ta' daqs medju, mix-xjentisti u mir-riċerkaturi, jenħtieġ li permezz ta' attivitajiet tal-użu mill-utenti, jiġu promossi netwerks dedikati għad-distribuzzjoni tad-data ta' Copernicus, li jinkludu l-korpi nazzjonali u reġjonali bħar-Relays Copernicus u Copernicus Aademies . Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex jistabbilixxu rabtiet iktar mill-qrib bejn Copernicus u l-politiki nazzjonali u tal-Unjoni sabiex jagħtu spinta lid-domanda għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi kummerċjali u jippermettu lill-impriżi, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u n-negozji ġodda, jiżviluppaw applikazzjonijiet ibbażati fuq id-data u l-informazzjoni ta' Copernicus, bl-għan li fl-Ewropa tiġi żviluppata ekosistema tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja li tkun kompetittiva.

    (60)

    Fil-qasam internazzjonali, jenħtieġ li Copernicus jipprovdi informazzjoni akkurata u affidabbli għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u b'sostenn għall-politiki esterni u ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni. Jenħtieġ li Copernicus jitqies bħala kontribut Ewropew għas-Sistema Globali tas-Sistemi għall-Osservazzjoni tad-Dinja (GEOSS), għall-Kumitat dwar is-Satelliti tal-Osservazzjoni tad-Dinja (CEOS), għall-Konferenza tal-Partijiet (COP) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1992 dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) , il-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDG) u għall-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri. Jenħtieġ li jistabbilixxi jew isostni kooperazzjoni xierqa mal-korpi settorjali rilevanti tan-NU u tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija.

    (61)

    Fl-implimentazzjoni ta' Copernicus, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddependi, fejn ikun xieraq, fuq organizzazzjonijiet internazzjonali Ewropej li tkun diġà stabbiliet sħubijiet magħhom, b'mod partikolari l-Aġenzija Spazjali Ewropea għall-iżvilupp , il-koordinazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tal-komponenti tal-ispazju, aċċess għal data ta' partijiet terzi fejn xieraq u, meta din ma tkunx ittieħdet minn entitajiet oħra, it-tħaddim ta' missjonijiet dedikati. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddependi fuq l-EUMETSAT għat-tħaddim ta' missjonijiet dedikati jew partijiet minnhom u, fejn xieraq, aċċess għal data ta' missjonijiet ta' kontribuzzjoni skont l-għarfien espert u l-mandat tagħha.

    (61a)

    Fil-qasam tas-servizzi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibbenefika b'mod xieraq mill-kapaċitajiet speċifiċi pprovduti mill-Aġenziji tal-Unjoni bħall-Aġenzija Ambjentali Ewropea, l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, SATCEN, u l-investimenti Ewropej li diġà saru fis-servizzi ta' monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar permezz ta' Mercator Ocean. Fir-rigward tas-sigurtà, se jiġi mfittex approċċ komprensiv fil-livell tal-Unjoni flimkien mar-Rappreżentant Għoli. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni kien involut b'mod attiv mill-bidu tal-inizjattiva tal-GMES u offra sostenn għall-iżviluppi għal Galileo u għat-temp spazjali. Skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014, il-JRC qed jiġġestixxi s-servizz ta' ġestjoni tal-emerġenzi ta' Copernicus u l-komponent globali tas-servizz ta' monitoraġġ tal-art ta' Copernicus; qed jagħti kontribut għar-rieżami tal-kwalità u tal-idoneità tad-data u tal-informazzjoni, u għall-evoluzzjoni fil-ġejjieni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tiddependi fuq il-pariri xjentifiċi u tekniċi tal-JRC għall-implimentazzjoni tal-Programm.

    (62)

    Wara t-talbiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Unjoni stabbiliet qafas għall-appoġġ tas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (SST) permezz tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju. Ir-residwi spazjali saru theddida serja għas-sigurtà, għas-sikurezza u għas-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali. Għalhekk, l-SST huwa primordjali sabiex tiġi konservata l-kontinwità tal-komponenti tal-Programm u tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-politiki tal-Unjoni. Billi jipprova jipprevjeni l-proliferazzjoni tar-residwi spazjali, l-SST jagħti kontribut għall-iżgurar ta' aċċess sostenibbli u garantit għall-ispazju u għall-użu tiegħu, bħala objettiv komuni globali. F'dak il-kuntest, jista' jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti Ewropej ta' “tindif” tal-orbita madwar id-dinja.

    (63)

    Jenħtieġ li l-SST ikompli jiżviluppa l-prestazzjoni u l-awtonomija tal-kapaċitajiet tal-SST. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jwassal għall-istabbiliment ta' katalogu Ewropew awtonomu tal-oġġetti spazjali, imsejjes fuq id-data min-netwerk ta' sensuri tal-SST. Fejn xieraq, l-Unjoni tista' tikkunsidra li tagħmel parti mid-data tagħha disponibbli għal finijiet kummerċjali, mhux kummerċjali u ta' riċerka. Jenħtieġ ukoll li l-SST ikompli jagħti sostenn għat-tħaddim u għat-twassil tas-servizzi tal-SST. Peress li s-servizzi tal-SST huma ▌ffokati fuq l-utenti, jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi xierqa għall-ġbir tar-rekwiżiti tal-utenti, inklużi dawk marbuta mas-sigurtà u t-trażmissjoni ta' informazzjoni rilevanti lil u minn istituzzjonijiet pubbliċi biex tittejjeb l-effettività tas-sistema filwaqt li jiġu rispettati l-politiki ta' sikurezza u sigurtà nazzjonali .

    (64)

    Jenħtieġ li t-twassil tas-servizzi tal-SST ikun ibbażat fuq il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u fuq l-għarfien espert u l-assi nazzjonali eżistenti kif ukoll tal-ġejjieni, inklużi dawk żviluppati permezz tal-Aġenzija Spazjali Ewropea jew mill-Unjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi pprovdut sostenn finanzjarju għall-iżvilupp ta' sensuri ġodda tal-SST. Filwaqt li tiġi rikonoxxuta n-natura sensittiva tal-SST, jenħtieġ li l-kontroll fuq is-sensuri nazzjonali kif ukoll fuq l-operazzjonijiet tagħhom, u fuq il-manutenzjoni, it-tiġdid u l-ipproċessar tad-data li twassal għall-forniment ta' servizzi tal-SST jibqa' f'idejn l-Istati Membri parteċipanti.

    (65)

    Jenħtieġ li l-Istati Membri b'sjieda jew b'aċċess adegwati għall-kapaċitajiet tal-SST ikunu jistgħu jipparteċipaw fit-twassil tas-servizzi tal-SST. L-Istati Membri parteċipanti fil-Konsorzju tal-SST stabbilit skont id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE jenħtieġ li jitqiesu li jikkonformaw ma' dawn il-kriterji. Jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jippreżentaw proposta unika konġunta u juru konformità ma' elementi ulterjuri marbuta mal-qafas operazzjonali. ▌Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa għall-għażla u għall-organizzazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti.

    (65a)

    Is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-proċeduri u l-elementi dettaljati għall-istabbiliment tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri. Fejn ma tkun ġiet mressqa l-ebda proposta konġunta jew meta l-Kummissjoni tqis li tali proposta ma tikkonformax mal-kriterji stabbiliti, il-Kummissjoni tista' tniedi t-tieni pass għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri. Il-proċeduri u l-elementi għal dak it-tieni stadju jenħtieġ li jiddefinixxu l-orbiti li jridu jiġu koperti, u jqisu l-ħtieġa li tiġi mmassimizzata l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-forniment tas-servizzi tal-SST. Fejn dawk il-proċeduri u l-elementi jipprevedu l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tagħżel diversi proposti biex tkopri l-orbiti kollha, jenħtieġ li jiġu pprovduti wkoll mekkaniżmi ta' koordinazzjoni xierqa bejn il-gruppi tal-Istati Membri u soluzzjoni effiċjenti li tkopri s-servizzi kollha tal-SST.

    (66)

    Ladarba l-SST jiġi stabbilit, jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipji tal-komplementarjetà tal-attivitajiet u tal-kontinwità tas-servizzi tal-SST ta' kwalità għolja ffokati fuq l-utenti, u jkun ibbażat fuq l-aqwa għarfien espert. Għalhekk, jenħtieġ li l-SST jevita d-duplikazzjoni bla bżonn. Il-kapaċitajiet żejda jenħtieġ li ▌jiżguraw il-kontinwità, il-kwalità u  r-robustezza tas-servizzi tal-SST. L-attivitajiet tat-Timijiet ta' Esperti jenħtieġ li jgħinu biex jiġu evitati dawn id-duplikazzjonijiet bla bżonn.

    (67)

    Barra minn hekk, jenħtieġ li l-SST ikun iwassal għall-miżuri ta' mitigazzjoni eżistenti, bħal pereżempju l-Linji Gwida dwar il-Mitigazzjoni tat-Tifrik Spazjali COPUOS ▌u  l-abbozz ta' Linji Gwida għas-Sostenibbiltà fit-Tul tal-Attivitajiet Spazjali lil Hinn mill-Atmosfera, jew inizjattivi oħra, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali lil hinn mill-atmosfera. Bil-ħsieb li jitnaqqsu r-riskji ta' kolliżjoni, l-SST jista' wkoll ifittex sinerġiji ma' inizjattivi ta' tneħħija attiva u ma' miżuri ta' passivazzjoni tar-residwi spazjali. Jenħtieġ li l-SST jagħti kontribut biex jiġu żgurati l-użu u l-esplorazzjoni tal-ispazju b'mod paċifiku lil hinn mill-atmosfera. Iż-żieda ta' attivitajiet spazjali jaf ikollha implikazzjoni fuq l-inizjattivi internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku spazjali. Jenħtieġ li l-Unjoni timmonitorja dawk l-iżviluppi u tista' tqishom fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

    (68)

    Jenħtieġ li l-attivitajiet tal-SST, tat-temp spazjali u tal-oġġetti qrib id-dinja (NEO) jikkunsidraw il-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali, b'mod partikolari l-Istati Uniti tal-Amerka, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet terzi oħra, partikolarment għall-evitar tal-kolliżjonijiet fl-ispazju, għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tar-residwi spazjali u għat-titjib tal-istat ta' tħejjija għall-effetti tal-avvenimenti estremi tat-temp spazjali u tan-NEO.

    (69)

    Il-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill irrakkomanda l-ħolqien ta' struttura għall-ġestjoni tar-riskji sabiex jiġi żgurat li l-problemi marbuta mas-sigurtà tad-data jitqiesu kif suppost fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE. Għal dak l-għan u filwaqt li titqies il-ħidma li diġà tkun saret, jenħtieġ li l-istrutturi u l-proċeduri xierqa għall-ġestjoni tar-riskji jiġu stabbiliti mill-Istati Membri parteċipanti.

    (70)

    L-avvenimenti estremi u maġġuri tat-temp spazjali (SWE) jistgħu jheddu s-sikurezza taċ-ċittadini u jfixklu l-operazzjonijiet tal-infrastruttura spazjali u tal-art. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita subkomponent tat-temp spazjali bħala parti mill-Programm bl-għan li jiġu vvalutati r-riskji tat-temp spazjali u l-ħtiġijiet korrispondenti tal-utenti, titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji tat-temp spazjali, jiġi żgurat it-twassil tas-servizzi tat-temp spazjali ffokati fuq l-utenti, u jittejbu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri li jipproduċu servizz tat-temp spazjali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lil dawk is-setturi li jridu jiġu pprovduti b'servizzi operazzjonali tat-temp spazjali filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti, ir-riskji u l-istat ta' tħejjija teknoloġika. Fit-tul, jistgħu jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' setturi oħra. It-twassil ta' servizzi fil-livell tal-Unjoni skont il-ħtiġijiet tal-utenti jkun jirrikjedi attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp immirati, ikkoordinati u kontinwi biex jagħtu sostenn għall-evoluzzjoni tas-servizzi tat-temp spazjali. Jenħtieġ li t-twassil ta' servizzi tat-temp spazjali jissejjes fuq il-kapaċitajiet eżistenti nazzjonali u tal-Unjoni u jippermetti l-parteċipazzjoni wiesgħa tal-Istati Membri, tal-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali u l-involviment tas-settur privat.

    (71)

    Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (17), id-Dikjarazzjoni ta' Ruma, tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern ta' 27 Stat Membru tal-UE (18), u diversi riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, ifakkru li l-UE għandha rwol maġġuri x'taqdi biex tiżgura Ewropa sikura, sigura u reżiljenti li tkun kapaċi tindirizza sfidi bħall-kunflitti reġjonali, it-terroriżmu, it-theddidiet ċibernetiċi, u ż-żieda fil-pressjonijiet migratorji. L-aċċess sigur u ggarantit għall-komunikazzjoni bis-satellita huwa għodda indispensabbli għall-atturi tas-sigurtà, u l-akkomunament u l-kondiviżjoni ta' din ir-riżorsa ewlenija tas-sigurtà fil-livell tal-Unjoni ssaħħaħ l-Unjoni li tipproteġi liċ-ċittadini tagħha.

    (72)

    Il-Kunsill Ewropew tad-19 u tal-20 ta’ Diċembru 2013 (19) fil-konklużjonijiet tiegħu laqa' fil-qasam tal-Komunikazzjoni bis-Satellita, it-tħejjijiet għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' Komunikazzjoni Governattiva bis-Satellita (GOVSATCOM) permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Spazjali Ewropea. GOVSATCOM ġiet identifikata wkoll bħala wieħed mill-elementi tal-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ta' Ġunju 2016. Jenħtieġ li GOVSATCOM tagħti kontribut għar-rispons tal-UE għat-Theddidiet Ibridi u tipprovdi sostenn għall-Istrateġija Marittima tal-UE u għall-Politika tal-UE dwar l-Artiku.

    (73)

    GOVSATCOM hija programm iffokat fuq l-utenti, b'dimensjoni ta' sigurtà qawwija. Il-każijiet tal-użu jistgħu jiġu analizzati mill-atturi rilevanti għal tliet familji prinċipali: i) il-ġestjoni tal-kriżijiet, li tista' tinkludi l-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili u militari tas-Sigurtà u tad-Difiża Komuni, id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, il-kriżijiet umanitarji, u l-emerġenzi marittimi; ii) is-sorveljanza, li tista' tinkludi s-sorveljanza tal-fruntieri, is-sorveljanza ta' qabel il-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri fil-baħar, is-sorveljanza marittima u s-sorveljanza tat-traffikar illegali; u  iii) u l-infrastrutturi ewlenin, li jistgħu jinkludu n-netwerk diplomatiku, il-komunikazzjoni tal-pulizija, l-infrastruttura diġitali (eż. ċentri tad-data, servers), l-infrastrutturi kritiċi (eż. l-enerġija, it-trasport, l-ilqugħ tal-ilma bħal digi) u l-infratrutturi spazjali.

    (73a)

    Il-kapaċità u s-servizzi ta' GOVSATCOM se jintużaw f'missjonijiet u f'operazzjonijiet kritiċi għas-sigurtà u s-sikurezza mill-atturi tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Għalhekk huwa meħtieġ livell xieraq ta' nondipendenza minn partijiet terzi (stati terzi u entitajiet minn pajjiżi terzi), li jkopri l-elementi kollha ta' GOVSATCOM, bħalma huma t-teknoloġiji tal-ispazju u tal-art fil-komponent, il-livell tas-sottosistema u tas-sistema, l-industriji tal-manifattura, is-sidien u l-operaturi tas-sistemi spazjali, il-post fiżiku tal-komponenti tas-sistema tal-art.

    (74)

    Il-komunikazzjoni bis-satellita mhijiex riżorsa infinita u hija limitata mill-kapaċità satellitari, mill-frekwenza u mill-kopertura ġeografika. Għalhekk, sabiex tkun kosteffettiva u tieħu vantaġġ mill-ekonomiji ta' skala, hemm bżonn li GOVSATCOM tottimizza l-konkordanza bejn id-domanda tal-utenti awtorizzati għall-GOVSATCOM u l-provvista skont il-kuntratti ta' GOVSATCOM għall-kapaċitajiet u għas-servizzi satellitari. Billi kemm id-domanda u kemm il-provvista potenzjali jinbidlu biż-żmien, jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ kostanti u flessibbiltà sabiex jiġu aġġustati s-servizzi ta' GOVSATCOM. ▌

    (75)

    Ir-rekwiżiti operazzjonali jinkisbu abbażi tal-analiżi tal-każijiet tal-użu. Minn dawk ir-rekwiżiti operazzjonali, flimkien mar-rekwiżiti tas-sigurtà, jenħtieġ li jiġi żviluppat il-portafoll tas-servizzi. Il-portafoll tas-servizzi jenħtieġ li jistabbilixxi l-bażi applikabbli għas-servizzi li jridu jiġu pprovduti permezz ta' GOVSATCOM. Sabiex tinżamm l-aqwa konkordanza possibbli bejn id-domanda u s-servizzi pprovduti, jista' jkun li l-portafoll tas-servizzi ta' GOVSATCOM ikollu bżonn jiġi aġġornat regolarment.

    (76)

    Fl-ewwel fażi ta' GOVSATCOM (bejn wieħed u ieħor sal-2025), tintuża l-kapaċità eżistenti▌. F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li takkwista kapaċitajiet ta' GOVSATCOM tal-UE mill-Istati Membri b'sistemi nazzjonali u kapaċitajiet spazjali u minn komunikazzjoni bis-satellita kummerċjali jew mill-fornituri tas-servizzi, filwaqt li jitqiesu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni. F'din l-ewwel fażi, is-servizzi jiġu introdotti b'approċċ ta' pass gradwali▌. Jekk matul l-ewwel fażi, analiżi dettaljata tal-provvista u tad-domanda fil-ġejjieni tiżvela li dan l-approċċ ma jkunx biżżejjed biex ikopri d-domanda li tkun qed tevolvi, jista' jiġi deċiż li jkun wasal iż-żmien għat-tieni fażi u jiġu żviluppati infrastrutturi jew kapaċitajiet spazjali addizzjonali apposta permezz ta' sħubija pubblika-privata waħda jew iktar, eż. mal-operaturi satellitari tal-Unjoni.

    (77)

    Sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi disponibbli ta' komunikazzjoni bis-satellita, sabiex jiġi ggarantit l-aċċess f'sitwazzjonijiet mhux prevedibbli, bħad-diżastri naturali, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza operazzjonali u sabiex jiġu żgurati ħinijiet qosra ta' pproċessar, hu meħtieġ is-segment terrestri neċessarju (Ċentri u elementi oħra potenzjali tal-art) . Dan tal-aħħar jenħtieġ li jiġi disinjat abbażi tar-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà. Sabiex jittaffew ir-riskji, iċ-Ċentru jista' jikkonsisti minn diversi siti fiżiċi. Jaf ikunu meħtieġa elementi oħra tas-segment tal-art, bħal pereżempju stazzjonijiet ta' ankraġġ.

    (78)

    Għall-utenti tal-komunikazzjoni bis-satellita, it-tagħmir tal-utenti huwa l-iktar interfaċċa operazzjonali importanti. L-approċċ tal-UE għall-GOVSATCOM jenħtieġ li jagħmilha possibbli għall-utenti li jkomplu jużaw it-tagħmir eżistenti tagħhom għas-servizzi ta' GOVSATCOM▌.

    (79)

    Fl-interess tal-effiċjenza operazzjonali, l-utenti indikaw li huwa importanti li wieħed jimmira għall-interoperabbiltà tat-tagħmir tal-utenti, u għal tagħmir tal-utenti li jkun jista' juża sistemi satellitari differenti. F'dan il-qasam jaf ikunu meħtieġa r-riċerka u l-iżvilupp.

    (80)

    Fil-livell ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li l-kompiti u r-responsabbiltajiet jiġu distribwiti fost l-entitajiet speċjalizzati, bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, is-SEAE, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-Aġenzija, u aġenziji oħra tal-Unjoni, b'tali mod li jiġi żgurat li dawn jallinjaw mar-rwol prinċipali tagħhom, speċjalment għal aspetti marbuta mal-utenti.

    (81)

    L-awtorità kompetenti ta' GOVSATCOM għandha r-rwol importanti li timmonitorja li l-utenti, u entitajiet nazzjonali oħra li jaqdu rwol f'GOVSATCOM, jikkonformaw mar-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni u mal-proċeduri tas-sigurtà kif stabbiliti fir-rekwiżiti tas-sigurtà. Stat Membru li ma jkunx ħatar awtorità kompetenti ta' GOVSATCOM, jenħtieġ li xorta waħda jaħtar punt ta' kuntatt għall-ġestjoni ta' kwalunkwe tħarbit li jiġi identifikat li jaffettwa lil GOVSATCOM.

    (81a)

    L-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE jistgħu jsiru parteċipanti ta' GOVSATCOM, sakemm dawn jagħżlu li jawtorizzaw lill-utenti ta' GOVSATCOM jew li jipprovdu kapaċitajiet, siti jew faċilitajiet. Meta wieħed iqis li hija l-għażla ta' Stat Membru jekk jawtorizzax l-utenti ta' GOVSATCOM jew jipprovdix kapaċitajiet, siti jew faċilitajiet, l-Istati Membri ma jistgħux jiġu obbligati li jsiru parteċipanti ta' GOVSATCOM jew li jospitaw infrastruttura ta' GOVSATCOM. Għalhekk, il-komponent tal-Programm ta' GOVSATCOM huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li ma jipparteċipawx f'GOVSATCOM, inkluż b'konformità mal-liġi nazzjonali jew mar-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom fir-rigward ta' politiki li jikkonċernaw in-nuqqas ta' allinjament u n-nonparteċipazzjoni f'alleanzi militari.

    (82)

    Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti operazzjonali għal servizzi pprovduti fil-qafas ta' GOVSATCOM. B'hekk il-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiddefinixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-każijiet tal-użu marbuta mal-ġestjoni tal-kriżijiet, mas-sorveljanza u mal-ġestjoni tal-infrastruttura ewlenija, inklużi n-netwerks tal-komunikazzjoni diplomatika. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (83)

    Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-portafoll tas-servizzi għal servizzi pprovduti fil-qafas ta' GOVSATCOM. B'hekk il-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiddefinixxi l-attributi, inkluża l-kopertura ġeografika, il-frekwenza, il-bandwidth, it-tagħmir tal-utenti, u l-karatteristiki tas-sigurtà. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    (84)

    Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni għall-użu ta' kapaċitajiet akkomunati ta' komunikazzjoni bis-satellita ta' GOVSATCOM. Meta tiddefinixxi r-regoli dwar kondiviżjoni u prijoritizzazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ir-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà kif ukoll analiżi tar-riskji u tad-domanda mistennija mill-parteċipanti ta' GOVSATCOM. Għalkemm is-servizzi ta' GOVSATCOM jenħtieġ li fil-prinċipju jiġu pprovduti fuq bażi ta' bla ħlas lill-utenti ta' GOVSATCOM, jekk dik l-analiżi tikkonkludi li hemm nuqqas ta' kapaċitajiet u sabiex tiġi evitata distorsjoni tas-suq, tista' tiġi żviluppata politika tal-ipprezzar bħala parti minn dawk ir-regoli dettaljati dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    (85)

    Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-post fejn tkun tinsab l-infrastruttura tas-segment tal-art għal GOVSATCOM. B'hekk il-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tqis ir-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà , kif ukoll l-infrastruttura eżistenti għall-għażla ta' tali postijiet. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

     

    (87)

    Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 stabbilixxa Aġenzija tal-Unjoni, imsejħa l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, sabiex tiġġestixxi ċerti aspetti tal-programmi tan-navigazzjoni bis-satellita Galileo u EGNOS. Dan ir-Regolament jistipula b'mod partikolari li l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea se tiġi inkarigata b'kompiti ġodda, mhux biss fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS iżda wkoll b'rabta ma' komponenti oħra tal-Programm, speċjalment l-akkreditazzjoni tas-sigurtà. Għalhekk, l-isem, il-kompiti u l-aspetti organizzattivi tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea jridu jiġu adattati skont dan.

    (87a)

    Is-sede tal-Aġenzija tinsab fi Praga kif stabbilit bid-Deċiżjoni 2010/803/UE. Għall-implimentazzjoni tal-kompiti tal-Aġenzija, il-persunal tal-Aġenzija jista' jkun lokalizzat f'wieħed miċ-ċentri bbażati fuq l-art ta' Galileo jew ta' EGNOS imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/413 biex iwettaq l-attivitajiet tal-Programm previsti fil-ftehim rilevanti. Barra minn hekk, biex l-Aġenzija topera bl-aktar mod effiċjenti u effettiv, għadd limitat ta' persunal jista' jiġi assenjat lil uffiċċji lokali fi Stat Membru wieħed jew aktar. Il-post fejn jinsab il-persunal barra s-sede tal-Aġenzija jew is-siti Galileo u EGNOS jenħtieġ li ma jwassalx għat-trasferiment tal-qofol tal-attivitajiet ewlenin tal-Aġenzija lejn dawn l-uffiċċji lokali.

    (88)

    Fid-dawl tal-ambitu estiż tagħha, li mhux se jibqa' limitat għal Galileo u għal EGNOS, jenħtieġ li l-isem tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea tinbidel. Madankollu, il-kontinwità tal-attivitajiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, inkluża l-kontinwità fir-rigward tad-drittijiet u tal-obbligi, il-persunal u l-validità ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda, jenħtieġ li tiġi żgurata fil-qafas tal-Aġenzija.

    (89)

    Minħabba l-mandat tal-Aġenzija u r-rwol tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Programm, jixraq li jkun previst li uħud mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Amministrattiv jenħtieġ li ma jiġux adottati mingħajr il-vot favorevoli tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

    (90)

    Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u d-Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu indipendenti fit-twettiq ta' dmirijiethom u għandhom jaġixxu fl-interess pubbliku.

    (91)

    Huwa possibbli, u tabilħaqq probabbli, li xi komponenti tal-Programm ikunu bbażati fuq l-użu ta' infrastruttura nazzjonali sensittiva jew marbuta mas-sigurtà. F'dan il-każ, għal raġunijiet ta' sigurtà nazzjonali, jeħtieġ li jiġi stipulat li l-laqgħat tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jkunu jistgħu jattenduhom ▌ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, skont il-ħtieġa tal-informazzjoni . Fil-Bord Amministrattiv, huma biss dawk ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li għandhom tali infrastruttura u rappreżentant tal-Kummissjoni li jieħdu sehem fil-votazzjoni . Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jenħtieġ li jistabbilixxu s-sitwazzjonijiet li fihom tapplika din il-proċedura.

     

    (94)

    Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, jeħtieġ li l-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Fejn ikun xieraq, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-programm.

    (94a)

    L-użu ta' servizzi bbażati fuq Copernicus u Galileo huwa previst li jħalli impatt kbir fuq l-ekonomija Ewropea b'mod ġenerali. Madankollu, il-kejl u l-istudji tal-każijiet ad hoc jidhru li jiddominaw l-istampa llum. Il-Kummissjoni, permezz tal-Eurostat, jenħtieġ li tiddefinixxi kejl statistiku u indikaturi rilevanti li jiffurmaw il-bażi għall-monitoraġġ tal-impatt tal-attivitajiet spazjali tal-UE b'mod sistematiku u awtorevoli.

    (95)

    Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun assistita minn Kumitat li jenħtieġ li jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċifika.

    (95a)

    Peress li l-komponenti ta' Copernicus huma indirizzati għall-utent, huma jeħtieġu l-involviment kontinwu u effettiv tal-utenti għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari rigward id-definizzjoni u l-validazzjoni ta' rekwiżiti tas-servizz. Sabiex jiżdied il-valur għall-utenti, il-kontribut tagħhom jenħtieġ li jiġi mfittex attivament permezz ta' konsultazzjoni regolari mal-utenti finali mis-setturi pubbliċi u privati tal-Istati Membri tal-Unjoni u meta xieraq l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jitwaqqaf grupp ta' ħidma (il-“Forum tal-Utenti”) biex jassisti lill-Kumitat tal-Programm fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti u l-verifika tal-konformità tas-servizz kif ukoll il-koordinament tal-utenti tas-settur pubbliku. Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat jenħtieġ li jistabbilixxu l-organizzazzjoni ta' dak il-grupp ta' ħidma biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull komponent u ta' kull servizz fil-komponenti. Kull meta jkun possibbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-Forum tal-Utenti bbażat fuq konsultazzjoni sistematika u koordinata tal-utenti fil-livell nazzjonali.

    (96)

    Peress li l-governanza pubblika tajba tirrikjedi ġestjoni uniformi tal-Programm, teħid iktar rapidu tad-deċiżjonijiet u aċċess ugwali għall-informazzjoni, jenħtieġ li r-rappreżentanti tal-entitajiet inkarigati b'kompiti marbuta ma' dan il-Programm ikunu jistgħu jieħdu sehem bħala osservaturi fil-ħidma tal-kumitat stabbilit bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li r-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li jkunu kkonkludew ftehim internazzjonali mal-Unjoni , relatat mal-Programm jew il-komponenti jew is-subkomponenti tiegħu, ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-ħidma tal-kumitat, soġġett għall-obbligi ta' sigurtà u kif previst fit-termini ta' tali ftehim. Ir-rappreżentanti ta' entitajiet inkarigati b'kompiti marbuta mal-Programm, ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali mhumiex intitolati jieħdu sehem fil-proċeduri tal-votazzjoni tal-kumitat. Il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' osservaturi u parteċipanti ad hoc jenħtieġ li jkunu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-Kumitati.

    (97)

    Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness X biex jiġu rieżaminati jew ikkomplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi supplementat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa b'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

    (98)

    Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri peress li jmur lil hinn mill-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi ta' kwalunkwe Stat Membru waħdu, u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jintlaħaq aħjar permezz ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta l-miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

    (99)

    Biex ikunu żgurati l-kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' sigurtà tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw kontroll massimu fuq ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-programm. Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun assistita minn kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri li jiltaqgħu f'konfigurazzjoni ta' sigurtà dedikata. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Minħabba s-sensittività ta' kwistjonijiet ta' sigurtà, jenħtieġ li l-presidenza tagħmel ħilitha biex issib soluzzjonijiet li jkunu jgawdu l-akbar appoġġ possibbli fi ħdan il-kumitat. Il-Kummissjoni jenħtieġ li ma tadottax atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta' sigurtà ġenerali tal-programm f'każijiet fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    TITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni (“Programm”). Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament mill-Unjoni u r-regoli biex jiġi pprovdut tali finanzjament, kif ukoll ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-Programm.

    2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (“Aġenzija”), li tissostitwixxi u tissuċċedi l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010 u jistipula r-regoli tat-tħaddim ta' din l-Aġenzija.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (0)

    Sistema għas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (SST) tfisser netwerk ta' sensuri bbażati fl-art u fl-ispazju li kapaċi jissorveljaw u jsegwu l-oġġetti spazjali, flimkien ma' kapaċitajiet ta' pproċessar li għandhom l-għan li jipprovdu data, informazzjoni u servizzi dwar l-oġġetti spazjali li jorbitaw madwar id-dinja;

    (1)

    “inġenju spazjali” tfisser ▌oġġett li jorbita disinjat biex iwettaq funzjoni jew missjoni speċifika (eż. komunikazzjonijiet, navigazzjoni jew osservazzjoni tad-Dinja) , inklużi s-satelliti ▌u l-istadji superjuri tal-lanċjaturi , vettura ta' dħul mill-ġdid. Inġenju spazjali li ma jistax jibqa' jissodisfa l-missjoni tiegħu jitqies bħala mhux funzjonali. Inġenju spazjali f'riżerva jew f'modalitajiet ta' standby li jkun qed jistenna li ssirlu attivazzjoni mill-ġdid jitqies funzjonali ;

    (2)

    “avvenimenti tat-temp spazjali” tfisser varjazzjonijiet li jseħħu b'mod naturali fl-ambjent spazjali fix-Xemx madwar id-Dinja. L-effetti tat-temp spazjali jinkludu ivvampjar solari, partikuli enerġetiċi solari, varjazzjonijiet fir-riħ solari▌, espulsjonijiet tal-massa koronali,▌ radjazzjoni solari u disturbi jonosferiċi▌ li potenzjalment iħallu impatt fuq id-dinja u l-infrastrutturi bbażati fl-ispazju ;

    (3)

    “oġġetti qrib id-dinja” (NEO) tfisser oġġetti naturali fis-sistema solari li joqorbu lejn id-Dinja;

    (4)

    “oġġett spazjali” tfisser kwalunkwe oġġett magħmul mill-bniedem fl-ispazju lil hinn mill-atmosfera;

    (5)

    “għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju” (“SSA”) tfisser approċċ olistiku , li jinkludi għarfien u fehim komprensivi, tal-perikli spazjali prinċipali, li jinkludu l-kolliżjonijiet bejn l-oġġetti spazjali, it-tifrik u d-dħul lura ta' oġġetti spazjali , il-fenomeni tat-temp spazjali, u l-oġġetti qrib id-dinja;

    (6)

    “operazzjoni ta' taħlit” tfisser azzjonijiet li jingħataw sostenn mill-baġit tal-UE, inkluż fil-faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombina forom ta' sostenn li mhumiex ripagabbli u/jew strumenti finanzjarji u/jew garanziji baġitarji mill-baġit tal-UE b'forom ta' sostenn ripagabbli mill-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet u minn investituri finanzjarji kummerċjali;

    (7)

    “entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li jkollha personalità ġuridika u li tista' teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi meta taġixxi f'isimha stess, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju;

    (8)

    “pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru tal-Unjoni;

    (9)

    “informazzjoni tal-SST” tfisser id-data pproċessata tal-SST li tkun tista' tinftiehem minnufih mir-riċevitur;

    (10)

    “data tal-SST” tfisser il-parametri fiżiċi tal-oġġetti spazjali , inklużi residwi spazjali, miksuba mis-sensuri tal-SST jew il-parametri orbitali tal-oġġetti spazjali miksuba mill-osservazzjonijiet tas-sensuri tal-SST fil-qafas tal-komponent tas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (“SST”);

    (11)

    “kollegament ta' ritorn” tfisser servizz li jagħti kontribut għas-servizz globali ta' monitoraġġ tal-inġenji tal-ajru, liema monitoraġġ ikun definit mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

    (12)

    “satelliti Sentinel ta' Copernicus” tfisser is-satelliti dedikati, l-inġenji spazjali jew it-tagħbijiet tal-inġenji spazjali ta' Copernicus għall-osservazzjoni tad-dinja mill-ispazju;

    (13)

    “data ta' Copernicus” tfisser id-data pprovduta mis-satelliti Sentinel, inkluża l-metadata tagħhom;

    (14)

    “data u informazzjoni ta' parti terza ta' Copernicus” tfisser id-data u l-informazzjoni bil-liċenzja jew disponibbli għall-użu minn Copernicus li toriġina minn sorsi għajr mis-satelliti Sentinel;

    (14a)

    “is-Servizzi ta' Copernicus” tfisser servizzi b'valur miżjud ta' interess ġenerali u komuni għall-Unjoni u l-Istati Membri, li huma ffinanzjati mill-Programm u li jittrasformaw id-data dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja, data in situ u data anċillari oħra f'informazzjoni proċessata, aggregata u interpretata skont il-ħtiġijiet tal-utenti ta' Copernicus;

    (15)

    “data in situ ta' Copernicus” tfisser data ta' osservazzjoni mis-sensuri fuq l-art, fuq il-baħar jew fl-ajru, kif ukoll data ta' referenza u anċillari bil-liċenzja jew li tiġi pprovduta biex tintuża f'Copernicus;

    (16)

    “informazzjoni ta' Copernicus” tfisser l-informazzjoni ġġenerata mis-Servizzi ta' Copernicus wara l-ipproċessar jew l-immudellar, inkluża l-metadata tagħhom;

    (17)

    “entità fiduċjarja” tfisser entità ġuridika li tkun indipendenti mill-Kummissjoni jew minn parti terza u li tirċievi data mill-Kummissjoni jew minn dik il-parti terza għall-iskop ta' ħżin u ta' trattament sikur ta' dik id-data;

    (18)

    “residwi spazjali” tfisser kwalunkwe oġġett spazjali inklużi l-inġenji spazjali jew frammenti u elementi tagħhom fl-orbita tad-dinja jew li jerġgħu jidħlu fl-atmosfera tad-dinja, li mhumiex funzjonali jew li ma għadx għandhom xi skop speċifiku, inklużi l-partijiet ta' rokits jew ta' satelliti artifiċjali, jew satelliti artifiċjali mhux attivi;

    (19)

    “sensur tal-SST” tfisser apparat jew kombinazzjoni ta' apparati, radars tal-art jew spazjali, lasers u teleskopji, li jistgħu jagħmlu sorveljanza spazjali jew insegwiment u jistgħu jkejlu l-parametri fiżiċi marbuta mal-oġġetti spazjali, bħad-daqs, fejn ikunu jinsabu u l-veloċità ;

    (19a)

    “parteċipant fil-"GOVSATCOM” tfisser l-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni, u s-SEAE kif ukoll l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, safejn dawn l-aġenziji, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali ikunu ġew debitament awtorizzati;

    (20)

    “utent ta' GOVSATCOM” tfisser awtorità pubblika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, jew korp inkarigat bl-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, jew persuna fiżika jew ġuridika, li tkun awtorizzata u inkarigata kif suppost b'kompiti marbuta mas-superviżjoni u mal-ġestjoni ta' missjonijiet, ta' operazzjonijiet u ta' infrastrutturi kritiċi għas-sigurtà;

    (20a)

    “Ċentru ta' GOVSATCOM” tfisser ċentru operazzjonali bil-funzjoni ewlenija li jgħaqqad b'mod sigur lill-utenti ta' GOVSATCOM mal-kapaċità u s-servizzi ta' GOVSATCOM, u b'hekk jottimizza l-provvista u d-domanda f'kull waqt partikolari;

    (21)

    “każ tal-użu ta' GOVSATCOM” tfisser xenarju operazzjonali f'ambjent partikolari li fih huma rikjesti s-servizzi ta' GOVSATCOM;

    (21a)

    “Informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE)” tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal magħżul minn klassifikazzjoni ta' sigurtà tal-UE, li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkawża gradi differenti ta' preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew għal Stat Membru wieħed jew aktar;

    (22)

    “informazzjoni sensittiva mhux klassifikata” tfisser informazzjoni mhux klassifikata fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443, li toħloq obbligu għall-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata li tapplika biss għall-Kummissjoni Ewropea u għall-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni obbligati bil-liġi japplikaw ir-regoli ta' sigurtà tal-Kummissjoni ;

    (23)

    “utenti ta' Copernicus” tfisser:

    “utenti ewlenin ta' Copernicus” li jibbenefikaw mid-data ta' Copernicus u mill-informazzjoni ta' Copernicus u li jkollhom ir-rwol addizzjonali li jmexxu l-evoluzzjoni ta' Copernicus, huma l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-korpi pubbliċi reġjonali, nazzjonali jew Ewropej fl-Unjoni jew fl-Istati Parteċipanti ta' Copernicus inkarigati b'missjoni ta' servizz pubbliku għad-definizzjoni, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar jew għall-monitoraġġ tal-politiki ambjentali, tal-protezzjoni ċivili, tas-sikurezza, inkluża l-politika tas-sikurezza tal-infrastruttura jew tas-sigurtà;

    “utenti oħra ta' Copernicus” li jibbenefikaw mid-data ta' Copernicus u mill-informazzjoni ta' Copernicus u jinkludu, b'mod partikolari, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u tal-edukazzjoni, il-korpi kummerċjali u privati, l-għaqdiet tal-karità, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (24)

    “Stati Parteċipanti f'Copernicus” tfisser pajjiżi terzi li jikkontribwixxu finanzjarjament u jipparteċipaw f'Copernicus skont it-termini ta' ftehim internazzjonali konkluż mal-Unjoni.

    Artikolu 3

    Komponenti tal-Programm

    Il-Programm għandu jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

    (a)

    sistema awtonoma ċivili u globali tan-navigazzjoni bis-satellita (GNSS) taħt il-kontroll ċivili, li tinkludi kostellazzjoni ta' satelliti, ċentri u netwerk globali ta' stazzjonijiet tal-art, li joffru servizzi ta' pożizzjonament, ta' navigazzjoni u ta' kejl tal-ħin u li jintegraw ▌il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà (“Galileo”);

    (b)

    sistema ċivili reġjonali tan-navigazzjoni bis-satellita taħt il-kontroll ċivili li tikkonsisti minn ċentri u stazzjonijiet tal-art u minn diversi transponders installati fuq satelliti ġeosinkroniċi u li jżidu u jikkoreġu s-sinjali miftuħa emessi minn Galileo u minn GNSS oħrajn, fost affarijiet oħra għall-ġestjoni tat-traffiku u għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u sistemi oħra ta' trasport ("is-Servizz Ewropew ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja jew “EGNOS”);

    (c)

    sistema operazzjonali, awtonoma tal-osservazzjoni tad-dinja, iffokata fuq l-utenti, taħt kontroll ċivili, li tibni fuq il-kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej eżistenti, li toffri data u servizzi ta' ġeoinformazzjoni, li jinkludu satelliti, infrastruttura tal-art, faċilitajiet tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, u infrastruttura tad-distribuzzjoni, abbażi ta' politika dwar id-data sħiħa, libera u miftuħa u, fejn xieraq, li tintegra għalkollox il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà (“Copernicus”);

    (d)

    sistema ta' sorveljanza u ta' insegwiment fl-ispazju, bl-għan li ttejjeb, tħaddem u tipprovdi d-data, l-informazzjoni u s-servizzi marbuta mas-sorveljanza u mal-insegwiment ta' oġġetti spazjali▌ li jorbitaw madwar id-dinja (subkomponent “SST”) ;u kkumplementata b'parametri ta' osservazzjoni marbuta mal-monitoraġġ tal-avvenimenti tat-temp spazjali (subkomponent “SWE”) u  l-monitoraġġ tar-riskju ta' oġġetti qrib id-dinja (subkomponent “NEOs”) li joqorbu iktar lejn id-dinja (“SSA” Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-iSpazju);

    (e)

    servizz ta' komunikazzjoni ▌bis-satellita li jippermetti l-forniment tas-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita lill-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jiġġestixxu l-missjonijiet u l-infrastrutturi kritiċi għas-sigurtà (“GOVSATCOM”).

    ▌Il-programm għandu jinkludi miżuri addizzjonali biex jiġi żgurat aċċess effiċjenti u awtonomu għall-ispazju għall-Programm u għat-trawwim ta' settur spazjali Ewropew innovattiv u kompetittiv, upstream u downstream, it-tisħiħ tal-ekosistema spazjali tal-Unjoni u t-tisħiħ tal-Unjoni bħala attur globali .

    Artikolu 4

    Għanijiet

    1.   Il-Programm għandu jkollu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

    (a)

    jipprovdi, jew jagħti kontribut għall-forniment ta’, data, informazzjoni u servizzi spazjali ta' kwalità għolja, aġġornati, u fejn ikun xieraq, siguri, mingħajr interruzzjoni u kull fejn ikun possibbli fil-livell globali, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet eżistenti u tal-ġejjieni, sabiex jingħata appoġġ għall-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni u għat-teħid ta' deċiżjonijiet indipendenti u bbażati fuq evidenza relatata, inter alia għat-tibdil fil-klima, it-trasport , u s-sigurtà▌;

    (b)

    jimmassimizza l-benefiċċji soċjoekonomiċi, b'mod partikolari billi jħeġġeġ l-iżvilupp ta' setturi Ewropej upstream u downstream innovattivi u kompetittivi, inklużi impriżi żgħar u ta' daqs medju u negozji ġodda, b'hekk jippermetti t-tkabbir u l-ħolqien ta' impjiegi fl-Unjoni u jippromwovi l-iżjed teħid u użu wiesa' possibbli ta' servizzi u tad-data, tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti permezz tal-komponenti tal-Programm kemm fi ħdan kif ukoll barra l-Unjoni; filwaqt li jiġu żgurati s-sinerġiji u l-komplementarjetà mal-attivitajiet ta' żvilupp teknoloġiku u ta' riċerka tal-Unjoni mwettqa skont ir-Regolament Orizzont Ewropa;

    (c)

    itejjeb is-sikurezza, is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, u jsaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha, b'mod partikolari f'termini tat-teknoloġiji▌;

    (d)

    jippromwovi r-rwol tal-Unjoni bħala attur globali fis-settur spazjali, jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni internazzjonali, isaħħaħ id-diplomazija spazjali Ewropea, inkluż billi jrawwem il-prinċipji ta' reċiproċità u kompetizzjoni ġusta u jsaħħaħ ir-rwol tiegħu fl-indirizzar tal-isfidi globali, jappoġġa inizjattivi globali▌, inkluż fir-rigward ▌tal-iżvilupp sostenibbli, u jqajjem kuxjenza dwar l-ispazju bħala wirt komuni tal-umanità ;

    (e)

    isaħħaħ is-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali esterni kollha li jappartjenu għall-oġġetti spazjali u l-proliferazzjoni tar-residwi, kif ukoll l-ambjent spazjali, billi jimplimenta miżuri xierqa, inkluż l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji għar-rimi tal-inġenji spazjali fi tmiem il-ħajja operattiva u għar-rimi tar-residwi spazjali.

    (6a)     Il-kooperazzjoni internazzjonali hija ta' importanza kbira u hija element ewlieni tal-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa u tippromwovi r-rwol tal-Unjoni bħala attur globali fis-settur spazjali. Il-Kummissjoni se tuża l-Programm biex tikkontribwixxi u tibbenefika mill-isforzi internazzjonali permezz ta' inizjattivi ta' diplomazija spazjali biex tippromwovi t-teknoloġija u l-industrija Ewropea fuq livell internazzjonali (pereżempju djalogi bilaterali, workshops tal-industrija, appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs) u biex tiffaċilita l-aċċess għal swieq internazzjonali u trawwem kompetizzjoni ġusta, kif ukoll tingrana l-inizjattivi ta' diplomazija ekonomika. L-inizjattivi diplomatiċi spazjali Ewropej għandhom ikunu koerenti u kumplimentari bis-sħiħ mal-politiki, il-prijoritajiet u l-istrumenti eżistenti tal-UE, filwaqt li l-Unjoni għandha rwol ewlieni x'taqdi flimkien mal-Istati Membri biex tibqa' fuq quddiem nett fix-xena internazzjonali.

    2.   Il-Programm għandu jkollu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

    (a)

    fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS: il-forniment fuq medda twila ta' żmien ta' servizzi mill-aqwa,▌ ta' servizzi siguri tal-pożizzjonament, tan-navigazzjoni u tat-teħid tal-ħinijiet filwaqt li jiżgura kontinwità u robustezza tas-servizz ;

    (b)

    fir-rigward ta' Copernicus: it-twassil ta' data u ta' informazzjoni akkurati u affidabbli tal-osservazzjoni tad-dinja u servizzi li jintegraw sorsi oħra ta' data , ipprovduti fit-tul fuq bażi sostenibbli , b'sostenn għall-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u azzjonijiet ibbażati fuq il-ħtiġijiet tal-utenti ;

    (c)

    fir-rigward tal-Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju (“SSA”): it-titjib tal-kapaċitajiet tal-SST għall-monitoraġġ, għall-insegwiment u għall-identifikazzjoni tal-oġġetti spazjali u tar-residwi spazjali bil-għan li tiżdied aktar il-prestazzjoni u l-awtonomija tal-kapaċitajiet tal-SST fil-livell tal-Unjoni, u jipprovdi servizzi spazjali tat-temp u għall-immappjar u għall-ħolqien ta' netwerk tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-NEO;

    (d)

    fir-rigward ta' GOVSATCOM: l-iżgurar tad-disponibbiltà fit-tul ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita affidabbli, siguri u kosteffettivi għall-utenti ta' GOVSATCOM ;

    (e)

    l-appoġġ għal kapaċità awtonoma, sigura u kosteffiċjenti ta' aċċess għall-ispazju , filwaqt li jqis l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni ;

    (f)

    it-tħeġġiġ tal-iżvilupp ta' ekonomija spazjali tal-Unjoni b'saħħitha inkluż billi jappoġġa l-ekosistema tal-ispazju u billi jsaħħaħ il-kompetittività, l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, il-ħiliet u  l-bini tal-kapaċità fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju u negozji ġodda jew persuni ġuridiċi u fiżiċi mill-Unjoni attivi jew li jixtiequ jsiru attivi f'dak is-settur▌.

    Artikolu 5

    Aċċess għall-ispazju

    1.    Il-programm għandu jappoġġa l-akkwist u l-aggregazzjoni ta' servizzi ta' varar għall-ħtiġijiet tal-Programm u, fuq talba tagħhom, l-aggregazzjoni għall-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali .

    2.     F'sinerġiji ma' programmi u skemi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet tal-Aġenzija Spazjali Ewropea fil-qasam tal-aċċess għall-ispazju, il-Programm jista' jappoġġa:

    (a)

    adattamenti, inkluż l-iżvilupp teknoloġiku, għal sistemi ta' llanċjar fl-ispazju li huma meħtieġa għal-lanċjar ta' satelliti, inklużi teknoloġiji alternattivi u sistemi innovattivi dwar l-aċċess għall-ispazju, għall-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm;

    (b)

    adattamenti fl-infrastruttura spazjali tal-art , inklużi żviluppi ġodda, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm .

    Artikolu 6

    Azzjonijiet b'sostenn għal settur spazjali innovattiv u kompetittiv tal-Unjoni

    1.    Il-programm għandu jippromwovi l-bini tal-kapaċità madwar l-Unjoni u għalhekk jappoġġa:

    (a)

    attivitajiet ta' innovazzjoni biex isir l-aħjar użu mit-teknoloġiji, l-infrastruttura jew is-servizzi spazjali u miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi li jirriżultaw minn attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u jappoġġaw l-iżvilupp tas-settur downstream, b'mod partikolari permezz ta' sinerġiji ma' Programmi u strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, inkluż InvestEU ;

    (b)

    attivitajiet li għandhom l-għan li jrawmu d-domanda pubblika u l-innovazzjoni fis-settur pubbliku, biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-servizzi pubbliċi għaċ-ċittadini u n-negozji;

    (c)

    imprenditorija, inkluż mill-istadju bikri sal-istadju tat-tkabbir, skont l-Artikolu 21 billi jistrieħ fuq dispożizzjonijiet oħra marbuta mal-aċċess għall-finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 18 u fil-Kapitolu I tat-Titolu III, u billi juża approċċ tal-ewwel kuntratt ;

    (d)

    il-ħolqien ta' ekosistema spazjali faċli għan-negozju permezz ta' kooperazzjoni bejn impriżi fil-forma ta' netwerk ta' ċentri spazjali li jiġbru flimkien, fil-livell reġjonali u nazzjonali, atturi mis-setturi spazjali, diġitali u setturi oħrajn , kif ukoll utenti, li n-netwerk ta' ċentri għandu l-għan li jipprovdi appoġġ, faċilitajiet u servizzi liċ-ċittadini u lill-kumpaniji biex irawmu l-intraprenditorija u l-ħiliet u biex jissaħħu s-sinerġiji fis-settur downstream u biex titrawwem il-kooperazzjoni maċ-ċentri ta' innovazzjoni diġitali stabbiliti skont il-Programm Ewropa Diġitali ;

    (e)

    l-għoti ta' attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, inkluż għall-professjonisti, l-imprendituri, il-gradwati u l-istudenti, b'mod partikolari permezz ta' sinerġiji ma' inizjattivi nazzjonali u reġjonali, għall-iżvilupp ta' ħiliet avvanzati ;

    (f)

    l-aċċess għall-faċilitajiet tal-ipproċessar u tal-ittestjar għall-professjonisti fis-settur privat u pubbliku, għall-istudenti u l-imprendituri ;

    (g)

    għall-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u ta' standardizzazzjoni;

    (h)

    it-tisħiħ tal-ktajjen Ewropej tal-provvista madwar l-Unjoni permezz ta' parteċipazzjoni wiesgħa tal-impriżi, b'mod partikolari impriżi żgħar u ta' daqs medju u negozji ġodda, fil-komponenti kollha tal-programm, b'mod partikolari permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14, u miżuri li jirfdu l-kompetittività tagħhom fil-livell globali .

    2.     Meta jiġu implimentati l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-ħtieġa li tiġi żviluppata l-kapaċità fl-Istati Membri b'industrija spazjali emerġenti għandha tiġi appoġġata, sabiex tingħata opportunità ugwali lill-Istati Membri kollha jipparteċipaw fil-programm spazjali.

    Artikolu 7

    Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali assoċjati mal-Programm

    1.   Il-komponenti tal-Programm, bl-eċċezzjoni tal-SST u ta’ GOVSATCOM, għandhom ikunu miftuħa għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

    (a)

    il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

    (b)

    il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u mat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejniethom u l-Unjoni;

    (c)

    pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi.

    2.   Il-komponenti tal-Programm, bl-eċċezzjoni tal-SST, għandhom ikunu miftuħa wkoll għal kwalunkwe pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz jew dik tal-organizzazzjoni internazzjonali fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, diment li l-ftehim:

    (a)

    jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali parteċipanti fil-programmi tal-Unjoni;

    (b)

    jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid];

    (c)

    ma jikkonferix setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-programm;

    (d)

    jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

    (da)

    jippreżerva, fejn xieraq, l-interessi strateġiċi u sovrani tal-Unjoni fl-oqsma rilevanti kollha, inkluż fl-awtonomija strateġika Ewropea teknoloġika jew industrijali;

    3.   Il-komponenti tal-Programm għandhom ikunu miftuħa għall-pajjiżi terzi u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 diment li jiġu konservati l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

    Artikolu 8

    Aċċess għall-SST, għal GOVSATCOM u għall-PRS minn pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali

    1.   Il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru parteċipanti ta' GOVSATCOM kif imsemmi fl-Artikolu 67 jew jiksbu aċċess għas-servizzi pprovduti mill-SST, biss fejn, b'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jidħlu fi ftehim li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tar-regoli ddettaljati għal aċċess għat-tali data, informazzjoni, kapaċitajiet u servizzi, u l-qafas għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata.

    2.   L-aċċess ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali għas-Servizz Pubbliku Regolat ipprovdut minn Galileo għandu jiġi rregolat bl-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).

    Artikolu 9

    Sjieda u użu tal-assi

    1.   L-Unjoni għandha tkun is-sid tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha li jinħolqu jew li jiġu żviluppati fil-qafas tal-komponenti tal-Programm. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti marbuta ma' dawk l-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw fil-ħolqien jew l-iżvilupp ta' tali assi jkun fihom dispożizzjonijiet li jiżguraw tali reġim ta' sjieda fir-rigward ta' dawk l-assi.

    2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-assi tanġibbli u intanġibbli li nħolqu jew li ġew żviluppati fil-qafas tal-komponenti tal-Programm, fejn l-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw fil-ħolqien jew fl-iżvilupp ta' tali assi:

    (a)

    jitwettqu skont għotjiet jew premjijiet iffinanzjati għalkollox mill-Unjoni;

    (b)

    ma jkunux iffinanzjati għalkollox mill-Unjoni, jew

    (c)

    ikunu marbuta mal-iżvilupp, mal-manifattura jew mal-użu ta' riċevituri tal-PRS li jinkorporaw l-IKUE, jew ta' komponenti ta' tali riċevituri.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra marbuta mal-attivitajiet imsemmija fit-tieni paragrafu jkun fihom dispożizzjonijiet li jistabbilixxu r-reġim ta' sjieda u użu xieraq għal dawk l-assi u, fir-rigward tal-punt (c), li l-Unjoni tkun tista' tuża u tagħti d-dritt ta' użu tar-riċevituri tal-PRS mingħajr ħlas b'konformità mad-Deċiżjoni 1104/2011/UE.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tfittex li tikkonkludi kuntratti jew arranġamenti oħra ma' partijiet terzi fir-rigward:

    (a)

    tad-drittijiet ta' sjieda eżistenti minn qabel fir-rigward tal-assi tanġibbli u intanġibbli li jinħolqu jew li jiġu żviluppati fil-qafas tal-komponenti tal-Programm;

    (b)

    tal-akkwiżizzjoni tas-sjieda jew tad-drittijiet tal-liċenzja fir-rigward ta' assi oħra tanġibbli jew intanġibbli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm.

    5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura, permezz ta' qafas xieraq, l-użu ottimali tal-assi tanġibbli u intanġibbli msemmija fil-paragrafu 1 u 2 u li għandha s-sjieda tagħhom l-Unjoni.

    6.   B'mod partikolari, fejn dawk l-assi jikkonsistu minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi dawk id-drittijiet bl-iktar mod effettiv possibbli, filwaqt li tqis il-ħtieġa li tipproteġihom u li tagħtihom valur, u filwaqt li tqis l-interessi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati kollha u tal-ħtieġa għall-iżvilupp armonjuż ta' swieq u ta' teknoloġiji ġodda u għall-kontinwità tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm. Għal dak l-għan, għandha tiżgura b'mod partikolari li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti jinkludu l-possibbiltà ta' trasferiment ta' dawk id-drittijiet lil partijiet terzi, jew il-possibbiltà ta' għoti ta' liċenzji ta' partijiet terzi għal dawk id-drittijiet, inkluż lil kreatur ta' dak id-dritt tal-proprjetà intellettwali u li dik l-Aġenzija tkun tista' tgawdi dawk id-drittijiet liberament fejn ikunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament. Il-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja msemmi fl-Artikolu 29(3a) jew il-ftehimiet ta' kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 32(1) għandhom jinkludu dispożizzjonijiet rilevanti li jippermettu l-użu ta' dawk id-drittijiet mill-Aġenzija Spazjali Ewropea u mill-entitajiet inkarigati l-oħra fejn meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u l-kundizzjonijiet għal dak l-użu.

    Artikolu 10

    Garanzija

    Mingħajr preġudizzju għall-obbligi imposti mid-dispożizzjonijiet legalment vinkolanti, is-servizzi, id-data u l-informazzjoni pprovduta mill-komponenti tal-Programm għandhom jiġu pprovduti mingħajr xi garanzija espliċita jew impliċita fir-rigward tal-kwalità, tal-akkuratezza, tad-disponibbiltà, tal-affidabbiltà, tal-veloċità u tal-idoneità tagħhom għal kwalunkwe skop. ▌ Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-utenti ta' dawk is-servizzi, id-data u l-informazzjoni jkunu infurmati, b'mod xieraq▌.

    TITOLU II

    KONTRIBUZZJONI U MEKKANIŻMI BAĠITARJI

    Artikolu 11

    Baġit

    1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021-2027 , inkluż għar-riskji assoċjati, għandu jkun ta' EUR 16,9 biljun fi prezzijiet kurrenti.

    Id-distribuzzjoni ▌ tal-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandha tinqasam f'dawn il-kategoriji ta' nefqa li ġejjin :

    (a)

    fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS: EUR 9,7 biljun;

    (b)

    fir-rigward ta' Copernicus: EUR 6 biljun;

    (c)

    fir-rigward tal-SSA/GOVSATCOM: EUR 1,2 biljun.

    2.    Miżuri addizzjonali kif previsti skont l-Artikoli 3 , jiġifieri l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 6 għandhom jiġu ffinanzjati skont il-komponenti tal-Programm.

    3.   L-approprjazzjonijiet baġitarji tal-Unjoni li jkunu assenjati lill-Programm għandhom ikopru l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4. Din in-nefqa tista' tkopri:

    (a)

    l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, b'mod partikolari l-konformità mal-limiti tal-kost u tal-ħin tagħhom;

    (b)

    l-attivitajiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet tal-politiki tal-Unjoni fejn dawn ikunu marbuta direttament mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari biex jinħolqu sinerġiji ma' politiki oħra tal-Unjoni;

    (c)

    in-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jkollhom il-funzjoni li jipproċessaw jew li jiskambjaw l-informazzjoni, u l-miżuri dwar il-ġestjoni amministrattiva, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, li jkunu implimentati mill-Kummissjoni;

    (d)

    assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni, inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.

    4.   L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu awditjati darba biss, billi jiġu koperti l-programmi involuti kollha u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.

    5.   L-impenji baġitarji marbuta mal-Programm u li jkopru l-attivitajiet li jkunu estiżi fuq iktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f'pagamenti akkont annwali.

    6.   Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri fil-qafas ta' ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tagħhom, jiġu ttrasferiti lill-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-Artikolu. Fejn ikun possibbli dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

    Artikolu 12

    Dħul assenjat

    1.   Id-dħul iġġenerat mill-komponenti tal-Programm għandu jitħallas fil-baġit tal-Unjoni u għandu jintuża biex jiffinanzja l-komponent li jkun iġġenera d-dħul.

    2.   L-Istati Membri jistgħu jallokaw kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għal komponent tal-Programm, bil-kundizzjoni li tali elementi addizzjonali ma joħolqux xi piż finanzjarju jew tekniku jew xi dewmien għall-komponent ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3), jekk dawk iż-żewġ kundizzjonijiet ġewx issodisfatti.

    3.   Il-finanzjament addizzjonali msemmi f'dan l-Artikolu għandu jiġi ttrattat bħala dħul assenjat estern skont l-[Artikolu 21(2)] tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 13

    Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-UE

    1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija fl-[Artikolu 62(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.

    2.   Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta' taħlit.

    3.     Meta l-baġit ta' Copernicus jiġi implimentat permezz ta' ġestjoni indiretta, ir-regoli dwar l-akkwist tal-entitajiet inkarigati bil-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jistgħu japplikaw sal-punt permissibbli skont l-Artikoli 62 u 154 tar-Regolament Finanzjarju. Aġġustamenti speċifiċi meħtieġa għal dawk ir-regoli għandhom jiġu definiti fil-ftehimiet ta' kontribuzzjoni rilevanti.

    TITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

    KAPITOLU I

    Akkwist

    Artikolu 14

    Prinċipji tal-akkwist

    1.     L-awtorità kontraenti għandha taġixxi b'konformità mal-prinċipji li ġejjin fil-proċeduri tal-akkwist għall-iskop tal-Programm:

    (a)

    il-promozzjoni fl-Istati Membri kollha madwar l-Unjoni u , tul il-katina tal-provvista kollha, tal-iktar parteċipazzjoni wiesgħa u miftuħa possibbli tal-operaturi ekonomiċi kollha, b'mod partikolari tan-negozji ġodda, tal-entranti ġodda, tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju ▌, inkluż ir-rekwiżit tas-sottokuntrattar mill-offerenti;

    (b)

    l-iżgurar ta' kompetizzjoni effettiva u fejn ikun possibbli, l-evitar ta' dipendenza żejda fuq fornitur uniku, b'mod partikolari għat-tagħmir u għas-servizzi kritiċi, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tal-indipendenza teknoloġika u tal-kontinwità tas-servizzi;

    (c)

    b'deroga mill-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju, l-użu, kull fejn ikun xieraq, ta' diversi sorsi ta' forniment sabiex jiġi żgurat kontroll ġenerali aħjar tal-komponenti kollha tal-Programm, tal-kost tagħhom u tal-iskeda tagħhom;

    (cc)

    is-segwitu tal-prinċipji tal-aċċess miftuħ u l-kompetizzjoni ġusta tul il-katina tal-provvista industrijali, is-sejħiet għall-offerti abbażi tal-għoti ta' informazzjoni trasparenti u f'waqtha, il-komunikazzjoni ċara tar-regoli u l-proċeduri applikabbli dwar l-akkwist, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li tippermetti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-offerenti potenzjali kollha, inklużi l-SMEs u n-negozji l-ġodda;

    (d)

    it-tisħiħ tal-awtonomija tal-Unjoni, b'mod partikolari f'termini teknoloġiċi;

    (e)

    il-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-komponenti tal-Programm u l-għoti ta' kontribut għall-protezzjoni tal-interess essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;

    (ee)

    il-promozzjoni tal-kontinwità u l-affidabbiltà tas-servizz;

    (f)

    l-issodisfar tal-kriterji soċjali u ambjentali xierqa.

    2.     Il-Bord tal-akkwist, fi ħdan il-Kummissjoni, għandu jiskrutinizza l-proċess ta' akkwist li jikkonċerna l-komponenti kollha tal-programm u jimmonitorja l-implimentazzjoni kuntrattwali tal-baġit tal-UE ddelegat lill-entitajiet inkarigati. Ir-rappreżentant tal-entitajiet inkarigati għandu jiġi mistieden kif xieraq.

    Artikolu 15

    Kuntratti kundizzjonali b'pagamenti fi stadji

    1.    Fir-rigward tal-attivitajiet operattivi u speċifiċi għall-infrastruttura, l-awtorità kontraenti tista' tagħti kuntratt fil-forma ta' kuntratt kundizzjonali b'pagamenti fi stadji f'konformità ma' dan l-Artikolu.

    2.   Kuntratt kundizzjonali b'pagamenti fi stadji għandu jinkludi stadju fiss li jirriżulta f'impenn sod ta' forniment tax-xogħlijiet, tal-provvisti u tas-servizzi kkuntrattati għal dak l-istadju, u stadju wieħed jew iktar li jkunu kundizzjonali f'termini kemm tal-baġit kif ukoll tal-eżekuzzjoni. Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti jirreferu għall-karatteristiki speċifiċi tal-kuntratti kundizzjonali b'pagamenti fi stadji. B'mod partikolari, dawn għandhom jispeċifikaw is-suġġett tal-kuntratt, il-prezz jew l-arranġamenti biex jiġu stabbiliti l-prezz u l-arranġamenti għall-forniment tax-xogħlijiet, tal-provvisti u tas-servizzi f'kull stadju.

    3.   L-obbligi tal-istadju fiss għandhom ikunu parti minn ġabra sħiħa konsistenti ta' obbligi; l-istess japplika għall-obbligi f'kull stadju kundizzjonali, filwaqt li jitqiesu l-obbligi fl-istadji preċedenti.

    4.   It-twettiq ta' kull stadju kundizzjonali għandu jkun soġġett għal deċiżjoni mill-awtorità kontraenti, innotifikata lill-kuntrattur b'konformità mal-kuntratt.

    Artikolu 16

    Kuntratti ta' rimborż tal-kostijiet

    1.   L-awtorità kontraenti tista' tagħżel kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali tal-kostijiet, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

    Il-prezz li jrid jitħallas għandu jikkonsisti mir-rimborż tal-kostijiet diretti kollha mġarrba effettivament mill-kuntrattur fit-twettiq tal-kuntratt, bħan-nefqa fuq il-ħaddiema, il-materjali, l-oġġetti konsumabbli, u l-użu tat-tagħmir u tal-infrastrutturi meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratt, il-kostijiet indiretti, qligħ fiss u tariffa ta' inċentiv xierqa abbażi li jintlaħqu l-għanijiet fir-rigward tal-iskedi tat-twettiq u tat-twassil.

    2.   Il-kuntratti ta' rimborż tal-kostijiet għandhom jistipulaw prezz limitu massimu.

    3.   L-awtorità kontraenti tista' tagħżel kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali f'każijiet fejn ikun diffiċli jew mhux adattat li jiġi pprovdut prezz fiss akkurat minħabba l-inċertezzi inerenti fit-twettiq tal-kuntratt minħabba li:

    (a)

    il-kuntratt ikollu karatteristiki kumplessi ħafna jew karatteristiki li jirrikjedu l-użu ta' teknoloġija ġdida u li, għalhekk, jinkludi għadd sinifikanti ta' riskji tekniċi; jew

    (b)

    l-attivitajiet soġġetti għall-kuntratt iridu, għal raġunijiet operazzjonali, jibdew minnufih anke jekk ma jkunx għadu possibbli li jiġi stabbilit prezz fiss riġidu sħiħ minħabba riskji sinifikanti jew peress li t-twettiq tal-kuntratt ikun jiddependi parzjalment fuq it-twettiq ta' kuntratti oħra.

    4.   Il-prezz limitu għal kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali tal-kostijiet għandu jkun il-prezz massimu pagabbli. Il-prezz tal-kuntratt jista' jiġi emendat skont l-[Artikolu 172] tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 17

    Sottokuntrattar

    1.   Sabiex l-entranti ġodda, l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u n-negozji ġodda u l-parteċipazzjoni transfruntiera tagħhom jiġu mħeġġa u biex joffru l-iktar kopertura ġeografika wiesgħa possibbli filwaqt li tiġi protetta l-awtonomija ▌tal-Unjoni, l-awtorità kontraenti għandha titlob li l-offerent jissottokuntratta parti mill-kuntratt permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva fil-livelli xierqa ta' sottokuntrattar lil kumpaniji oħra għajr dawk li jiffurmaw parti mill-grupp tal-offerent.

    3.   Kwalunkwe deroga minn talba skont il-paragrafu 1 għandha tiġi ġġustifikata mill-offerent.

    4.     Għal kuntratti 'l fuq minn għaxar miljun Euro, l-awtorità kontraenti għandha timmira li tiżgura li mill-inqas 30 % tal-valur tal-kuntratt jiġi sottokuntrattat permezz ta' sejħiet għal offerti kompetittivi f'varji livelli lil kumpaniji barra l-grupp tal-kuntrattur ewlieni, b'mod partikolari sabiex tkun tista' ssir il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 107(1) dwar it-twettiq ta' dan l-għan għal kuntratti ffirmati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    KAPITOLU II

    Għotjiet, premjijiet u operazzjonijiet ta' taħlit

    Artikolu 18

    Għotjiet u premjijiet

    1.   L-Unjoni tista' tkopri sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tal-kofinanzjament.

    2.   B'deroga mill-[Artikolu 181(6)] tar-Regolament Finanzjarju, meta jiġu applikati rati fissi, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jawtorizza jew jimponi l-finanzjament tal-kostijiet indiretti tal-benefiċjarju sa massimu ta' 25 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli diretti għall-azzjoni .

    3.   Minkejja l-paragrafu 2, il-kostijiet indiretti jistgħu jiġu ddikjarati fil-forma ta' somma f'daqqa jew kostijiet unitarji, meta dan ikun previst fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 100.

    4.   B'deroga mill-[Artikolu 204] tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont massimu ta' sostenn finanzjarju li jista' jitħallas lil parti terza ma għandux jaqbeż EUR 200 000.

    Artikolu 19

    Sejħiet konġunti għall-għotjiet

    Il-Kummissjoni jew entità inkarigata fil-kuntest tal-Programm jistgħu joħorġu sejħa konġunta għall-proposti ma' entitajiet , korpi jew persuni msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

    Fil-każ ta' sejħa konġunta, għandhom japplikaw ir-regoli msemmija fit-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju. Il-proċeduri ta' evalwazzjoni għandhom jinvolvu grupp ibbilanċjat ta' esperti maħtura minn kull parti. Il-kumitati ta' evalwazzjoni għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju.

    Il-ftehim ta' għotja għandu jispeċifika l-arranġament applikabbli għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

    Artikolu 20

    Għotjiet għall-akkwist prekummerċjali u għall-akkwist ta' soluzzjonijiet innovattivi

    1.   L-azzjonijiet jistgħu jinvolvu akkwist prekummerċjali jew akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi jew ikollhom dawn bħala l-għan primarju tagħhom, li għandhom jitwettqu minn benefiċjarji li jkunu awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttivi 2014/24/UE, 2014/25/UE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    2.   Il-proċeduri tal-akkwist:

    (a)

    għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni, tat-trattament indaqs, tal-ġestjoni finanzjarja tajba, tal-proporzjonalità u tar-regoli tal-kompetizzjoni;

    (b)

    għall-akkwist prekummerċjali, jistgħu jipprevedu kundizzjonijiet speċifiċi bħall-post tat-twettiq tal-attivitajiet bl-akkwist li jkun limitat għat-territorju tal-Istati Membri u ta' pajjiżi assoċjati;

    (c)

    jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' kuntratti multipli fi ħdan l-istess proċedura (akkwisti minn diversi sorsi); u

    (d)

    għandhom jipprevedu l-għoti tal-kuntratti lill-offerent(i) li joffru l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża filwaqt li jiżguraw l-assenza ta' kunflitt ta' interess.

    3.   Il-kuntrattur li jiġġenera r-riżultati fl-akkwist prekummerċjali għandu jkollu minn tal-inqas is-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali assoċjati. L-awtoritajiet kontraenti minn tal-inqas għandhom igawdu d-drittijiet tal-aċċess mingħajr royalties għar-riżultati għall-użu tagħhom stess u d-dritt tal-għoti, jew li jirrikjedu l-għoti mill-kuntratturi parteċipanti, ta' liċenzji mhux esklużivi lil partijiet terzi għall-esplojtazzjoni tar-riżultati għall-awtorità kontraenti b'kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli mingħajr ebda dritt għas-sottoliċenzjar. Jekk kuntrattur ma jwettaqx l-esplojtazzjoni kummerċjali tar-riżultati fi żmien perjodu partikolari wara l-akkwist prekummerċjali kif identifikat fil-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu li jittrasferilhom kwalunkwe sjieda tar-riżultati.

    Artikolu 21

    Operazzjonijiet ta' taħlit

    L-operazzjonijiet ta' taħlit deċiżi skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati skont ir-[Regolament dwar l-InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

    KAPITOLU IV

    Dispożizzjonijiet finanzjarji oħra

    Artikolu 22

    Finanzjament kumulattiv, kumplementari u kkombinat

    1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni fil-qafas tal-Programm, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u s-sostenn mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għas-sostenn.

    2.   L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni ta' Siġill ta' Eċċellenza, jew li għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

    (a)

    dawn ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti skont il-Programm;

    (b)

    dawn iħarsu l-ħtiġijiet minimi ta' kwalità ta' din is-sejħa għal proposti;

    (c)

    ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta' dik is-sejħa għall-proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji;

    jistgħu jirċievu s-sostenn mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta' Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni] u skont l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) XX [il-Finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], dment li tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli dwar il-Fond li jipprovdi s-sostenn.

    Artikolu 24

    Akkwist konġunt

    1.   Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-[Artikolu 165] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni u/jew l-Aġenzija jistgħu jwettqu proċeduri ta' akkwist konġunt mal-Aġenzija Spazjali Ewropea jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm.

    2.   Ir-regoli tal-akkwist applikabbli fl-[Artikolu 165] tar-Regolament Finanzjarju għandhom japplikaw b'analoġija dment li fi kwalunkwe każ jiġu applikati d-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni .

    Artikolu 25

    Protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà

    Fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu kkonservati l-integrità u r-reżiljenza tas-sistemi tal-Unjoni, kif ukoll l-awtonomija tal-bażi industrijali li fuqhom huma msejsa, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa ta' eliġibbiltà applikabbli għall-akkwist, għall-għotjiet jew għall-premjijiet koperti b'dan it-Titolu. Għandha tingħata attenzjoni partikolari, għal dak l-għan, għall-ħtieġa li l-impriżi eliġibbli jkunu stabbiliti fi Stat Membru, li jieħdu l-impenn li jwettqu kwalunkwe attività rilevanti fl-Unjoni▌. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu inklużi fid-dokumenti marbuta mal-akkwist, mal-għotja jew mal-premju, skont kif ikun applikabbli. Fil-każ ta' akkwist, il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-kuntratt li jirriżulta minnu.

    Artikolu 26

    Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

    Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm b'deċiżjoni fil-qafas ta' ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa għall-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF l-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq l-investigazzjonijiet, inklużi l-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ▌.

    TITOLU IV

    GOVERNANZA TAL-PROGRAMM

    Artikolu 27

    Prinċipji ta' governanza

    Il-governanza tal-Programm għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

    (a)

    distribuzzjoni ċara tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet bejn l-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni ta' kull komponent u miżura tal-Programm, b'mod partikolari bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni ta' Satelliti Meteoroloġiċi, billi jibbażaw fuq il-kompetenza rispettiva tagħhom u jevitaw kwalunkwe duplikazzjoni fil-kompiti u r-responsabbiltajiet ,;

    (aa)

    pertinenza tal-istruttura ta' governanza għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull komponent u miżura tal-Programm kif xieraq;

    (b)

    kontroll qawwi tal-Programm, inkluża aderenza rigoruża għall-kost, għall-iskeda u għall-prestazzjoni mill-entitajiet kollha, fi ħdan ir-rwoli u l-kompiti rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament;

    (c)

    ġestjoni trasparenti u kosteffiċjenti ;

    (cc)

    kontinwità tas-servizz u kontinwità tal-infrastruttura meħtieġa, inkluża l-protezzjoni mit-theddid rilevanti;

    (d)

    kunsiderazzjoni sistematika u strutturata tal-ħtiġijiet tal-utenti tad-data, tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm, kif ukoll tal-evoluzzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi relatati ;

    (e)

    sforzi kostanti biex jiġu kkontrollati u jitnaqqsu r-riskji.

    Artikolu 28

    Rwol l-Istati Membri

    1.   L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-Programm . L-Istati Membri li jipparteċipaw fil-Programm għandhom jagħtu kontribut bil-kompetenza, bl-għarfien u bl-assistenza teknika tagħhom, b'mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza u tas-sigurtà u/jew , fejn ikun xieraq u possibbli , billi jaraw li d-data, l-informazzjoni , is-servizzi u l-infrastruttura fil-pussess tagħhom jew li jinsabu fit-territorju tagħhom ikunu disponibbli għall-Unjoni, inkluż billi jiġi żgurat l-aċċess effiċjenti u mingħajr ostakli u l-użu tad-data fil-post u b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni biex tittejjeb id-disponibbiltà tad-data fil-post meħtieġa mill-Programm , b'kunsiderazzjoni tal-liċenzji u l-obbligi applikabbli .

    2.   Il-Kummissjoni tista' tinkariga, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, kompiti speċifiċi lil organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fejn tali organizzazzjonijiet ikunu nħatru mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 107(2), għandha tadotta d-deċiżjonijiet ta' kontribuzzjoni rigward il-ftehimiet ta' kontribuzzjoni.

    2a.     F'ċerti ċirkostanzi ġustifikati kif dovut, għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 30, l-Aġenzija tista' tinkariga, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni , kompiti speċifiċi lill-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri , fejn tali organizzazzjonijiet ikunu nħatru mill-Istat Membru kkonċernat .

    2aa.    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Programm jimxi ħarir ▌, inkluż billi jgħinu fil-protezzjoni, fil-livell adegwat, tal-frekwenzi meħtieġa għal dan il-programm.

    2b.     L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jikkooperaw biex iwessgħu l-użu tad-data, tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti mill-programm.

    2c.     Kull meta jkun possibbli, il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri għall-Forum tal-Utenti msemmi fl-Artikolu 107 għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjoni sistematika u koordinata tal-komunitajiet tal-utenti aħħarin fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' Galileo, EGNOS u Copernicus.

    3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżviluppaw il-komponent fil-post u s-servizzi ta' kalibrazzjoni fuq il-post meħtieġa għall-użu tas-sistemi spazjali u sabiex jiffaċilitaw l-użu tas-settijiet tad-data ta' referenza fil-post sal-potenzjal kollu tagħhom , abbażi ta' kapaċitajiet eżistenti .

    4.   Fil-qasam tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 34(4).

    Artikolu 29

    Rwol il-Kummissjoni

    1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż fil-qasam tas-sigurtà , mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali . B'konformità ma' dan ir-Regolament, għandha tistabbilixxi l-prijoritajiet u l-evoluzzjoni fit-tul tal-Programm , skont ir-rekwiżiti tal-utent, u għandha twettaq is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr preġudizzju għal politiki oħra tal-Unjoni.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi kwalunkwe komponent jew subkomponent tal-Programm li ma jkunux ġew inkarigati lil entità oħra , b'mod partikolari GOVSATCOM, NEO, it-temp spazjali u l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 54(d) .

    3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm diviżjoni ċara tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn id-diversi entitajiet involuti fil-Programm u għandha tikkoordina l-attivitajiet bejn dawk l-entitajiet. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-entitajiet inkarigati kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-programm jipproteġu l-interess tal-Unjoni, jiggarantixxu l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni u jikkonformaw mar-Regolament Finanzjarju u ma' dan ir-Regolament.

    3a.     Il-Kummissjoni, għandha tikkonkludi mal-Aġenzija u, b'kunsiderazzjoni tal-Ftehim Qafas tal-2004, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, Ftehim Qafas ta' Sħubija Finanzjarja kif previst fl-[Artikolu 130] tar-Regolament Finanzjarju u msemmi fl-Artikolu 31a.

    4.   Meta jkun meħtieġ biex il-funzjonament tal-Programm jimxi ħarir u biex il-forniment tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm jimxu ħarir, il-Kummissjoni, permezz ta' atti delegati , għandha tistabbilixxi r-rekwizit ta' livell għoli għall-implimentazzjoni u għall-evoluzzjoni ta' dawk il-komponenti u tas-servizzi li jipprovdu wara li tkun ikkonsultat lill-utenti u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha , inkluż is-settur downstream . Meta tistabbilixxi dawk ir-rekwiżiti ta' livell għoli , il-Kummissjoni għandha tevita li tnaqqas il-livell ġenerali tas-sigurtà u li tissodisfa imperattiv ta' retrokompatibbiltà.

    Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati b'konformità mal-Artikolu  21 .

    5.   Il-Kummissjoni għandha ▌ tiżgura li l-użu tad-data u tas-sistemi pprovduti mill-komponenti tal-Programm fis-setturi pubbliċi u privati jiġi promoss u massimizzat, mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-Aġenzija jew ta' entitajiet inkarigati oħra , inkluż b'sostenn għall-iżvilupp xieraq ta' dawk is-servizzi u interfaċċi faċli għall-utent u bit-trawwim ta' ambjent stabbli fit-tul. Għandha tiżviluppa sinerġiji xierqa bejn l-applikazzjonijiet tad-diversi komponenti tal-Programm. Għandha tiżgura l-kumplementarjetà, il-konsistenza, is-sinerġiji u r-rabtiet bejn il-Programm u azzjonijiet u programmi oħra tal-Unjoni.

    6.   Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza tal-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm mal-attivitajiet li jitwettqu fil-qasam tal-ispazju fil-livelli tal-Unjoni , nazzjonali jew internazzjonali. Għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, fejn ikun pertinenti għall-Programm, tiffaċilita l-konverġenza tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u tal-iżviluppi tagħhom fil-qasam spazjali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq u fil-qasam tal-kompetenza tagħhom, tikkoopera mal-Aġenzija u mal-Aġenzija Spazjali Ewropea.

    7.     Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 107 dwar ir-riżultati intermedjarji u dawk finali tal-evalwazzjoni ta' kwalunkwe sejħa għal offerti u ta' kwalunkwe kuntratt ma' entitajiet pubbliċi u privati, inklużi sottokuntratti.

    Artikolu 30

    Rwol l-Aġenzija

    1.   L-Aġenzija għandu jkollha l-kompiti tagħha stess li ġejjin:

    (a)

    l-iżgurar, permezz tal-Bord tagħha għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tal-komponenti kollha tal-Programm b'konformità mal-Kapitolu II tat-Titolu V;

    (b)

    it-twettiq tal-kompiti l-oħra msemmija fl-Artikolu 34(2) u (3);

    (c)

    it-twettiq ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni , ta' żvilupp tas-suq u ta' promozzjoni ▌ tas-servizzi offruti minn Galileo u minn EGNOS, b'mod partikolari attivitajiet relatati mad-dħul fis-suq u l-koordinazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti ;

    (ca)

    It-twettiq ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni, promozzjoni u żvilupp tas-suq ta' data, informazzjoni u servizzi offruti minn Copernicus, mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet imwettqa minn entitajiet inkarigati oħrajn u l-Kummissjoni;

    (d)

    l-għoti ta' għarfien espert ▌ lill-Kummissjoni , anke għat-tħejjija ta' prijoritajiet tar-riċerka relatata mal-ispazju downstream .

    2.   Il-Kummissjoni għandha tinkariga lill-Aġenzija bil-kompiti li ġejjin:

    (a)

    il-ġestjoni tal-esplojtazzjoni ta' EGNOS u ta' Galileo, li jkopru l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43;

    (b)

    il-koordinazzjoni ġenerali ta' aspetti marbuta mal-utenti ta' GOVSATCOM b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, ma' entitajiet oħra, mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u mas-SEAE għall-missjonijiet u għall-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet;

    (c)

    l-implimentazzjoni tal-attivitajiet marbuta mal-iżvilupp tal-applikazzjonijiet downstream abbażi tal-komponenti tal-Programm , inklużi elementi fundamentali u applikazzjonijiet integrati bbażati fuq id-data u s-servizzi minn Galileo, EGNOS u Copernicus, anke fejn il-finanzjament ikun sar disponibbli għal tali attivitajiet fil-kuntest tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit skont ir-Regolament xx jew fejn meħtieġ sabiex jiġu ssodisfati l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b);

    (d)

    it-twettiq ta' attivitajiet relatati mal-użu mill-utenti ta' data, informazzjoni u servizzi, offruti mill-komponenti tal-programm għajr Galileo u EGNOS, mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet ta' Copernicus u s-Servizzi inkarigati lil entitajiet oħra;

    (e)

    azzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6 .

    3.   Il-Kummissjoni tista' abbażi tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 102(6), tinkariga kompiti oħra lill-Aġenzija, dment li ma jiddupplikawx attivitajiet imwettqa minn entitajiet inkarigati oħra fil-kuntest tal-Programm u dment li jimmiraw li jtejbu l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Programm .

    3a.     Kull meta attivitajiet jiġu inkarigati lill-Aġenzija, għandhom jiġu żgurati riżorsi finanzjarji, umani u amministrattivi xierqa għall-implimentazzjoni tagħhom.

    5.     B'deroga mill-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju u soġġett għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni, l-Aġenzija tista' tinkariga, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, attivitajiet speċifiċi lil entitajiet oħra, f'oqsma ta' kompetenza rispettiva tagħhom, taħt il-kundizzjonijiet ta' ġestjoni indiretta li japplikaw għall-Kummissjoni.

    Artikolu 31

    Rwol l-Aġenzija Spazjali Ewropea

    1.    Dment li l-interess tal-Unjoni jkun protett, l-Aġenzija Spazjali Ewropea għandha tiġi inkarigata bil-kompiti li ġejjin:

    (a)

    fir-rigward ta' Copernicus: il-koordinazzjoni tal-komponent spazjali u l-implimentazzjoni għall-komponent spazjali ta' Copernicus u l-evoluzzjoni tiegħu kif ukoll id-disinn, l-iżvilupp ▌ u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura spazjali ta' Copernicus, inklużi l-operazzjonijiet ta' dik l-infrastruttura u l-akkwist relatat, ħlief meta dan isir minn entitajiet oħra u, fejn xieraq, aċċess għad-data ta' partijiet terzi ;

    (b)

    fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS: l-evoluzzjoni tas-sistemi, id-disinn u l-iżvilupp tal-partijiet tas-segment tal-art u ▌ tas-satelliti , inklużi l-ittestjar u l-validazzjoni ;

    (c)

    fir-rigward tal-komponenti kollha tal-Programm b'attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp upstream fl-oqsma tal-għarfien espert tagħha.

    1a.     Fuq il-bażi ta' valutazzjoni mill-Kummissjoni, l-Aġenzija Spazjali Ewropea tista' tiġi inkarigata b'kompiti oħrajn ibbażati fuq il-ħtiġijiet tal-programm, dment li dawn ma jidduplikawx l-attivitajiet imwettqa minn entità inkarigata oħra fil-kuntest tal-Programm u dment li jkollhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Programm.

    4.     Mingħajr preġudizzju għall-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja msemmi fl-Artikolu 31a, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu lill-Aġenzija Spazjali Ewropea tipprovdi l-għarfien espert tekniku u l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom minn dan ir-Regolament skont kundizzjoni li għandhom jiġu maqbula.

    Artikolu 31a

    Il-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja

    1.     Il-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja msemmi fl-Artikolu 29(3a) għandu:

    a)

    jiddefinixxi b'mod ċar ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-Kummissjoni, tal-Aġenzija u tal-Aġenzija Spazjali Ewropea fir-rigward ta' kull komponent tal-Programm u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u kontroll meħtieġa;

    b)

    jirrikjedi li l-Aġenzija Spazjali Ewropea tapplika r-regoli tas-sigurtà tal-Unjoni, stabbiliti fi ħdan il-ftehimiet dwar is-sigurtà konklużi bejn l-Unjoni u l-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tagħha, u bejn l-ESA, b'mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar ta' informazzjoni klassifikata;

    c)

    jistipula l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tal-fondi inkarigata lill-Aġenzija Spazjali Ewropea, b'mod partikolari fir-rigward tal-akkwist pubbliku, inklużi l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist tal-Unjoni, meta l-akkwist isir f'isem u għall-Unjoni, jew l-applikazzjoni tar-regoli tal-entità inkarigata skont l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju, il-proċeduri ta' ġestjoni, ir-riżultati mistennija li jkunu tkejlu permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni, il-miżuri applikabbli f'każ ta' nuqqas ta' implimentazzjoni jew implimentazzjoni frawdolenti tal-kuntratti f'termini tal-kostijiet, l-iskeda u r-riżultati, kif ukoll l-istrateġija ta' komunikazzjoni u r-regoli fir-rigward tas-sjieda tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha; dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-Titoli III u V ta' dan ir-Regolament u mar-Regolament Finanzjarju;

    d)

    jirrikjedi li, kull meta Bord tal-Evalwazzjoni tal-Offerti jiġi stabbilit mill-Aġenzija jew mill-Aġenzija Spazjali Ewropea għal azzjoni ta' akkwist imwettqa taħt l-FFPA, esperti mill-Kummissjoni u, fejn rilevanti, l-entità inkarigata l-oħra għandhom jipparteċipaw bħala membri fil-laqgħat tal-Bord tal-Evalwazzjoni tal-Offerta . Tali parteċipazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-indipendenza teknika tal-Bord ta' Evalwazzjoni tal-Offerti ▌;

    e)

    jistabbilixxi miżuri ta' monitoraġġ u ta' kontroll, li għandhom jinkludu, b'mod partikolari, sistema ta' tbassir tal-kostijiet, il-forniment sistematiku ta' informazzjoni dwar il-kostijiet u l-iskeda lill-Kummissjoni jew, fejn ikun xieraq, lill-Aġenzija, u fil-każ ta' diskrepanza bejn il-baġits ippjanati, il-prestazzjoni u l-iskeda, azzjoni korrettiva li tiżgura t-twettiq tal-kompiti fil-baġits allokati ▌;

    f)

    jistabbilixxi l-prinċipji għar-remunerazzjoni tal-Aġenzija Spazjali Ewropea għal kull komponent tal-programm, li għandu jkun proporzjonat għall-kundizzjonijiet li skonthom jiġu implimentati l-azzjonijiet, b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' fraġilità, u fejn xieraq, ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni; ir-remunerazzjoni għandha tkopri biss il-kostijiet ġenerali li mhumiex assoċjati mal-attivitajiet inkarigati lill-Aġenzija Spazjali Ewropea mill-Unjoni.

    (g)

    jipprevedi li l-Aġenzija Spazjali Ewropea tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni u biex tikkonforma mad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni għal kull komponent fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    2.     Mingħajr preġudizzju għall-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja msemmi fl-Artikolu 31a, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu lill-Aġenzija Spazjali Ewropea tipprovdi l-għarfien espert tekniku u l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom minn dan ir-Regolament. Il-kundizzjonijiet għal talbiet bħal dawn u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu maqbula b'mod reċiproku.

    Artikolu 32

    Rwol tal-EURMETSAT u ta' entitajiet oħra

    1.   Il-Kummissjoni tista' tinkariga, għalkollox jew parzjalment, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, l-implimentazzjoni tal-kompiti li ġejjin lil entitajiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 30 u 31, inkluż:

    (a)

    it-tiġdid, it-tħejjija tal-operazzjonijiet u t-tħaddim tal-infrastruttura spazjali ta' Copernicus jew ta' partijiet minnha, u fejn xieraq il-ġestjoni tal-aċċess għad-data tal-missjoni ta' kontribuzzjoni li tista' tiġi inkarigata lill-EUMETSAT;

    (b)

    l-implimentazzjoni tas-servizzi ta' Copernicus jew ta' partijiet minnhom lill-aġenziji, lill-korpi jew lill-organizzazzjonijiet rilevanti , filwaqt li tiġġestixxi wkoll l-akkwist ta' informazzjoni rilevanti ta' partijiet terzi .

    2.   Il-kriterji għall-għażla ta' tali entitajiet inkarigati għandhom, b'mod partikolari, jirriflettu l-ħila tagħhom li jiżguraw il-kontinwità u, fejn ikun xieraq, is-sigurtà tal-operazzjonijiet bl-ebda tfixkil jew bi tfixkil minimu għall-attivitajiet tal-Programm .

    2a.     Kull meta jkun possibbli, il-kundizzjonijiet tal-ftehimiet ta' kontribuzzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu koerenti mal-kundizzjonijiet tal-FFPA msemmija fl-Artikolu 31a(1).

    3.     Il-Kumitat tal-Programm għandu jiġi kkonsultat dwar id-deċiżjoni ta' kontribuzzjoni rigward il-ftehim ta' kontribuzzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 107(2). Il-Kumitat tal-Programm għandu jiġi infurmat minn qabel dwar il-ftehimiet ta' kontribuzzjoni li għandhom jiġu konklużi mill-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

    TITOLU V

    SIGURTÀ TAL-PROGRAMM

    KAPITOLU I

    Sigurtà tal-Programm

    Artikolu 33

    Prinċipji tas-sigurtà

    1.    Is-sigurtà tal-Programm għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

    (a)

    il-kunsiderazzjoni tal-esperjenza tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà u t-teħid ta' ispirazzjoni mill-aqwa prattiki tagħhom;

    (b)

    l-użu tar-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li jipprevedu , fost l-oħrajn, separazzjoni bejn il-funzjonijiet operazzjonali u dawk assoċjati mal-akkreditazzjoni.

    2.     Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà esklużiva tal-Istati Membri għas-sigurtà nazzjonali, kif previst fl-Artikolu 4(2) tat-TUE, u għad-dritt tal-Istati Membri li jipproteġu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom f'konformità mal-Artikolu 346 tat-TFUE.

    Artikolu 34

    Governanza tas-sigurtà

    1.   Il-Kummissjoni, fil-qasam ta' kompetenza tagħha, bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandha tiżgura livell għoli ta' sigurtà rigward, b'mod partikolari:

    (a)

    il-protezzjoni tal-infrastruttura, kemm tal-art u kemm dik spazjali, u tal-forniment tas-servizzi, partikolarment kontra l-attakki fiżiċi jew ċibernetiċi , inkluża l-interferenza mal-flussi tad-data ;

    (b)

    il-kontroll u l-ġestjoni tat-trasferimenti tat-teknoloġija;

    (c)

    l-iżvilupp u l-konservazzjoni fl-Unjoni tal-kompetenza u tal-għarfien espert miksuba;

    (d)

    il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta' informazzjoni klassifikata.

    Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li titwettaq analiżi tar-riskji u tat-theddid għal kull komponent tal-Programm. Abbażi ta' dik l-analiżi tar-riskji u tat-theddid, għandha tistabbilixxi sat-tmiem l-2023 , permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà għal kull komponent tal-Programm. B'hekk, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt ta' dawk ir-rekwiżiti fuq il-funzjonament bla intoppi ta' dak il-komponent, b'mod partikolari f'termini ta' kostijiet, ta' ġestjoni tar-riskji u ta' skeda, u għandha tiżgura li ma tnaqqasx il-livell ġenerali tas-sigurtà jew li ma timminax il-funzjonament tat-tagħmir eżistenti abbażi ta' dak il-komponent u tqis ir-riskji taċ-ċibersigurtà . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

    Wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lista indikattiva ta' atti ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu ppreżentati u diskussi mill-Kumitat tal-Programm fil-konfigurazzjoni tas-sigurtà. Din il-lista għandha tkun akkumpanjata bi skeda ta' żmien indikattiva għas-sottomissjoni.

    2.   L-entità responsabbli għall-ġestjoni ta' komponent tal-Programm għandha tkun responsabbli għas-sigurtà operattiva ta' dak il-komponent u għandha, għal dak l-għan, twettaq analiżi tar-riskji u tat-theddid u l-attivitajiet meħtieġa kollha biex tiżgura u timmonitorja s-sigurtà ta' dak il-komponent, b'mod partikolari billi tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri operazzjonali, u billi timmonitorja l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1. Skont l-Artikolu 30, għal Galileo u EGNOS, dik l-entità għandha tkun l-Aġenzija.

    2a.     Abbażi tal-analiżi tar-riskju u tat-theddid, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tidentifika struttura biex timmonitorja s-sigurtà u ssegwi l-istruzzjonijiet żviluppati taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 201x/xxx/PESK  (21) . L-istruttura għandha topera skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1. Għal Galileo, dik l-istruttura għandha tkun iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo.

    3.   L-Aġenzija għandha:

    (a)

    tiżgura l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-komponenti kollha tal-Programm skont il-Kapitolu II ta' dan it-Titolu u  mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri;

    (b)

    tiżgura t-tħaddim taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà ta' Galileo, b'konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u mal-istruzzjonijiet żviluppati fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/496/PESK;

    (c)

    twettaq il-kompiti assenjati lilha skont id-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE;

    (d)

    tipprovdi l-għarfien espert tekniku tagħha lill-Kummissjoni u tipprovdilha kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.

    4.   L-Istati Membri għandhom:

    (a)

    jieħdu miżuri li minn tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa għall-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi Ewropej skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (22) u għal dawk meħtieġa għall-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi nazzjonali tagħhom stess sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-infrastrutturi tal-art li jiffurmaw parti integrali mill-Programm u li jinsabu fit-territorju tagħhom;

    (b)

    iwettqu l-kompiti ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 41.

    5 .   L-entitajiet involuti fil-Programm għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa , anke fid-dawl tal-kwistjonijiet identifikati fl-analiżi tar-riskju, biex jiżguraw is-sigurtà tal-Programm.

    Artikolu 34a

    Is-sigurtà tas-sistemi u s-servizzi użati

    Kull meta s-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha tkun tista' tiġi affettwata mit-tħaddim tas-sistemi, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX/XX/PESK.

    KAPITOLU II

    Akkreditazzjoni tas-sigurtà

    Artikolu 35

    Awtorità għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

    Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà stabbilit fl-Aġenzija għandu jkun l-awtorità għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-komponenti kollha tal-Programm.

    Artikolu 36

    Prinċipji ġenerali tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà

    L-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-komponenti kollha tal-Programm għandhom jitwettqu b'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

    (a)

    l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà u d-deċiżjonijiet għandhom jitwettqu f'kuntest ta' responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

    (b)

    għandhom isiru sforzi biex id-deċiżjonijiet fil-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jintlaħqu b'konsensus;

    (c)

    l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitwettqu billi jintuża approċċ ta' ġestjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji, li jikkunsidra r-riskji għas-sigurtà tal-komponent kif ukoll l-impatt fuq il-kost jew l-iskeda ta' kwalunkwe miżura biex jittaffew ir-riskji, filwaqt li jitqies l-għan li ma jitnaqqasx il-livell ġenerali ta' sigurtà ta' dan il-komponent;

    (d)

    id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandhom jitħejjew u jittieħdu minn professjonisti li jkunu kkwalifikati debitament fil-qasam tal-akkreditazzjoni ta' sistemi kumplessi, li jkollhom livell xieraq ta' approvazzjoni tas-sigurtà u li jaġixxu b'mod oġġettiv;

    (e)

    għandhom isiru sforzi sabiex jiġu kkonsultati l-partijiet rilevanti kollha b'interess fil-problemi marbuta mas-sigurtà għal dan il-komponent;

    (f)

    l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitwettqu mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha tal-komponent skont strateġija ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà, mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kummissjoni;

    (g)

    id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, filwaqt li jsegwu l-proċess definit fl-istrateġija rilevanti għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà definita minn dak il-Bord, għandhom ikunu bbażati fuq deċiżjonijiet lokali dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali rispettivi għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-Istati Membri;

    (h)

    proċess ta' monitoraġġ permanenti, trasparenti u li jinftiehem għalkollox għandu jiżgura li r-riskji għas-sigurtà tal-komponent ikunu magħrufa, li l-miżuri tas-sigurtà jiġu definiti biex inaqqsu tali riskji għal livell aċċettabbli fid-dawl tal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, biex dak il-komponent jimxi ħarir u biex dawk il-miżuri jiġu applikati skont il-kunċett ta' difiża profonda. L-effettività ta' tali miżuri għandha tiġi evalwata b'mod kontinwu. Il-proċess marbut mal-valutazzjoni u mal-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà għandu jsir bħala proċess iterattiv b'mod konġunt mill-partijiet ikkonċernati tal-komponent;

    (i)

    id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jittieħdu mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà b'mod rigorożament indipendenti, inkluż fir-rigward tal-Kummissjoni u tal-korpi l-oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tal-komponent u għall-forniment ta' servizzi relatati, kif ukoll fir-rigward tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija;

    (j)

    l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitwettqu billi titqies kif suppost il-ħtieġa għal koordinazzjoni adegwata bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà;

    (k)

    l-akkreditazzjoni tas-sigurtà ta' EGNOS imwettqa mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet ta' akkreditazzjoni mwettqa għall-avjazzjoni mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

    Artikolu 37

    Kompiti tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

    1.   Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jwettaq il-kompiti tiegħu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni jew għal dawk inkarigati lill-korpi l-oħra tal-Aġenzija, b'mod partikolari għal kwistjonijiet marbuta mas-sigurtà, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà.

    2.   Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

    (a)

    għad-definizzjoni u għall-approvazzjoni ta' strateġija għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà li tistabbilixxi:

    i)

    l-ambitu tal-attivitajiet meħtieġa biex titwettaq u tinżamm l-akkreditazzjoni tal-komponenti tal-Programm jew ta' partijiet minn dawn il-komponenti u kwalunkwe interkonnessjoni bejniethom u bejn sistemi jew komponenti oħra;

    ii)

    proċess ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-komponenti tal-Programm jew ta' partijiet minn dawn il-komponenti, b’livell ta' dettall li jkun jaqbel mal-livell meħtieġ ta' assigurazzjoni u fejn jiġu ddikjarati b'mod ċar il-kundizzjonijiet għall-akkreditazzjoni;

    iii)

    skeda ta' akkreditazzjoni li tkun konformi mal-fażijiet tal-komponenti tal-Programm, b'mod partikolari fir-rigward tal-varar tal-infrastruttura u l-forniment u l-evoluzzjoni tas-servizzi;

    iv)

    il-prinċipji tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà għan-netwerks konnessi mas-sistemi stabbiliti fil-qafas tal-komponenti tal-Programm jew għall-partijiet ta' dawn il-komponenti u għat-tagħmir konness ma' sistemi stabbiliti b'dawn il-komponenti, li għandhom jitwettqu mill-entitajiet nazzjonali tal-Istati Membri kompetenti fi kwistjonijiet tas-sigurtà;

    (b)

    għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà, b'mod partikolari dwar l-approvazzjoni tal-illanċjar tas-satelliti, dwar l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim tas-sistemi stabbiliti fil-qafas tal-komponenti tal-Programm jew tal-elementi ta' dawn il-komponenti fil-konfigurazzjonijiet differenti tagħhom u għad-diversi servizzi li jipprovdu, inkluż u sas-sinjal fl-ispazju, u dwar l-awtorizzazzjoni tat-tħaddim tal-istazzjonijiet tal-art. Fir-rigward tan-netwerks u t-tagħmir konnessi mal-PRS imsemmi fl-Artikolu 44, jew ma' kwalunkwe servizz sigur ieħor li jirriżulta mill-komponenti tal-Programm, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jieħu deċiżjonijiet biss dwar l-awtorizzazzjoni ta' korpi biex jiżviluppaw jew jimmanifatturaw teknoloġiji sensittivi tal-PRS, riċevituri tal-PRS jew moduli tas-sigurtà tal-PRS, jew kwalunkwe teknoloġija oħra jew tagħmir ieħor li jridu jiġu kkontrollati skont ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(1), filwaqt li jqis il-pariri pprovduti mill-entitajiet nazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet tas-sigurtà u r-riskji ġenerali għas-sigurtà;

    (c)

    għall-eżami u, għajr fir-rigward ta' dokumenti li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34(1) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE, għall-approvazzjoni tad-dokumentazzjoni kollha marbuta mal-akkreditazzjoni tas-sigurtà;

    (d)

    għall-għoti ta' pariri, fil-qasam tal-kompetenza tiegħu, lill-Kummissjoni dwar it-tfassil ta' abbozzi ta' testi għall-atti msemmija fl-Artikolu 34(1) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE, inkluż għall-istabbiliment ta' proċeduri operazzjonali tas-sigurtà (SecOps), u għall-forniment ta' dikjarazzjoni bil-pożizzjoni tal-konklużjoni tiegħu;

    (e)

    għall-eżami u għall-approvazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà mfassla b'konformità mal-proċess ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 36(h), filwaqt li jqis il-konformità mad-dokumenti msemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu u dawk imfassla skont l-Artikolu 34(1) ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE; u għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni biex jiġu definiti l-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji;

    (f)

    għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-komponenti tal-Programm billi jwettaq jew jisponsorja valutazzjonijiet, spezzjonijiet, awditjar jew rieżamijiet tas-sigurtà, skont l-Artikolu 41(b) ta' dan ir-Regolament;

    (g)

    għall-approvazzjoni tal-għażla ta' prodotti u ta' miżuri ta' protezzjoni approvati kontra l-interċettazzjonijiet elettroniċi (TEMPEST) u ta' prodotti kriptografiċi approvati li jintużaw biex jipprovdu sigurtà għall-komponenti tal-Programm;

    (h)

    għall-approvazzjoni jew, fejn ikun rilevanti, għall-parteċipazzjoni fl-approvazzjoni konġunta, flimkien mal-entitajiet rilevanti kompetenti fi kwistjonijiet tas-sigurtà, tal-interkonnessjoni bejn is-sistemi stabbiliti fil-qafas tal-komponenti tal-Programm jew tal-partijiet ta' dawn il-komponenti u sistemi oħra;

    (i)

    għall-qbil mal-Istat Membru rilevanti fir-rigward tal-mudell għall-kontroll tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 41(c);

    (j)

    għat-tħejjija ta' rapporti dwar ir-riskji u għall-infurmar tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv u tad-Direttur Eżekuttiv bil-valutazzjoni tar-riskji tiegħu u għall-għoti ta' pariri lilhom dwar l-alternattivi tat-trattament tar-riskji residwi għal deċiżjoni partikolari dwar akkreditazzjoni tas-sigurtà;

    (k)

    għall-assistenza lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli, b'komunikazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/496/PESK fuq talba speċifika mill-Kunsill u/jew mir-Rappreżentant Għoli;

    (l)

    għat-twettiq tal-konsultazzjonijiet meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu;

    (m)

    għall-adozzjoni u għall-pubblikazzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu.

    3.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, għandu jiġi stabbilit korp subordinat speċjali li jirrappreżenta l-Istati Membri taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà biex iwettaq b'mod partikolari dawn il-kompiti li ġejjin :

    (a)

    il-ġestjoni tal-kjavi tat-titjiriet u ta' kjavi oħra meħtieġa għall-funzjonament ta' Galileo;

    (b)

    il-verifika tal-istabbiliment u l-infurzar tal-proċeduri għall-kontabbiltà, għat-trattament sigur, għall-ħżin u għad-distribuzzjoni tal-kjavi tal-PRS ta' Galileo.

    Artikolu 38

    Kompożizzjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

    1.   Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun magħmul minn rappreżentant ta' kull Stat Membru, rappreżentant tal-Kummissjoni u rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). Il-mandat tal-membri tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun ta' erba' snin u għandu jkun jista' jiġġedded.

    2.    Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-SAB għandha tkun ibbażata fuq il-Prinċipju tal-ħtieġa ta' tagħrif. Fejn xieraq, ir-rappreżentanti tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u r-rappreżentanti tal-Aġenzija mhux involuti fl-akkreditazzjoni tas-sigurtà jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà bħala osservaturi . Fuq bażi eċċezzjonali, rappreżentanti ta' aġenziji tal-Unjoni, ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu wkoll jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat bħala osservaturi għal kwistjonijiet relatati direttament ma' dawk il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali, speċjalment kwistjonijiet li jikkonċernaw l-infrastruttura li tappartjeni lilhom jew li tkun stabbilita fit-territorju tagħhom. L-arranġamenti għal tali parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet għaliha għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti u għandhom ikunu konformi mar-regoli ta' proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

    Artikolu 39

    Ir-regoli tal-votazzjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

    Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq konsensus skont il-prinċipji ġenerali msemmija fl-Artikolu 36, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jieħu d-deċiżjonijiet abbażi ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata, skont l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni u r-rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli ma għandhomx jivvutaw. Il-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jiffirma d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, f'isem il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

    Artikolu 40

    Il-komunikazzjoni u l-impatt tad-deċiżjonijiet tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

    1.   Id-deċiżjonijiet tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandhom jiġu indirizzati lill-Kummissjoni.

    2.   Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà infurmat b'mod kontinwu dwar l-impatt ta' kwalunkwe deċiżjoni prevista mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà dwar il-funzjonament kif suppost tal-komponenti tal-Programm, u dwar l-implimentazzjoni ta' pjanijiet tat-trattament tar-riskji residwi. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jieħu nota ta' kwalunkwe informazzjoni ta' dan it-tip mill-Kummissjoni.

    3.   Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati, mingħajr dewmien, dwar l-impatt tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà fir-rigward tal-funzjonament kif suppost tal-Programm. Jekk il-Kummissjoni tqis li deċiżjoni meħuda mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jista' jkollha effett sinifikanti fuq il-funzjonament kif suppost ta' dawn il-komponenti, pereżempju f'termini ta' kostijiet, ta' skeda jew ta' prestazzjoni, għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    4.   Il-Bord Amministrattiv għandu jinżamm infurmat perjodikament bl-evoluzzjoni tal-ħidma tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

    5.   L-iskeda għall-ħidma tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà ma għandhiex timmina l-iskeda tal-attivitajiet ipprovduta fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 100.

    Artikolu 41

    Rwol l-Istati Membri fl-akkreditazzjoni tas-sigurtà

    L-Istati Membri għandhom:

    (a)

    jittrażmettu lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà l-informazzjoni kollha li huma jikkunsidraw li tkun rilevanti għall-iskopijiet tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà;

    (b)

    jippermetti li persuni awtorizzati debitament u maħtura mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, bi qbil mal-entitajiet nazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet tas-sigurtà u taħt is-superviżjoni tagħhom, ikollhom aċċess għal kwalunkwe informazzjoni u għal kwalunkwe żona u/jew sit fir-rigward tas-sigurtà ta' sistemi li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom, b'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali tagħhom, u mingħajr l-ebda diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità taċ-ċittadini tal-Istati Membri, inkluż għall-iskopijiet ta' spezzjonijiet, ta' awditjar u ta' testijiet tas-sigurtà kif deċiż mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, u abbażi tal-proċess ta' monitoraġġ tar-riskji għas-sigurtà msemmi fl-Artikolu 36(h). Dan l-awditjar u dawn it-testijiet għandhom jitwettqu skont il-prinċipji li ġejjin:

    i)

    l-importanza tas-sigurtà u tal-ġestjoni effettiva tar-riskji fl-entitajiet spezzjonati għandha tiġi enfasizzata;

    ii)

    il-kontromiżuri għall-mitigazzjoni tal-impatt speċifiku tat-telf ta' kunfidenzjalità, ta' integrità jew ta' disponibbiltà tal-informazzjoni klassifikata għandhom jiġu rrakkomandati;

    (c)

    ikunu lkoll responsabbli għat-tħejjija ta' mudell għall-kontroll tal-aċċess, li jrid jiddeskrivi jew jelenka ż-żoni/is-siti li jridu jiġu akkreditati, u li għandhom jiġu maqbula bil-quddiem bejn l-Istati Membri u l-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, sabiex b’hekk jiġi żgurat li jkun qed jiġi pprovdut l-istess livell ta' kontroll tal-aċċess mill-Istati Membri kollha;

    (d)

    ikunu responsabbli, fil-livell lokali, għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà ta' siti li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom u li jiffurmaw parti miż-żona ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-komponenti tal-Programm, u jirrapportaw, għal dan l-għan, lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

    KAPITOLU III

    Protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

    Artikolu 42

    Protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

    Fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

    (a)

    l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata relatata mal-Programm għandha tkun soġġetta għall-eżistenza ta' ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali dwar l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata jew, fejn applikabbli, arranġament konkluż mill-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni kompetenti u l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali dwar l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata, u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fihom ;

     

    (c)

    il-persuni fiżiċi residenti f'pajjiżi terzi u l-persuni ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi terzi jistgħu jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Programm biss meta huma jkunu soġġetti, f'dawk il-pajjiżi, għal regolamenti dwar is-sigurtà li jiżguraw livell ta' protezzjoni li jkun minn tal-inqas ekwivalenti għal dak ipprovdut bir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 u bir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kunsill stabbiliti fl-Annessi tad-Deċiżjoni 2013/488/UE. L-ekwivalenza tar-regolamenti dwar is-sigurtà applikati f'pajjiż terz jew f'organizzazzjoni internazzjonali għandha tiġi definita fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, li jinkludi kwistjonijiet tas-sigurtà industrijali jekk ikunu rilevanti, li jiġi konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali b'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 tat-TFUE u billi jitqies l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2013/488/UE;

    (d)

    mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE u għar-regoli li jirregolaw il-qasam tas-sigurtà industrijali kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444, persuna fiżika jew persuna ġuridika, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jista' jingħatalhom aċċess għal informazzjoni klassifikata tal-UE meta jitqies meħtieġ fuq bażi ta' każ b'każ, skont in-natura u l-kontenut ta' din l-informazzjoni, il-ħtieġa għall-għarfien tal-benefiċjarju u l-grad ta' vantaġġ għall-Unjoni.

    TITOLU VI

    Galileo u EGNOS

    Artikolu 43

    Azzjonijiet eliġibbli

    L-esplojtazzjoni ta' Galileo u ta' EGNOS għandha tkopri l-azzjonijiet eliġibbli li ġejjin :

    (a)

    il-ġestjoni , it-tħaddim, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu, l-evoluzzjoni u l-protezzjoni tal-infrastruttura spazjali, inklużi l-aġġornamenti u l-ġestjoni tal-obsolexxenza;

    (b)

    il-ġestjoni , it-tħaddim, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu, l-evoluzzjoni u l-protezzjoni tal-infrastruttura tal-art, b'mod partikolari ċ-ċentri u l-istazzjonijiet ibbażati fuq l-art imsemmija fid-Deċiżjoni (UE) 2016/413 jew (EU) 2017/1406, in-netwerks , inklużi l-aġġornamenti u l-ġestjoni tal-obsolexxenza;

    (c)

    l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-ġejjieni tas-sistemi u l-evoluzzjoni tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-ġejjieni dwar il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni , filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti ;

    (ca)

    l-appoġġ għall-iżvilupp tal-applikazzjonijiet downstream ta' Galileo u EGNOS u l-iżvilupp u l-evoluzzjoni ta' elementi teknoloġiċi fundamentali, bħal chipsets u riċevituri abilitati għall-Galileo;

    (d)

    l-appoġġ għall-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u ta' standardizzazzjoni relatati ma' Galileo u EGNOS, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport ;

    (e)

    il-forniment kontinwu tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS u, f'komplementarjetà mal-inizjattivi tal-Istati Membri u tas-settur privat, l-iżvilupp tas-suq ta' dawk is-servizzi, b'mod partikolari, sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi msemmija fl-Artikolu 4(1) ;

    (f)

    il-kooperazzjoni ma' sistemi reġjonali jew globali oħra tan-navigazzjoni bis-satellita , inkluż biex jiġu ffaċilitati l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà ;

    (g)

    l-elementi biex jimmonitorjaw l-affidabbiltà tas-sistemi u l-esplojtazzjoni tagħhom, u l-prestazzjoni tas-servizzi ;

    (h)

    l-attivitajiet relatati mal-forniment tas-servizzi u  mal-koordinazzjoni tal-estensjoni tal-kopertura tagħhom.

    Artikolu 44

    Servizzi pprovduti minn Galileo

    1.   Is-servizzi pprovduti minn Galileo għandhom jinkludu:

    (a)

    servizz miftuħ ta' Galileo (GOS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u li għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni maħsuba b'mod prinċipali għall-applikazzjonijiet tal-massa tan-navigazzjoni bis-satellita biex jintużaw mill-konsumaturi;

    (b)

    servizz b'akkuratezza għolja (HAS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u li għandu jipprovdi informazzjoni b'akkuratezza għolja dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni permezz tad-disseminazzjoni ta' data addizzjonali f'medda ta' frekwenzi supplimentari, maħsub b'mod prinċipali għall-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita għal użu professjonali jew kummerċjali;

    (c)

    servizz ta' awtentikazzjoni tas-sinjali (SAS), ibbażat fuq il-kodiċijiet kriptati inkorporati fis-sinjali, maħsub b'mod prinċipali għall-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita għal użu professjonali jew kummerċjali;

    (d)

    servizz pubbliku regolat (PRS), li għandu jkun ristrett għall-utenti awtorizzati mill-gvern regolati ▌, għal applikazzjonijiet sensittivi li jirrikjedu livell għoli ta' kontinwità tas-servizz, inkluż fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża, u li jużaw sinjali qawwija u kriptati; għandu jkun mingħajr ħlas għall-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-SEAE u, fejn xieraq, aġenziji tal-Unjoni debitament awtorizzati; Il-kwistjoni jekk għandhomx jintalbu jħallsu l-parteċipanti tal-PRS oħra msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE għandha tiġi vvalutata fuq bażi ta' każ b'każ u għandhom jiġu speċifikati dispożizzjonijiet xierqa fil-ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 3(5) ta' dik id-Deċiżjoni; l-aċċess għall-PRS għandu jkun irregolat skont id-Deċiżjoni 1104/2011/UE applikabbli għall-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-SEAE u l-aġenziji tal-Unjoni;

    (e)

    servizz ta' emerġenza (ES) , li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti, u li jxandar, billi jemetti sinjali, twissijiet rigward diżastri naturali jew emerġenzi oħra f'żoni partikolari; dan għandu jiġi pprovdut f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri, fejn xieraq;

    (f)

    servizz tat-teħid tal-ħinijiet (TS), li jkun mingħajr ħlas għall-utenti u li jipprovdi ħin ta' referenza akkurat u robust kif ukoll realizzazzjoni tal-ħin universali koordinat, li jiffaċilita l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tat-teħid tal-ħinijiet ibbażati fuq Galileo u l-użu f'applikazzjonijiet kritiċi.

    2.   Galileo għandu jagħti kontribut ukoll:

    (a)

    għas-servizz ta' sostenn għat-tfittxija u għas-salvataġġ (SAR) tas-sistema COSPAS-SARSAT billi jidentifika s-sinjali ta' emerġenza trażmessi mit-trażmettituri u billi jibagħtilhom lura messaġġi permezz ta' “kollegament ta' ritorn”;

    (b)

    għas-servizzi ta' monitoraġġ tal-integrità standardizzati fil-livell Unjoni jew fil-livell internazzjonali biex jintużaw mis-servizzi tas-sikurezza tal-ħajja, abbażi tas-sinjali tas-servizz miftuħ ta' Galileo u flimkien ma' EGNOS u ma' sistemi oħra tan-navigazzjoni bis-satellita;

    (c)

    għas-servizzi ta' informazzjoni permezz taċ-ċentru tas-servizzi GNSS  (23) u ta' twissija bikrija tat-temp spazjali pprovduti permezz tal-infrastruttura tal-art ta' Galileo maħsuba b'mod prinċipali biex inaqqsu r-riskji potenzjali għall-utenti tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn GNSS oħra marbuta mal-ispazju .

    Artikolu 45

    Servizzi pprovduti minn EGNOS

    1.   Is-servizzi pprovduti minn EGNOS għandhom jinkludu:

    (a)

    servizz miftuħ ta' EGNOS (EOS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u li għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni maħsuba b'mod prinċipali għall-applikazzjonijiet tal-massa tan-navigazzjoni bis-satellita biex jintużaw mill-konsumaturi;

    (b)

    servizz ta' aċċess għad-data ta' EGNOS (EDAS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u jipprovdi l-informazzjoni ta' pożizzjonament u ta' sinkronizzazzjoni maħsuba b'mod prinċipali għall-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita għal użu professjonali jew kummerċjali, li joffri prestazzjoni mtejba u data b'valur miżjud ikbar minn dawk miksuba permezz tal-EOS;

    (c)

    servizz ta' sikurezza tal-ħajja (SoL), li għandu jkun mingħajr ħlasijiet diretti għall-utenti u li għandu jipprovdi informazzjoni ta' pożizzjonament u ta' sinkronizzazzjoni tal-ħin b'livell għoli ta' kontinwità, ta' disponibbiltà u ta' akkuratezza, inkluż messaġġ ta' integrità li javża lill-utenti bi kwalunkwe ħsara, jew sinjali li nqabżu l-parametri ta' tolleranza emessi minn Galileo u minn GNSS oħra, li tawmenta fiż-żona ta' kopertura, maħsuba b'mod prinċipali għall-utenti li għalihom is-sikurezza hija essenzjali, b'mod partikolari fis-settur tal-avjazzjoni ċivili għall-iskop tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru , skont l-istandards tal-ICAO, u ta' setturi oħra tat-trasport .

    2.   Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti bħala prijorità fit-territorju tal-Istati Membri kollha li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa , inklużi għal dan l-għan Ċipru, l-Azores, il-Gżejjer Kanarji u Madeira, sa tmiem l-2026 .

    Il-kopertura ġeografika ta' EGNOS tista' tiġi estiża għal reġjuni oħra tad-dinja, b'mod partikolari għat-territorji ta' pajjiżi kandidati, ta' pajjiżi terzi assoċjati mal-Ajru Uniku Ewropew u ta' pajjiżi terzi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, soġġett għall-fattibbiltà teknika u  f'konformità mar-rekwiżiti ta' sigurtà msemmija fl-Artikolu 34, u , għas-servizz ta' SoL, abbażi ta' ftehimiet internazzjonali.

    3.   Il-kost ta' tali estensjoni, inklużi l-kostijiet relatati tat-tħaddim li jkunu speċifiċi għal dawn ir-reġjuni, ma għandux jiġi kopert bil-baġit imsemmi fl-Artikolu 11. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra programmi jew strumenti oħra biex tiffinanzja attivitajiet bħal dawn. Tali estensjoni ma għandhiex iddewwem l-offerta tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju kollu tal-Istati Membri li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa.

    Artikolu 46

    Miżuri ta' implimentazzjoni għal Galileo u għal EGNOS

    Fejn ikun meħtieġ biex Galileo u EGNOS jimxu ħarir u biex jiġu adottati mis-suq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex:

    (a)

    tiġġestixxi u tnaqqas ir-riskji inerenti fl-operat ta' Galileo u ta' EGNOS , b'mod partikolari biex tiżgura l-kontinwità tas-servizz ;

    (b)

    tispeċifika l-istadji ewlenin tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' Galileo u ta' EGNOS;

    (c)

    tistabbilixxi l-post fejn jinsabu ċ-ċentri li jiffurmaw parti mill-infrastruttura tal-art ta' Galileo u ta' EGNOS skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà, wara li jkun ġie segwit proċess miftuħ u trasparenti, u tiżgura t-tħaddim tagħhom.

    (d)

    tiddetermina l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operattivi relatati mas-servizzi msemmija fl-Artikolu 44 punt (1)(c), (e), (f) u punt (2)(c).

    Dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

    Artikolu 47

    Kompatibbiltà, interoperabbiltà u standardizzazzjoni

    1.   Galileo u EGNOS, u s-servizzi li jipprovdu, għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli għalkollox mil-lat tekniku , inkluż fil-livell tal-utenti .

    2.   Galileo u EGNOS, u s-servizzi li jipprovdu, għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli mas-sistemi l-oħra tan-navigazzjoni bis-satellita u mal-mezzi konvenzjonali ta' radjunavigazzjoni, fejn ir-rekwiżiti meħtieġa ta' kompatibbiltà u ta' interoperabbiltà u l-kundizzjonijiet tagħhom ikunu stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali.

    TITOLU VII

    Copernicus

    KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 48

    L-ambitu ta' Copernicus

    1.   Copernicus għandu jiġi implimentat billi jissejjes fuq investimenti preċedenti , inkluż minn partijiet ikkonċernati bħall-Aġenzija Spazjali Ewropea u EUMETSAT u, fejn ikun xieraq u kosteffettiv , billi jissejjes fuq il-kapaċitajiet nazzjonali jew reġjonali tal-Istati Membri u billi jqis il-kapaċitajiet tal-fornituri kummerċjali ta' data u ta' informazzjoni komparabbli u l-ħtieġa li jitrawmu l-kompetizzjoni u l-iżvilupp tas-suq , filwaqt li jiġu massimizzati l-opportunitajiet għall-utenti Ewropej .

    2.   Copernicus għandu jwassal id-data u l-informazzjoni b'politika dwar id-data sħiħa, mingħajr ħlas u miftuħa , filwaqt li jissejjes fuq il-ħtiġijiet tal-utenti ta' Copernicus u abbażi ta' politika dwar id-data sħiħa, mingħajr ħlas u miftuħa.

    2a.     Copernicus għandu jappoġġa l-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha b'mod partikolari fl-oqsma tal-ambjent u t-tibdil fil-klima, fil-qasam marin u dak marittimu, l-atmosfera, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-preservazzjoni tal-wirt kulturali, il-protezzjoni ċivili, il-monitoraġġ tal-infrastruttura, is-sikurezza u s-sigurtà, kif ukoll l-ekonomija diġitali bil-għan li jkompli jitnaqqas il-piż amministrattiv.

    3.   Copernicus għandu jkun fih erba' elementi , b'mod partikolari:

    (a)

    l-akkwiżizzjoni tad-data li għandha tinkludi :

    l-iżvilupp u l-operazzjonijiet tas-satelliti Sentinel ta' Copernicus;

    l-aċċess għad-data ta' osservazzjonijiet tal-ispazju mid-dinja ta' partijiet terzi;

    l-aċċess għad-data fil-post u għal data anċillari oħra;

    (b)

    il-komponent tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni permezz tas-Servizzi ta' Copernicus , li għandu jinkludi l-attivitajiet għall-ġenerazzjoni ta' informazzjoni b'valur miżjud b'sostenn għas-servizzi tal-monitoraġġ, tar-rapportar u tal-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, tal-protezzjoni ċivili u tas-sigurtà▌;

    (c)

    il-komponent tal-aċċess għad-data u d-distribuzzjoni tagħha, li għandu jinkludi l-infrastruttura u s-servizzi biex jiġu żgurati l-iskoperta, il-wiri, id-distribuzzjoni u l-esplojtazzjoni u l-preservazzjoni fit-tul tad-data ta' Copernicus u tal-informazzjoni ta' Copernicus u l-aċċess għalihom , b'mod li jkun faċli għall-utenti ;

    (d)

    l-użu mill-utenti , l-iżvilupp tas-suq u l-bini tal-kapaċità skont l-Artikolu 29(5), li għandu jinkludi l-attivitajiet, ir-riżorsi u s-servizzi rilevanti għall-promozzjoni ta' Copernicus, tad-data u tas-servizzi tiegħu , kif ukoll l-applikazzjonijiet downstream relatati u l-iżvilupp tagħhom fil-livelli kollha biex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi msemmija fl-Artikolu 4(1) kif ukoll il-ġbir u l-analiżi tal-ħtiġijiet tal-utenti .

    4.   Copernicus għandu jippromwovi l-koordinazzjoni internazzjonali tas-sistemi ta' osservazzjoni u l-iskambji relatati ta' data, sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni globali u l-kumplementarjetà tiegħu filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet internazzjonali u l-proċessi ta' koordinazzjoni eżistenti ▌.

    KAPITOLU II

    Azzjonijiet eliġibbli

    Artikolu 49

    Azzjonijiet eliġibbli għall-akkwiżizzjoni tad-data

    L-azzjonijiet eliġibbli fil-qafas ta' Copernicus għandhom ikopru:

    (a)

    l-azzjonijiet biex tiġi pprovduta l-kontinwità msaħħa tal-missjonijiet eżistenti tas-satelliti Sentinel u għall-iżvilupp, għat-tnedija, għaż-żamma u għat-tħaddim ta' satelliti Sentinel ulterjuri li jespandu l-ambitu ta' osservazzjoni, filwaqt li tingħata prijorità b'mod partikolari lill-kapaċitajiet ta' osservazzjoni għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' CO2 u tal-emissjonijiet oħra tal-gassijiet b'effett ta' serra, li jippermettu l-monitoraġġ tar-reġjuni polari, u li jagħtu lok għal applikazzjonijiet ambjentali innovattivi fl-oqsma tal-agrikoltura, tal-foresti, tal-ġestjoni tal-ilma u tar-riżorsi marini, u l-wirt kulturali ;

    (b)

    l-azzjonijiet li jipprovdu l-aċċess għad-data ta' partijiet terzi li tkun meħtieġa biex jiġu ġġenerati s-servizzi ta' Copernicus jew biex tintuża mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji, mis-servizzi deċentralizzati tal-Unjoni u, fejn xieraq u kosteffettiv mill-korpi pubbliċi nazzjonali jew reġjonali ;

    (c)

    l-azzjonijiet li jipprovdu u jikkoordinaw l-aċċess għad-data fil-post u għal data anċillari oħra meħtieġa għall-ġenerazzjoni, għall-kalibrazzjoni u għall-validazzjoni tad-data ta' Copernicus u tal-informazzjoni ta' Copernicus , inkluż fejn xieraq u kosteffettiv l-użu ta' kapaċitajiet nazzjonali eżistenti u l-evitar ta' duplikazzjonijiet .

    Artikolu 50

    Azzjonijiet eliġibbli għas-servizzi ta' Copernicus

    1.    Copernicus għandu jinkludi l-azzjonijiet b'sostenn għas-servizzi li ġejjin:

    (a)

    is-servizzi tal-monitoraġġ, tar-rapportar u tal-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali li jkopru:

    il-monitoraġġ tal-atmosfera biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja b'kopertura globali, b'enfasi speċjali fuq il-livell Ewropew, u l-kompożizzjoni tal-atmosfera;

    il-monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-istat u d-dinamika tal-ekosistemi kostali , tal-oċean u tal-baħar kif ukoll ir-riżorsi u l-użu tagħhom;

    il-monitoraġġ tal-art u l-agrikoltura biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kopertura tal-art, l-użu tal-art u l-bidla fl-użu tal-art , is-siti ta' wirt kulturali, ċaqliq terrestri, iż-żoni urbani, il-kwantità u l-kwalità tal-ilmijiet interni, il-foresti, l-agrikoltura u riżorsi naturali oħra, il-bijodiversità u l-krijosfera;

    il-monitoraġġ tat-tibdil fil-klima biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi u assorbimenti ta' CO2 u ta' gassijiet b'effett ta' serra oħrajn, il-parametri essenzjali tal-klima, ir-rianaliżi tal-klima, it-tbassir staġjonali, il-projezzjonijiet u l-attribuzzjoni tal-klima, l-informazzjoni dwar it-tibdil fiż-żoni Polari/tal-Artiku, kif ukoll l-indikaturi fuq skali temporali u ta' spazji rilevanti;

    (b)

    is-servizz ta' ġestjoni tal-emerġenzi biex tiġi pprovduta informazzjoni b'sostenn u bil-koordinazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-protezzjoni ċivili ▌, u b'sostenn għall-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u ta' rispons fl-emerġenzi (li jtejbu l-attivitajiet ta' twissija bikrija u l-kapaċitajiet ta' rispons fil-kriżijiet), u għall-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' tħejjija (l-analiżi tar-riskji u tal-irkupru) fir-rigward ta' tipi differenti ta' diżastri;

    (c)

    is-servizz tas-sigurtà b'sostenn għas-sorveljanza tal-Unjoni u tal-fruntieri esterni tagħha , għas-sorveljanza marittima, kif ukoll għall-azzjoni esterna tal-Unjoni sabiex jagħtu rispons għall-isfidi tas-sigurtà li qed tiffaċċja l-Unjoni, u għall-għanijiet u għall-azzjonijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni.

    2.     Il-Kummissjoni, appoġġata fejn rilevanti minn għarfien espert indipendenti estern, għandha tiżgura l-pertinenza tas-Servizzi billi:

    (a)

    tivvalida l-fattibbiltà teknika u l-adegwatezza għall-iskop tar-rekwiżiti espressi mill-komunitajiet tal-utenti;

    (b)

    tivvaluta l-mezzi u s-soluzzjonijiet, proposti jew eżegwiti, biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-komunitajiet tal-utenti u l-għanijiet tal-Programm.

    Artikolu 51

    Azzjonijiet eliġibbli għall-aċċess għad-data u għall-informazzjoni d-distribuzzjoni tagħhom

    1.   Copernicus għandu jinkludi azzjonijiet li jipprovdu aċċess imsaħħaħ għad-data kollha ta' Copernicus u għall-informazzjoni kollha ta' Copernicus u, fejn ikun xieraq, għandu jipprovdi infrastruttura u servizzi addizzjonali biex jitrawmu d-distribuzzjoni, l-aċċess u l-użu ta' dik id-data u ta' dik l-informazzjoni.

    2.   Fejn id-data ta' Copernicus u l-informazzjoni ta' Copernicus ikunu sensittivi fir-rigward tas-sigurtà skont l-Artikoli 12 sa 16 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2013  (24), il-Kummissjoni tista' tinkariga l-akkwist, is-superviżjoni tal-akkwiżizzjoni, l-aċċess għaliha u d-distribuzzjoni ta' dik id-data u ta' dik l-informazzjoni lil entità fiduċjarja waħda jew iktar. Tali entitajiet għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistru tal-utenti akkreditati u jagħtu aċċess għad-data ristretta permezz ta' fluss segregat.

    KAPITOLU III

    Il-politika dwar id-data ta' Copernicus

    Artikolu 52

    Il-politika dwar id-data ta' Copernicus u l-informazzjoni ta' Copernicus

    1.   Id-data ta' Copernicus u l-informazzjoni ta' Copernicus għandhom jiġu pprovduti lill-utenti bil-politika li ġejja dwar id-data mingħajr ħlas, sħiħa u miftuħa:

    (a)

    l-utenti ta' Copernicus ikunu jistgħu, fuq bażi dinjija u mingħajr ħlas, jirriproduċu, jiddistribwixxu, jikkomunikaw lill-pubbliku, jadattaw u jimmodifikaw id-data kollha ta' Copernicus u l-informazzjoni kollha ta' Copernicus u jikkombinawhom ma' data u ma' informazzjoni oħrajn;

    (b)

    il-politika dwar id-data mingħajr ħlas, sħiħa u miftuħa għandha tinkludi l-limitazzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    il-formati u l-karatteristiki tat-tempestività u tad-disseminazzjoni tad-data ta' Copernicus u tal-informazzjoni ta' Copernicus għandhom ikunu predefiniti;

    (ii)

    fejn ikun applikabbli, il-kundizzjonijiet tal-ħruġ tal-liċenzji tad-data ta' partijiet terzi u tal-informazzjoni ta' partijiet terzi li jintużaw fil-produzzjoni tal-informazzjoni dwar is-Servizzi ta' Copernicus għandhom jiġu rrispettati;

    (iii)

    il-limitazzjonijiet tas-sigurtà li jirriżultaw mir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(1);

    (iv)

    – il-protezzjoni kontra r-riskju ta' tfixkil tas-sistema li tipproduċi d-data ta' Copernicus u l-informazzjoni ta' Copernicus kif ukoll id-data nnifisha għandha tiġi żgurata;

    (v)

    il-protezzjoni tal-aċċess affidabbli għad-data ta' Copernicus u għall-informazzjoni ta' Copernicus għall-utenti Ewropej għandha tiġi żgurata.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 105 dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jissupplimentaw il-paragrafu 1 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet, tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri għall-aċċess għad-data ta' Copernicus u għall-informazzjoni ta' Copernicus u għall-użu tagħhom.

    3.   Il-Kummissjoni għandha toħroġ liċenzji u avviżi għall-aċċess għad-data ta' Copernicus u għall-informazzjoni ta' Copernicus u għall-użu tagħhom, inklużi l-klawżoli ta' attribuzzjoni, b'konformità mal-politika dwar id-data ta' Copernicus kif stabbilit f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati applikabbli skont il-paragrafu 2.

    TITOLU VIII

    KOMPONENTI OĦRA TAL-PROGRAMM

    KAPITOLU I

    SSA

    TAQSIMA I

    SST

    Artikolu 53

    L-ambitu tal-SST

    1.     Is-subkomponenti tal-SST għandhom jagħtu sostenn għall-attivitajiet li ġejjin:

    (a)

    l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-tħaddim ta' netwerk ta' sensuri tal-SST tal-art u/jew spazjali tal-Istati Membri, inklużi sensuri żviluppati permezz ta' sensuri tal-Aġenzija Spazjali Ewropea jew tas-settur privat tal-Unjoni, u permezz ta' sensuri tal-Unjoni mħaddma nazzjonalment, għas-sorveljanza u l-insegwiment tal-oġġetti spazjali u għall-produzzjoni ta' katalogu Ewropew ta' oġġetti spazjali ▌;

    (b)

    l-ipproċessar u l-analiżi tad-data tal-SST fil-livell nazzjonali sabiex jiġu prodotti l-informazzjoni u s-servizzi tal-SST imsemmija fl-Artikolu 54;

    (c)

    il-forniment tas-servizzi tal-SST imsemmi fl-Artikolu 54 lill-utenti imsemmija fl-Artikolu 55;

    (cc)

    il-monitoraġġ u tfittxija ta' sinerġiji ma' inizjattivi li jippromwovu l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji għad-disponiment tal-inġenji spazjali fi tmiem il-ħajja operazzjonali, ta' sistemi teknoloġiċi għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tat-tifrik spazjali kif ukoll mal-inizjattivi internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku spazjali.

    2.    Il-komponent tal-SST għandu wkoll jipprovdi sostenn tekniku u amministrattiv sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm Spazjali tal-UE u l-Qafas għall-Appoġġ tal-SST stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE.

    Artikolu 54

    Servizzi tal-SST

    1.   Is-servizzi tal-SST għandhom jinkludu:

    (a)

    il-valutazzjoni tar-riskji ta' kolliżjoni bejn l-inġenji spazjali jew bejn l-inġenji spazjali u t-tifrik spazjali u l-ġenerazzjoni potenzjali ta' twissijiet għall-evitar ta' kolliżjonijiet matul il-fażi tal-illanċjar, il-fażi bikrija fl-orbita, il-fażi tat-tlugħ fl-orbita, il-fażi tal-operazzjonijiet fl-orbita u l-fażi tad-disponiment tal-missjonijiet tal-inġenji spazjali;

    (b)

    l-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni ta' frammentazzjonijiet, ta' tkissir jew ta' kolliżjonijiet fl-orbita;

    (c)

    il-valutazzjoni tar-riskji tad-dħul mill-ġdid mhux ikkontrollat ta' oġġetti spazjali u ta' tifrik spazjali fl-atmosfera tad-dinja u l-ġenerazzjoni ta' informazzjoni relatata, inkluża l-istima tal-perjodu ta' żmien u tal-post li x'aktarx iseħħ fih l-impatt;

    (d)

    l-iżvilupp ta' attivitajiet bi tħejjija għal:

    (i)

    il-mitigazzjoni tat-tifrik spazjali sabiex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta' tali tifrik, u

    (ii)

    ir-rimedju tat-tifrik spazjali permezz tal-ġestjoni tat-tifrik spazjali eżistenti .

    2.   Is-servizzi tal-SST għandhom ikunu mingħajr ħlas, disponibbli fi kwalunkwe ħin mingħajr interruzzjoni u adattati għall-ħtiġijiet tal-utenti msemmija fl-Artikolu 55.

    3.     L-Istati Membri parteċipanti, il-Kummissjoni u, meta jkun rilevanti, il-Front Desk, ma għandhomx jinżammu responsabbli għal:

    (a)

    ħsara li tirriżulta min-nuqqas jew l-interruzzjoni tal-forniment tas-servizzi tal-SST;

    (b)

    dewmien fil-forniment tas-servizzi tal-SST;

    (c)

    ineżattezza tal-informazzjoni pprovduta permezz tas-servizzi tal-SST; jew

    (d)

    azzjoni meħuda b'rispons għall-forniment tas-servizzi tal-SST .

    Artikolu 55

    L-utenti tal-SST

    1.    L-utenti tal-UE għandhom jinkludu:

    (a)

    l-utenti ewlenin tal-SST: l-Istati Membri ▌, is-SEAE, il-Kummissjoni, il-Kunsill, l-Aġenzija kif ukoll is-sidien u l-operaturi pubbliċi u privati tal-inġenji spazjali ▌ stabbiliti fl-Unjoni;

    (b)

    l-utenti mhux ewlenin tal-SST: entitajiet pubbliċi u privati oħra ▌stabbiliti fl-Unjoni.

    L-utenti ewlenin tal-SST għandu jkollhom aċċess għas-servizzi kollha tal-SST imsemmija fl-Artikolu 54(1).

    L-utenti mhux ewlenin tal-SST jista' jkollhom aċċess għas-servizzi tal-SST imsemmija fil-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 54(1).

    2.     L-utenti internazzjonali għandhom jinkludu pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali li ma jkollhomx il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni u entitajiet privati mhux stabbiliti fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali li ma jkollhomx il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni jista' jkollhom aċċess għas-servizzi tal-SST skont l-Artikolu 8(1a);

    (b)

    L-entitajiet privati mhux stabbiliti fl-Unjoni jista' jkollhom aċċess għas-servizzi tal-SST b'soġġett għal ftehim internazzjonali, li jkun stabbilit skont l-Artikolu 8(1a), mal-pajjiż terz fejn ikunu stabbiliti u li jagħtihom dak l-aċċess.

    3.     Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ma għandu jkun meħtieġ l-ebda ftehim internazzjonali meta servizz tal-SST imsemmi fl-Artikolu 54(1) ikun disponibbli għall-pubbliku.

    4.    Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dettaljati rigward l-aċċess għas-servizzi tal-SST u proċeduri rilevanti. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

    Artikolu 56

    Parteċipazzjoni ta' Stati Membri

    1.   L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fil-forniment tas-servizzi tal-SST li jkopru l-orbiti kollha għandhom jippreżentaw applikazzjoni konġunta unika lill-Kummissjoni, fejn juru l-konformità mal-kriterji li ġejjin:

    (a)

    is-sjieda ta' sensuri adegwati tal-SST disponibbli għall-SST tal-UE u tar-riżorsi umani biex jitħaddmu, jew ta' analiżi operazzjonali adegwata u ta' kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-data speċifikament iddisinjati għall-SST u disponibbli għall-SST tal-UE, jew l-aċċess għalihom;

    (b)

    il-valutazzjoni inizjali tar-riskji għas-sigurtà ta' kull assi tal-SST imwettqa u vvalidata mill-Istat Membru rilevanti;

    (c)

    pjan ta' azzjoni li jqis il-pjan ta' koordinazzjoni adottat skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 541/2014/UE, għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament;

    (d)

    id-distribuzzjoni tal-attivitajiet differenti fost it-Timijiet ta' Esperti kif maħtura skont l-Artikolu 57;

    (e)

    ir-regoli dwar il-kondiviżjoni tad-data meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

    Fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b), kull Stat Membru li jkun jixtieq jipparteċipa fil-forniment tas-servizzi tal-SST għandu juri konformità ma' dawn il-kriterji separatament.

    Fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fil-punti (c) sa (e), kull Stat Membru li jkun jixtieq jipparteċipa fit-twassil tas-servizzi tal-SST għandu juri konformità ma' dawk il-kriterji b'mod kollettiv.

    2.   Il-kriterji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew issodisfati mill-Istati Membri parteċipanti li l-entitajiet nazzjonali maħtura tagħhom ikunu membri tal-Konsorzju stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    3.   Meta ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda proposta konġunta skont il-paragrafu 1 jew meta l-Kummissjoni tikkunsidra li l-proposta konġunta ppreżentata ma tikkonformax mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, minn tal-inqas ħames Stati Membri ▌ jistgħu jippreżentaw proposta konġunta ġdida lill-Kummissjoni, li tikkonforma mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1▌.

    4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-proċeduri u l-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3. Dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

    Artikolu 57

    Qafas organizzattiv tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri

    1.   L-Istati Membri kollha li jkunu ppreżentaw proposta li l-Kummissjoni tqis li tkun konformi mal-Artikolu 56(1) jew li tkun intgħażlet mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(3) għandhom jaħtru Entità Nazzjonali Kostitwenti stabbilita fit-territorju tagħhom biex tirrappreżentahom. L-Entità Nazzjonali Kostitwenti għandha tkun awtorità pubblika ta' Stat Membru jew korp inkarigat bl-eżerċizzju ta' tali awtorità pubblika.

    2.   L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti maħtura skont il-paragrafu 1 għandhom jikkonkludu ftehim li joħloq sħubija tal-SST u li jistabbilixxi r-regoli u l-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 53. B'mod partikolari, dak il-ftehim għandu jinkludi l-elementi msemmija fil-punti (c) sa (e) tal-Artikolu 56(1) u l-istabbiliment ta' struttura għall-ġestjoni tar-riskji biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-iskambju sigur tad-data tal-SST u tal-informazzjoni tal-SST.

    3.   L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti għandhom jiżviluppaw servizzi tal-SST tal-Unjoni ta' kwalità għolja skont pjan pluriennali, skont l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rilevanti, u skont ir-rekwiżiti tal-utenti, abbażi tal-attivitajiet tat-Timijiet ta' Esperti msemmija fil-paragrafu 6. Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-pjan pluriennali u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

    4.   L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti għandhom joħolqu netwerk tas-sensuri eżistenti u possibbli fil-ġejjieni biex iħaddmuhom b'mod ikkoordinat u ottimizzat bil-ħsieb li jistabbilixxu u jżommu katalogu komuni aġġornat Ewropew , mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali .

    5.   L-Istati Membri parteċipanti għandhom iwettqu akkreditazzjoni tas-sigurtà abbażi tar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(1).

    6.   It-Timijiet ta' Esperti għandhom jinħatru mill-Istati Membri parteċipanti tal-SST sabiex ikunu inkarigati bi kwistjonijiet speċifiċi marbuta mal-attivitajiet differenti tal-SST. It-Timijiet ta' Esperti għandhom ikunu permanenti u ġestiti mill-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti tal-Istati Membri li stabbilewhom, għandu jkollhom il-persunal ta' dawk l-entitajiet, u jistgħu jinkludu esperti minn kull Entità Nazzjonali Kostitwenti.

    7.   L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti u t-Timijiet ta' Esperti għandhom jiżguraw il-protezzjoni tad-data tal-SST, tal-informazzjoni tal-SST u tas-servizzi tal-SST.

    8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 105 dwar id-dispożizzjoni speċifika u , regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-qafas organizzattiv tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-SST. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

    Artikolu 58

    Il-Front Desk tal-SST

    1.   Il-Kummissjoni , filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti, għandha tagħżel il-Front Desk tal-SST abbażi tal-aqwa għarfien espert fi kwistjonijiet tas-sigurtà u fil-provvista tas-servizzi . Dak il-Front Desk għandu:

    (a)

    jipprovdi l-interfaċċi siguri meħtieġa għaċ-ċentralizzazzjoni, għall-ħżin u għad-disponibbiltà tal-informazzjoni tal-SST għall-utenti tal-SST, filwaqt li jiżgura t-trattament u t-traċċabbiltà xierqa tagħhom ;

    (b)

    jipprovdi rapportar ▌dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tal-SST lis-sħubija tal-SST u lill-Kummissjoni ;

    (c)

    jiġbor il-feedback neċessarju għas-sħubija tal-SST sabiex jiġi żgurat l-allinjament meħtieġ tas-servizzi mal-aspettattivi tal-utenti;

    (d)

    jippromwovi u jħeġġeġ l-użu tas-servizzi u jagħtih sostenn.

    2.   L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti għandhom jikkonkludu l-arranġamenti ta' implimentazzjoni meħtieġa mal-Front Desk tal-SST.

    TAQSIMA II

    Temp spazjali u NEO

    Artikolu 59

    Attivitajiet tat-Temp Spazjali

    1.    Is-subkomponenti tat-temp spazjali jistgħu jagħtu sostenn għall-attivitajiet li ġejjin:

    (a)

    il-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti fis-setturi identifikati fil-paragrafu 2(b) bl-għan li jiġu stabbiliti s-servizzi tat-temp spazjali li jridu jiġu pprovduti;

    (b)

    il-forniment tas-servizzi tat-temp spazjali lill-utenti tas-servizzi tat-temp spazjali, skont il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tekniċi identifikati tal-utenti.

    2.   Is-servizzi tat-temp spazjali għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe ħin mingħajr interruzzjoni . Il-Kummissjoni għandha tagħżel, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, dawk is-servizzi skont ir-regoli li ġejjin

    (a)

    il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza s-servizzi tat-temp spazjali li jridu jitwasslu fil-livell tal-Unjoni skont il-ħtiġijiet tal-utenti, l-istat ta' tħejjija teknoloġika tas-servizzi u r-riżultat ta' valutazzjoni tar-riskji;

    (b)

    is-servizzi tat-temp spazjali jistgħu jagħtu kontribut għal attivitajiet ta' protezzjoni ċivili u għall-protezzjoni ta' firxa wiesgħa ta' setturi bħalma huma: l-ispazju, it-trasport, il-GNSS, il-grilji tal-elettriku u l-komunikazzjoni.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f' konformità mal-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 107(2).

    3.   L-għażla tal-entitajiet pubbliċi jew privati li jridu jipprovdu s-servizzi tat-temp spazjali għandha titwettaq permezz ta' sejħa għall-offerti.

    Artikolu 60

    Attivitajiet tal-NEO

    1.    Is-subkomponenti tal-NEO jistgħu jagħtu sostenn għall-attivitajiet li ġejjin:

    (a)

    l-immappjar tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri għall-identifikazzjoni u għall-monitoraġġ tal-NEOs;

    (b)

    il-promozzjoni tan-netwerking tal-faċilitajiet u taċ-ċentri ta' riċerka tal-Istati Membri;

    (c)

    l-iżvilupp tas-servizz imsemmi fil-paragrafu 2;

    (d)

    l-iżvilupp ta' servizz ta' rispons rapidu ta' rutina li jkun jista' jikkaratterizza l-NEOs li jkunu għadhom kif ġew skoperti;

    (e)

    il-ħolqien ta' katalogu Ewropew tal-NEOs .

    2.   Il-Kummissjoni , fil-qasam ta' kompetenza tagħha, tista' tistabbilixxi l-proċeduri għall-koordinazzjoni, bl-involviment tal-korpi xierqa tan-Nazzjonijiet Uniti, l-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u tal-Unjoni li jkunu responsabbli għall-protezzjoni ċivili fil-każ li jinstab li NEO jkun qed joqrob iktar lejn id-dinja.

    KAPITOLU II

    GOVSATCOM

    Artikolu 61

    L-ambitu ta' GOVSATCOM

    Fil-qafas tal-komponent ta' GOVSATCOM, il-kapaċitajiet u s-servizzi tal-komunikazzjoni bis-satellita għandhom jiġu kkombinati f'ġabra komuni ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita tal-Unjoni , b'rekwiżiti ta' sigurtà xierqa . Dan il-komponent jinkludi:

    (a)

    l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, u l-operazzjonijiet tal-infrastruttura tas-segment tal-art imsemmija fl-Artikolu 66 u l-infrastruttura spazjali possibbli msemmija fl-Artikolu 69 ;

    (b)

    l-akkwist ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita governattivi u kummerċjali , kif ukoll ta' tagħmir tal-utenti meħtieġ għall-forniment tas-servizzi ta' GOVSATCOM;

    (c)

    il-miżuri meħtieġa għal interoperabbiltà u għal standardizzazzjoni ulterjuri tat-tagħmir tal-utenti ta' GOVSATCOM.

    Artikolu 62

    Kapaċitajiet u servizzi pprovduti fil-qafas ta' GOVSATCOM

    1.   Il-forniment ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' GOVSATCOM ▌ għandu jiġi żgurat skont kif stabbilit fil-portafoll tas-servizzi msemmi fil-paragrafu 3, skont ir-rekwiżiti operazzjonali msemmija fil-paragrafu 2, skont ir-rekwiżiti speċifiċi tas-sigurtà ta' GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 34(1) u fil-limiti tar-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 65. L-aċċess għal kapaċitajiet u servizzi ta' GOVSATCOM għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti istituzzjonali u governattivi sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix dwar politika tal-ipprezzar skont l-Artikolu 65(2).

    2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżit operazzjonali għas-servizzi pprovduti fil-qafas ta' GOVSATCOM, fil-forma ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għall-każijiet tal-użu marbuta b'mod partikolari mal-ġestjoni tal-kriżijiet, mas-sorveljanza u mal-ġestjoni tal-infrastruttura ewlenija, inklużi n-netwerks tal-komunikazzjoni diplomatika. Dawk ir-rekwiżiti operazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq l-analiżi dettaljata tar-rekwiżiti tal-utenti, u għandhom iqisu r-rekwiżiti li jirriżultaw mit-tagħmir u min-netwerks eżistenti tal-utenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

    3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi pprovduti fil-qafas ta' GOVSATCOM, fil-forma ta' lista ta' kategoriji ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita u tal-attributi tagħhom, li tinkludi l-kopertura ġeografika, il-frekwenza, il-bandwidth, it-tagħmir tal-utenti, u l-karatteristiki tas-sigurtà. Dawk il-miżuri għandhom jiġu aġġornati regolarment u għandhom jiġu bbażati fuq ir-rekwiżiti operazzjonali u fuq ir-rekwiżiti tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jipprijoritizzaw is-servizzi pprovduti lill-utenti skont ir-rilevanza u l-kritikalità tagħhom . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

    3a.     Il-portafoll tas-servizz imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jikkunsidra s-servizzi kummerċjalment disponibbli eżistenti sabiex ma jkunx hemm distorsjoniji tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

    4.   L-utenti ta' GOVSATCOM għandu jkollhom aċċess għall-kapaċitajiet u għas-servizzi elenkati fil-portafoll tas-servizzi . Dak l-aċċess għandu jiġi pprovdut permezz taċ-Ċentri ta' GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 66.

    Artikolu 63

    Fornituri ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita

    Il-kapaċitajiet u s-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita fil-qafas ta' dan il-komponent jistgħu jiġu pprovduti mill-entitajiet li ġejjin:

    (a)

    il-parteċipanti ta' GOVSATCOM kif imsemmi fl-Artikolu 67 , u

    (b)

    il-persuni ġuridiċi debitament akkreditati biex jipprovdu kapaċitajiet jew servizzi satellitari b'konformità mal-proċedura ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 36, li għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(1) definiti għall-komponent ta' GOVSATCOM .

    Artikolu 64

    L-utenti ta' GOVSATCOM

    1.   L-entitajiet li ġejjin jistgħu jkunu utenti ta' GOVSATCOM diment li jkunu inkarigati b'kompiti marbuta mas-superviżjoni u mal-ġestjoni ta' infrastrutturi, operazzjonijiet u missjonijiet ta' emerġenza u kritiċi għas-sigurtà :

    (a)

    awtorità pubblika jew korp tal-Unjoni jew ta' Stat Membru inkarigati bl-eżerċizzju ta' tali awtorità pubblika,

    (b)

    persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f'isem u taħt il-kontroll ta' entità msemmija fil-punt (a) .

    2.   L-utenti ta' GOVSATCOM għandhom jiġu debitament awtorizzati minn parteċipant imsemmi fl-Artikolu 67 biex jużaw il-kapaċitajiet u s-servizzi ta' GOVSATCOM u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali msemmija fl-Artikolu 34(1), definiti għall-komponent ta' GOVSATCOM .

    Artikolu 65

    Kondiviżjoni u prijoritizzazzjoni

    1.   L-akkomunament tal-kapaċitajiet, tas-servizzi u tat-tagħmir tal-utenti tal-komunikazzjoni bis-satellita, għandu jiġi kondiviż u pprijoritizzat bejn il-parteċipanti ta' GOVSATCOM abbażi ta' analiżi tar-riskji għas-sikurezza u għas-sigurtà tal-utenti. Tali analiżi għandha tqis l-infrastruttura ta' komunikazzjoni eżistenti u d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet eżistenti kif ukoll il-kopertura ġeografika tagħhom, fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Din il-kondiviżjoni u din il-prijoritizzazzjoni għandhom jipprijoritizzaw l-utenti skont ir-rilevanza u l-kritikalità taghħom .

    2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli dettaljati dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kapaċitajiet, tas-servizzi u tat-tagħmir tal-utenti, filwaqt li tqis id-domanda mistennija għall-każijiet tal-użu differenti, l-analiżi tar-riskji għas-sigurtà għal dawk il-każijiet tal-użu u, fejn xieraq, il-kosteffiċjenza .

    Billi tiddefinixxi politika tal-ipprezzar f'dawk ir-regoli, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-provvista tal-kapaċitajiet u s-servizzi ta' GOVSATCOM ma toħloqx distorsjoni tas-suq u għandha tiżgura li ma jkunx hemm l-ebda nuqqas ta' kapaċitajiet ta' GOVSATCOM.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

    3.   Il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kapaċitajiet u tas-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita bejn l-utenti ta' GOVSATCOM li jkunu awtorizzati mill-istess parteċipant ta' GOVSATCOM għandhom jiġu stabbiliti u implimentati minn dak il-parteċipant.

    Artikolu 66

    L-infrastruttura u t-tħaddim tas-segment tal-art

    1.   Is-segment tal-art għandu jinkludi l-infrastruttura meħtieġa biex tippermetti l-forniment tas-servizzi lill-utenti skont l-Artikolu 65, b'mod partikolari biex iċ-Ċentri ta' GOVSATCOM li għandhom jiġu akkwistati fil-qafas ta' dan il-komponent biex l-utenti ta' GOVSATCOM ikunu konnessi mal-kapaċitajiet u mas-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita. Is-segment tal-art u l-operat tiegħu għandhom ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali msemmi fl-Artikolu 34(1), definiti għall-komponent ta' GOVSATCOM.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-post fejn tkun tinsab l-infrastruttura tas-segment tal-art. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3) , u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stat Membru li jiddeċiedi li ma jospita l-ebda tali infrastruttura .

    Artikolu 67

    Parteċipanti u awtoritajiet kompetenti ta' GOVSATCOM

    1.   L-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom ikunu parteċipanti ta' GOVSATCOM sakemm dawn jawtorizzaw lill-utenti ta' GOVSATCOM, jew jipprovdu kapaċitajiet ta' komunikazzjoni bis-satellita, siti tas-segment tal-art jew parti mill-faċilitajiet tas-segment tal-art.

    Meta l-Kunsill, il-Kummissjoni jew is-SEAE jawtorizzaw lill-utenti ta' GOVSATCOM, jew jipprovdu kapaċitajiet ta' komunikazzjoni bis-satellita jew siti tas-segment tal-art jew parti mill-faċilitajiet tas-segment tal-art, fit-territorju ta' Stat Membru, din l-awtorizzazzjoni jew din id-dispożizzjoni ma għandhiex tikser id-dispożizzjonijiet dwar in-newtralità jew in-nonallinjament stipulati fid-dritt kostituzzjonali ta' dak l-Istat Membru.

    2.   L-aġenziji tal-Unjoni jistgħu jsiru parteċipanti ta' GOVSATCOM biss sa fejn ikun meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti f'arranġament amministrattiv konkluż bejn l-aġenzija kkonċernata u l-istituzzjoni tal-Unjoni li tissorveljaha .

    3.   Kull parteċipant għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda ta' GOVSATCOM.

    4.   Awtorità kompetenti ta' GOVSATCOM għandha tiżgura li:

    (a)

    l-użu tas-servizzi jkun konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli;

    (b)

    id-drittijiet tal-aċċess għall-utenti ta' GOVSATCOM jiġu stabbiliti u ġestiti;

    (c)

    it-tagħmir tal-utenti kif ukoll il-konnessjonijiet u l-informazzjoni assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika jintużaw u jiġu ġestiti skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli;

    (d)

    punt ċentrali ta' kuntatt jiġi stabbilit biex jassisti kif ikun meħtieġ fir-rapportar tar-riskji u tat-theddidiet għas-sigurtà, b'mod partikolari fl-identifikazzjoni ta' interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża li taffettwa lis-servizzi fil-qafas ta' dan il-komponent.

    Artikolu 68

    Monitoraġġ tal-provvista u tad-domanda għal GOVSATCOM

    Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-evoluzzjoni tal-provvista , inklużi l-kapaċitajiet eżistenti ta' GOVSATCOM fl-orbita għall-akkomunament u l-kondiviżjoni, u tad-domanda għall-kapaċitajiet u għas-servizzi kontinwament, filwaqt li tqis riskji u theddidiet ġodda, kif ukoll żviluppi ġodda fit-teknoloġija, sabiex jiġi ottimizzat il-bilanċ bejn dik il-provvista u dik id-domanda għas-servizzi ta' GOVSATCOM.

    TITOLU IX

    L-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PROGRAMM SPAZJALI

    KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet ġenerali marbuta mal-Aġenzija

    Artikolu 70

    Status ġuridiku tal-Aġenzija

    1.   L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Għandu jkollha personalità ġuridika.

    2.   F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-iktar kapaċità ġuridika estensiva li tingħata lill-persuni ġuridiċi skont il-liġi. B'mod partikolari, tista' takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċedimenti ġuridiċi.

    3.   L-Aġenzija għandha tiġi rrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

    Artikolu 71

    Is-sede tal-Aġenzija u l-uffiċċji lokali

    1.    Is-sede tal-Aġenzija ▌tinsab fi Praga (ir-Repubblika Ċeka).

    2.     Il-persunal tal-Aġenzija jista' jitqiegħed f'wieħed miċ-ċentri bbażati fuq l-art ta' Galileo jew EGNOS imsemmija fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/413 jew (UE) 2017/1406, biex iwettaq l-attivitajiet tal-Programm previsti fil-ftehim rilevanti.

    3.     Skont il-ħtiġijiet tal-Programm, jistgħu jiġu stabbiliti uffiċċji lokali fl-Istati Membri, b'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 79(2).

    KAPITOLU II

    Organizzazzjoni tal-Aġenzija

    Artikolu 72

    Struttura amministrattiva u ta' ġestjoni

    1.   L-istruttura amministrattiva u ta' ġestjoni tal-Aġenzija għandha tinkludi:

    (a)

    il-Bord Amministrattiv;

    (b)

    id-Direttur Eżekuttiv;

    (c)

    il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

    2.   Il-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv, u l-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà ▌ għandhom jikkooperaw biex jiżguraw l-operat u l-koordinazzjoni tal-Aġenzija b'konformità mal-proċeduri stabbiliti bir-regoli interni tal-Aġenzija, bħar-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv, ir-regoli ta' proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, ir-regoli ta' implimentazzjoni għall-istatus tal-persunal u r-regoli li jirregolaw l-aċċess għad-dokumenti.

    Artikolu 73

    Bord Amministrattiv

    1.   Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, u minn tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni, li kollha kemm huma jkollhom id-drittijiet tal-vot. Il-Bord Amministrattiv għandu jinkludi wkoll membru wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew, li ma jkollu l-ebda dritt tal-vot.

    2.   Il-President jew il-Viċi President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, rappreżentant tal-Kunsill, rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli u rappreżentant tal-Aġenzija Spazjali Ewropea għandhom jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord Amministrattiv bħala osservaturi għall-kwistjonijiet relatati direttament magħhom , skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv.

    3.   Kull membru tal-Bord Amministrattiv għandu jkollu membru supplenti. Il-membru supplenti għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu.

    4.    Kull Stat Membru għandu jinnomina membru u membru supplenti tal-Bord Amministrattiv b'kont meħud tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-kompiti ▌ tal-Aġenzija, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jillimitaw it-tibdil tar-rappreżentanti tagħhom fil-Bord Amministrattiv, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-attivitajiet tal-Bord. Il-partijiet kollha għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord Amministrattiv.

    5.   Il-mandat tal-membri tal-Bord Amministrattiv u  tas-supplenti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin u jista' jiġġedded ▌.

    6.   Fejn ikun xieraq, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet għal tali parteċipazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 98 u għandhom ikunu konformi mar-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv. Dawk ir-rappreżentanti ma għandu jkollhom l-ebda dritt tal-vot.

    Artikolu 74

    Il-President tal-Bord Amministrattiv

    1.   Il-Bord Amministrattiv għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu bid-drittijiet tal-vot. Il-Viċi President għandu jieħu post il-President awtomatikament jekk ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu.

    2.   Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta' sentejn u jista' jiġġedded darba. Dan għandu jintemm f'każ li dik il-persuna ma tibqax membru tal-Bord Amministrattiv.

    3.   Il-Bord Amministrattiv għandu jkollu s-setgħa li jneħħi mill-kariga lill-President, lill-Viċi President jew lit-tnejn li huma.

    Artikolu 75

    Laqgħat tal-Bord Amministrattiv

    1.   Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

    2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-President ma jiddeċidix mod ieħor. Dan ma għandux ikollu d-dritt li jivvota.

    3.   Il-Bord Amministrattiv għandu jorganizza laqgħat ordinarji fuq bażi regolari, mill-inqas darbtejn fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba ta' minn tal-inqas terz tal-membri tiegħu.

    4.   Il-Bord Amministrattiv jista' jistieden lil kwalunkwe persuna, li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess, biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur. Il-membri tal-Bord Amministrattiv jistgħu, soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jiġu assistiti minn konsulenti jew minn esperti.

    5.    Meta d-diskussjoni tkun tikkonċerna l-użu tal-infrastruttura nazzjonali sensittiva, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jattendu l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv , fuq bażi ta' ħtieġa ta' tagħrif, iżda dawk ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkollhom tali infrastruttura u  rappreżentant tal-Kummissjoni biss għandhom jieħdu sehem fil-votazzjoni . Meta l-President tal-Bord Amministrattiv ma jkunx jirrappreżenta wieħed mill-Istati Membri li jkollhom tali infrastruttura, dan għandu jiġi sostitwit mir-rappreżentanti ta' Stat Membru li jkollu tali infrastruttura. Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv għandhom jistabbilixxu s-sitwazzjonijiet fejn tista' tapplika din il-proċedura.

    6.   L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tal-Bord Amministrattiv.

    Artikolu 76

    Ir-regoli tal-votazzjoni tal-Bord Amministrattiv

    1.   Sakemm dan ir-Regolament ma jkunx jistipula mod ieħor, il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu bil-maġġoranza tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot.

    Għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jivvotaw għall-elezzjoni u għat-tneħħija mill-kariga tal-President u tal-Viċi President tal-Bord Amministrattiv u għall-adozzjoni tal-baġit u tal-programmi ta' ħidma , għall-approvazzjoni tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 98(2) u tar-regoli ta' sigurtà tal-Aġenzija, għall-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura, għall-istabbiliment ta' uffiċċji lokali u għall-approvazzjoni tal-ftehimiet ta' akkoljenza msemmija fl-Artikolu 92 .

    2.   Kull rappreżentant tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta' membru li jkollu d-dritt tal-vot, il-membru supplenti tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu. ▌ Id-deċiżjonijiet abbażi tal-punt  (a) ▌ tal-Artikolu 77(2) ▌, għajr għal kwistjonijiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V,  jew abbażi tal-Artikolu 77(5), għandhom jiġu adottati biss b'vot favorevoli mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

    3.   Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv għandhom jistabbilixxu arranġamenti iktar dettaljati tal-votazzjoni, b'mod partikolari l-kundizzjonijiet biex membru jaġixxi f'isem membru ieħor , kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ta' kworum skont kif ikun xieraq .

    Artikolu 77

    Kompiti tal-Bord Amministrattiv

    1.   Il-Bord Amministrattiv għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-ħidma fdata lilha, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, u għandu jieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa għal dan l-għan, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi fdati lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għall-attivitajiet fil-qafas tal-Kapitolu II tat-Titolu V.

    2.   Il-Bord Amministrattiv għandu wkoll:

    (a)

    jadotta, sal-15 ta' Novembru ta' kull sena, il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija għas-sena ta' wara, wara li tkun ġiet inkorporata fih, mingħajr l-ebda tibdil, it-taqsima mfassla mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, b'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 80, u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni;

    (x)

    jadotta, sat-30 ta' Ġunju tal-ewwel sena tal-qafas finanzjarju pluriennali previst skont l-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-programm ta' ħidma pluriennali tal-Aġenzija għall-perjodu kopert minn dak il-qafas finanzjarju pluriennali wara li tkun ġiet inkorporata fih, mingħajr l-ebda tibdil, it-taqsima mfassla mill-Bord ta' Akkreditazzjoni tas-Sigurtà b'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 80 u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat dwar il-programm ta' ħidma pluriennali, dment li l-għan tal-konsultazzjoni jkun skambju ta' fehmiet u l-eżitu ma jkunx vinkolanti fuq l-Aġenzija.

    (b)

    iwettaq il-funzjonijiet baġitarji stabbiliti fl-Artikolu 84(5), (6), (10) u (11);

    (c)

    jissorvelja l-operat taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà ta' Galileo kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 34(3);

    (d)

    jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (25), skont l-Artikolu 94;

    (e)

    japprova l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 98, wara li jikkonsulta l-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-arranġamenti dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà;

    (f)

    jadotta l-proċeduri tekniċi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu;

    (g)

    jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija, wara li tkun ġiet inkorporata fih, mingħajr l-ebda tibdil, it-taqsima mfassla mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà skont il-punt (c) tal-Artikolu 80 u jibagħtu, sal-1 ta' Lulju, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri;

    (h)

    jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet u mill-awditjar imsemmija fl-Artikolu 102, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mir-rapporti kollha tal-awditjar intern jew estern, u jibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għall-eżitu tal-proċeduri ta' evalwazzjoni;

    (i)

    jiġi kkonsultat mid-Direttur Eżekuttiv dwar il-ftehimiet qafas ta' sħubija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 31(2) u l-ftehimiet ta' kontribuzzjoni msemmija fl-Artikoli 28(2a) u 30(5) qabel ma jiġu ffirmati;

    (j)

    jadotta r-regoli dwar is-sigurtà tal-Aġenzija kif imsemmi fl-Artikolu 96;

    (k)

    japprova, abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv, strateġija kontra l-frodi;

    (l)

    japprova, fejn ikun meħtieġ u abbażi ta' proposti mid-Direttur Eżekuttiv, l-istrutturi organizzattivi msemmija fil-punt (n) tal-Artikolu 77(1);

    (n)

    jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, li jista' jkun l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni, li għandu jkun soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u li għandu jkun indipendenti għalkollox fit-twettiq ta' dmirijietu;

    (o)

    jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu.

    3.   Fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, il-Bord Amministrattiv għandu jeżerċita s-setgħat ikkonferiti bir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“Regolamenti tal-Persunal”) fuq l-awtorità tal-ħatra u bil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra fuq l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti tax-xogħol (is-“setgħat tal-awtorità tal-ħatra”).

    Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta b'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom din id-delega ta' setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lura lill-Bord Amministrattiv dwar l-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat delegati. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

    Bl-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu li dan isir, il-Bord Amministrattiv, permezz ta' deċiżjoni, jista' jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u ta' dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar, u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil xi membru tal-persunal ieħor għajr id-Direttur Eżekuttiv.

    B'deroga mit-tieni subparagrafu, il-Bord Amministrattiv għandu jkun meħtieġ jiddelega lill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà s-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tar-reklutaġġ, il-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal involut fl-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V kif ukoll il-miżuri dixxiplinari li jridu jittieħdu fir-rigward ta' tali persunal.

    Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal. Għandu jikkonsulta l-ewwel lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u mbagħad iqis l-osservazzjonijiet tiegħu fir-rigward tar-reklutaġġ, il-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal involut fl-attivitajiet skont il-Kapitolu II tat-Titolu V u l-miżuri dixxiplinari rilevanti li jridu jittieħdu.

    Għandu jadotta wkoll deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli dwar l-issekondar ta' esperti nazzjonali lill-Aġenzija. Qabel ma jadotta dik id-deċiżjoni, il-Bord Amministrattiv għandu jikkonsulta lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà fir-rigward tal-issekondar ta' esperti nazzjonali involuti fl-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu V u għandu jqis debitament l-osservazzjonijiet tiegħu.

    4.   Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jista' jestendilu jew itemmlu l-mandat tiegħu skont l-Artikolu 89.

    5.   Il-Bord Amministrattiv għandu jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-prestazzjoni tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' sigurtà li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Aġenzija, għajr fir-rigward ta' attivitajiet imwettqa skont il-Kapitolu II tat-Titolu V.

    Artikolu 78

    Direttur Eżekuttiv

    1.    L-Aġenzija għandha tiġi ġestita mid-Direttur Eżekuttiv tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord Amministrattiv.

    Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija u l-indipendenza tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u tal-persunal tal-Aġenzija taħt is-superviżjoni tiegħu skont l-Artikolu 82 u għas-setgħat mogħtija lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u lill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà b'konformità mal-Artikoli 37 u 81 rispettivament.

    2.     Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew minn xi korp ieħor.

    Artikolu 79

    Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

    1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

    (a)

    jirrappreżenta lill-Aġenzija u jiffirma l-ftehim imsemmi fl-Artikoli  31(2) , 28(2a) u 30(5) ;

    (b)

    iħejji l-ħidma tal-Bord Amministrattiv u jipparteċipa, mingħajr ma jkollu d-dritt tal-vot, fil-ħidma tal-Bord Amministrattiv, soġġett għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 76;

    (c)

    jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv;

    (d)

    iħejji l-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-partijiet imħejjija u adottati mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà b'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 80;

    (e)

    jimplimenta l-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali, bl-eċċezzjoni tal-partijiet implimentati mill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà;

    (f)

    iħejji rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali u, fejn ikun rilevanti, tal-programm ta' ħidma pluriennali għal kull laqgħa tal-Bord Amministrattiv, filwaqt li jinkorpora fih, mingħajr l-ebda tibdil, it-taqsima mħejjija mill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà;

    (g)

    iħejji r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija bl-eċċezzjoni tat-taqsima mħejjija u approvata mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà b'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 80 dwar l-attivitajiet koperti bit-Titolu V, u jippreżentah lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni;

    (h)

    jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Aġenzija u jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi l-adozzjoni tal-istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni tal-avviżi, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament;

    (i)

    ifassal abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-Aġenzija skont l-Artikolu 84 u jimplimenta l-baġit skont l-Artikolu 85;

    (j)

    jiżgura li l-Aġenzija, bħala l-operatur taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà ta' Galileo, tkun tista' tirrispondi għall-istruzzjonijiet ipprovduti skont id-Deċiżjoni 2014/496/PESK u twettaq ir-rwol tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE;

    (k)

    jiżgura ċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà, fl-istruttura tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 72(1);

    (l)

    jistabbilixxi, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għal kwistjonijiet marbuta mal-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, l-istrutturi organizzattivi tal-Aġenzija u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni. Dawk l-istrutturi għandhom jirriflettu l-karatteristiki speċifiċi tad-diversi komponenti tal-Programm;

    (m)

    jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(3), sal-punt li dawk is-setgħat ikunu ġew iddelegati lilu b'konformità mat-tieni subparagrafu tiegħu;

    (n)

    jiżgura li s-servizzi tas-segretarjat u r-riżorsi kollha meħtieġa għall-funzjonament tagħhom kif suppost jiġu pprovduti lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, lill-korpi msemmija fl-Artikolu 37(3) u lill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà;

    (o)

    iħejji pjan ta' azzjoni għall-iżgurar tas-segwitu tas-sejbiet u tar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 102, bl-eċċezzjoni tat-taqsima tal-pjan ta' azzjoni dwar l-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, u jippreżenta lill-Kummissjoni, wara li jkun inkorpora, mingħajr l-ebda tibdil, it-taqsima mfassla mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, rapport ta' progress darbtejn fis-sena, li għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-Bord Amministrattiv għall-informazzjoni;

    (p)

    jieħu l-miżuri li ġejjin għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:

    i)

    miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra u użu ta' miżuri superviżorji effettivi;

    ii)

    l-irkupru ta' ammonti li ma kellhomx jitħallsu fejn jiġu identifikati l-irregolaritajiet u, fejn ikun xieraq, l-applikazzjoni ta' penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

    (q)

    ifassal strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija li tkun proporzjonata għar-riskju ta' frodi, filwaqt li titqies analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati u jitqiesu s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni;

    (r)

    jipprovdi rapporti lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq ta' dmirijietu meta jiġi mistieden biex jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar dmirijietu.

    2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li impjegat wieħed jew iktar mill-persunal kollu jkun jinsab fi Stat Membru wieħed jew iktar għall-iskop tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv. Qabel ma jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv u tal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i). Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jridu jitwettqu fl-uffiċċju lokali b'tali mod li jiġu evitati l-kostijiet bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija. Jaf ikun meħtieġ ftehim ta' akkoljenza mal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i). Meta jkun possibbli, l-impatt f'termini ta' baġit u allokazzjoni tal-persunal għandu jiġi inkorporat fl-abbozz ta' dokument uniku ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 84(6).

    Artikolu 80

    Kompiti ta' ġestjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

    Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 37, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu, bħala parti mill-ġestjoni tal-Aġenzija:

    (a)

    iħejji u japprova dik il-parti tal-programm ta' ħidma pluriennali fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V u fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jitwettqu dawk l-attivitajiet, u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv fi żmien propizju sabiex tiġi inkorporata fil-programm ta' ħidma pluriennali;

    (b)

    iħejji u japprova dik il-parti tal-programm ta' ħidma annwali fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V u fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jitwettqu dawk l-attivitajiet, u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv fi żmien propizju sabiex tiġi inkorporata fil-programm ta' ħidma annwali;

    (c)

    iħejji u japprova dik il-parti tar-rapport annwali fir-rigward tal-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V u fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jitwettqu dawk l-attivitajiet u l-prospetti, u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv fi żmien propizju sabiex tiġi inkorporata fir-rapport annwali.

    Artikolu 81

    Il-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

    1.   Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot. Fejn ma tinkisibx maġġoranza ta' żewġ terzi wara żewġ laqgħat tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, għandha tkun meħtieġa maġġoranza sempliċi.

    2.   Il-Viċi President għandu jissostitwixxi awtomatikament lill-President jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu.

    3.   Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkollu s-setgħa li jneħħi mill-kariga lill-President, lill-Viċi President, jew lit-tnejn li huma. Għandu jadotta d-deċiżjoni tat-tneħħija mill-kariga b'maġġoranza ta' żewġ terzi.

    4.   Il-mandat tal-President u tal-Viċi President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun ta' sentejn u jista' jiġġedded darba. Kull mandat għandu jintemm meta dik il-persuna ma tibqax membru tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

    Artikolu 82

    Aspetti organizzattivi tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

    1.   Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkollu aċċess għar-riżorsi umani u materjali kollha meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod indipendenti. Għandu jkollu aċċess għal kwalunkwe informazzjoni utli għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u li tkun fil-pussess tal-korpi l-oħra tal-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tal-awtonomija u tal-indipendenza msemmija fl-Artikolu 36(i).

    2.   Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u l-persunal tal-Aġenzija taħt is-superviżjoni tiegħu għandhom iwettqu ħidmiethom b'tali mod li jiżguraw l-awtonomija u l-indipendenza fir-rigward tal-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija, b'mod partikolari l-attivitajiet operazzjonali assoċjati mal-esplojtazzjoni tas-sistemi, b'konformità mal-għanijiet tad-diversi komponenti tal-Programm. L-ebda membru tal-persunal tal-Aġenzija taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà ma jista' jiġi assenjat fl-istess ħin biex iwettaq kompiti oħra fl-Aġenzija.

    Għal dak l-għan, għandha tiġi stabbilita segregazzjoni organizzattiva effettiva fl-Aġenzija bejn il-persunal involut fl-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V u l-persunal l-ieħor tal-Aġenzija. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jinforma minnufih lid-Direttur Eżekuttiv, lill-Bord Amministrattiv u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ċirkostanza li tista' xxekkel l-awtonomija u l-indipendenza tiegħu. Fil-każ li ma jinstab l-ebda rimedju fl-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni, b'konsultazzjoni mal-partijiet rilevanti. Abbażi tal-eżitu ta' dak l-eżami, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa ta' mitigazzjoni li jridu jiġu implimentati mill-Aġenzija, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.

    3.   Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jistabbilixxi korpi subordinati speċjali, li jaġixxu fuq l-istruzzjonijiet tiegħu, sabiex jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi. B'mod partikolari, filwaqt li jiżgura l-kontinwità meħtieġa tal-ħidma, għandu jistabbilixxi panel biex iwettaq rieżamijiet u testijiet tal-analiżi tas-sigurtà u jipproduċi r-rapporti rilevanti dwar ir-riskji sabiex ikunulu ta' assistenza fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet tiegħu. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jista' jistabbilixxi u jxolji gruppi ta' esperti sabiex jagħtu kontribut għall-ħidma tal-panel.

    Artikolu 83

    Kompiti tal-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

    1.   Il-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jiżgura li l-Bord iwettaq l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà b'mod totalment indipendenti u għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

    (a)

    iġestixxi l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà;

    (b)

    jimplimenta l-parti tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà;

    (c)

    jikkoopera mad-Direttur Eżekuttiv biex jgħinu jħejji l-abbozz tal-pjan ta' stabbiliment imsemmi fl-Artikolu 84(4) u l-istrutturi organizzattivi tal-Aġenzija;

    (d)

    iħejji t-taqsima tar-rapport ta' progress fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, u jippreżentaha lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u lid-Direttur Eżekuttiv fi żmien propizju sabiex tkun tista' tiġi inkorporata fir-rapport ta' progress;

    (e)

    iħejji t-taqsima tar-rapport annwali u tal-pjan ta' azzjoni, dwar l-attivitajiet operazzjonali koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, u jippreżentaha lid-Direttur Eżekuttiv fi żmien propizju;

    (f)

    jirrappreżenta lill-Aġenzija għall-attivitajiet u għad-deċiżjonijiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V;

    (g)

    jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija involut fl-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, is-setgħat imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 77(3), li jkunu ddelegati lilu skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 77(3).

    2.   Għall-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għal skambju ta' fehmiet quddiem dawk l-istituzzjonijiet dwar il-ħidma u l-prospetti tal-Aġenzija, inkluż fir-rigward tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali.

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet finanzjarji marbuta mal-Aġenzija

    Artikolu 84

    Il-baġit tal-Aġenzija

    1.   Mingħajr preġudizzju għal riżorsi u għal pagamenti dovuti oħra, ▌ id-dħul tal-Aġenzija għandu jinkludi kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn id-dħul u n-nefqa. L-Aġenzija tista' tirċievi għotjiet ad hoc mill-baġit tal-Unjoni.

    2.   In-nefqa tal-Aġenzija għandha tkopri l-infiq tal-persunal, amministrattiv u tal-infrastruttura, il-kostijiet operazzjonali u n-nefqa assoċjata mal-funzjonament tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, inklużi l-korpi msemmija fl-Artikolu 37(3) u fl-Artikolu 82(3) , u l-kuntratti u l-ftehimiet konklużi mill-Aġenzija sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha.

    3.   Id-dħul u n-nefqa għandhom ikunu bbilanċjati.

    4.   Id-Direttur Eżekuttiv, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għall-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, għandu jfassal abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss, filwaqt li jagħmel distinzjoni ċara bejn dawk l-elementi tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi, marbuta mal-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà, u dawk marbuta mal-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija. Il-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jista' jfassal dikjarazzjoni dwar dak l-abbozz, u d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat kemm l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi kif ukoll id-dikjarazzjoni lill-Bord Amministrattiv u lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, flimkien ma' abbozz tal-pjan ta' stabbiliment.

    5.   Kull sena, il-Bord Amministrattiv, abbażi tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għall-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, għandu jfassal id-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss.

    6.   Sal-31 ta' Jannar, il-Bord Amministrattiv għandu jibgħat abbozz ta' dokument uniku ta' programmazzjoni li jinkludi, fost affarijiet oħra, dikjarazzjoni tal-estimi, abbozz ta' pjan ta' stabbiliment u programm ta' ħidma annwali proviżorju, lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi terzi jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li l-Aġenzija tkun daħlet f'arranġamenti magħhom skont l-Artikolu 98.

    7.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (“l-awtorità baġitarja”) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

    8.   Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li tqis li jkunu meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali, li għandha tressaq quddiem l-awtorità baġitarja skont l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    9.   L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija u għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.

    10.   Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn neċessarju, huwa għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

    11.   Il-Bord Amministrattiv għandu, mill-iktar fis possibbli, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit, b'mod partikolari kwalunkwe proġett marbut ma' proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini. Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

    12.   Meta fergħa tal-awtorità baġitarja tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni, din għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

    Artikolu 85

    Implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija

    1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplementa l-baġit tal-Aġenzija.

    2.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikkomunika l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-proċeduri tad-dmirijiet ta' evalwazzjoni tagħha.

    Artikolu 86

    Il-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza tal-Aġenzija

    Il-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji u finali tal-Aġenzija u l-kwittanza għandhom isegwu r-regoli u l-iskeda tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament Finanzjarju Qafas għall-korpi msemmija fl-[Artikolu 70] tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 87

    Dispożizzjonijiet finanzjarji marbuta mal-Aġenzija

    Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord Amministrattiv wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli ma jistgħux jitbiegħdu mir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-[Artikolu 70] tar-Regolament Finanzjarju, sakemm tali tbegħid ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

    KAPITOLU V

    Ir-riżorsi umani tal-Aġenzija

    Artikolu 88

    Il-persunal tal-Aġenzija

    1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal impjegat mill-Aġenzija.

    2.   Il-persunal tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn aġenti impjegati mill-Aġenzija kif meħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha. Dawn għandu jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà xierqa għall-klassifikazzjoni tal-informazzjoni li jkunu qed jittrattaw.

    3.   Ir-regoli interni tal-Aġenzija, bħar-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv, ir-regoli ta' proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, ir-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli għall-aċċess għad-dokumenti, għandhom jiżguraw l-awtonomija u l-indipendenza tal-persunal li jwettaq l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà fil-konfront tal-persunal li jwettaq l-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 36(i).

    Artikolu 89

    Il-ħatra u l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

    1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi rreklutat bħala aġent temporanju tal-persunal tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv abbażi tal-mertu u tal-ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll abbażi tal-kompetenza u tal-esperjenza rilevanti, minn lista ta' mill-inqas tliet kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara kompetizzjoni miftuħa u trasparenti, b'segwitu għall-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-espressjonijiet ta' interess f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew xi mkien ieħor.

    Il-kandidat li jintgħażel mill-Bord Amministrattiv għall-kariga ta' Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden mill-iktar fis biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u biex iwieġeb il-mistoqsijiet mill-Membri tiegħu.

    Il-President tal-Bord Amministrattiv għandu jirrappreżenta lill-Aġenzija għall-iskop tal-konklużjoni tal-kuntratti tad-Direttur Eżekuttiv.

    Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu.

    2.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Fi tmiem dak il-mandat, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, filwaqt li tqis il-kompiti u l-isfidi li tkun se tiffaċċja l-Aġenzija fil-ġejjieni.

    Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord Amministrattiv jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal perjodu ta' żmien sa ħames snin.

    Kwalunkwe deċiżjoni ta' estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandha tiġi adottata b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord Amministrattiv.

    Wara li jkun ġie estiż il-mandat ta' Direttur Eżekuttiv, dan ma jkunx jista' jipparteċipa fi proċedura tal-għażla għall-istess kariga.

    Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Qabel l-estensjoni, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb il-mistoqsijiet tal-Membri.

    3.   Il-Bord Amministrattiv jista' jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv mill-kariga tiegħu, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni jew abbażi ta' terz tal-membri tiegħu, permezz ta' deċiżjoni adottata minn maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu.

    4.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv għal skambju ta' fehmiet quddiem dawk l-istituzzjonijiet dwar il-ħidma u l-prospetti tal-Aġenzija, inkluż fir-rigward tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali Dak l-iskambju ta' fehmiet ma għandux ikun fuq kwistjonijiet marbuta mal-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V.

    Artikolu 90

    L-issekondar ta' esperti nazzjonali lill-Aġenzija

    L-Aġenzija tista' timpjega esperti nazzjonali mill-Istati Membri, kif ukoll, skont l-Artikolu 98(2), esperti nazzjonali minn pajjiżi terzi parteċipanti u minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn l-esperti għandu jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà xierqa għall-klassifikazzjoni tal-informazzjoni li jkunu qed jittrattaw skont l-Artikolu 42(c) . Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra ma għandhomx japplikaw għal dan il-persunal.

    KAPITOLU VI

    Dispożizzjonijiet oħra

    Artikolu 91

    Privileġġi u immunitajiet

    Il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija u għall-persunal tagħha.

    Artikolu 92

    Il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u  l-ftehimiet ta' akkoljenza ta' uffiċċji

    1.   L-arranġamenti meħtieġa fir-rigward tal-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li dak l-Istat Membru jrid jara li jkunu disponibbli flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Amministrattiv, għall-persunal tal-Aġenzija u għall-membri tal-familji tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat fejn tkun tinsab is-sede, li jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv. Fejn ikun meħtieġ għall-operazzjoni tal-uffiċċju lokali, għandu jiġi konkluż ftehim ta' akkoljenza bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat fejn jinsab l-uffiċċju wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv.

    2.    L-Istati Membri ospitanti tal-Aġenzija għandhom jipprovdu l-aqwa kundizzjonijiet possibbli biex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti u bla intoppi tal-Aġenzija, inkluż skejjel b'orjentazzjoni Ewropea multilingwi u konnessjonijiet tat-trasport adattati.

    Artikolu 93

    Arranġamenti lingwistiċi għall-Aġenzija

    1.   Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li jridu jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (26) għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

    2.   Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 94

    Politika dwar l-aċċess għad-dokumenti li jkollha l-Aġenzija

    1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti li jkollha l-Aġenzija.

    2.   Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

    3.   Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rispettivament.

    Artikolu 95

    Il-prevenzjoni tal-frodi mill-Aġenzija

    1.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fi żmien sitt xhur mill-jum li ssir operazzjonali, l-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (27) u tadotta dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija billi tuża l-mudell stabbilit fl-Anness ta' dak il-Ftehim.

    2.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.

    3.   L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew ma' kuntratt iffinanzjati mill-Aġenzija, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

    4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet dwar għotjiet u d-deċiżjonijiet dwar għotjiet tal-Aġenzija għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu espliċitament is-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu dan l-awditjar u dawn l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

    Artikolu 96

    Il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata jew ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata mill-Aġenzija

    Soġġett għall-konsultazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tadotta r-regoli tas-sigurtà tagħha stess li jkunu ekwivalenti għar-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-IKUE u tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, inklużi r-regoli dwar l-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta' tali informazzjoni, b'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (28) u 2015/444 (29).

    Artikolu 97

    Ir-responsabbiltà tal-Aġenzija

    1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tiġi rregolata bil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

    2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li toħroġ sentenza fir-rigward ta' kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ li jkun hemm f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

    3.   Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija, b'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-aġenti impjegati magħha fit-twettiq ta' dmirijiethom.

    4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fit-tilwimiet dwar il-kumpens għad-danni msemmija fil-paragrafu 3.

    5.   Ir-responsabbiltà personali tal-aġenti fil-konfront tal-Aġenzija li timpjegahom għandha tiġi rregolata bid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra applikabbli għalihom.

    Artikolu 98

    Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

    1.   L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jkunu daħlu fi ftehimiet internazzjonali mal-Unjoni għal dan ir-rigward.

    2.   Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-Artikolu 42 , għandhom jiġu żviluppati arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, il-livell u l-mod tal-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi kkonċernati fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi d-dispożizzjonijiet marbuta mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. Fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-persunal, dawk l-arranġamenti għandhom, fi kwalunkwe każ, ikunu konformi mar-Regolamenti tal-Persunal. Meta jkun rilevanti, dawn għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet dwar l-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

    3.   Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta strateġija dwar ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali , fil-qafas tal-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom tkun kompetenti l-Aġenzija.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, l-Aġenzija taġixxi skont il-mandat tagħha u l-qafas istituzzjonali eżistenti billi tikkonkludi arranġament xieraq ta' ħidma mad-Direttur Eżekuttiv.

    Artikolu 99

    Kunflitti ta' interess

    1.   Il-Membri tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, id-Direttur Eżekuttiv, l-esperti nazzjonali ssekondati u l-osservaturi għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw l-assenza jew l-eżistenza ta' kwalunkwe interess dirett jew indirett, li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu akkurati u kompluti. Għandhom isiru bil-miktub mad-dħul fis-servizz tal-persuni kkonċernati u għandhom jiġġeddu kull sena. Għandhom jiġu aġġornati kull meta jkun meħtieġ, b'mod partikolari fil-każ ta' tibdil rilevanti fiċ-ċirkostanzi personali tal-persuni kkonċernati.

    2.   Qabel kwalunkwe laqgħa li jridu jattendu, il-membri tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, id-Direttur Eżekuttiv, l-esperti nazzjonali ssekondati, l-osservaturi u l-esperti esterni li jipparteċipaw fil-gruppi ta' ħidma ad hoc għandhom jiddikjaraw b'mod akkurat u komplut l-assenza jew l-eżistenza ta' kwalunkwe interess li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fir-rigward ta' kwalunkwe punt fuq l-aġenda, u għandhom jastjenu milli jipparteċipaw fid-diskussjoni u fil-votazzjoni ta' tali punti.

    3.   Il-Bord Amministrattiv u l-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandhom jistabbilixxu, fir-regoli ta' proċedura tagħhom, l-arranġamenti prattiċi għar-regoli dwar id-dikjarazzjoni tal-interessi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess.

    TITOLU X

    PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

    Artikolu 100

    Programm ta' ħidma

    Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, li jistgħu jkunu speċifiċi għal kull komponent tal-Programm. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.

    Artikolu 101

    Monitoraġġ u rappurtar

    1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4 huma stabbiliti fl-Anness.

    2.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 105 dwar emendi għall-Anness biex tirrieżamina u/jew tikkumplementa l-indikaturi fejn jitqies li dan ikun meħtieġ.

    3.   Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu fondi tal-Unjoni u, fejn rilevanti, l-Istati Membri.

    4.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, ir-riċevituri ta' fondi tal-Unjoni huma obbligati jipprovdu l-informazzjoni xierqa. Id-data meħtieġa għall-verifika tal-prestazzjoni għandha tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu.

    Artikolu 102

    Evalwazzjoni

    1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet f'waqthom tal-Programm sabiex jagħtu kontribut fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

    2.    Sat-30 ta' Ġunju 2024, u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-programm.

    Dik l-evalwazzjoni għandha tkopri l-komponenti u l-azzjonijiet kollha tal-Programm. Hija għandha tivvaluta l-prestazzjoni tas-servizzi pprovduti, l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti u l-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet disponibbli għall-kondiviżjoni u l-akkomunament, meta tevalwa l-implimentazzjoni tal-SSA u ta' Govsatcom, jew tad-data u s-servizzi offruti mill-kompetituri, meta tevalwa l-implimentazzjoni ta' Galileo, Copernicus u EGNOS. Għal kull komponent, l-evalwazzjoni, abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, għandha tivvaluta wkoll l-impatt ta' dawk l-evoluzzjonijiet, inkluża l-ħtieġa li tinbidel il-politika tal-ipprezzar jew il-ħtieġa ta' infrastruttura spazjali jew tal-art addizzjonali.

    Jekk ikun meħtieġ, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi proposta xierqa.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

    5.   L-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jipprovdu d-data u l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għall-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu.

    6.   Sat-30 ta' Ġunju 2024, u kull erba' snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija, b'rabta mal-għanijiet, mal-mandat u mal-kompiti tagħha ▌, b'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifikazzjoni ta' dan it-tip , u għandha tkun ibbażata fuq analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji . Għandha wkoll tindirizza l-politika tal-Aġenzija dwar il-kunflitti ta' interess, u l-indipendenza u l-awtonomija tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà. Il-Kummissjoni tista' tevalwa wkoll il-prestazzjoni tal-Aġenzija biex tivvaluta l-possibbiltà li tiġi fdata b'kompiti addizzjonali, b'konformità mal-Artikolu 30(3). Jekk ikun meħtieġ, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi proposta xierqa.

    Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li ma jkunx għad hemm raġunijiet biex l-Aġenzija tkompli twettaq l-attivitajiet tagħha, minħabba l-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha, tista' tipproponi li temenda dan ir-Regolament kif ikun xieraq.

    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Aġenzija kif ukoll il-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bord Amministrattiv u lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tal-Aġenzija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli pubblikament.

    Artikolu 103

    Awditjar

    L-awditjar dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettaq minn persuni jew minn entitajiet, inklużi oħrajn għajr dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 104

    Il-protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza

    Id-data personali kollha li tintuża fil-kuntest tal-kompiti u tal-attivitajiet previsti f'dan ir-Regolament, inkluż mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ispazju, għandha tiġi pproċessata skont id-dritt applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk li jikkonċernaw il-ħatra ta' Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija. Dawk il-miżuri għandhom jiġu stabbiliti wara li jiġi kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

    TITOLU XI

    DELEGA U MIŻURI TA' IMPLIMENTAZZJONI

    Artikolu 105

    Eżerċizzju tad-delega

    1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 52 u 101 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni ▌sal-31 ta' Diċembru 2028.

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 52 u 101 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

    4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

    5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 52 u 101 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 106

    Proċedura ta' urġenza

    1.    L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u  għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni b'konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.

    2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 105(6) . F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill .

    Artikolu 107

    Proċedura ta' kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Il-Kumitat għandu jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet differenti speċifiċi kif ġej:

    (a)

    Galileo u EGNOS;

    (b)

    Copernicus;

    (c)

    SSA;

    (d)

    Govsatcom;

    (e)

    Konfigurazzjoni tas-Sigurtà: l-aspetti kollha tas-sigurtà tal-Programm, mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-BAS. Rappreżentanti tal-ESA u tal-Aġenzija jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala osservaturi. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi mistieden ukoll biex jassisti  (30);

    (f)

    Konfigurazzjoni Orizzontali: Ħarsa ġenerali strateġika lejn l-implimentazzjoni tal-programm, koerenza bejn il-komponenti differenti tal-programm, miżuri trasversali u allokazzjoni mill-ġdid tal-baġit kif imsemmi fl-Artikolu 11.

    1a.     Il-Kumitat tal-Programm għandu, b'konformità mar-regoli ta' proċedura tiegħu, jistabbilixxi l-“Forum tal-Utenti”, bħala grupp ta' ħidma biex jagħti pariri lill-Kumitat tal-Programm dwar l-aspetti tar-rekwiżiti tal-utenti, l-evoluzzjoni tas-servizzi u l-użu mill-utenti. Il-Forum tal-Utenti għandu jimmira li jiggarantixxi involviment kontinwu u effettiv tal-utenti u għandu jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi għal kull komponent tal-programm.

    2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    4.     B'konformità mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, ir-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta' proċedura ta' dak il-Kumitat, filwaqt li titqies is-sigurtà tal-Unjoni.

    TITOLU XII

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

    Artikolu 108

    Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

    1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

    2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u mal-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

    3.   L-Aġenzija tista' tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' komunikazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess fil-qasam ta' kompetenza tagħha. L-allokazzjoni tar-riżorsi għal attivitajiet ta' komunikazzjoni ma għandhomx ikunu ta' detriment għat-twettiq effettiv tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 30. Tali attivitajiet ta' komunikazzjoni għandhom jitwettqu b'konformità mal-pjanijiet rilevanti ta' komunikazzjoni u ta' disseminazzjoni adottati mill-Bord Amministrattiv.

    Artikolu 109

    Tħassir

    1.   Ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE jitħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

    2.   Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 110

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u kontinwità tas-servizzi wara l-2027

    1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifikazzjoni tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolamenti (UE) Nru 377/2014, (UE) 1285/2013 u (UE) 912/2010 u abbażi tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, li għandhom jibqgħu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom. B'mod partikolari, il-Konsorzju stabbilit skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 541/2014/UE għandu jipprovdi s-Servizzi tal-SST sa tliet xhur wara l-iffirmar mill-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti tal-ftehim li joħloq is-sħubija tal-SST prevista fl-Artikolu 57.

    2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolamenti (UE) 377/2014 u (UE) 1285/2013 u abbażi tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE.

    3.   Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż neċessarji biex jinkisbu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 4 ▌, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux ikkompletati sal-31 ta' Diċembru 2027.

    Artikolu 111

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    [Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.]

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi …,

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019. It-test sottolinjat ma ntlaħaqx qbil dwaru fil- kuntest tan-negozjati interistituzzjonali.

    (2)   Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

    (5)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

    (6)  Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

    (7)   Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill se tirriżulta mill-proposta tar-Rappreżentant Għoli li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/496/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 li bħalissa qed tiġi nnegozjata.

    (8)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.

    (9)   Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/224 tat-8 ta' Frar 2017 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 34, 9.2.2017, p. 36).

    (10)  Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).

    (11)  Ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013)(ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1).

    (12)  Il-Komunikazzjoni “L-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa” (COM(2018)0237), il-Komunikazzjoni “Għal spazju tad-data komuni Ewropew” (COM(2018)0232), il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (COM(2018)0008).

    (13)  L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni tas-Satelliti Meteoroloġiċi.

    (14)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE).

    (15)  ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1.

    (16)  ĠU L 309, 19.11.2013, p. 1.

    (17)  https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/white_paper_dwar_il-futur_tal-ewropa_mt.pdf

    (18)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/intm/146072.pdf

    (19)  EUCO 217/13

    (20)  ĠU L 287, 4.11.2011, p. 1.

    (21)  Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill se tirriżulta mill-proposta tar-Rappreżentant Għoli li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/496/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 li bħalissa qed tiġi nnegozjata.

    (22)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.

    (23)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/413 tat-18 ta' Marzu 2016 li tiddetermina l-lokalizzazzjoni tal-infrastruttura tas-sistema stabbilita skont il-programm Galileo u li tipprevedi l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-operat tiegħu u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE (ĠU L 74, 19.03.2016, p. 45).

    (24)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2013 tat-12 ta' Lulju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-dinja (GMES) billi jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni u ta' liċenzjar għall-utenti tal-GMES u jiddefinixxi l-kriterji għar-restrizzjoni tal-aċċess għad-dejta ddedikata tal-GMES u l-informazzjoni ta' servizz tal-GMES (ĠU L 309, 19.11.2013, p. 1).

    (25)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

    (26)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.

    (27)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

    (28)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

    (29)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

    (30)   Mar-Regolament għandha tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 107 fir-rigward tal-aspetti tas-sigurtà tal-programm u tista' tiġi abbozzata kif ġej: “Il-Kunsill u l-Kummissjoni jenfasizzaw li, minħabba s-sensittività tal-aspetti ta' sigurtà tal-programm u skont l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, huwa partikolarment importanti li l-president tal-Kumitat tal-Programm, meta dan jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tas-Sigurtà, jagħmel kull sforz biex isib soluzzjonijiet li jkollhom l-akbar appoġġ possibbli fil-kumitat jew fil-kumitat ta' appell meta tkun qed tiġi kkunsidrata l-adozzjoni ta' abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-aspetti ta' sigurtà tal-programm.”

    INDIKATURI EWLENIN

    L-indikaturi ewlenin għandhom jistrutturaw il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-programm favur l-għanijiet tiegħu msemmija fl-Artikolu 4, sabiex jiġu mminimizzati l-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi.

    1.    

    Għal dak il-għan, fir-rigward tar-rapportar annwali, għandha tinġabar data fir-rigward tas-sett li ġej ta' indikaturi ewlenin li għalihom id-dettalji ta' implimentazzjoni, bħal metriċi, ċifri u sollijiet u valuri nominali assoċjati (inklużi każijiet kwantitattivi u kwalitattivi) assoċjati skont ir-rekwiżiti tal-missjonijiet applikabbli u l-prestazzjoni mistennija, għandhom jiġu definiti fil-ftehimiet stabbiliti mal-entitajiet inkarigati:

    Għan Speċifiku msemmi fl-Artikolu 4(2)(a)

    Indikatur Nru 1: Akkuratezza tas-servizzi ta' navigazzjoni u kronometraġġ ipprovduti minn Galileo u minn EGNOS separatament

    Indikatur Nru 2: Disponibbiltà u kontinwità tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS separatament

    Indikatur Nru 3: Kopertura ġeografika tas-servizzi EGNOS u l-għadd ta' proċeduri EGNOS ippubblikati (kemm APV-I kif ukoll LPV-200)

    Indikatur Nru 4: Sodisfazzjon tal-utenti tal-UE fir-rigward tas-servizzi Galileo u EGNOS

    Indikatur Nru 5: Sehem ta' riċevituri kompatibbli ma' Galileo u EGNOS fis-suq dinji u tal-UE tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita/Sistema ta' Awmentazzjoni bis-Satellita (GNSS/SBAS).

    Għan Speċifiku msemmi fl-Artikolu 4(2)(b)

    Indikatur Nru 1: Għadd ta' utenti tal-UE tas-Servizzi ta' Copernicus, tad-data ta' Copernicus, u tas-Sistemi ta' Aċċess għad-Data u għall-Informazzjoni (DIAS) filwaqt li tiġi pprovduta, fejn possibbli, informazzjoni bħat-tip ta' utent, id-distribuzzjoni ġeografika u s-settur ta' attività

    Indikatur Nru 1a: Meta applikabbli, l-għadd ta' attivazzjonijiet tas-Servizzi ta' Copernicus mitluba u/jew servuti

    Indikatur Nru 1b: Sodisfazzjon tal-utenti tal-UE fir-rigward tas-Servizzi ta' Copernicus u d-DIAS

    Indikatur Nru 1c: Affidabbiltà, disponibbiltà u kontinwità tal-fluss tad-data ta' Copernicus u tas-Servizzi ta' Copernicus

    Indikatur Nru 2: Għadd ta' prodotti ta' informazzjoni ġodda mogħtija fil-portafoll ta' kull Servizz ta' Copernicus

    Indikatur Nru 3: Ammont ta' data ġġenerata mis-Sentinels

    Għan Speċifiku msemmi fl-Artikolu 4(2)(c)

    Indikatur Nru 1: Għadd ta' utenti tal-komponenti tal-SSA, filwaqt li tiġi pprovduta, fejn possibbli, informazzjoni bħat-tip ta' utent, id-distribuzzjoni ġeografika u s-settur ta' attività

    Indikatur Nru 2: Disponibbiltà tas-Servizzi

    Għan Speċifiku msemmi fl-Artikolu 4(2)(d)

    Indikatur Nru 1: Għadd ta' utenti tal-UE ta' GOVSATCOM filwaqt li tiġi pprovduta, fejn possibbli, informazzjoni bħat-tip ta' utent, id-distribuzzjoni ġeografika u s-settur ta' attività

    Indikatur Nru 2: Disponibbiltà tas-servizzi

    Għan Speċifiku msemmi fl-Artikolu 4(2)(e)

    Indikatur Nru 1: Għadd ta' lanċamenti għall-Programm (inkluż għadd skont it-tip ta' lanċaturi)

    Għan Speċifiku msemmi fl-Artikolu 4(2)(f)

    Indikatur Nru 1: Għadd u lokalizzazzjoni ta' ċentri spazjali fl-Unjoni

    Indikatur Nru 2: Sehem ta' SMEs stabbiliti fl-UE bħala proporzjon tal-valur totali tal-kuntratti relatati mal-programm

    2.    

    L-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 102 għandha tqis elementi addizzjonali bħalma huma:

    a)

    Il-prestazzjoni tal-kompetituri fl-oqsma tan-navigazzjoni u l-Osservazzjoni tad-Dinja

    b)

    L-użu mill-utenti tas-servizzi Galileo u EGNOS

    c)

    Integrità tas-servizzi EGNOS

    d)

    Użu tas-servizzi ta' Copernicus mill-utenti ewlenin ta' Copernicus

    e)

    Għadd ta' politiki tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li jisfruttaw jew jibbenefikaw minn Copernicus

    f)

    Analiżi tal-awtonomija tal-komponent tal-SST u tal-livell ta' indipendenza tal-UE f'dan il-qasam

    g)

    Sitwazzjoni attwali tan-netwerking f'dak li għandu x'jaqsam ma' attivitajiet relatati mal-NEOs

    h)

    Valutazzjoni tal-kapaċitajiet ta' Govsatcom fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-utenti kif imsemmi fl-Artikoli 68 u 69

    i)

    Sodisfazzjon tal-utenti tas-servizzi tal-SSA u ta' Govsatcom

    j)

    Sehem ta' lanċamenti Ariane u Vega fis-suq totali abbażi ta' data disponibbli pubblikament

    k)

    Żvilupp tas-settur downstream imkejjel, meta disponibbli, bl-għadd ta' kumpaniji ġodda li jużaw is-servizzi, l-informazzjoni u d-data spazjali tal-UE, l-impjiegi maħluqa u l-fatturat, skont l-Istat Membru, permezz ta', meta disponibbli, l-istħarriġ tal-Eurostat

    l)

    Żvilupp tas-settur spazjali tal-UE upstream imkejjel, meta disponibbli, bl-għadd ta' impjiegi maħluqa u l-fatturat skont l-Istat Membru u s-sehem tas-suq globali tal-industrija spazjali Ewropea, permezz ta', meta disponibbli, l-istħarriġ tal-Eurostat


    Top