EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0383

P8_TA(2019)0383 Investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF u l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF (COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD)) P8_TC1-COD(2018)0170 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF

ĠU C 158, 30.4.2021, p. 102–132 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/102


P8_TA(2019)0383

Investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF u l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF (COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 158/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0338),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0214/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Opinjoni 8/2018 tal-Qorti tal-Awdituri (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0179/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jappella lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Opinjoni Nru 8/2018 tal-QEA.


P8_TC1-COD(2018)0170

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 325 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva (2),

Billi:

(1)

Bl-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (4), l-Unjoni saħħet b’mod sostanzjali d-dispożizzjonijiet tal-qafas legali armonizzat fir-rigward l-mezzi disponibbli biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”) se jkollu huwa prijorità ewlenija fil-qasam tal-ġustizzja kriminali u l-politika ta' kontra l-frodi, għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet kriminali u jippreżenta akkużi relatati ma’ reati kriminali li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni, kif iddefinit fid-Direttiva (UE) 2017/1371, fl-Istati Membri parteċipanti. [Em. 1]

(2)

Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“l-Uffiċċju”) iwettaq investigazzjonijiet amministrattivi f'irregolaritajiet amministrattivi kif ukoll f'imġiba kriminali.. Fit-tmiem tal-investigazzjonijiet tiegħu, huwa jagħmel rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-awtoritajiet nazzjonali ta' prosekuzzjoni, immirati biex jippermettu akkużi u prosekuzzjonijiet fl-Istati Membri. Fil-futur, fl-Istati Membri li jipparteċipaw fl-UPPE, huwa se jirrapporta reati kriminali suspettati lill-UPPE, u se jikkollabora miegħu fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tiegħu. [Em. 2]

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jenħtieġ li jiġi emendat u adattat b'mod korrispondenti wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-UPPE u l-Uffiċċju fir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li jiġu riflessi u kkumplementati bir-regoli fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ sinerġiji bejn iż-żewġ korpi , jiġifieri jiġu implimentati l-prinċipji ta' kooperazzjoni mill-qrib, skambju ta' informazzjoni, komplementarjetà u evitar tad-duplikazzjoni . [Em. 3]

(4)

Fid-dawl tal-għan komuni tagħhom li jippreservaw l-integrità tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Uffiċċju u l-UPPE jistabbilixxu u jżommu relazzjoni mill-qrib ibbażata fuq kooperazzjoni sinċiera u mmirata biex tiġi żgurata l-kumplimentarjetà tal-mandati rispettivi tagħhom u l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tal-UPPE. Fl-aħħar mill-aħħar, ir-relazzjoni għandha tagħti kontribut biex tiżgura li jintużaw il-mezzi kollha sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tiġi evitata duplikazzjoni mhux żejda tal-isforzi.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li l-Uffiċċju, kif ukoll l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirrappurtaw lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed imġiba kriminali suspettata li fir-rigward tagħha l-UPPE jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu. Peress li l-mandat tal-Uffiċċju huwa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fil-frodi, fil-korruzzjoni u f'kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, idealment jitqiegħed u jiġi mgħammar biex jaġixxi bħala sieħeb naturali u sors ta' informazzjoni privileġġjat għall-UPPE [Em. 4]

(6)

Elementi li jippontaw lejn imġiba kriminali possibbli li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-UPPE jistgħu, fil-prattika, ikunu preżenti f’allegazzjonijiet inizjali rċevuti mill-Uffiċċju jew jistgħu jitfaċċaw biss matul investigazzjoni amministrattiva li tkun infetħet mill-Uffiċċju minħabba suspett ta’ irregolarità amministrattiva. Għaldaqstant, sabiex jikkonforma mad-dmir tiegħu li jirrapporta lill-UPPE, jenħtieġ li l-Uffiċċju, skont il-każ, jirrapporta mġiba kriminali f’kwalunkwe stadju qabel jew matul investigazzjoni.

(7)

Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jispeċifika l-elementi minimi li, bħala regola, ir-rapporti jenħtieġu li jinkludu. L-Uffiċċju jista’ jkollu jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet sabiex jaċċerta dawn l-elementi u jiġbor l-informazzjoni meħtieġa. L-Uffiċċju jenħtieġ li jwettaq din l-evalwazzjoni mingħajr dewmien u permezz ta’ mezzi li ma jinvolvux riskju li jipperikolaw investigazzjoni kriminali futura possibbli. Meta jlesti l-evalwazzjoni tiegħu, huwa jenħtieġ li jirrapporta lill-UPPE meta jiġi identifikat suspett ta’ reat fi ħdan il-kompetenza.

(8)

F’kunsiderazzjoni tal-għarfien espert tal-Uffiċċju, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jużaw l-Uffiċċju sabiex iwettqu din l-evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet li jiġu rrapportati lilhom.

(9)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, jenħtieġ li fil-prinċipju l-Uffiċċju ma jiftaħx investigazzjoni aministrattiva parallela għal investigazzjoni li ssir mill-UPPE dwar l-istess fatti. Madankollu, f’ċerti każijiet, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista’ teħtieġ lill-Uffiċċju jwettaq investigazzjoni amministrattiva komplementarja qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali li jkunu ngħataw bidu mill-UPPE bl-għan li jiġi aċċertat jekk ikunux meħtieġa miżuri ta’ prekawzjoni, jew jekk għandhiex tittieħed azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva. Dawn l-investigazzjonijiet kumplimentari jistgħu jkunu xieraq, inter alia, meta jenħtieġ li jiġu rkuprati xi ammonti minħabba li l-baġit tal-Unjoni jkun soġġett għal regoli speċifiċi ta’ preskrizzjoni, meta l-ammonti f’riskju jkunu kbar ħafna, jew meta jkun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat infiq ulterjuri f’sitwazzjonijiet ta’ riskju permezz ta’ miżuri amministrattivi.

(10)

Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jipprevedi li l-UPPE jista' jitlob dawn l-investigazzjonijiet komplementarji komplementari lill-Uffiċċju. F'każijiet fejn l-UPPE ma jitlobhiex, jenħtieġ li din l-investigazzjoni komplementarja tkun possibbli wkoll fuq l-inizjattiva tal-Uffiċċju, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, wara konsultazzjoni mal-UPPE . B'mod partikolari, jenħtieġ li l-UPPE jkun jista' joġġezzjona għall-ftuħ jew it-tkomplija ta' investigazzjoni mill-Uffiċċju, jew għall-prestazzjoni ta' atti speċifiċi tal-investigazzjoni minnu. Ir-raġunijiet għal din l-oġġezzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtieġa li tiġi protetta l-effettività tal-investigazzjoni tal-UPPE u għandhom ikunu proporzjonati għal dan il-għan. L-Uffiċċju jenħtieġ li jżomm lura milli jwettaq l-azzjoni li dwarha l-UPPE qajjem oġġezzjoni. Jekk l-UPPE jaqbel mat-talba , l-investigazzjoni tal-Uffiċċju għandha ssir f'konsultazzjoni mill-qrib mal-UPPE. [Em. 6]

(11)

L-Uffiċċju jenħtieġ li jappoġġja b’mod attiv lill-UPPE fl-investigazzjonijiet tiegħu. F'dan ir-rigward, l-UPPE jista’ jitlob lill-Uffiċċju biex jappoġġja jew jikkumplimenta l-investigazzjonijiet kriminali tiegħu permezz tal-eżerċizzju tas-setgħat taħt dan ir-Regolament. F'dawn il-każijiet, l-Uffiċċju jenħtieġ li jwettaq dawn l-operazzjonijiet fi ħdan il-limiti tas-setgħat tiegħu u fi ħdan il-qafas previst f'dan ir-Regolament.

(12)

Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni , kooperazzjoni u trasparenza effettiva bejn l-Uffiċċju u l-UPPE, l-informazzjoni għandha tiġi skambjata bejniethom fuq bażi kontinwa. L-iskambju ta' informazzjoni fl-istadji ta' qabel il-ftuħ tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju u mill-UPPE huwa partikolarment rilevanti sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa bejn l-azzjonijiet rispettivi li tiggarantixxi komplementarjetà u tiġi evitata duplikazzjoni. Għal dan il-għan, l-Uffiċċju u l-UPPE jagħmlu użu mill-funzjonijiet “hit/no-hit” tas-sistemi ta' ġestjoni tal-każijiet rispettivi tagħhom . L-Uffiċċju u l-UPPE għandhom jispeċifikaw il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni fl-arranġamenti ta' ħidma tagħhom. [Em. 7]

(13)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (6), adottat fit-2 ta’ Ottubru 2017, ikkonkluda li l-bidliet tal-2013 għall-qafas legali ġabu titjib ċar, fir-rigward tat-twettiq tal-investigazzjonijiet, il-kooperazzjoni mas-sħab u d-drittijiet tal-persuni kkonċernati. Fl-istess ħin, l-evalwazzjoni wriet xi nuqqasijiet li għandhom impatt fuq l-effettività u l-effettività u l-effikaċja tal-investigazzjonijiet.

(14)

Jenħtieġ li jiġu indirizzati l-aktar sejbiet mhux ambigwi tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni permezz tal-emenda tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013. Dawn huma bidliet essenzjali meħtieġa fuq perjodu ta' żmien qasir biex jissaħħaħ il-qafas għall-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju, sabiex jinżamm Uffiċċju b'saħħtu u li jaħdem b'mod sħiħ li jikkomplementa l-approċċ tal-liġi kriminali tal-UPPE bl-investigazzjonijiet amministrattivi, iżda li ma jinvolvux bidla għall-mandat jew għas-setgħat. Huma primarjament jikkonċernaw oqsma fejn, illum il-ġurnata, in-nuqqas ta' ċarezza tar-Regolament ixekkel it-twettiq effettiv tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju, bħat-twettiq ta' verifiki fuq il-post, il-possibbiltà ta' aċċess aħjar għal informazzjoni dwar il-kont tal-bank, jew l-ammissibbiltà bħala evidenza tar-rapporti tal-każijiet imfassla mill-Uffiċċju. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta ġdida u komprensiva sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-evalwazzjoni kemm tal-UPPE kif ukoll tal-Uffiċċju u tal-kooperazzjoni tagħhom. [Em. 8]

(15)

Dawn il-bidliet ma jaffettwawx il-garanziji proċedurali applikabbli fil-qafas tal-investigazzjonijiet. L-Uffiċċju huwa marbut li japplika l-garanziji proċedurali tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (7) u dawk li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni. Dan il-qafas jirrikjedi li l-Uffiċċju jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu b’mod oġġettiv, imparzjali u kunfidenzjali, ifittex għal evidenza favur u kontra l-persuna kkonċernata, u jwettaq atti investigattivi abbażi ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub wara verifika tal-legalità. L-Uffiċċju jrid jiżgura li d-drittijet tal-persuni kkonċernati mill-investigazzjonijiet tiegħu jiġu rispettati, inkluża l-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt li tiġi evitata l-awtoinkriminazzjoni. Meta jiġu intervistati, il-persuni kkonċernati għandhom, inter alia, id-drittijiet li jingħataw assistenza minn persuna li jagħżlu, li japprovaw ir-reġistrazzjoni tal-intervista, u li nużaw kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-persuni kkonċernati għandhom ukoll id-dritt li jikkummentaw dwar il-fatti tal-każ qabel ma jitfasslu l-konklużjonijiet.

(16)

L-Uffiċċju jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, li jippermettulu jaċċessa l-bini u d-dokumentazzjoni tal-operaturi ekonomiċi fil-qafas tal-investigazzjonijiet tiegħu fi frodi, korruzzjoni jew imġiba illegali oħra suspettata li tkun qed taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dawn isiru f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li f’ċerti istanzi jagħmel l-applikazzjoni ta’ dawn is-setgħat soġġetta għall-kundizzjonijiet tal-liġi nazzjonali. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni sabet li l-limitu sa fejn il-liġi nazzjonali għandha tapplika mhux dejjem jiġi speċifikat, u bħala riżultat ixekkel l-effettività tal-attivitajiet investigattivi tal-Uffiċċju.

(17)

Għalhekk, huwa xieraq li jiġu ċċarati l-istanzi li fihom għandha tapplika l-liġi nazzjonali matul l-investigazzjonijiet li jsiru mill-Uffiċċju, madankollu mingħajr ma jinbidlu s-setgħat disponibbli lill-Uffiċċju jew mingħajr ma jinbidel il-mod kif ir-Regolament jopera fir-rigward tal-Istati Membri. Din il-kjarifika tirrifletti s-sentenza riċenti tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-48/16, Sigma Orionis SA vs. Il-Kummissjoni Ewropea.

(18)

It-twettiq ta’ verifiki u spezzjonijiet fuq il-post mill-Uffiċċju, f’sitwazzjonijiet fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat jissottometti għall-verifika, jenħtieġ li jkun soġġett għad-dritt tal-Unjoni biss. Dan jenħtieġ li jippermettilu jeżerċita s-setgħat investigattivi tiegħu b’mod effettiv u koerenti fl-Istati Membri kollha, bl-għan li jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fl-Unjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(19)

F’sitwazzjonijiet fejn l-Uffiċċju jrid jiddependi fuq l-assistenza tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’mod partikolari f’każijiet fejn operatur ekonomiku jopponi verifika u spezzjoni fuq il-post, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjoni tal-Uffiċċju tkun effettiva, u għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa f’konformità mar-regoli rilevanti tal-liġi proċedurali nazzjonali.

(20)

Fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 jenħtieġ li jiġi introdott dmir li l-operaturi ekonomiċi jikkooperaw mal-Uffiċċju. Dan huwa konformi mal-obbligu tagħhom taħt ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 li jagħtu aċċess għat-twettiq ta’ verifiki u spezzjonijiet fuq il-post għal fondi, art, mezzi ta’ trasport u oqsma oħra, li jintużaw għal skopijiet kummerċjali, u mal-obbligu fl-Artikolu 129 (8) tar-Regolament Finanzjarju li kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni għandha tikkoopera b’mod sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet mill-Uffiċċju.

(21)

Bħala parti minn dan id-dmir ta’ kooperazzjoni, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista’ jirrikjedi lil operaturi ekonomiċi li setgħu kienu involuti fil-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, jew li jista’ jkollhom informazzjoni rilevanti, biex ifornu informazzjoni rilevanti. Meta jkunu qed jikkonformaw ma’ dawn it-talbiet, l-operaturi ekonomiċi mhumiex obbligati jammettu li jkunu wettqu attività illegali, iżda huma obbligati jwieġbu mistoqsijiet fattwali u jipprovdu dokumenti, anki jekk din l-informazzjoni tista’ tintuża sabiex tiġi stabbilita l-eżistena ta’ attività illegali kontriehom jew kontra operatur ieħor.

(22)

L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jużaw kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn issir il-verifika, u d-dritt li jingħataw assistenza minn persuna li jagħżlu, inkluż minn konsulent legali estern, matul il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post. Il-preżenza ta’ konsulent legali, madankollu, m’għandhiex tirrappreżenta kundizzjoni legali għall-validità tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet fuq il-post. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet fuq il-post, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskju li l-evidenza tisparixxi, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista’ jaċċessa l-bini, l-art, il-mezzi ta’ trasport jew oqsma oħra li jintużaw għal skopijiet kummerċjali mingħajr ma jistennew lill-operatur jikkonsulta mal-konsulent legali tiegħu. Huwa jenħtieġ li jaċċetta biss dewmien raġonevoli qasir, fejn jistenna l-konsultazzjoni mal-konsulent legali, qabel jibda jwettaq il-verifika. Kull dewmien bħal dan irid jinżamm strettament għall-inqas żmien possibbli.

(23)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, l-Uffiċċju, meta jkun qed iwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, jenħtieġ li jipprovdi lill-operaturi ekonomiċi informazzjoni xierqa dwar id-dmir tagħhom li jikkooperaw u l-konsegwenzi jekk jirrifjutaw li jagħmlu dan, u l-proċedura li tapplika għall-verifika, inklużi s-salvagwardji proċedurali applikabbli.

(24)

F’investigazzjonijiet interni u, fejn ikun meħtieġ, f’investigazzjonijiet esterni, l-Uffiċċju għandu aċċess għal kwalunkwe informazzjoni miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji. Kif issuġġerit mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li dan l-aċċess jenħtieġ li jkun possibbli irrispettivament mill-mezz mit-tip ta' mezz li fuqu din l-informazzjoni jew id-data tinħażen, sabiex jiġi rifless progress teknoloġiku li qed jevolvi. [Em. 9]

(25)

Għal qafas aktar koerenti għall-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju, ir-regoli applikabbli għall-investigazzjonijiet interni u esterni għandhom jiġu allinjati aktar, sabiex jiġu indirizzati ċerti inkonsistenti identifikati mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, fejn regoli diverġenti mhumiex iġġustifikati. Dan jenħtieġ li jkun il-każ, pereżempju, meta jkun ipprovdut li r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet mfassla wara investigazzjoni esterna jistgħu jintbagħtu lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata biex tittieħed azzjoni xierqa, kif inhu l-każ f’investigazzjonijiet interni. Fejn ikun possibbli b’mod konformi mal-mandat tiegħu, l-Uffiċċju jenħtieġ li jappoġġa lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija involuta fis-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Biex tkun żgurata aktar kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, l-Uffiċċju jenħtieġ li jinforma, fejn ikun meħtieġ, lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata tal-Unjoni meta huwa jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni esterna, pereżempju meta istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni kienu s-sors inizjali tal-informazzjoni.

(26)

L-Uffiċċju jenħtieġ li juża’ l-mezzi neċessarji biex isegwi t-traċċa tal-flus sabiex jikxef il-modus operandi tipiku ta’ ħafna mġiba frawdolenti. Illum il-ġurnata, huwa jista’ jikseb informazzjoni bankarja rilevanti għall-attività investigattiva tiegħu miżmuma minn istituzzjonijiet ta’ kreditu f'għadd ta’ Stati Membri, permezz ta’ kooperazzjoni mal-awotiritajiet nazzjonali u assistenza mingħandhom. Sabiex jiġi żgurat approċċ effettiv fl-Unjoni kollha, ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika d-dmir li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet tal-bank u tal-pagamenti lill-Uffiċċju, bħala parti mid-dmir ġenerali tagħhom li jassistuh. Bħala regola, din il-kooperazzjoni għandha sseħħ permezz tal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja fl-Istati Membri. Meta jkunu qegħdin jagħtu din l-assistenza lill-Uffiċċju, l-awtoritjaiet nazzjonali għandhom jaġixxu f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi proċedurali previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

(26a)

Sabiex jagħti attenzjoni lill-protezzjoni u lir-rispett tad-drittijiet u l-garanziji proċedurali, jenħtieġ li l-Uffiċċju joħloq funzjoni interna fl-għamla ta' kontrollur tal-garanziji proċedurali u jipprovdilu riżorsi adegwati. Jenħtieġ li l-kontrollur ta' garanziji proċedurali jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu. [Em. 10]

(26b)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Uffiċċju b'kooperazzjoni mal-kontrollur tal-garanziji proċedurali, biex jissalvagwardja l-ħarsien tad-drittijiet u tal-garanziji proċedurali fl-attivitajiet kollha tal-Uffiċċju. Jenħtieġ li dan ikun mekkaniżmu amministrattiv li permezz tiegħu il-Kontrollur ikun responsabbli biex jittratta l-ilmenti li l-Uffiċċju jirċievu f'konformità mad-dritt għal amministrazzjoni tajba. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu jkun effettiv u jiżgura li l-ilmenti jkunu segwiti kif xieraq. Sabiex ikun hemm aktar trasparenza u responsabbiltà, jenħtieġ li l-Uffiċċju jirrapporta dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti fir-rapport annwali tiegħu. Jenħtieġ li, b'mod partikolari, ikopri l-għadd ta' lmenti li jkun irċieva, it-tip ta' ksur tad-drittijiet u tal-garanziji proċedurali involuti, l-attivitajiet ikkonċernati u, meta jkun possibbli, il-miżuri ta' segwitu meħuda mill-Uffiċċju. [Em. 11]

(27)

It-trażmissjoni bikrija tal-informazzjoni mill-Uffiċċju bl-għan li jiġu adottati miżuri ta’ prekawzjoni hija għodda essenzjali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib f’dan ir-rigward bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, huwa xieraq li dawn tal-aħħar ikollhom il-possibbiltà li, meta jridu, jikkonsultaw lill-Uffiċċju bl-għan li jieħdu deċiżjoni dwar kwalunkwe miżura ta’ prekawzjoni xierqa, inklużi miżuri biex tiġi salvagwardjata l-evidenza.

(28)

Ir-rapporti mfassla mill-Uffiċċju llum il-ġurnata jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal rapporti amministrattivi mfassla mill-ispetturi amministrattivi nazzjonali. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni skopriet li f’xi Stati Membri din ir-regola ma tiżgurax b’mod suffiċjenti l-effettività tal-attivitajiet tal-Uffiċċju. Sabiex jiżdiedu l-effettività u l-użu konsistenti tar-rapport tal-Uffiċċju, ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi l-ammissibbiltà ta’ dawn ir-rapporti fi proċedimenti ġudizzjarji ta’ natura mhux kriminali quddiem il-qrati nazzjonali, kif ukoll fi proċedimenti amministrattivi fl-Istati Membri. Ir-regola li tipprevedi ekwivalenza mar-rapporti tal-ispetturi amministrattivi nazzjonali għandha tkompli tapplika fil-każ ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali ta’ natura kriminali. Ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi wkoll l-ammissibbiltà tar-rapporti redatti mill-Uffiċju fi proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji fil-livell tal-Unjoni.

(29)

Il-mandat tal-Uffiċċju jinkludi l-protezzjoni tad-dħul għall-baġit tal-Unjoni li jirriżulta mir-riżorsi proprji tal-VAT. F'dan il-qasam, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista’ jappoġġja u jikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri permezz ta’ investigazzjonijiet li jkunu saru f’konformità mal-mandat tiegħu, il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’każijiet kumplessi u transnazzjonali, u l-appoġġ u l-assistenza għall-Istati Membri u għall-UPPE. Għal dan il-għan, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista’ jiskambja informazzjoni permezz tan-netwerk tal-Eurofisc, stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (9), filwaqt li jżomm f'moħħu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (10), sabiex tiġi promossa u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.

(30)

Is-servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi tal-Istati Membri ġew introdotti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 sabiex jiffaċilitaw kooperazzjoni effettiva u skambju ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni ta’ natura operattiva, bejn l-uffiċċju u l-Istati Membri. L-evalwazzjoni kkonkludiet li dawn taw kontribut pożittiv għall-ħidma tal-Uffiċċju. Hija identifikat ukoll il-ħtieġa li jkompli jiġi ċċarat ir-rwol tagħhom sabiex jiġi żgurat li l-Uffiċċju jingħata l-assistenza meħtieġa biex jiżgura li l-investigazzjonijiet tiegħu jkunu effettivi, filwaqt li l-organizzazzjoni u s-setgħat tas-servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi jitħallew f’idejn kull Stat Membru. F'dan ir-rigward, is-servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi għandhom ikunu jistgħu jipprovdu, jiksbu jew jikkoordinaw l-assistenza meħtieġa lill-Uffiċċju biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv, qabel, matul jew wara t-tmiem ta’ investigazzjoni esterna jew interna.

(31)

Id-dmir tal-Uffiċċju li jipprovdi lill-Istati Membri b’assistenza sabiex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni hija element kruċjali tal-mandat tiegħu li jappoġġja l-kooperazzjoni transkonfinali fost l-Istati Membri. Għandhom jiġu stabbiliti regoli aktar dettaljati sabiex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta’ koordinament tal-Uffiċċju u l-kooperazzjoni tiegħu f’dan il-kuntest mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, mal-pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn ir-regoli għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar mill-Uffiċċju tas-setgħat konferiti fuq il-Kummissjoni f’dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni, b’mod partikolari għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (11).

(32)

Barra minn dan, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Uffiċċju jitlob l-assistenza tas-servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ koordinament, kif ukoll biex is-servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi jikkooperaw ma’ xulxin, sabiex ikomplu jiġu infurzati l-mekkaniżmi disponibbli għall-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi.

(32a)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jagħtu l-assistenza meħtieġa biex l-Uffiċċju jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu. Meta l-Uffiċċju jagħmel rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-awtoritajiet nazzjonali ta' prosekuzzjoni ta' Stat Membru u ma jsir l-ebda segwitu, jenħtieġ li l-Istat Membru jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Uffiċċju. Darba fis-sena, jenħtieġ li l-Uffiċċju jfassal rapport sabiex jagħti rendikont tal-assistenza pprovduta mill-Istati Membri u dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji. [Em. 13]

(32b)

Sabiex jissupplimenta r-regoli proċedurali dwar it-twettiq tal-investigazzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Uffiċċju jistabbilixxi l-kodiċi proċedurali għall-investigazzjonijiet li l-persunal tal-Uffiċċju għandu jsegwi. Għaldaqstant, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' dan il-kodiċi proċedurali, mingħajr ma tiġi pperikolata l-indipendenza tal-Uffiċċju meta jeżerċita l-kompetenzi tiegħu. Jenħtieġ li dawn l-atti delegati jkopru, b'mod partikolari, il-prattiki li għandhom jiġu osservati fl-implimentazzjoni tal-mandat u l-istatut tal-Uffiċċju; ir-regoli dettaljati li jirregolaw il-proċeduri tal-investigazzjoni kif ukoll l-atti ta' investigazzjoni permessi; id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati; il-garanziji proċedurali; id-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data u l-politiki dwar il-komunikazzjoni u l-aċċess għad-dokumenti; id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika tal-legalità u l-mezzi ta' rimedju miftuħa għall-persuni kkonċernati; ir-relazzjonijiet mal-UPPE. Huwa partikolarment importanti li l-Uffiċċju jwettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tiegħu, inkluż fil-livell tal-esperti. Jenħtieġ li l-Uffiċċju jiżgura trażmissjoni simultanja, fil-waqt u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 14]

(32c)

Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data determinata f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-UPPE. [Em. 15]

(33)

Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament li jsaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi jadatta l-operazzjoni tal-Uffiċċju għall-istabbiliment tal-UPPE u billi jtejjeb l-effettivitià tal-investigazzjonijiet li jsiru mill-Uffiċċju ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minflok jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni permezz tal-adozzjoni ta’ regoli li jirregolaw ir-relazzjoni bejn żewġ uffiċċji tal-Unjoni u li jżidu l-effettività fit-twettiq tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju fl-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex tingħata spinta lill-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(34)

Dan ir-Regolament ma jimmodifikax is-setgħat u r-responsabbilitajiet tal-Istati Membri li jieħdu passi sabiex jiġġieldu kontra frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(35)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u ta opinjoni nhar … (13),

(36)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 jenħtieġ li għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 huwa emendat kif ġej:

(-1)

fl-Artikolu 1, il-parti introduttorja tal-paragrafu 1 tinbidel b'dan li ġej:

“1.     Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn 'il quddiem imsejħa kollettivament, skont il-kuntest, ‘l-Unjoni’), l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi stabbilit bid-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (‘l-Uffiċċju’) għandu jeżerċita s-setgħat ta' investigazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni:” [Em. 16]

(-1a)

ifl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej

“2.     L-Uffiċċju għandu jipprovdi lill-Istati Membri b'għajnuna mingħand il-Kummissjoni fl-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom immirata lejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi. L-Uffiċċju għandu jikkontribwixxi għat-tfassil u l-żvilupp ta' metodi ta' prevenzjoni u ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju għandu jippromwovi u jikkoordina, ma' u fost l-Istati Membri, il-kondiviżjoni ta' esperjenza operazzjonali u l-aħjar prattiki proċedurali fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u għandu jappoġġa azzjonijiet konġunti kontra l-frodi li jieħdu Stati Membri fuq bażi volontarja.” [Em. 17]

(-1b)

fl-Artikolu 1, il-punt d tal-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

Ir-Regolament (UE) 2018/1725;” [Em. 18]

(-1c)

fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt da mal-paragrafu 3:

“(da)

Ir-Regolament (UE) 2016/679.” [Em. 19]

(-1d)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.     Fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti permezz, jew fuq il-bażi tat-Trattati (‘istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji’), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12d, l-uffiċċju għandu jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi bil-għan li jiġġieled il-frodi u kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan l-Uffiċċju għandu jinvestiga kwistjonijiet serji li għandhom x'jaqsmu mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li jikkostitwixxu nuqqas ta' ħarsien ta' obbligi ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni u li jistgħu jwasslu għal proċedimenti dixxiplinarji jew, skont il-każ, kriminali, jew nuqqas ekwivalenti ta' qadi ta' obbligi minn membri ta' istituzzjonijiet u korpi, kapi ta' uffiċċji u aġenziji jew membri tal-persunal ta' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li ma mhux soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal (minn hawn 'il quddiem kollettivament imsemmija bħala ‘uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta' istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta' uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal’).” [Em. 20]

(1)

fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi u jżomm relazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (‘l-UPPE’) stabbilit f’kooperazzjoni msaħħa mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (14). Din ir-relazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kooperazzjoni reċiproka , komplementarjetà, evitar ta' duplikazzjoni u fuq skambju ta’ informazzjoni. B’mod partikolari, hija għandha tiżgura li l-mezzi disponibbli kollha jintużaw sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji permezz tal-komplementarjetà tal-mandati rispettivi tagħhom u tal-appoġġ li jingħata mill-Uffiċċju lill-UPPE. [Em. 21]

Il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-UPPE għandha tiġi rregolata mill-Artikoli 12c sa 12f”.

(1a)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.     Għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji jistgħu jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi mal-Uffiċċju. Dawk l-arranġamenti amministrattivi jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari, it-trasmissjoni ta' informazzjoni, it-twettiq u s-segwitu ta' investigazzjonijiet.” [Em. 22]

(1b)

fl-Artikolu 2, il-punt (2) jinbidel b'dan li ġej:

“(2)     ‘irregolarità’ għandha tfisser ‘irregolarità’ kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, inkluż ksur li jaffettwa d-dħul mit-taxxa fuq il-valur miżjud;” [Em. 23]

(1c)

fl-Artikolu 2, il-punt (3) jinbidel b'dan li ġej:

“(3)     ‘frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività irregolari jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni’ għandu jkollha t-tifsira applikata lil dan il-kliem fl-atti rilevanti tal-Unjoni;” [Em. 24]

(2)

fl-Artikolu 2, il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)   ‘investigazzjonijiet amministrattivi’ (‘investigazzjonijiet’) għandha tfisser kwalunkwe spezzjoni, kontroll jew miżura oħra meħuda mill-Uffiċċju skont l-Artikoli 3 u 4, bil-għan li ji[u ssodisfati l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u li tiġi stabbilita, fejn ikun meħtieġ, in-natura irregolari tal-attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu investigati; dawk l-investigazzjonijiet ma għandhomx jaffettwaw is-setgħat tal-UPPE jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jibdew proċeduri kriminali.”;

(2a)

fl-Artikolu 2, il-punt (5) jinbidel b'dan li ġej:

“(5)     ‘persuna kkonċernata’ għandha tfisser kwalunkwe persuna jew operatur ekonomiku ssuspettat li wettaq frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li għalhekk hija soġġetta għal investigazzjoni mill-Unjoni;” [Em. 25]

(2b)

fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(7a)     ‘membru ta' istituzzjoni’ tfisser membru tal-Parlament Ewropew, membru tal-Kunsill Ewropew, rappreżentant ta' Stat Membru fuq livell ministerjali fil-Kunsill, membru tal-Kummissjoni Ewropea, membru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, membru tal-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew jew membru tal-Qorti tal-Awdituri, skont kif ikun xieraq.” [Em. 26]

(2c)

fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt 7b li ġej:

“(7b)     ‘l-istess fatti’ tfisser li l-fatti materjali huma identiċi fejn il-fatti materjali jinftiehmu fis-sens tal-eżistenza ta' ġabra ta' ċirkostanzi konkreti li huma marbuta b'mod inseparabbli u li fit-totalità tagħhom jistgħu jistabbilixxu elementi ta' investigazzjoni ta' delitt li tkun fi ħdan il-kompetenza tal-Uffiċċju jew tal-UPPE.” [Em. 27]

(3)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Investigazzjonijiet esterni Kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi [Em. 28]

1.   Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ddefinit fl-Artikolu 1 u l-punti (1) u (3) tal-Artikolu 2, l-Uffiċċju għandu jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fl-Istati Membri u, f'konformità mal-ftehimiet ta' kooperazzjoni ta' għajnuna reċiproka u kwalunkwe strument legali ieħor fis-seħħ, f'pajjiżi terzi u f'organizzazzjonijet f'organizzazzjonijiet internazzjonali. [Em. 29]

2.   Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament u, sa fejn kwistjoni ma tiġix koperta minn dan ir-Regolament, mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96.

3.   L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju matul l-investigazzjonijiet tiegħu. L-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni orali, inkluż permezz ta' interrograzzjonijiet, u informazzjoni bil-miktub mill-operaturi ekonomiċi f'konformità mal-Artikolu 4(2)(b) . [Em. 30]

4.   L-Uffiċċju għandu jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post meta tiġi prodotta awtorizzazzjoni bil-miktub, kif previst fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/1996. Huwa għandu jinforma lill-operatur ekonomiku kkonċernat dwar il-proċedura applikabbli għall-verifika, inklużi s-salvagwardji proċedurali applikabbli, u d-dmir li l-operatur ekonomiku kkonċernat jikkoopera.

5.   Fl-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat, l-Uffiċċju għandu jikkonforma mal-garanziji proċedurali previsti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96. Meta tkun qed titwettaq verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jkollu d-dritt li ma jagħmilx dikjarazzjonijiet ta’ awtoinkriminazzjoni u li jingħata assistenza minn persuna li jagħżel. Meta jagħmel dikjarazzjonijiet matul il-verifiki fuq il-post, l-operatur ekonomiku għandu jingħata l-possibbiltà li juża kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih jinsab. Id-dritt li jingħata assistenza minn persuna li jagħżel m'għandux jipprevjeni l-aċċess tal-Uffiċċju għall-bini tal-operatur ekonomiku, u m'għandux idewwem bla bżonn il-bidu tal-verifika.

6.   Fuq talba tal-Uffiċċju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha , mingħajr dewmien żejjed, tagħti lill-persunal tal-Uffiċċju l-għajnuna li jkollu bżonn biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(2). [Em. 31]

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, f'konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li l-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jaċċess jaċċessa l-informazzjoni , id-dokumenti d-data kollha relatati mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata li juru li jkunu meħtieġa sabiex il-verifiki u l-ispezzjoni fuq il-post isiru b'mod effettiv u effiċjenti, u li dan ikun jista' jassumi l-kustodja tad-dokumenti jew tad-data sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda periklu li jisparixxu. F'każijiet fejn jintużaw apparati ta' proprjetà privata għal skopijiet ta' xogħol, dawk l-apparati għandhom ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet mill-Uffiċċju biss jekk l-Uffiċċju jkollu raġunijiet sostanzjati biex jissuspetta li l-kontenut tagħhom jista' jkun rilevanti għall-investigazzjoni. [Em. 32]

7.   Fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat jissottometti verifika u spezzjoni fuq il-post li tkun awtorizzata skont dan ir-Regolament, l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2988/95 u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 m'għandhomx japplikaw, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet jirrikjedu konformità mal-liġi nazzjonali u jistgħu jillimitaw l-aċċess għal informazzjoni u dokumentazzjoni mill-Uffiċċju għall-kundizzjonijiet li japplikaw għall-ispetturi amministrattivi nazzjonali.

Fejn il-persunal tal-Uffiċċju jsib li operatur ekonomiku joffri reżistenza għal verifika jew spezzjoni fuq il-post awtorizzata skont dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħtihom l-assistenza meħtieġa tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jwettaq il-verifika jew il-kontroll fuq il-post tiegħu b’mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.

Meta jkunu qed jagħtu assistenza f’konformità ma’ dan il-paragrafu jew mal-paragrafu 6, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaġixxu f’konformità mar-regoli proċedurali nazzjonali li japplikaw għall-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata. Jekk dik l-għajnuna teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħal din.

7a.     Fejn jintwera li Stat Membru mhuwiex konformi mal-obbligu tiegħu li jikkoopera skont il-paragrafi 6 u 7, l-Unjoni għandha jkollha d-dritt li tirkupra l-ammont relatat mal-kontroll jew spezzjoni fuq il-post inkwistjoni. [Em. 33]

8.   Bħala parti mill-funzjoni investigattiva tiegħu, l-Uffiċċju għandu jagħmel il-verifiki u l-ispezzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u fir-regoli settorjali msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ dak ir-Regolament fl-Istati Membri u, f’konformità mal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni u ta’ għajnuna reċiproka u kwalunkwe strument legali ieħor fis-seħħ, f’pajjiżi terzi u f’organizzazzjonijet internazzjonali.

9.   Waqt investigazzjoni esterna, l-Uffiċċju jista’ jkollu aċċess għal kull informazzjoni u data rilevanti, irrispettivament mill-mezz li fuqu tinħażen, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji konnessi mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, meta ikun strettament meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan, għandu japplika l-Artikolu 4(2) u (4). [Em. 34]

10.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12c(1), meta, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni esterna jew le, l-Uffiċċju jittratta informazzjoni li tissuġġerixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jista’ jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u, fejn ikun meħtieġ, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kkonċernati.

Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni xierqa li fiha jkun jista’ jieħu sehem l-Uffiċċju, f’konformità mal-liġi nazzjonali. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar l-azzjoni meħuda u dwar is-sejbiet tagħhom abbażi tal-informazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.”; [Em. 35]

(4)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(-a)

fl-Artikolu 4, it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“Aktar dispożizzjonijiet dwar investigazzjonijiet” [Em. 36]

(-aa)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.     L-investigazzjonijiet amministrattivi fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitwettqu f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament u fid-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija rispettiva.” [Em. 37]

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Matul l-investigazzjonijiet interni: " [Em. 38]

(a)

l-Uffiċċju għandu jkollu d-dritt ta' aċċess immedjat u minngħajr avviż , meta jkun meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għal kull informazzjoni u data rilevanti relatata mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata , irrispettivament mill-mezz mit -tip ta' mezz li fuqu tinħażen, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, u għall-bini tagħhom. F'każijiet fejn jintużaw apparati ta' proprjetà privata għal skopijiet ta' xogħol, dawk l-apparati għandhom ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet mill-Uffiċċju biss jekk l-Uffiċċju jkollu raġunijiet sostanzjati biex jissuspetta li l-kontenut tagħhom jista' jkun rilevanti għall-investigazzjoni. L-Uffiċċju għandu jkollu s-setgħa li jispezzjona l-kotba tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji. L-Uffiċċju jista' jieħu kopja ta' jew jikseb siltiet minn, kull dokument jew il-kontenut ta' kull mezz ta' informazzjoni miżmum mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, jekk ikun hemm bżonn, jieħu l-kustodja ta' dawk id-dokumenti jew informazzjoni sabiex jiżgura li ma jkunx hemm periklu li dawn jgħibu; [Em. 39]

(b)

l-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni orali, inkluż permezz ta' interrogazzjonijiet, u informazzjoni bil-miktub minn operaturi ekonomiċi, uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta' istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta' uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal , iddokumentata fid-dettall skont l-istandards regolari tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni . L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju.” [Em. 40]

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej huwa mħassar :

“3.   F’konformità mal-Artikolu 3, l-Uffiċċju jista’ jagħmel verifiki u spezzjonijiet fuq il-post għand operaturi ekonomiċi sabiex jikseb aċċess għall-informazzjoni rilevanti għall-kwistjoni taħt investigazzjoni interna.”; [Em. 41]

(ba)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej

“4     L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom ikunu infurmati kull meta l-persunal tal-Uffiċċju jagħmel investigazzjoni fuq il-post tagħhom jew jikkonsulta dokument jew data, jew jitlob informazzjoni miżmuma minnhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, l-Uffiċċju jista' f'kull żmien jgħaddi lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata l-informazzjoni miksuba matul l-investigazzjonijiet.” [Em. 42]

(bb)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.     L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jistabbilixxu proċeduri adatti u jieħdu miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet fl-istadji kollha.” [Em. 43]

(bc)

fl-Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej

“Meta l-investigazzjonijiet jiżvelaw uffiċjal, aġent ieħor, membru ta' istituzzjoni jew korp, kap ta' uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal jista' jkun persuna kkonċernata, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija li tappartjeni għaliha dik il-persuna għandha tiġi infurmata..” [Em. 44]

(bd)

fl-Artikolu 4(6), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“F'każijiet meta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni ma tistax tiġi żgurata meta jintużaw il-kanali ta' komunikazzjoni tas-soltu, l-Uffiċċju għandu juża kanali alternattivi adegwati biex jibagħtu l-informazzjoni.” [Em. 45]

(be)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“7.     Id-deċiżjoni li għandha tiġi adottata minn kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kif stipulat fil-paragrafu 1, għandha tinkludi, b'mod partikolari, regola dwar id-dmir min-naħa tal-uffiċjali, l-aġenti oħrajn, il-membri ta' istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta' uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal li jikkooperaw u jipprovdu l-informazzjoni lill-Uffiċċju, filwaqt li jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni.” [Em. 46]

(c)

Fil-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12c(1), meta, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni interna jew le, l-Uffiċċju jittratta informazzjoni li tissuġġerixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jista' jinforma, lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata skont kif ikun xieraq , lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kkonċernati .

Fuq talba, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata għandha tinforma lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe azzjoni li tittieħed u dwar is-sejbiet tagħha abbażi ta’ din l-informazzjoni.”; [Em. 47]

(ca)

fil-paragrafu 8, it-tieni-subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Fir-rigward tal-investigazzjonijiet fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, meta l-Uffiċċju jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali stabbilit fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 9(4). Jekk l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jieħdu kwalunkwe azzjoni abbażi tal-informazzjoni mibgħuta lilhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, huma għandhom, fuq talba, jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar dan.” [Em. 48]

(cb)

fil-paragrafu 8, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post skont l-Artikolu 3, mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni xierqa li fiha jkun jista' jieħu sehem l-Uffiċċju, f'konformità mal-liġi nazzjonali. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar l-azzjoni meħuda u dwar is-sejbiet tagħhom abbażi tal-informazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.” [Em. 49]

(5)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12d, id-Direttur Ġenerali jista’ jiftaħ investigazzjoni meta jkun hemm biżżejjed suspett, li jista’ jkun ukoll ibbażat fuq informazzjoni mogħtija minn kwalunkwe pajjiż terz jew informazzjoni anonima, li twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.”; [Em. 50]

(aa)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12d, id-Direttur Ġenerali jista' jiftaħ investigazzjoni meta jkun hemm biżżejjed suspett, li jista' jkun ukoll ibbażat fuq informazzjoni mogħtija minn kwalunkwe pajjiż terz jew informazzjoni anonima, li twettqu atti ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-perjodu ta' evalwazzjoni ta' qabel id-deċiżjoni m'għandux ikun itwal minn xahrejn. Jekk l-informatur li pprovda l-informazzjoni sottostanti jkun magħruf, huwa jew hija għandu/għandha jkun/tkun informat/a kif dovut.” [Em. 51]

(ab)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Id-deċiżjoni biex tinfetaħ investigazzjoni għandha tittieħed mid-Direttur Ġenerali, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew wara talba minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni jew minn Stat Membru.” [Em. 52]

(ac)

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa mħassar; [Em. 53]

(ad)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.     Waqt li d-Direttur Ġenerali ikun qed jikkunsidra jekk jiftaħx investigazzjoni jew le wara talba kif imsemmi fil-paragrafu 2, u/jew waqt li l-Uffiċċju qed iwettaq tali investigazzjoni, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kkonċernati ma għandhomx jiftħu investigazzjoni parallela dwar l-istess fatti, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mal-Uffiċċju. Dan il-paragrafu m'għandux japplika għal investigazzjonijiet mill-UPPE skont ir-Regolament (UE) 2017/1939.” [Em. 54]

(b)

fil-paragrafu 3, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Dan il-paragrafu m'għandux japplika għal investigazzjonijiet mill-UPPE skont ir-Regolament (UE) 2017/1939.”; [Em. 55]

(ba)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.     Jekk id-Direttur Ġenerali jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji minkejja li jkun hemm biżżejjed suspett li twettqu atti ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jeħtieġlu, mingħajr dewmien, jibgħat kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollu lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata biex tittieħed azzjoni xierqa f'konformità mar-regoli applikabbli għal dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija. L-Uffiċċju għandu jaqbel ma' dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija, jekk xieraq, dwar miżuri xierqa biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tas-sors ta' dik l-informazzjoni u għandu jitlob, jekk ikun meħtieġ, li jkun informat dwar l-azzjoni meħuda.” [Em. 56]

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Jekk id-Direttur Ġenerali jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni esterna, huwa jista' ma jwettaqx kontroll jew spezzjoni fuq il-post skont l-Artikolu 3 minkejja li jkun hemm biżżejjed suspett li twettqu atti ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jeħtieġlu jibgħat, mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat biex tittieħed azzjoni fejn xieraq, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali. Meta jkun meħtieġ, l-Uffiċċju għandu jinforma wkoll lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata.”; [Em. 57]

(ca)

jiżdied il-paragrafu 6a

“6a.     6a. Id-Direttur Ġenerali għandu perjodikament jinforma lill-Kumitat ta' Sorveljanza, f'konformità mal-Artikolu 17(5), dwar il-każijiet li dwarhom ġie deċiż li ma jiftaħx investigazzjoni u jiġu indikati r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.” [Em. 58]

(6)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(-a)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej

“1.     Id-Direttur Ġenerali għandu jidderieġi t-twettiq tal-investigazzjonijiet, fejn adegwat, abbażi tal-istruzzjonijiet bil-miktub. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu taħt id-direzzjoni tiegħu mill-persunal tal-Uffiċċju magħżul minnu. Id-Direttur Ġenerali m'għandux iwettaq investigazzjonijiet personalment.” [Em. 59]

(a)

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa sabiex jippermettu lill-persunal tal-Uffiċċju jissodisfa l-kompiti tiegħu f’konformità ma’ dan ir-Regolament b’mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.”;

(b)

fil-paragrafu 3, jiddaħħal it-tieni subparagrafu li ġej:

“Fuq it-talba tal-Uffiċċju fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati, l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra tal-Istati Membri għandhom jagħtuh dan li ġej:

(a)

informazzjoni msemmija f[l-Artikolu 32a(3) ta’] id-Direttiva (UE) 2015/849 (16);

(b)

meta jkun strettament meħtieġ għall-iskopijiet tal-investigazzjoni, ir-reġistru tat-tranżazzjonijiet.”;

(c)

fil-paragrafu 3, jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

“Meta jkunu qed jagħtu assistenza f’konformità mas-subparagrafi preċedenti, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaġixxu f’konformità ma’ kwalunkwe regola proċedurali nazzjonali li tapplika għall-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata.”;

(ca)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jiżguraw li l-uffiċjali, l-aġenti oħrajn, il-membri, il-kapi u l-membri tal-persunal tagħhom jagħtu l-għajnuna meħtieġa biex il-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv f'konformità ma' dan ir-Regolament u mingħajr dewmien żejjed.” [Em. 60]

(cb)

il-paragrafu 4 huwa mħassar; [Em. 61]

(cc)

fil-paragrafu 6, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“6.     Meta l-investigazzjonijiet juru li jista' jkun xieraq li jittieħdu miżuri amministrattivi ta' prekawzjoni biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Uffiċċju għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata bl-investigazzjoni li tkun qed issir u jissuġġerixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu. L-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi dan li ġej:” [Em. 62]

(cd)

fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt b jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

kull informazzjoni li tista' tgħin lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata biex tiddeċiedi dwar il-miżuri amministrattivi prekawzjonarji adatti li għandhom jittieħdu biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;” [Em. 63]

(ce)

fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt c jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

kwalunkwe miżura speċjali ta' kunfidenzjalità rakkomandata f'każijiet partikolari li jinvolvu l-użu ta' miżuri investigattivi li jaqgħu fil-kompetenza ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali jew awtorità nazzjonali oħra, skont ir-regoli nazzjonali applikabbli għal investigazzjonijiet.” [Em. 64]

(d)

fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Minbarra l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata tista' fi kwalunkwe ħin tikkonsulta mal-Uffiċċju bl-għan li, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju, tieħu għandha tinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien dwar kwalunkwe miżuri prekwazjonarji adatti, inklużi miżuri għas-salvagwardja tal-provi, u għandha tinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien dwar tali deċiżjoni. devjazzjoni mill-miżuri prekawzjonarji ssuġġeriti r-raġunijiet għad-devjazzjoni .”; [Em. 65]

(e)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Jekk investigazzjoni ma tkunx tista’ tingħalaq fi żmien 12-il xahar wara li tkun infetħet, id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta, malli jiskadi dak il-perjodu ta’ 12-il xahar u f’intervalli ta’ sitt xhur wara dan, lill-Kumitat ta’ Sorveljanza, filwaqt li jindika r-raġunijiet u, fejn ikun xieraq, il-miżuri fid-dettall ir-raġunijiet għad-dewmien u l-miżuri ta’ rimedju previsti li ttieħdu bil-ħsieb li titħaffef l-investigazzjoni.”; [Em. 66]

(ea)

jiżdied il-paragrafu 8a:

“8a.     Ir-rapport għandu jinkludi, tal-anqas, deskrizzjoni qasira tal-fatti, il-kwalifika legali tagħhom, valutazzjoni tal-ħsara kkawżata jew li aktarx tiġi kkawżata, id-data ta' skadenza tal-perjodu ta' limitazzjoni statutorju, ir-raġunijiet għaliex ma setax jinżamm il-perjodu ta' tnax-il xahar, u l-miżuri ta' rimedju previsti bl-għan li titħaffef l-investigazzjoni, fejn applikabbli.” [Em. 67]

(7)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(-a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej

“1.     L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju mingħajr dewmien kull informazzjoni li jkollha x'taqsam ma' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan id-dmir għandu japplika għall-UPPE meta l-każijiet ikkonċernati ma jaqgħux fl-ambitu tal-mandat tiegħu f'konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament 2017/1939.” [Em. 68]

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jirrapportaw lill-UPPE, f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939, minflok jkunu konformi mal-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu billi huma jistgħu jibagħtu lill-Uffiċċju kopja tar-rapport li jkun intbagħat lill-UPPE.”; [Em. 69]

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jibagħtu , mingħajr dewmien, lill-Uffiċċju kull dokument jew informazzjoni li jkollhom relatata ma' investigazzjoni li tkun qed issir mill-Uffiċċju. [Em. 70]

Qabel ma tinfetaħ investigazzjoni, huma għandhom jibagħtu, fuq it-talba tal-Uffiċċju, kwalunkwe dokument jew informazzjoni li jżommu li jkunu meħtieġa sabiex jiġu vvalutat l-allegazzjonijiet jew sabiex jiġu applikati l-kriterji għall-ftuħ ta’ investigazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5(1).”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu mingħajr dewmien lill-Uffiċċju , fuq talba tal-Uffiċċju jew b'inizjattiva tagħhom stess, kull dokument ieħor jew informazzjoni li jkollhom u li jqisu rilevanti għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.”; [Em. 71]

(d)

jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-UPPE fejn jidħlu r-reati kriminali li fir-rigward tagħhom ikun jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Artikoli 22 u 25 mal-Kapitolu IV tar-Regolament 2017/1939. [Em. 72]

Dan hu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-UPPE jagħti informazzjoni rilevanti lill-Uffiċċju dwar il-każijiet f’konformità mal-Artikolu 34(8), l-Artikolu 36(6), l-Artikolu 39(4) u l-Artikolu 101(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/1939.”;

(8)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(-a)

fil-paragrafu 2, ir-raba’ subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ma għandhomx japplikaw għat-teħid ta' stqarrijiet fil-kuntest ta' verifiki u spezzjonijiet fuq il-post. Madankollu, il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata bid-drittijiet tagħha qabel ma ssir dikjarazzjoni, b'mod partikolari bid-dritt li tkun assistita minn persuna magħżula minnha.” [Em. 73]

(-aa)

fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Għal dak il-għan, l-Uffiċċju għandu jibgħat stedina lill-persuna kkonċernata biex tikkummenta bil-miktub jew f'interrogazzjoni mal-persunal magħżul mill-Uffiċċju. Din l-istedina għandha tinkludi ġabra fil-qosor tal-fatti li jikkonċernaw lill-persuna kkonċernata u l-informazzjoni mitluba mill-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, u għandha tindika l-limitu ta' żmien biex jintbagħtu l-kummenti, li ma għandux ikun anqas minn għaxart ijiem ta' xogħol minn meta tasal l-istedina għall-kummenti. Dak il-perijodu ta' avviż jista' jitqassar bil-kunsens espliċitu tal-persuna kkonċernata jew għal skopijiet irraġunati kif xieraq ta' urġenza tal-investigazzjoni. Ir-rapport finali tal-investigazzjoni għandu jagħmel referenza għal kwalunkwe kumment bħal dan.” [Em. 74]

(a)

fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“F’każijiet iġġustifikati debitament, meta huwa meħtieġ li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni u/jew meta huwa involut l-użu ta’ proċedimenti investigattivi li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-UPPE jew ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali, id-Direttur Ġenerali jista’ jiddeċiedi li jiddeferixxi t-twettiq tal-obbligi biex jistieden lill-persuna kkonċernata biex tikkummenta.”;

(aa)

jiżdied il-paragrafu 5a:

“5a.     Fil-każijiet meta l-Uffiċċju jirrakkomanda segwitu ġudizzjarju, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-kunfidenzjalità tal-informaturi, il-persuna kkonċernata għandu jkollha aċċess għar-rapport li jkun tfassal mill-Uffiċċju fl-ambitu tal-Artikolu 11 wara l-investigazzjoni tiegħu, u għal kwalunkwe dokument rilevanti, sakemm ikunu relatati ma' dik il-persuna u jekk, fejn japplika, la l-UPPE u lanqas l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ma joġġezzjonaw fi żmien perjodu ta' sitt xhur. Awtorizzazzjoni mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti tista' tingħata wkoll qabel ma jiskadi dan il-perjodu” [Em. 75]

(8a)

jiddaħħal l-Artikolu 9a:

“Artikolu 9a

Kontrollur ta' garanziji proċedurali

1.     Kontrollur ta' garanziji proċedurali (‘il-Kontrollur’) għandu jinħatar mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2, għal perjodu ta' ħames snin li ma jiġġeddidx. Malli jiskadi t-terminu tiegħu, huwa għandu jibqa' fil-kariga sakemm jinbidel.

2.     Wara sejħa għal applikazzjonijiet f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha toħloq lista ta' kandidati kwalifikati kif adatt għall-pożizzjonijiet tal-Kontrollur. Wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni għandha taħtar lill-Kontrollur.

3.     Il-Kontrollur għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tad-drittijiet u l-garanziji proċedurali.

4.     Il-Kontrollur għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b'indipendenza sħiħa u m'għandux ifittex u jieħu struzzjonijiet mingħand ħaddieħor fil-qadi ta' dmirijietu.

5.     Il-Kontrollur għandu jimmonitorja l-konformità tal-Uffiċċju mad-drittijiet u l-garanziji proċedurali. Huwa għandu jkun responsabbli biex jittratta l-ilmenti li l-Uffiċċju jirċievi.

6.     Il-Kontrollur għandu jirrapporta dwar l-eżerċizzju ta' din il-funzjoni fuq bażi annwali, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat ta' Sorveljanza u l-Uffiċċju. Huwa m'għandux jirreferi għal każijiet individwali taħt investigazzjoni u għandu jiżgura l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet anki wara l-għeluq tagħhom.” [Em. 76]

(8b)

jiddaħħal l-Artikolu 9b:

“Artikolu 9b

Mekkaniżmu tal-ilmenti

1.     L-Uffiċċju għandu, f'kooperazzjoni mal-Kontrollur, jieħu l-miżuri meħtieġa biex joħloq mekkaniżmu tal-ilmenti li jimmonitorja u jiżgura r-rispett tal-garanziji proċedurali fl-attivitajiet kollha tal-Uffiċċju.

2.     Kwalunkwe persuna kkonċernata minn investigazzjoni mill-Uffiċċju għandha tkun intitolata biex tippreżenta lment mal-Kontrollur rigward il-konformità tal-Uffiċċju mal-garanziji proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 9. Il-preżentazzjoni ta' lment m'għandu jkollha ebda effett sospensiv dwar it-twettiq tal-investigazzjoni li tkun għaddejja.

3.     Jistgħu jsiru lmenti mhux aktar tard minn xahar wara li l-ilmentatur isir konxju tal-fatti rilevanti li jikkostitwixxu l-allegat ksur tal-garanziji proċedurali tiegħu. Ebda lment ma jista' jiġi ppreżentat aktar tard minn xahar wara l-għeluq tal-investigazzjoni. Ilmenti relatati mal-perjodu ta' notifika msemmi fl-Artikolu 9(2) u (4) għandhom ikunu ppreżentati qabel ma jiskadi l-perjodu ta' notifika stabbilit f'dawk id-dispożizzjonijiet.

4.     Meta jirċievi lment, il-Kontrollur għandu jinforma lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju immedjatament u jagħti lill-Uffiċċju l-possibbiltà li jsolvi l-kwistjoni li tqajmet mill-ilmentatur, fi żmien 15-il jum ta' xogħol.

5.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-Kontrollur l-informazzjoni kollha li tista' tkun meħtieġa biex il-Kontrollur joħroġ rakkomandazzjoni.

6.     Il-Kontrollur għandu joħroġ rakkomandazzjoni dwar l-ilment mingħajr dewmien, iżda l-aktar tard fi żmien xahrejn minn meta l-Uffiċċju jinforma lill-Kontrollur dwar l-azzjoni li jkun ħa biex tiġi rimedjata l-kwistjoni jew wara l-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 3. Ir-rakkomandazzjoni tiġi ppreżentata lill-Uffiċċju u kkomunikata lill-ilmentatur. F'każijiet eċċezzjonali, il-Kontrollur jista' jiddeċiedi li jestendi l-perjodu biex tinħareġ ir-rakkomandazzjoni bi 15-il jum addizzjonali. Il-Kontrollur għandu jinforma lid-Direttur Ġenerali dwar ir-raġunijiet għall-estensjoni permezz ta' ittra. Fin-nuqqas ta' rakkomandazzjoni mill-Kontrollur fil-limiti ta' żmien stabbiliti f'dan il-paragrafu, il-Kontrollur għandu jitqies bħala li ċaħad l-ilment mingħajr rakkomandazzjoni.

7.     Mingħajr ma jindaħal fit-twettiq tal-investigazzjoni li tkun għaddejja, il-Kontrollur għandu jeżamina l-ilment fi proċedura kontenzjuża. Bil-kunsens tagħhom, il-Kontrollur jista' jitlob xhieda biex jipprovdu spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub li huwa jew hija jikkunsidra/tikkunsidra li huma rilevanti biex jiġu aċċertati l-fatti.

8.     Id-Direttur Ġenerali għandu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur dwar il-kwistjoni, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati li fihom huwa jew hija jista/tista' jiddevja/tiddevja minnha. Jekk id-Direttur Ġenerali jiddevja mir-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur, huwa jew hija għandu/għandha jikkomunika/tikkomunika lill-ilmentatur u lill-Kontrollur ir-raġunijiet ewlenin għal dik id-deċiżjoni, peress li din ma taffettwax l-investigazzjoni li tkun għaddejja. Huwa jew hija għandu/għandha jiddikjara/tiddikjara r-raġunijiet għalfejn ma ġietx segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur f'nota li għandha tinhemeż mar-rapport finali tal-investigazzjoni.

9.     Id-Direttur Ġenerali jista' jitlob l-opinjoni tal-Kontrollur dwar kwalunkwe suġġett relatat mar-rispett tal-garanziji proċedurali fil-mandat tal-Kontrollur, inkluż dwar id-deċiżjoni li tiġi ddiferita l-informazzjoni tal-persuna kkonċernata msemmija fl-Artikolu 9(3). Fi kwalunkwe talba bħal din, id-Direttur Ġenerali għandu jindika l-limitu ta' żmien li fih il-Kontrollur għandu jirrispondi.

10.     Mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal, meta jitressaq ilment mad-Direttur Ġenerali minn uffiċjal jew impjegat ieħor tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal u uffiċjal jew impjegat ieħor ikun ressaq ilment mal-Kontrollur relatat mal-istess kwistjoni, id-Direttur Ġenerali għandu jistenna rakkomandazzjoni tal-Kontrollur qabel ma jwieġeb l-ilment.” [Em. 77]

(9)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(-a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.     L-informazzjoni mogħtija jew miksuba waqt investigazzjonijiet barra minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun protetta mid-dispożizzjonijiet rilevanti fl-ambitu tal-liġi nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni.” [Em. 78]

(-aa)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.     L-informazzjoni mibgħuta jew miksuba matul l-investigazzjonijiet fi ħdan istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun soġġetta għas-segretezza professjonali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija mir-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni.” [Em. 79]

(-ab)

jiżdied il-paragrafu 3a:

“3a.     3a. L-Uffiċċju għandu jiżvela r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu wara li l-proċeduri nazzjonali u tal-Unjoni relatati kollha jkunu ġew konklużi mill-korpi responsabbli u l-iżvelar ma jaffettwax aktar l-investigazzjonijiet. L-iżvelar għandu jkun konformi mar-regoli u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data stabbiliti f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 1.” [Em. 80]

(a)

fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Uffiċċju għandu jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 24 f'konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE UE ) Nru 45/2001 2018 / 1725 ”; [Em. 81]

(aa)

jiżdied il-paragrafu 5a

“5a.     Il-persuni li jirrapportaw reati u ksur relatati mal-interessi finanzjarji tal-Unjoni lill-Uffiċċju għandhom jiġu protetti bis-sħiħ, b'mod partikolari permezz tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirrigwarda l-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni.” [Em. 82]

(10)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-rapport jista’ jeħtieġlu jiġi akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, jindikaw kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja, amministrattiva, finanzjarja u/jew ġudizzjarja mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u għandhom jispeċifikaw, b’mod partikolari, l-ammonti stmati li għandhom jiġu rkuprati, kif ukoll il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi tal-fatti stabbiliti.”; [Em. 83]

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   “Fit-tfassil ta’ tali rapport u rakkomandazzjonijiet, għandhom jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u, safejn applikabbli, tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

L-Uffiċċju għandu jieħu miżuri interni xierqa sabiex jiżgura l-kwalità konsistenti tar-rapporti finali u tar-rakkomandazzjonijiet, u jikkunsidra jekk hemmx bżonn li jiġu riveduti l-Linji Gwida dwar il-Proċeduri ta' Investigazzjoni, sabiex tiġi indirizzata kwalunkwe inkonsistenza possibbli. [Em. 84]

Wara verifika sempliċi tal-awtentiċità tagħhom, ir-rapporti mfassla fuq dik il-bażi , li jinkludu kull evidenza ta' appoġġ u annessa għal dawn ir-rapporti, għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji ta' natura mhux kriminali quddiem il-qrati nazzjonali, u fi proċedimenti amministrattivi fl-Istati Membri. Is-setgħa tal-qrati nazzjonali li jivvalutaw liberament l-evidenza m'għandhiex tiġi affettwata minn dan ir-Regolament. [Em. 85]

Ir-rapporti mfassla mill-Uffiċċju għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti kriminali tal-Istat Membru li fih l-użu tagħhom jirriżulta li huwa meħtieġ bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet bħar-rapporti amministrattivi mfassla minn spetturi amministrattivi nazzjonali. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli ta’ evalwazzjoni bħal dawk applikabbli għar-rapporti amministrattivi evalwazzjoni mill-ispetturi amministrattivi nazzjonali u għandu jkollhom l-istess valur ta’ prova bħal dawn ir-rapporti. [Em. 86]

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe regola tal-liġi nazzjonali rilevanti għall-iskopijiet tat-tielet tal-ewwel subparagrafu. [Em. 87]

Il-qrati nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe ċaħda ta' evidenza f'konformità ma' dan il-paragrafu. In-notifika għandha tinkludi l-bażi legali u ġustifikazzjoni dettaljata għaċ-ċaħda. Id-Direttur Ġenerali għandu, fir-rapporti annwali tiegħu skont l-Artikolu 17(4), jevalwa l-ammissibbiltà ta' evidenza fl-Istati Membri. [Em. 88]

Ir-rapporti magħmula mill-Uffiċċju għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati tal-Unjoni u fi proċedimenti amministrattivi fl-Unjoni.”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet mfassla wara investigazzjoni esterna u kull dokument relatat rilevanti għandhom jintbagħtu , skont kif ikun xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati f'konformità mar-regoli relatati mal-investigazzjonijiet esternijekk ikun meħtieġ, lill-istituzzjoni, lill-korp, lill-uffiċċju jew lill-aġenzija kkonfermata. Dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija għandha tieħu tali azzjoni bħala l-bażi tar-riżultati , b'mod partikolari ta' natura dixxiplinari jew legali, bħala r-riżultati tal-investigazzjoni esterna, u għandha tirraporta tirrapporta dwarha lill-Uffiċċju sal-iskadenza stipulata fir-rakkomandazzjonijiet li jakkumpanjaw ir-rapport, u, barra minn hekk, fuq talba tal-Uffiċċju. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lura lill-Uffiċċju fi żmien disa' xhur dwar l-azzjonijiet li ttieħdu bi tweġiba għar-rapport tal-każijiet. ”; [Em. 89]

(ca)

paragraph 4 is deleted; [Am. 90]

(cb)

il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.     Meta r-rapport maħruġ wara investigazzjoni juri l-eżistenza ta' fatti li jistgħu iwasslu għal azzjonijiet penali, dik l-informazzjoni għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12c u 12d.” [Em. 91]

(cc)

jiddaħħal il-paragrafu 6a:

“6a.     L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet dixxiplinari, amministrattivi, finanzjarji u ġudizzjarji li saru mid-Direttur Ġenerali skont il-paragrafi 1 u 3, u għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju rapport dettaljat tal-azzjonijiet li ttieħdu sal-31 ta' Marzu kull sena, inklużi r-raġunijiet għan-nuqqas ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju fejn applikabbli” [Em. 92]

(cd)

il-paragrafu 8 huwa modifikat kif ġej:

“8.     Fejn informatur ipprovda lill-Uffiċċju b'informazzjoni li wasslet għal investigazzjoni, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lil dak l-informatur li l-investigazzjoni tkun ingħalqet. Madankollu l-Uffiċċju jista'jiċħad kwalunkwe talba bħal din jekk iqis li tkun tali li tippreġudika l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, l-effettività tal-investigazzjoni u tal-azzjoni li għandha tittieħed warajha, jew kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.” [Em. 93]

(10a)

Wara l-Artikolu 11, jiddaħħal Artikolu ġdid:

“Artikolu 11a

Azzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali

Kwalunkwe persuna kkonċernata tista' tressaq azzjoni kontra l-Kummissjoni għall-annullament tar-rapport ta' investigazzjoni li jkun intbagħat lill-awtoritajiet nazzjonali jew lill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 11(3) minħabba raġunijiet ta' nuqqas ta' kompetenza, ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali, ksur tat-Trattati, inkluż ksur tal-Karta, jew użu ħażin tas-setgħat.” [Em. 94]

(11)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(-a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11 ta' dan ir-Regolament u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju jista' jibgħat fiż-żmien dovut lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati informazzjoni miksuba waqt kontrolli jew spezzjonijiet fuq il-post skont l-Artikolu 3 biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni adattat f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom. Huwa jista' jibgħat ukoll informazzjoni lill-istituzzjoni, lill-korp, lill-uffiċċju jew lill-aġenzija kkonċernata.” [Em. 95]

(a)

fil-paragrafu 1 tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Huwa jista’ jibgħat ukoll informazzjoni lill-istituzzjoni, lill-korp, lill-uffiċċju jew lill-aġenzija kkonċernata.”; [Em. 96]

(aa)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, id-Direttur Ġenerali għandu jibgħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat informazzjoni miksuba mill-Uffiċċju, waqt investigazzjonijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, dwar fatti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali.” [Em. 97]

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom, sakemm ma jitwaqqfux mil-liġi nazzjonali, jinfurmaw lill-Uffiċċju fi żmien dovut, dwar l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-Uffiċċju, xahar tal-azzjoni meħuda abbażi tal-informazzjoni li ntbagħtet lihom lilhom skont dan l-Artikolu.”; [Em. 98]

(c)

jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   L-Uffiċċju jista’ jiskambja, fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba, informazzjoni rilevanti man-netwerk tal-Eurofisc stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (17).”;

(12)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 12a

Servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi fl-Istati membri

1.   L-Istati Membri għandhom, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, jagħżlu servizz (‘is-servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi’) biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni effettiva u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni ta’ natura operazzjonali, mal-Uffiċċju. Fejn ikun meħtieġ, f’konformità mal-liġi nazzjonali, is-servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi jista’ jitqies bħala awtorità kompetenti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fuq talba tal-Uffiċċju, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le, kif ukoll matul u wara investigazzjoni, is-servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi għandu jagħtu, jiksbu jew jikkoordinaw l-assistenza meħtieġa biex l-Uffiċċju jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv. Dik l-assistenza għandha tinkludi b’mod partikolari l-assistenza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti prevista f’konformità mal-Artikolu 3(6) u (7), l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(2) u (3).

3.   L-Uffiċċju jista’ jitlob l-assistenza tas-servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi meta jkun qed iwettaq attivitajiet ta’ koordinament f’konfirmità mal-Artikolu 12b, inkluż, fejn ikun xieraq, kooperazzjoni orizzontali u skambju ta’ informazzjoni bejn is-servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi.

Artikolu 12b

Attivitajiet ta' koordinament

1.   Skont l-Artikolu 1(2), l-Uffiċċju jista’ jorganizza u jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, kif ukoll, f’konformità mal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza reċiproka u kwalunkwe strument legali ieħor fis-seħħ, mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet parteċipanti u l-Uffiċċju jistgħu jiġbru, janalizzawu jiskambjaw informazzjoni, inkluża informazzjoni operattiva. Il-persunal tal-Uffiċċju jista’ jakkumpanja lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet investigattivi fuq talba ta’ dawk l-awtoritajiet. Għandhom japplikaw l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(6) u (7), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 10.

2.   L-Uffiċċju jista’ jfassal rapport dwar l-attivitajiet ta’ koordinament imwettqa u jibagħtu, fejn ikun xieraq, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kkonċernati.

3.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar mill-Uffiċċju tas-setgħat konferiti fuq il-Kummissjoni f’dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni.

3a.     L-obbligi ta' assistenza amministrattiva reċiproka skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97  (18) u r-Regolament (UE) Nru 608/2013  (19) għandhom japplikaw ukoll għal attivitajiet ta' koordinazzjoni relatati mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej f'konformità ma' dan l-Artikolu. [Em. 99]

4.   L-Uffiċċju jista’ jipparteċipa f’timijiet ta’ investigazzjoni konġunta stabbiliti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni applikabbli u, f'dan il-qafas, jiskambja informazzjoni operattiva li tinkiseb skont dan ir-Regolament.

Artikolu 12c

Rappurtar lill-UPPE dwar kwalunkwe mġiba kriminali li fuqha jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu

1.   L-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe mġiba kriminali li fir-rispett tagħha l-UPPE jkun jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 25 (2) u (3) mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2017/1939. Ir-rapport għandu jintbagħat f'kwalunkwe stadju mill-aktar fis possibbli qabel jew matul investigazzjoni tal-Uffiċċju. [Em. 100]

2.   Ir-rapport għandu jinkludi bħala minimu, deskrizzjoni tal-fatti, u informazzjoni magħrufa mill-Uffiċċju, inklużi valutazzjoni tal-ħsara kkawżata jew li x'aktarx tiġi kkawżata, meta l-Uffiċċju jkollu tali informazzjoni, il-kwalifika ġuridika possibbli u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar vittmi potenzjali, persuni suspettati u kwalunkwe persuna oħra involuta. Flimkien mar-rapport, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-UPPE kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li jkollu dwar il-każ. [Em. 101]

3.   L-Uffiċċju m’għandux ikun marbut li jirrapporta lill-UPPE allegazzjonijiet manifestament mhux sostanzjati.

F'każijiet fejn l-informazzjoni rċevuta mill-Uffiċċju ma tinkludix l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2, u ma tkun għaddejja l-ebda investigazzjoni tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista' jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet. L-evalwazzjoni għandha titwettaq mingħajr dewmien u f'kull każ fi żmien xahrejn minn meta tiġi rċevuta l-informazzjoni. Matul din l-evalwazzjoni, għamndhom għandhom japplikaw l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(2). L-Uffiċċju għandu jżomm lura milli jwettaq kwalunkwe miżura li jaf tipperikola xi investigazzjonijiet futuri possibbli tal-UPPE. [Em. 102]

Wara din l-evalwazzjoni preliminari, l-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-UPPE dwar jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jigux issodisfati.

4.   Fejn l-imġiba msemmija fil-paragrafu 1 tirriżulta matul investigazzjoni mill-Uffiċċju, u l-UPPE jiftaħ investigazzjoni wara r-rapport, l-Uffiċċju m'għandux ikompli l-investigazzjoni tiegħu dwar l-istess fatti għajr f’konformità mal-Artikoli 12e jew 12f.

Bl-għan li jiġi applikat l-ewwel subparagrafu, l-Uffiċċju, f’konformità mal-Artikolu 12 g(2) u permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE, jekk l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni. L-Uffiċċju jista’ jitlob aktar informazzjoni mill-UPPE. L-UPPE għandu jwieġeb għal din it-talba fi żmien 10 jiem ta’ xogħol.

5.   L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jistgħu jitolbu lill-Uffiċċju jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet li ġew irrapportati lilhom. Għall-iskopijiet ta' dawk it-talbiet, il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis. L-Uffiċċju għandu japplika l-paragrafu 3 jinforma lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni preliminari, sakemm il-provvista ta' tali informazzjoni ma tkunx tipperikola investigazzjoni li tkun qed titwettaq mill-Uffiċċju jew mill-UPPE. [Em. 103]

6.   Fejn, wara r-rapport lill-UPPE f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Uffiċċju jagħlaq l-investigazzjoni tiegħu, l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 11 m'għandhomx japplikaw.

Artikolu 12d

Nuqqas ta’ dupplikazzjoni tal-investigazzjonjiet

1.    Id-Direttur Ġenerali m'għandux jiftaħ investigazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5 , u għandu jwaqqaf investigazzjoni li tkun għaddejja, jekk l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni dwar l-istess fatti, għajr jekk mhux f'koformità f'konformità mal-Artikolu 12e jew l-Artikolu 12f. Id-Direttur Ġenerali għandu jinforma lill-UPPE rigward kull deċiżjoni li ma jinfetaħx jew jitwaqqaf każ, meħuda għal dawn ir-raġunijiet. [Em. 104]

Bl-għan li jiġi applikat l-ewwel subparagrafu, l-Uffiċċju, f'konformità mal-Artikolu 12 g(2) u permezz tas-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE, jekk l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni. L-Uffiċċju jista' jitlob aktar informazzjoni mill-UPPE. L-UPPE għandu jwieġeb għal din it-talba fi żmien 10 jiem ta' xogħol. Din l-iskadenza tista' tiġi estiża f'każijiet eċċezzjonali soġġetta għal modalitajiet li għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 12 g(1). [Em. 105]

Meta l-Uffiċċju jagħlaq l-investigazzjoni tiegħu f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 11 m'għandhomx japplikaw. [Em. 106]

1a.     Fuq talba mill-UPPE, l-Uffiċċju għandu jżomm lura milli jwettaq ċerti atti jew miżuri li jistgħu jipperikolaw investigazzjoni jew prosekuzzjoni li tkun qed titwettaq mill-UPPE. L-UPPE għandu jinnotifika lill-Uffiċċju mingħajr dewmien żejjed meta r-raġunijiet għal tali talba ma jibqgħux japplikaw. [Em. 107]

1b.     Meta l-UPPE jagħlaq jew iwaqqaf investigazzjoni li dwarha jkun irċieva informazzjoni mingħand id-Direttur Ġenerali skont il-paragrafu 1 u li tkun rilevanti għall-eżerċizzju tal-mandat tal-Uffiċċju, dan għandu jinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien żejjed u jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar investigazzjonijiet amministrattivi ta' segwitu. [Em. 108]

Artikolu 12e

L-appoġġ tal-Uffiċċju lill-UPPE

1.   Matul investigazzjoni li ssir mill-UPPE, u fuq it-talba tal-UPPE, f’konformità mal-Artikolu 101(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju għandu, f’konformità mal-mandat tiegħu, jappoġġja jew jikkomplementa l-attività tal-UPPE b’mod partikolari billi:

(a)

jipprovdi informazzjoni, analiżi (inkluż analiżi forensika), għarfien espert u appoġġ operazzjonali;

(b)

jiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali kompetenti u l-korpi tal-Unjoni;

(c)

iwettaq investigazzjonijiet amministrattivi.

2.   Skont Talba skont il-paragrafu 1, talba għandha tintbagħat bil-miktub u għandha tispeċifika mill-anqas:

(a)

informazzjoni dwar l-investigazzjoni tal-UPPE sa fejn ikun rilevanti għall-għan tat-talba;

(b)

il-miżura jew il-miżuri li l-UPPE jitlob lill-Uffiċċju jwettaq; u,

(c)

fejn ikun xieraq, l-iskeda ta' żmien prevista biex dawn isiru;

(d)

Hija għandha tinkludi informazzjoni dwar l-investigazzjoni tal-UPPE sa fejn ikun rilevanti għall-għan tat-talba. kwalunkwe struzzjoni skont il-paragrafu 2a.

Fejn ikun meħtieġ, l-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni addizzjonali. [Em. 109]

2a.     Sabiex tiġi protetta l-ammissibbiltà tal-evidenza kif ukoll id-drittijiet fundamentali u l-garanziji proċedurali, meta l-Uffiċċju jwettaq miżuri ta' sostenn jew komplementarji fuq talba tal-UPPE skont dan l-Artikolu, l-UPPE jista' jagħti struzzjonijiet lill-Uffiċċju biex japplika standards ogħla ta' drittijiet fundamentali, garanziji proċedurali u protezzjoni tad-data minn dawk previsti f'dan ir-Regolament. Waqt li jagħmel dan, huwa għandu jispeċifika fid-dettall ir-rekwiżiti formali u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati.

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe struzzjoni speċifika bħal din mill-UPPE, il-Kapitolu VI (salvagwardji proċedurali) u l-Kapitolu VIII (protezzjoni tad-data) tar-Regolament (UE) 2017/1939 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-miżuri li jitwettqu mill-Uffiċċju skont dan l-Artikolu. [Em. 110]

Artikolu 12f

Investigazzjonijiet kumplimentari

1.   F'każijiet iġġustifikati debitament debitament iġġustifikati fejn l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni, fejn id-Direttur Ġenerali jikkunsidra li għandha tinfetaħ jew titkompla investigazzjoni f'konformità mal-mandat tal-Uffiċċju bl-għan li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' miżuri ta' prekawzjoni jew ta' azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-UPPE bil-kitba, fejn jispeċifika n-natura u l-iskop tal-investigazzjoni , u jfittex il-kunsens bil-miktub tal-UPPE biex tinfetaħ investigazzjoni komplementari . [Em. 111]

Fi żmien 30 20  ġurnata ta' xogħol wara li tkun waslet din l-informazzjoni tkun ġiet irċevuta, l-UPPE jista' , l-UPPE għandu jew jagħti l-approvazzjoni tiegħu jew joġġezzjona għall-ftuħ jew kontinwazzjoni ta' investigazzjoni jew għall-prestazzjoni ta' ċerti atti kwalunkwe att li jappartjenu jappartjeni għall-investigazzjoni, fejn ikun meħtieġ, sabiex jevita milli jipperikola l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tiegħu stess, u sakemm jippersistu dawn ir-raġunijiet. F'sitwazzjonijiet debitament ġustifikati, l-UPPE jista' jestendi l-iskadenza b'10 ijiem ta' xogħol addizzjonali. Huwa għandu jinforma lill-Uffiċċju dwar dan.

F'każ li l-UPPE joġġezzjona, l-Uffiċċju m'għandux jiftaħ investigazzjoni komplementari. F'dak il-każ, l-UPPE għandu jinnotifika lill-Uffiċċju mingħajr dewmien żejjed meta r-raġunijiet għall-oġġezzjoni ma jibqgħux japplikaw. [Em. 112]

Fil-każ li l-UPPE ma joġġezzjonax fi żmien l-iskadenza tas-subparagrafu preċedenti jagħti l-kunsens tiegħu , l-Uffiċċju jista' jiftaħ jew ikompli investigazzjoni, u għandu jwettaqha f'konsultazzjoni mil-qrib mal-UPPE. [Em. 113]

Jekk l-UPPE ma jweġibx sal-iskadenza stabbilita fit-tieni subparagrafu, l-Uffiċċju jista' jibda konsultazzjonijiet mal-UPPE sabiex jieħu deċiżjoni fi żmien 10 ġranet. [Em. 114]

L-Uffiċċju għandu jissospendi jew iwaqqaf l-investigazzjoni tiegħu, jew iżomm lura milli jwettaq ċerti atti li jappartjenu għall-investigazzjoni, jekk l-UPPE sussegwentement joġġezzjona għaliha, fuq l-istess raġunijiet kif imsemmi fit-tieni subparagrafu.

2.   Meta l-UPPE jinforma lill-Uffiċċju li huwa ma jkunx qed iwettaq investigazzjoni bħala risposta għal talba għal informazzjoni sottomessa f’konformità mal-Artikolu 12d u sussegwentement jiftaħ investigazzjoni dwar l-istess fatti, huwa għandu jinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien. Jekk, wara li din l-informazzjoni tiġi rċevuta, id-Direttur Ġenerali jikkunsidra li l-investigazzjoni li nfetħet mill-Uffiċċju għandha titkompla bl-għan li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ prekawzjoni jew azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva, għandu japplika l-paragrafu (1).

Artikolu 12 g

Arranġamenti ta’ ħidma u skambju ta’ informazzjoni mal-UPPE

1.   Fejn ikun meħtieġ biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni mal-UPPE kif stabbilit fl-Artikolu 1(4a), l-Uffiċċju għandu jilħaq ftehim mal-UPPE dwar l-arranġamenti amministrattivi. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma jistgħu jistabbilixxu dettalji prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni, inkluża data personali, informazzjoni operattiva, strateġika jew teknika u informazzjoni klassifikata , kif ukoll l-istabbiliment ta' pjattaformi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, inkluż approċċ komuni għall-aġġornamenti u l-kompatibbiltà tas-softwer . Huma għandhom jinkludu arranġamenti dettaljati dwar l-iskambju kontinwu ta' informazzjoni matul l-irċevuta u l-verifika tal-allegazzjonijiet bl-għan li jiġu determinati l-kompetenzi fuq l-investigazzjonijiet imwettqa miż-żewġ uffiċċji. Huma għandhom jinkludu wkoll arranġamenti dwar it-trasferiment tal-evidenza bejn l-Uffiċċju u l-UPPE, kif ukoll arranġamenti dwar id-diviżjoni tal-ispejjeż.

Qabel l-adozzjoni tal-arranġamenti ta' ħidma mal-UPPE, id-Direttur Ġenerali għandu jibgħat l-abbozz lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kumitat ta' Sorveljanza u lill-Parlament Ewropew bħala informazzjoni. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Kumitat ta' Sorveljanza għandhom jagħtu l-opinjonijiet tagħhom mingħajr dewmien. [Em. 115]

2.   L-Uffiċċju għandu jkollu aċċess indirett għal informazzjoni fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE abbażi ta’ sistema hit/no-hit. Kull meta jinstab tqabbil bejn data mdaħħla fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet mill-Uffiċċju u data miżmuma mill-UPPE, il-fatt li jkun hemm tqabbil għandu jiġi kkomunikat kemm lill-UPPE kif ukoll lill-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu jieħu miżuri xierqa biex l-UPPE jkun jista’ jkollu aċċess għal informazzjoni fis-sistema tiegħu ta’ ġestjoni tal-każijiet abbażi ta’ sistema hit/no-hit.”;

Kull aċċess indirett għal informazzjoni fis-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE mill-Uffiċċju għandu jitwettaq biss sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tal-Uffiċċju kif iddefinit skont dan ir-Regolament u għandu jkun debitament ġustifikat u vvalidat permezz ta' proċedura interna stabbilita mill-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu jżomm reġistru tal-istanzi kollha ta' aċċess għas-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE. [Em. 116]

2a.     Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju u l-Kap Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jiltaqgħu minn tal-inqas darba fis-sena biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' interess komuni. ”; [Em. 117]

(12a)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu b'mod partikolari jimmonitorja l-iżviluppi dwar l-applikazzjoni ta' garanziji proċedurali u t-tul tal-investigazzjonijiet” [Em. 118]

(b)

fil-paragrafu 1, il-ħames subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jingħata aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha li jqis li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, inklużi rapporti u rakkomandazzjonijiet dwar investigazzjonijiet magħluqa u każijiet miċħuda, madankollu mingħajr ma jfixklu t-twettiq tal-investigazzjonijiet li jkunu għaddejja, u b'attenzjoni dovuta għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità u ta' protezzjoni tad-data.” [Em. 119]

(c)

fil-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jaħtar il-president tiegħu. Huwa għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, li, qabel ma jkunu adottati, għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bħala informazzjoni. Laqgħat tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandhom jissejħu fuq inizjattiva tal-president tiegħu jew tad-Direttur Ġenerali. Huwa għandu jlaqqa' mill-inqas 10 laqgħat fis-sena. Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b' maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu. Is-segretarjat tiegħu għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat ta' Sorveljanza. Qabel ma jinħatar kwalunkwe membru tal-persunal fis-segretarjat, il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jiġi kkonsultat u l-fehmiet tiegħu għandhom jitqiesu. Is-segretarjat għandu jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tal-Kumitat ta' Sorveljanza u b'mod indipendenti mill-Kummissjoni. Mingħajr preġudizzju għall-kontroll tagħha fuq il-baġit tal-Kumitat ta' Sorveljanza u tas-segretarjat tiegħu, il-Kummissjoni m'għandhiex tindaħal fil-funzjonijiet ta' monitoraġġ tal-Kumitat ta' Sorveljanza.” [Em. 120]

(13)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(-a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.     Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiltaqgħu darba fis-sena mad-Direttur Ġenerali għal skambju ta' fehmiet fuq livell politiku biex jiddiskutu l-politika tal-Uffiċċju dwar il-metodi ta' prevenzjoni u ta' ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jipparteċipa fl-iskambju ta' fehmiet. Il-Kap Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa mistieden jipparteċipa fl-iskambju ta' fehmiet. Ir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Eurojust u/jew il-Europol jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu fuq bażi ad hoc fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, id-Direttur Ġenerali jew il-Kumitat ta' Sorveljanza.” [Em. 121]

(a)

fil-paragrafu 1, it-tielet sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-UPPE, il-Eurojust u/jew il-Europol jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu fuq bażi ad hoc fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, id-Direttur Ġenerali jew il-Kumitat ta’ Sorveljanza.”; [Em. 122]

(aa)

fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“2.     L-iskambju ta' fehmiet jista' jkun relatat ma' kwalunkwe suġġett li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwaru. B'mod aktar partikolari, l-iskambju ta' fehmiet jistgħu jkun relatat ma’:” [Em. 123]

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

iil-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, b'mod partikolari l-UPPE , u l-azzjoni meħuda dwar ir-rapporti ta' investigazzjoni finali tal-Uffiċċju u informazzjoni oħra mibgħuta mill-Uffiċċju; ”; [Em. 124]

(ba)

fil-paragrafu 2, il-punt e jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u r-rapporti ta' investigazzjoni finali tal-Uffiċċju u informazzjoni oħra mibgħuta mill-Uffiċċju;” [Em. 125]

(bb)

jiddaħħal paragrafu ġdid:

“4a.     Il-presidenza tal-iskambju tal-fehmiet għandha t'alterna bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.” [Em. 126]";

(14)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(-a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.     L-Uffiċċju jitmexxa minn Direttur Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali jinħatar mill-Kummissjoni, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2. Il-mandat tad-Direttur Ġenerali jkun ta' seba' snin u ma jiġġeddidx. Id-Direttur Ġenerali għandu jiġi reklutat bħala aġent temporanju skont ir-Regolamenti tal-Persunal.” [Em. 127]

(-aa)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.     Biex taħtar Direttur Ġenerali ġdid, il-Kummissjoni tippubblika sejħa għal applikazzjonijiet f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din il-pubblikazzjoni ssir mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Ġenerali fil-kariga. Wara li tkun ingħatat opinjoni favorevoli mill-Kumitat Superviżorju dwar il-proċedura ta' għażla applikata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tħejji lista ta' kandidati li jkunu kkwalifikati kif xieraq. Id-Direttur Ġenerali għandu jiġi nnominat bi qbil komuni bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u, sussegwentement, għandu jinħatar minn din tal-aħħar.” [Em. 128]

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Id-Direttur Ġenerali la għandu jfittex, u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija fil-qadi ta’ dmirijietu fir-rigward tal-ftuħ u t-twettiq ta’ investigazzjonijiet esterni u interni jew attivitajiet ta’ koordinament, jew fl-abbozzar ta’ rapporti wara investigazzjonijiet attivitajiet ta’ koordinament bħal dawk. Jekk id-Direttur iqis li miżura meħuda mill-Kummissjoni titfa’ dubju fuq l-indipendenza tiegħu, huwa għandu jinforma minnufih lill-Kumitat ta’ Sorveljanza, u għandu jiddeċiedi jekk iressaqx azzjoni kontra l-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.”; [Em. 129]

(aa)

il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.     Id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta regolarment, u mill-anqas kull sena, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sejbiet ta' investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju, l-azzjoni meħuda, il-problemi li kien hemm u s-segwitu tal-Uffiċċju għar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kumitat ta' Sorveljanza f'konformità mal-Artikolu 15, waqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u tal-informaturi, u, fejn ikun xieraq, id-dritt nazzjonali applikabbli għal proċedimenti ġudizzjarji.

Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-livell ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(2) u (6a).” [Em. 130]

(ab)

jiżdied il-paragrafu 4a:

“4a.     Fuq talba tal-Parlament Ewropew fil-kuntest tad-drittijiet tiegħu marbuta mal-kontroll baġitarju, id-Direttur Ġenerali jista' jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju filwaqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta' segwitu. Il-Parlament Ewropew għandu jiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mogħtija f'konformità ma' dan il-paragrafu.” [Em. 131]

(ac)

fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu huwa mħassar; [Em. 132]

(b)

fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

dwar każijiet li fihom l-informazzjoni tkun intbagħtet lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri u jew lill-UPPE;”, [Em. 133]

(ba)

fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu, jiddaħħal punt ġdid:

“(ba)

ta' każijiet miċħuda;” [Em. 134]

(bb)

ta' każijiet miċħuda;

“7.     Id-Direttur Ġenerali għandu jimplimenta mekkaniżmu intern ta' konsulenza u kontroll, inkluż verifika ta' legalità, dwar fost l-oħrajn ir-rispett tal-garanziji proċedurali u d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati u tax-xhieda, u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, b'referenza partikolari għall-Artikolu 11(2). Il-verifika tal-legalità tal-investigazzjonijiet għandha ssir minn esperti tad-dritt u tal-proċeduri ta' investigazzjoni tal-Uffiċċju li huma kkwalifikati biex iwettqu funzjoni ġudizzjarja fi Stat Membru. L-opinjoni tagħhom għandha tkun mehmuża mar-rapport finali tal-investigazzjoni.” [Em. 135]

(bc)

il-paragrafu 8 jinbidel b'dan li ġej:

“8.     Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 19a dwar l-istabbiliment ta' kodiċi proċedurali għall-investigazzjonijiet li għandu jiġi rrispettat mill-persunal tal-Uffiċċju. Dawn l-atti delegati għandhom ikopru, b'mod partikolari:

(a)

il-prattiki li għandhom jiġu osservati fl-implimentazzjoni tal-mandat u l-istatut tal-Uffiċċju;

(b)

ir-regoli dettaljati li jirregolaw il-proċeduri tal-investigazzjoni kif ukoll l-atti ta' investigazzjoni permessi;

(c)

id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati;

(d)

il-garanziji proċedurali;

(da)

id-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data u l-politiki dwar il-komunikazzjoni u l-aċċess għad-dokumenti;

(db)

id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika tal-legalità u l-mezzi ta' rimedju miftuħa għall-persuni kkonċernati;

(dc)

ir-relazzjonijiet mal-UPPE.

Matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat ta' Superviżjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Kwalunkwe att delegat adottat f'konformità ma' dan il-paragrafu għandu jiġi ppubblikat għal skopijiet ta' informazzjoni fuq is-sit web tal-Uffiċċju fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.” [Em. 136]

(b)

Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

relazzjonijiet mal-UPPE.”; [Em. 137]

(ca)

fil-paragrafu 9, fl-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej

“Qabel ma timponi kwalunkwe penali dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali jew qabel ma tneħħi l-immunità tiegħu jew tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat ta' Sorveljanza.” [Em. 138]

(14a)

l-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 19

Rapport ta' evalwazzjoni u reviżjoni

Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data ddeterminata f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-effettività u l-effiċjenza tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-UPPE. Dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn opinjoni tal-Kumitat ta' Sorveljanza.

Mhux aktar tard minn sentejn wara l-preżentazzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni skont l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex timmodernizza l-qafas tal-Uffiċċju, inkluż regoli addizzjonali jew aktar dettaljati dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju, il-funzjonijiet tiegħu jew il-proċeduri applikabbli għall-attivitajiet tiegħu, b'attenzjoni partikolari mogħtija lill-kooperazzjoni tiegħu mal-UPPE, lill-investigazzjonijiet transfruntiera lill-investigazzjonijiet fl-Istati Membri li mhux qegħdin jipparteċipaw fl-UPPE.” [Em. 139]

(14b)

Jiddaħħal Artikolu 19a ġdid:

“Artikolu 19a

Eżerċizzju tad-delega

1.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(8) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin minn … (data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.     Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 17(8) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tieħu effett l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.     Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.     Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.” [Em. 140]

Artikolu 2

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-Artikoli 12c sa 12f imsemmija fil-punt 12 fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw mid-data ddeterminata f’koformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 42, 1.2.2019, p. 1.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019.

(3)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(6)  COM(2017)0589 Ir-rapport ġie akkumpanjat minn evalwazzjoni ta’ Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2017)0332 u Opinjoni tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Uffiċċju, Opinjoni 2/2017.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritjiet oħra, ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(8)  L-Artikolu 129 se jiddaħħal fir-Regolament (UE) 2018/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Regolament Finanzjarju ġdid), li dwaru ntlaħaq ftehim politiku u li huwa mistenni li jiġi adottat fix-xhur li ġejjin.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.

(10)   Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1.

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(13)  ĠU C …

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (‘l-UPPE’) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(15)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(16)  L-Artikolu 32a(3) se jiddaħħal fid-Direttiva (UE) 2015/849 permezz tad-Direttiva (UE) 2018/XX tal-Parlament Ewropew u li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849, li dwarha ntlaħaq ftehim politiku fid-19 ta’ Diċembru 2017 u li huwa mistenni li tiġi adottata fix-xhur li ġejjin.

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

(18)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 082, 22.3.1997, p. 1).

(19)   Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).


Top