Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0230

    P8_TA(2019)0230 It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD)) P8_TC1-COD(2018)0148 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 108, 26.3.2021, p. 196–230 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/196


    P8_TA(2019)0230

    It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2021/C 108/23)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0296),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 u 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0190/2018),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

    wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2019),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 280.


    P8_TC1-COD(2018)0148

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 194(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni hija impenjata li tibni Unjoni tal-Enerġija b’politika progressiva dwar il-klima. L-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil hija element kruċjali tal-Qafas ta’ Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, u hija fundamentali għall-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija.

    (2)

    Il-Kummissjoni wettqet rieżami (3) tal-effettività tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u identifikat il-bżonn li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet tiegħu biex l-effettività tittejjeb.

    (3)

    Jixraq li r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 jiġi ssostitwit b'Regolament ġdid, li jinkorpora emendi li saru fl-2011, u li jimmodifika u jtejjeb uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu sabiex il-kontenut jiġi ċċarat u aġġornat, filwaqt li jitqies jqis il-progress teknoloġiku li sar fl-aħħar snin fil-qasam tat-tajers. Madankollu, peress li l-provvista u d-domanda ftit li xejn inbidlu f'termini tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, f'dan l-istadju m'hemmx bżonn li tinbidel l-iskala ta' gradazzjoni għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu eżaminati r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta' żvilupp u l-fatturi tax-xiri, bħalma huma l-prezz, il-prestazzjoni, eċċ.. [Em. 1]

    (4)

    Is-settur tat-trasport jirrappreżenta terz tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni. Fl-2015, it-trasport bit-triq kien responsabbli għal madwar 22 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE. It-tajers, l-aktar minħabba r-reżistenza għad-dawrien tagħhom, jirrappreżentaw bejn 5 % u 10 % tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi. Għaldaqstant, it-tnaqqis fir-reżistenza għad-dawrien tat-tajers jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-trasport bit-triq, u b'hekk ukoll għat-tnaqqis fl-emissjonijiet u għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport . [Em. 2]

    (4a)

    Sabiex tiġi indirizzata l-isfida tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-trasport bit-triq, huwa xieraq li l-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jipprovdu inċentivi favur l-innovazzjoni ta' proċess teknoloġiku ġdid għat-tajers C1, C2 u C3 effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u sikuri. [Em. 3]

    (5)

    It-tajers huma kkaratterizzati minn għadd ta’ parametri marbutin ma’ xulxin. It-titjib ta’ parametru wieħed bħar-reżistenza għad-dawrien jista’ jolqot ħażin parametri oħra, bħall-qabda fuq l-imxarrab, u bil-maqlub, it-titjib tal-qabda fuq l-imxarrab jista’ jolqot ħażin l-istorbju estern tad-dawrien. Jenħtieġ li l-manifatturi tat-tajers jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha lil hinn mill-istandards diġà miksuba. [Em. 4, Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.]

    (6)

    It-tajers li huma effiċjenti fl-użu tal-fjuwil jistgħu jkunu kosteffettivi, billi l-iffrankar fuq il-fjuwil imur lil hinn mis-sempliċi kumpens għaż-żieda fil-prezz tax-xiri tat-tajers minħabba l-kostijiet ogħla ta’ produzzjoni tagħhom.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi rekwiżiti minimi għar-reżistenza għad-dawrien tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li t-telf tal-enerġija jitnaqqas permezz ta’ reżistenza għad-dawrien tat-tajers li tkun ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi. Għaldaqstant, sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport bit-triq, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet għat-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkun mħeġġa jixtru tajers iktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, billi tingħata informazzjoni armonizzata u aġġornata fuq dan il-parametru.

    (7a)

    It-titjib tat-tikkettar tat-tajers se jippermetti li l-konsumaturi jiksbu informazzjoni aktar rilevanti u kumparabbli dwar l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, is-sikurezza u l-istorbju u jieħdu deċiżjonijiet ta' xiri kosteffettivi u b'rispett lejn l-ambjent meta jiġu biex jixtru tajers ġodda. [Em. 5]

    (8)

    L-istorbju tat-traffiku huwa ta’ fastidju sinifikanti u għandu effett ta’ ħsara għas-saħħa. Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-istorbju estern tad-dawrien tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-istorbju estern tad-dawrien jitnaqqas ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi. Għaldaqstant, sabiex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkunu mħeġġa jixtru tajers li jagħmlu inqas storbju estern tad-dawrien, billi tingħata informazzjoni armonizzata fuq dan il-parametru.

    (9)

    L-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-istorbju estern tad-dawrien jiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġi limitat l-istorbju tat-traffiku, u jikkontribwixxi għal aktar għarfien tal-effett tat-tajers fuq l-istorbju tat-traffiku fil-qafas tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

    (10)

    Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tat-tajers fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-qabda fuq l-imxarrab tittejjeb ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi, u b’hekk li jitnaqqsu d-distanzi tal-ibbrejkjar fuq l-imxarrab. Għaldaqstant, sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkunu mħeġġa jixtru tajers bi prestazzjoni għolja fejn tidħol il-qabda fuq l-imxarrab, billi tingħata informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.

    (11)

    Sabiex jiġi żgurat allinjament mal-qafas internazzjonali, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirreferi għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 (7), li jinkludi l-metodi ta’ kejl rilevanti għar-reżistenza għad-dawrien, għall-istorbju, u għall-prestazzjoni tat-tajers fir-rigward tal-qabda fuq l-imxarrab u fuq il-borra.

    (12)

    Sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq ġewwa l-Unjoni fejn il-klima hija aktar kiesħa u biex l-utenti aħħarija jingħataw informazzjoni dwar il-prestazzjoni tat-tajers iddisinjati speċifikament għall-kundizzjonjiet tal-borra u tas-silġ, jixraq li jkun hemm l-obbligu li t-tikketta tinkludi informazzjoni dwar it-tajers tal-borra u tas-silġ. It-tajers tal-borra u tas-silġ għandhom parametri speċifiċi li ma jistgħux jitqabblu bis-sħiħ ma' tipi ta' tajers oħra. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet meqjusa u informati, l-informazzjoni dwar il-qabda fuq il-borra u l-qabda fuq is-silġ u l-kodiċi QR jenħtieġ li jkunu inklużi fit-tikketta. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa skala dwar il-prestazzjonijiet kemm għall-qabda fuq il-borra kif ukoll għall-qabda fuq is-silġ. Dawk l-iskali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u fuq l-ISO 19447 għall-borra u għas-silġ rispettivament. Fi kwalunkwe każ, il-logo tal-muntanja bi tliet quċċati b'farka borra (“3PMSF”) jenħtieġ li jiġi intaljat fuq tajer li jissodisfa l-valuri minimi tal-indiċi għall-prestazzjoni fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Bl-istess mod, tajer li jissodisfa l-valur minimu tal-indiċi għall-prestazzjoni fuq is-silġ stabbilit fl-ISO 19447 jenħtieġ li juri l-logo tat-tajers tas-silġ miftiehem skont dan l-istandard. [Em. 6]

    (13)

    Il-brix tat-tajers matul l-użu huwa sors sinifikanti tal-mikroplastiċi, li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent, u għaldaqstant il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija Ewropea għall-Plastik f'Ekonomija Ċirkolari” (8) ssemmi issemmi l-bżonn li jiġi indirizzat ir-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers, fost l-oħrajn permezz ta' miżuri ta' informazzjoni bħat-tikkettar u rekwiżiti minimi għat-tajers. Madankollu, s'issa ma hemm ebda metodu ta' ttestjar xieraq disponibbli biex ikejjel il-brix tat-tajers. Għaldaqstant , l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' tikkettar fir-rigward tar-rata ta' brix tat-tajers toħloq benefiċċji sostanzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent . Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqabbad l-iżvilupp ta' tali metodu, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-istandards jew ir-regolamenti kollha tal-aħħar teknoloġija żviluppati jew proposti internazzjonalment , kif ukoll ir-riżultat tar-riċerka industrijali , bil-għan li jiġi stabbilit metodu ta' ttestjar xieraq mill-iktar fis. [Em. 7]

    (14)

    It-tajers ittredjati mill-ġdid huma parti sostanzjali tas-suq għat-tajers tal-vetturi heavy-duty. L-ittredjar mill-ġdid tat-tajers itawwal il-ħajja utli tagħhom u jikkontribwixxi lejn għanijiet tal-ekonomija ċirkolari, fosthom it-tnaqqis tal-iskart. L-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ tikkettar fuq tali tajers mistennija ġġib magħha ffrankar sostanzjali tal-enerġija. Madankollu, billi s’issa ma hemm ebda metodu ta’ ttestjar xieraq disponibbli biex ikejjel il-prestazzjoni tat-tajers ittredjati mill-ġdid, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-inklużjoni futura ta’ tali rekwiżiti.

    (15)

    It-tikketta tal-enerġija skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), li tikklassifika l-konsum tal-enerġija tal-prodotti fi skala minn “A” sa “G”, hija rikonoxxuta minn aktar minn 85 % tal-konsumaturi tal-Unjoni, bħala għodda ta' informazzjoni ċara u trasparenti, u wriet li hija effettiva fil-promozzjoni ta’ prodotti aktar effiċjenti. Jenħtieġ li t-tikketta tat-tajers tkompli tuża l-istess disinn sa fejn huwa possibbli, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-parametri tat-tajers. [Em. 8]

    (16)

    L-għoti ta’ informazzjoni komparabbli dwar il-parametri tat-tajers fil-forma ta’ tikketta standard x’aktarx li jinfluwenza d-deċiżjonijiet tax-xiri tal-utenti aħħarija favur tajers aktar sikuri, sostenibbli, inqas storbjużi u aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil. Dan min-naħa tiegħu x’aktarx iħeġġeġ lill-manifatturi tat-tajers itejbu kemm jistgħu dawk il-parametri, u b’hekk iwittu t-triq għal konsum u produzzjoni aktar sostenibbli. [Em. 9]

    (17)

    Il-ħtieġa ta’ aktar informazzjoni dwar l-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra hija rilevanti għall-utenti aħħarija kollha, inkluż dawk li jixtru t-tajers ta’ rikambju u t-tajers armati fuq vetturi ġodda, kif ukoll il-maniġers tal-flotot u l-intrapriżi tat-trasport, li ma jistgħux iqabblu faċilment il-parametri ta’ marki differenti tat-tajers fin-nuqqas ta’ skema armonizzata ta’ ttestjar u tikkettar. Għaldaqstant, jixraq li jkun hemm obbligu li t-tajers li jitwasslu mal-vetturi jkunu tikkettati fil-każijiet kollha.

    (18)

    Bħalissa t-tikketti huma espliċitament meħtieġa għat-tajers tal-vetturi (C1) u tal-vannijiet (C2), iżda mhux tal-vetturi heavy-duty (C3). It-tajers C3 jikkonsmaw aktar fjuwil u jkopru aktar kilometri fis-sena mit-tajers C1 u C2, u għalhekk il-potenzjal li jitnaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet mill-vetturi heavy-duty huwa sinifikanti.

    (19)

    L-inklużjoni bis-sħiħ tat-tajers C3 fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament taqbel ukoll mal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil mill-vetturi heavy-duty (10), u taqbel ukoll mal-proposta tal-Kummissjoni dwar standards tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty (11).

    (20)

    Ħafna utenti aħħarija jieħdu deċiżjonijiet dwar ix-xiri tat-tajers mingħajr ma jaraw it-tajer stess, u b’hekk ma jarawx it-tikketta mwaħħla miegħu. Fis-sitwazzjonijiet kollha, jenħtieġ li t-tikketta tintwera lill-utent aħħari qabel ma jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li jixtri. Jenħtieġ li l-wiri ta’ tikketta fuq it-tajers fil-post tal-bejgħ, kif ukoll fil-materjal promozzjonali tekniku, jiżgura li d-distributuri u l-utenti aħħarija potenzjali jirċievu informazzjoni armonizzata dwar il-parametri rilevanti tat-tajers fil-waqt u fil-post tad-deċiżjoni dwar ix-xiri.

    (21)

    Xi utenti aħħarija jagħżlu t-tajers qabel ma jaslu fil-post tal-bejgħ, jew jixtruhom bil-posta jew bl-internet. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-utenti finali wkoll ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata abbażi ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tad-dawrien, fost parametri oħra, jenħtieġ li t-tikketti jintwerew fil-materjal promozzjonali tekniku kollu, inkluż fejn tali materjal ikun disponibbli fuq l-internet.

    (22)

    L-utenti aħħarija potenzjali għandhom jingħataw informazzjoni li tispjega kull komponent tat-tikketta u r-rilevanza tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tingħata f’materjal promozzjonali tekniku, pereżempju fuq is-siti web tal-fornituri. Il-materjal promozzjonali tekniku jenħtieġ li ma jinkludix reklami fuq billboards, gazzetti, rivisti jew xandir tar-radju u t-televiżjoni. [Em. 10]

    (23)

    Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern u parametri oħra dwar it-tajers jitkejlu b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-qisien u l-metodi ta’ kalkolu tal-iktar teknoloġiji riċenti ġeneralment rikonoxxuti. Sa fejn huwa possibbli, jenħtieġ li tali metodi jirriflettu l-imġiba tal-konsumatur medju, u li jkunu b’saħħithom sabiex jiskoraġġixxu l-ksur intenzjonali jew mhux intenzjonali. Jenħtieġ li t-tikketti tat-tajers jirriflettu l-prestazzjoni komparattiva tat-tajers fl-użu reali, fi ħdan il-limiti dderivati mill-bżonn ta’ ttestjar fil-laboratorju li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, sabiex l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jqabblu tajers differenti u sabiex jiġu limitati l-kostijiet tal-ittestjar għall-manifatturi.

    (24)

    Il-konformità min-naħa tal-fornituri u tad-distributuri mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers hija essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw tali konformità permezz ta’ sorveljanza tas-suq u kontrolli ex-post regolari, skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

    (25)

    Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-konformità, tingħata għodda siewja lill-utenti aħħarija, u jingħata lok għal modi alternattivi biex id-distributuri jirċievu skedi tal-informazzjoni dwar il-prodott, jenħtieġ li t-tajers jiġu inklużi fil-bażi tad-data stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/1369. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1369 jiġi emendat skont dan.

    (26)

    Mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mas-sorveljanza tas-suq u għall-obbligi tal-fornituri li jivverifikaw il-konformità tal-prodott, jenħtieġ li l-fornituri jagħmlu l-informazzjoni rikjesta dwar il-konformità tal-prodott disponibbli elettronikament fil-bażi tad-data tal-prodotti.

    (27)

    Sabiex l-utenti aħħarija jkollhom fiduċja fit-tikketta tat-tajer, jenħtieġ li jkunu pprojbiti tikketti oħra li jimitawha. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkunu pprojbiti tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet addizzjonali li aktarx iqarrqu jew igerfxu lill-utenti aħħarija fir-rigward tal-parametri koperti mit-tikketta tat-tajer.

    (28)

    Jenħtieġ li l-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    (29)

    Biex jippromwovu l-effiċjenza enerġetika, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu joħolqu inċentivi għall-użu ta’ prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar in-natura ta’ dawn l-inċentivi. Jenħtieġ li dawn l-inċentivi jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, u jenħtieġ li ma joħolqux xkiel mhux ġustifikat għas-suq. Dan ir-Regolament ma jippreġudika l-eżitu ta’ ebda proċedura futura marbuta mal-għajnuna mill-Istat li tista’ ssir skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward ta’ tali inċentivi.

    (30)

    Biex jiġu emendati l-kontenut u l-format tat-tikketta, biex jiddaħħlu rekwiżiti dwar it-tajers it-tajers tal-borra jew tas-silġ, ittredjati mill-ġdid, il-brix u l-kilometraġġ, u biex l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (13). B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 12]

    (30a)

    Id-data dwar il-kilometraġġ u l-brix tat-tajers, ladarba jkun disponibbli metodu ta' ttestjar xieraq, se tkun għodda ta' benefiċċju li tinforma lill-konsumaturi dwar id-durabbiltà, il-ħajja u r-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers li jkunu xtraw. L-informazzjoni dwar il-kilometraġġ tippermetti wkoll li l-konsumaturi jagħmlu għażla infurmata rigward it-tajers b'ħajja itwal, b'kontribuzzjoni għall-ħarsien tal-ambjent, u fl-istess waqt tippermetti wkoll li dawn jagħmlu stima tal-kostijiet operattivi tat-tajers fuq perjodu ta' żmien itwal. Għalhekk, id-data dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-kilometraġġ u l-brix tat-tajers jenħtieġ li tiżdied mat-tikketta meta jkun hemm disponibbli metodu ta' ttestjar rilevanti, sinifikanti u riproduċibbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda f'dak il-qasam jenħtieġ li jkomplu. [Em. 13]

    (31)

    It-tajers li jkunu diġà tqiegħdu fis-suq qabel id-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti inklużi f’dan ir-Regolament ma hemmx għalfejn jiġu ttikkettati mill-ġdid.

    (32)

    Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fit-tikketta u tiġi żgurata l-preċiżjoni tagħha, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tal-fornituri fuq it-tikketta rigward il-valuri għar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab , il-qabda fuq il-borra u l-istorbju tkun soġġetta għall-proċess ta' approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009. [Em. 14]

    (32a)

    Id-daqs tat-tikketta jenħtieġ li jibqa' l-istess bħal dak stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1222/2009. Id-dettalji dwar il-Qabda fuq il-Borra u l-Qabda fuq is-Silġ u l-kodiċi QR jenħtieġ li jiġu inklużi fit-tikketta. [Em. 15]

    (33)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji ta’ effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud għall-UE, u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt għal miżuri ulterjuri possibbli.

    (34)

    Ġaladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, speċifikament iż-żieda tas-sikurezza u tal-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq billi tingħata informazzjoni lill-utenti aħħarija biex dawn ikunu jistgħu jagħżlu tajers aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, iktar sikuri u inqas storbjużi, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri peress li jeħtieġ informazzjoni armonizzata għall-utenti aħħarija, iżda min-naħa l-oħra, bis-saħħa ta’ qafas regolatorju armonizzat u kundizzjonijiet ewki għall-manifatturi, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Regolament jibqa’ l-istrument legali xieraq peress li jimponi regoli ċari u dettaljati li jipprekludu traspożizzjoni diverġenti mill-Istati Membri u b’hekk jiżgura livell ogħla ta’ armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha. Qafas regolatorju armonizzat fil-livell tal-Unjoni pjuttost milli fil-livell tal-Istat Membru jnaqqas il-kostijiet għall-manifatturi, jiżgura kundizzjonijiet ekwi u jiżgura l-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern kollu. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat fl-istess l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

    (35)

    Għaldaqsant, ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 għandu jitħassar,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għan u suġġett

    1.   L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiżdiedu s-sikurezza, il-ħarsien tas-saħħa, u jippromwovi tajers sostenibbli, sikuri u effiċjenti fl-użu tal-fjuwil b'livelli ta' storbju baxxi li jistgħu jgħinu biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt fuq l-ambjent u fuq is-saħħa filwaqt li jitjiebu s-sikurezza u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq, permezz tal-promozzjoni ta' tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u tajers sikuri b'emissjonijiet ta' storbju baxxi. [Em. 16]

    2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, sabiex l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers.

    Artikolu 2

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament japplika għat-tajers C1, C2, u C3 li jitqiegħdu fis-suq . [Em. 17]

    2.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-tajers ittredjati mill-ġdid, ladarba metodu ta’ ttestjar xieraq biex ikejjel il-prestazzjoni ta’ tali tajers jiżdied mal-Annessi permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 12.

    3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:

    (a)

    tajers off-road professjonali;

    (b)

    tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1990;

    (c)

    tajers ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju;

    (d)

    tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta’ anqas minn 80 km fis-siegħa;

    (e)

    tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;

    (f)

    tajers mgħammra b’mezzi addizzjonali biex itejbu l-proprjetajiet tat-trazzjoni, bħat-tajers bl-istuds;

    (g)

    tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi maħsubin esklużivament għat-tlielaq.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “tajers C1, C2 u C3” tfisser il-klassijiet ta’ tajers iddefiniti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;

    (2)

    “tajer ittredjat mill-ġdid” tfisser tajer użat rikondizzjonat billi l-wiċċ mikul ta’ barra jinbidel b’materjal ġdid;

    (3)

    “tajer ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju” tfisser tajer ta’ rikambju għal użu temporanju, iddisinjat biex jintuża fi pressjonijiet ta’ nfiħ ogħla minn dawk stabbiliti għat-tajers standard u rinforzati;

    (4)

    “tikketta” tfisser dijagramma grafika, stampata jew f’forma elettronika, inkluż fil-forma ta’ stiker, li tinkludi simboli biex jinfurmaw lill-utenti aħħarija dwar il-prestazzjoni ta’ tajer jew lott ta’ tajers, marbuta mal-parametri stabbiliti fl-Anness I;

    (5)

    “post tal-bejgħ” tfisser post fejn it-tajers huma murija jew maħżuna u offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija, inkluż showrooms tal-karozzi, fir-rigward ta’ tajers li huma offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija iżda li mhumiex armati fuq il-vetturi;

    (6)

    “materjal promozzjonali tekniku” tfisser dokumentazzjoni, f’forma stampata jew elettronika, prodotta mill-fornitur biex tissupplimenta materjal ta’ riklamar tal-anqas bl-informazzjoni teknika skont l-Anness V;

    (7)

    “skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott” tfisser dokument li fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV, f’forma stampata jew elettronika;

    (8)

    “dokumentazzjoni teknika” tfisser dokumentazzjoni suffiċjenti biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jivvalutaw il-preċiżjoni tat-tikketta u tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott, u li tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III;

    (9)

    “bażi tad-data tal-prodotti” tfisser il-bażi tad-data stabbilita skont ir-Regolament (UE) 1369/2017, li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni rigward il-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b’mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà, kif ukoll minn parti dwar il-konformità, b’rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u ta’ sigurtà speċifikati b’mod ċar;

    (10)

    “bejgħ mill-bogħod” tfisser l-offerta ta’ bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, bl-internet, bit-telebejgħ jew bi kwalunkwe metodu ieħor, li permezz tagħha l-utent aħħari potenzjali ma jkunx mistenni li jara l-prodott espost;

    (11)

    “manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tqiegħed dak il-prodott fis-suq f’isimha jew bil-marka kummerċjali tagħha;

    (12)

    “importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

    (13)

    “rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex taġixxi f’ismu fir-rigward ta’ kompiti speċifikati;

    (14)

    “fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, ir-rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni;

    (15)

    “distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel tajer disponibbli fis-suq;

    (16)

    “kummerċjalizzazzjoni” tfisser il-forniment ta’ prodott għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, sew jekk bi flus sew ukoll jekk mingħajr ħlas;

    (17)

    “tqegħid fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

    (18)

    “utent aħħari” tfisser konsumatur, maniġer ta’ flotta jew intrapriża tat-trasport bit-triq, li jixtri jew li huwa mistenni li jixtri tajer;

    (19)

    “parametru” tfisser parametru ta' tajer kif stabbilit fl-Anness I, bħar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern tad-dawrien, il-borra jew is-silġ, il-kilometraġġ jew il-brix, li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, fuq is-sikurezza fit-toroq jew fuq is-saħħa matul l-użu; [Em. 18]

    (20)

    “tip ta’ tajer” tfisser verżjoni ta’ tajer li l-unitajiet kollha tagħha jaqsmu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għat-tikketta u għall-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott, kif ukoll l-istess identifikatur tal-mudell.

    Artikolu 4

    Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers

    1.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1, C2 u C3 li jitqiegħdu fis-suq ikunu akkumpanjati , mingħajr ħlas : [Em. 19]

    (a)

    għal kull tajer individwali, minn tikketta konformi mal-Anness II fil-forma ta’ stiker, li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll minn skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness IV; jew [Em. 20]

    (b)

    għal kull lott ta’ tajers identiċi (wieħed jew aktar), minn tikketta konformi mal-Anness II f’forma stampata li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll minn skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness IV.

    2.   Fir-rigward ta' tajers reklamati jew mibjugħa bl-internet, il-fornituri għandhom jagħmlu t-tikketta disponibbli u jiżguraw f'sitwazzjoni ta' xiri li t-tikketta tintwera b'mod viżibbli qrib il-prezz, u li l-iskeda ta' informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli It-tikketta għandha tintwera permezz ta' immaġni mbejta, wara klikkjatura tal-maws, mogħdija bil-maws jew espansjoni tattili tal-iskrin jew permezz ta' tekniki simili. [Em. 21]

    3.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li kull riklam viżiv għal tip speċifiku ta’ tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta. [Em. 22]

    4.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta u jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V. [Em. 23]

    5.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li l-valuri, il-klassijiet relatati i , l-identifikatur tal-mudell u kull informazzjoni addizzjonali oħra dwar il-prestazzjoni li jiddikjaraw fuq it-tikketta għall-parametri essenzjali stabbiliti fl-Anness I , kif ukoll il-parametri ta' dokumentazzjoni teknika stabbiliti fl-Anness III ikunu ġew soġġetti għall-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 ipprovduti lill-awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip qabel ma jqiegħdu tajer fis-suq. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tirrikonoxxi li tkun irċeviet id-dokumentazzjoni mingħand il-fornitur u tivverifikaha . [Em. 24]

    6.   Il-fornituri għandhom jiżguraw il-preċiżjoni tat-tikketti u tal-iskedi ta’ informazzjoni dwar il-prodott li jipprovdu.

    7.   Il-fornituri għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni teknika skont l-Anness III disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri jew għal kwalunkwe parti terza akkreditata fuq talba tagħhom. [Em. 25]

    8.   Il-fornituri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jieħdu azzjoni immedjata biex jirrimedjaw kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jintalbu jagħmlu dan mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

    9.   Il-fornituri ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk dawn aktarx iqarrqu jew igerfxu lill-utenti aħħarija fir-rigward tal-parametri essenzjali.

    10.   Il-fornituri ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti li jimitaw it-tikketta prevista b’din ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers rigward il-bażi tad-data tal-prodotti

    1.   B'effett mill-1 ta' Jannar 2020 minn… disa' xhur wara [jekk jogħġbok daħħal d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] , qabel ma jqiegħdu fis-suq tajer fis-suq prodott wara dik id-data , il-fornituri għandhom idaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward ta' dawk it-tajers , bl-eċċezzjoni tal-parametri tekniċi mkejla tal-mudell .

    2.   Fejn jitqiegħdu fis-suq tajers bejn [please insert the date of entry into force of this Regulation] u l-31 ta' Diċembru 2019 Meta t-tajers jiġu prodotti bejn [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u disa' xhur nieqes ġurnata wara [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] , il-fornitur għandu jdaħħal, sat-30 ta' Ġunju 2020 , sa 12-il xahar wara [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ , dan ir-Regolament] , idaħħal fil-bażi tad-data ta' data tal-prodotti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward ta' dawk it-tajers bl-eċċezzjoni tal-parametri tekniċi mkejla tal-mudell .

    2a.     Meta t-tajers jitqiegħdu fis-suq qabel [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-fornitur jista' jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward ta' dawk it-tajers.

    3.   Sakemm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma tkunx iddaħħlet fil-bażi tad-data tal-prodotti, il-fornitur għandu jagħmel verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni teknika disponibbli għall-ispezzjoni fi żmien 10 ijiem minn talba li tkun waslet mingħand l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

    4.   Tajer li għalih isiru bidliet li jolqtu t-tikketta jew l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandu jitqies tip ta’ tajer ġdid. Il-fornitur għandu jindika fil-bażi tad-data meta ma jibqax iqiegħed fis-suq l-unitajiet kummerċjali ta’ tip ta’ tajer.

    5.   Wara li l-aħħar unità ta’ tip ta’ tajer tkun tqiegħdet fis-suq, il-fornitur għandu jżomm l-informazzjoni dwar dak it-tip ta’ tajer fil-parti dwar il-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti għal perjodu ta’ ħames snin. [Em. 58]

    Artikolu 6

    Responsabbiltajiet tad-distributuri tat-tajers

    1.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li:

    (a)

    it-tajers, fil-post tal-bejgħ, iġorru t-tikketta skont l-Anness II fil-forma ta’ stiker mogħti mill-fornituri skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) f’pożizzjoni ċarament viżibbli; jew [Em. 26]

    (b)

    qabel il-bejgħ ta’ tajer li huwa parti minn lott ta’ tajers identiċi (wieħed jew aktar), it-tikketta msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tintwera tiġi ppreżentata lill-utent aħħari u tidher b’mod ċar qrib ħafna tat-tajer fil-post tal-bejgħ. [Em. 27]

    (ba)

    it-tikketta għandha titwaħħal direttament mat-tajer u tkun tista' tinqara kollha kemm, filwaqt li ma jkun hemm xejn li jostakola l-viżibilità tagħha. [Em. 28]

    2.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li kull riklam viżiv għal tip speċifiku ta’ tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta. [Em. 29]

    3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta u jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V [Em. 30]

    4.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, fejn it-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent aħħari, jipprovdu lill-utent aħħari b’kopja tat-tikketta qabel il-bejgħ.

    5.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li tintwera t-tikketta ma’ kull bejgħ mill-bogħod u bil-karta, u li l-utent aħħari jista’ jaċċessa l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web b’aċċess bla ħlas, jew jista’ jitlob kopja stampata tal-istess skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.

    6.   Id-distributuri li jbigħu mill-bogħod abbażi tat-telebejgħ għandhom jinfurmaw speċifikament lill-utenti aħħarija bil-klassijiet tal-parametri essenzjali fuq it-tikketta, u li jistgħu jaċċessaw it-tikketta sħiħa u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web ta’ aċċess bla ħlas, jew billi jitolbu kopja stampata.

    7.   Fir-rigward ta' tajers reklamati jew mibjugħa direttament bl-internet, id-distributuri għandhom jagħmlu t-tikketta disponibbli u jiżguraw f'sitwazzjoni ta' xiri li t-tikketta tintwera qrib il-prezz, u li l-iskeda ta' informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli. Din għandha tintwera wara klikkjatura ta' maws, mogħdija bil-maws jew espansjoni tattili tal-iskrin jew tekniki simili; [Em. 31]

    Artikolu 7

    Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-vetturi u tad-distributuri tal-vetturi

    Fejn l-utenti aħħarija jkunu beħsiebhom jakkwistaw vettura ġdida, il-fornituri u d-distributuri tal-vetturi, qabel il-bejgħ, għandhom jagħtuhom it-tikketta għat-tajers offruti mal-vettura, kif ukoll il-materjal promozzjonali tekniku rilevanti.

    Artikolu 8

    Metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl

    L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 4, 6 u 7 dwar il-parametri inklużi fuq it-tikketta għandha tinkiseb bl-applikazzjoni tal-metodi f'konformità mal-metodi ta' ttestjar u ta' kejl imsemmija fl-Anness I, u bil-proċedura ta' allinjament f'laboratorju msemmija fl-Anness VI. [Em. 32]

    Artikolu 9

    Proċedura ta’ verifika

    L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati għal kull wieħed mill-parametri essenzjali indikati fl-Anness I, skont il-proċedura stabbilita fl-Anness VII.

    Artikolu 10

    Obbligi tal-Istati Membri

    1.   L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz, fit-territorji tagħhom, ta’ tajers li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

    2.   L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu inċentivi għat-tajers ta’ taħt il-klassi B fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil jew il-qabda fuq l-imxarrab fit-tifsira tal-Anness I, it-taqsimiet A u B rispettivament. It-tassazzjoni u l-miżuri fiskali ma jikkostitwixxux inċentivi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

    2a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jistabbilixxu sistema ta' spezzjonijiet ta' rutina u ad-hoc tal-postijiet tal-bejgħ bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament. [Em. 33]

    3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali u l-mekkaniżmi ta’ infurzar applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    4.   Sal-1 ta’ Ġunju 2020, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli msemmija fil-paragrafu 3 li ma jkunux ġew innotifikati qabel lill-Kummissjoni, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda suċċessiva li taffettwahom.

    Artikolu 11

    Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

    1.   [L-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 / tar-Regolament dwar il-konformità u l-infurzar propost skont COM(2017)0795] għandhom japplikaw għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament u mill-atti delegati rilevanti adottati skontu.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi u tappoġġa l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq relatata mat-tikkettar tal-prodotti bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu responsabbli mis-sorveljanza tas-suq jew inkarigati mill-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll bejniethom u l-Kummissjoni, b’mod partikulari b’involviment aktar mill-qrib tal-Grupp Espert dwar it-Tikkettar tat-Tajers – “Kooperazzjoni Amministrattiva dwar is-Sorveljanza tas-Suq”.

    3.   Il-programmi ġenerali ta’ sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri stabbiliti skont [l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 / ir-Regolament dwar il-konformità u l-infurzar skont COM(2017)0795] għandhom jinkludu azzjonijiet biex jiżguraw l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiġu msaħħa; [Em. 34].

    Artikolu 11a

    Tajers ittredjati mill-ġdid

    Sa … [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi rekwiżiti ġodda ta' informazzjoni fl-Annessi għat-tajers ittredjati mill-ġdid, sakemm ikun hemm disponibbli metodu xieraq u fattibbli.. [Em. 35]

    Artikolu 12

    Atti delegati

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 biex:

    (a)

    iddaħħal bidliet fil-kontenut u fil-format tat-tikketta;

    (aa)

    iddaħħal parametri u rekwiżiti ta' informazzjoni għat-tajers tal-qabda fuq il-borra u fuq is-silġ; [Em. 37]

    (ab)

    iddaħħal metodu ta' ttestjar xieraq għall-kejl tal-prestazzjonijiet tat-tajers tal-qabda fuq il-borra u tal-qabda fuq is-silġ; [Em. 38]

    (b)

    iddaħħal parametri jew rekwiżiti ta’ informazzjoni fl-Anness, b’mod partikulari għall-kilometraġġ u l-brix, dejjem jekk ikunu disponibbli metodi ta’ ttestjar xierqa; [Em. 39]

    (c)

    tadatta għall-progress tekniku l-valuri, il-metodi ta’ kalkolu u r-rekwiżiti tal-Annessi.

    Fejn xieraq, waqt li tkun qiegħda tħejji atti delegati, il-Kummissjoni għandha tittestja d-disinn u l-kontenut tat-tikketti għal gruppi speċifiċi ta’ prodotti għat-tajers ma’ gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi tal-Unjoni biex jiġi żgurat li t-tikketti jifhmuhom b’mod ċar. [Em. 40]

    Artikolu 13

    Eżerċizzju ta’ delega

    1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 12 għal perjodu ta’ ħames snin minn [please insert the date of entry into force of this Regulation]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal dik l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha tolqot il-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

    4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma’ esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

    5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 14

    Evalwazzjoni u rapport

    Sal-1 ta' Ġunju 2026 2022 , il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, tressaq ikkomplementata b'valutazzjoni tal-impatt stħarriġ fost il-konsumaturi, u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat. [Em. 41]

    Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-effettività li biha dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu jkunu ppermettew lill-utenti aħħarija jagħżlu tajers ta' prestazzjoni aħjar, filwaqt li jitqiesu l-impatti tar-Regolament fuq in-negozju, il-konsum tal-fjuwil, is-sikurezza, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u , l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi . Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll il-kostijiet u l-benefiċċji ta' verifika, indipendenti u obbligatorja minn parti terza, tal-informazzjoni mogħtija fit-tikketta, filwaqt li titqies l-esperjenza b'rabta mal-qafas usa' previst bir-Regolament (KE) Nru 661/2009. [Em. 42]

    Artikolu 15

    Emenda għar-Regolament (UE) Nru 2017/1369

    Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1369, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    li tappoġġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, inkluż l-infurzar tagħhom, u skont ir-Regolament (UE) [insert reference to the present regulation]”.

    Artikolu 16

    Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 2009/1222

    Ir-Regolament (KE) Nru 2009/1222 huwa mħassar.

    Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

    Artikolu 17

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2020 minn … [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] . [Em. 43]

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi …,

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 280.

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019.

    (3)  COM(2017)0658 final.

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46).

    (5)  Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

    (6)  Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

    (7)  ĠU L 307, 23.11.2011, p. 3.

    (8)  COM(2018)0028.

    (9)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

    (10)  COM(2017)0279.

    (11)  Reference to be added once the proposal is adopted.

    (12)  Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

    (13)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    ANNESS I

    L-ittestjar, l-ikklassifikar u l-kejl tal-parametri tat-tajers

    Taqsima A: Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil

    Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC), skont l-iskala “A” sa “G” speċifikata hawn isfel, u għandha titkejjel skont l-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, u tiġi allinjata skont il-proċedura stipulata fl-Anness VI. Jekk tip ta’ tajer jiġi approvat għal aktar minn klassi waħda ta’ tajer (eż. C1 u C2), l-iskala tal-klassifika użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dan it-tip ta’ tajer għandha tkun applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (eż. C2, mhux C1). [Em. 44]

    Il-klassi F għat-tajers C1, C2, C3 ma għandhiex tibqa' titqiegħed fis-suq wara l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjoni rigward ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u għandha tintwera fuq it-tikketta bil-griż. [Em. 45]

    Tajers C1

    Tajers C2

    Tajers C3

    RRC f’kg/t

    Klassi tal-

    effiċjenza fl-użu

    tal-enerġija

    RRC f’kg/t

    Klassi tal-

    effiċjenza fl-użu

    tal-enerġija

    RRC f’kg/t

    Klassi tal-

    effiċjenza fl-użu

    tal-enerġija

    RRC ≤ 5,4 6,5

    A

    RRC ≤ 4,4 5,5

    A

    RRC ≤ 3,1 4,0

    A

    5,5 6,6 RRC ≤ 6,5 7,7

    B

    4,5 5,6 RRC ≤ 5,5 6,7

    B

    3,2 4,1 RRC ≤ 4,0 5,0

    B

    6,6 7,8 RRC7,7 9,0

    C

    5,6 6,8 RRC ≤ 6,7 8,0

    C

    4,1 5,1 RRC ≤ 5,0 6,0

    C

    7,8 ≤ RRC ≤ 9,0 Vojta

    D

    6,8 ≤ RRC ≤ 8,0 Vojta

    D

    5,1 6,1 RRC ≤ 6,0 7,0

    D

    9,1 ≤ RRC ≤10,5

    E

    8,1 ≤ RRC ≤9,2

    E

    6,1 7,1 RRC ≤ 7, 8,0

    E

    10,6 < RRC 10,6 12,0

    F

    9,3 < RRC 9,3 10,5

    F

    RRC 7,1 8,1

    F

    [Em. 46]

    Taqsima B: Klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab

    1.

    Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G), skont l-iskala “A” sa “G” speċifikata fit-tabella ta’ hawn isfel, u għandha tiġi kkalkolata skont il-punt 2 u titkejjel skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. [Em. 47]

    1a.

    Il-klassi F għat-tajers C1, C2, C3 ma għandhiex tibqa' titqiegħed fis-suq wara l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjoni rigward ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u għandha tintwera fuq it-tikketta bil-griż. [Em. 48]

    2.

    Il-kalkolu tal-qabda fuq l-imxarrab (G):

    G = G(T) - 0,03

    fejn:

    G(T) = l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat kif imkejjel f’ċiklu tal-ittestjar wieħed

    Tajers C1

    Tajers C2

    Tajers C3

    G

    Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

    G

    Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

    G

    Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

    1,68 1,55 G

    A

    1,53 1,40 G

    A

    1,38 1,25 G

    A

    1,55 1,40 G ≤ 1,67 1,54

    B

    1,40 1,25 G ≤ 1,52 1,39

    B

    1,25 1,10 G ≤ 1,37 1,24

    B

    1,40 1,25 G ≤ 1,54 1,39

    C

    1,25 1,10 G ≤ 1,39 1,24

    C

    1,10 0,95 G ≤ 1,24 1,09

    C

    1,25 ≤ G ≤ 1,39 Vojta

    D

    1,10 ≤ G ≤ 1,24 Vojta

    D

    0,95 0,80 G ≤ 1,09 0,94

    D

    1,10 ≤ G ≤1,24

    E

    0,95 ≤ G ≤1,09

    E

    0,80 G ≤ 0,94 0,79

    E

    G ≤1,09

    F

    G ≤0,94

    F

    0,65 0,65 ≤ G ≤ 0,79 0,64

    F

    Vojta

    G

    Vojta

    G

    G ≤ 0,64

    G

    [Em. 49]

    Taqsima C: Klassijiet u valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien [Em. 50]

    Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (N) għandu jiġi ddikjarat f'deċibeli u għandu jitkejjel skont l-Anness 3 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. [Em. 51]

    Il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-valuri f'konformità mal-valuri limitu (LV) stipulati fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) tal-Istadju 2 stipulati fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 661/2009 kif ġej 117: [Em. 52]

    N f’dB

    Klassi tal-istorbju estern tad-dawrien

    Image 1

    N ≤ LV – 6 3

    Image 2

    LV – 6 3 < N ≤ LV – 3

    Image 3

    N > LV – 3

    [Em. 53]

    Taqsima D: Qabda fuq il-borra

    Il-prestazzjoni tat-tajers fuq il-borra għandha tiġi ttestjata ttikkettata skont l-Anness 7 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. [Em. 54]

    Tajer li jissodisfa l-valuri tal-indiċi minimi għall-borra stipulati fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tal-borra, u t-tikketta għandha tista' tinkludi l-ikona li ġejja: [Em. 55]

    Image 4

    Taqsima E: Qabda fuq is-silġ

    Il-prestazzjoni tat-tajers fuq is-silġ għandha tiġi ttestjata ttikkettata skont ISO 19447. [Em. 56]

    Tajer li jissodisfa l-valur tal-indiċi minimu għas-silġ stipulat f’ISO 19447 u t-tip approvat skont il-prestazzjoni fuq il-borra fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tas-silġ, u t-tikketta għandha tista' tinkludi l-ikona li ġejja: [Em. 57]

    Image 5

    ANNESS II

    Il-format tat-tikketta

    1.   TIKKETTI

    1.1.

    L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketti, skont l-illustrazzjonijiet hawn isfel.

    Image 6

    Image 7

    Image 8

    I.

    Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

    II.

    L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi tip speċifiku ta’ tajer minn tip ieħor bl-istess marka kummerċjali jew bl-istess isem tal-fornitur;

    III.

    Kodiċi QR;

    IV.

    Effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

    V.

    Qabda fuq l-imxarrab;

    VI.

    Storbju estern tad-dawrien;

    VII.

    Qabda fuq il-borra;

    VIII.

    Qabda fuq is-silġ.

    2.   DISINN TAT-TIKKETTA

    2.1.

    Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-grafika hawn taħt:

    Image 9

    2.2.

    It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 90 mm u għolja mill-inqas 130 mm. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.

    2.3.

    It-tikketta għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    Il-kuluri huma CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – u jingħataw skont l-eżempju li ġej: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed;

    (b)

    In-numri elenkati hawn isfel jirreferu għall-ispjegi indikati fil-punt 2.1.:

    (1)

    Bordura tat-tikketta: linja: 1,5 pts – kulur: X-10-00-05;

    (2)

    Calibri regular 8 pts;

    (3)

    Bandiera Ewropea: wisa’: 15 mm, għoli: 10 mm;

    (4)

    Strixxun: wisa’: 51,5 mm, għoli: 13 mm;

    Test “BRAND”: Calibri regular 15 pts, 100 % abjad;

    Test “Model Number”: Calibri regular 13 pts, 100 % abjad;

    (5)

    Kodiċi QR: wisa’: 13 mm, għoli: 13 mm;

    (6)

    Skala “A” sa “F”:

    Vleġeġ: għoli: 5,6 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,78 mm, linja sewda: 0,5 pt – kuluri:

    A: X-00-X-00;

    B: 70-00-X-00;

    C: 30-00-X-00;

    D: 00-00-X-00;

    E: 00-30-X-00;

    F: 00-70-X-00.

    (7)

    Linja: wisa’: 88 mm, għoli: 2 pts – kulur: X-00-00-00;

    (8)

    Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien:

    Pittogramma kif fornuta: wisa’: 25,5 mm, għoli: 17 mm – kulur: X-10-00-05;

    (9)

    Vleġġa:

    Vleġġa: wisa’: 20 mm, għoli: 10 mm, 100 % iswed;

    Test: Helvetica Bold 20 pts, 100 % abjad;

    Test tal-unità: Helvetica Bold 13 pts, 100 % abjad;

    (10)

    Pittogramma tas-silġ:

    Pittogramma kif fornuta: wisa’: 15 mm, għoli: 15 mm – linja: 1,5 pts – kulur: 100 % iswed;

    (11)

    Pittogramma tal-borra:

    Pittogramma kif fornuta: wisa’: 15 mm, għoli: 15 mm – linja: 1,5 pts – kulur: 100 % iswed;

    (12)

    “A” sa “G”: Calibri regular 13 pts, 100 % iswed;

    (13)

    Vleġeġ:

    Vleġeġ: wisa’: 11,4 mm, għoli: 9 mm, 100 % iswed;

    Test: Calibri Bold 17 pts, 100 % abjad;

    (14)

    Pittogramma tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

    Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19,5 mm, għoli: 18,5 mm – kulur: X-10-00-05;

    (15)

    Pittogramma tal-qabda fuq l-imxarrab:

    Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19 mm, għoli: 19 mm – kulur: X-10-00-05.

    (c)

    L-isfond għandu jkun abjad.

    2.4.

    Il-klassi tat-tajer għandha tkun indikata fuq it-tikketta fil-format preskritt fl-illustrazzjoni li tidher fil-punt 2.1.

    ANNESS III

    Dokumentazzjoni teknika

    Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 4(7) għandha tinkludi dan li ġej:

    (a)

    l-isem u l-indirizz tal-fornitur;

    (b)

    l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna mogħtija s-setgħa li torbot lill-fornitur;

    (c)

    l-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-fornitur;

    (d)

    il-mudell tat-tajer;

    (e)

    il-qies, l-indiċi tat-tagħbija u l-klassifikazzjoni tal-veloċità tat-tajer;

    (f)

    ir-referenza għall-metodi ta’ kejl applikati.

    ANNESS IV

    Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

    L-informazzjoni fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għat-tajers għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’pubblikazzjonijiet oħra mogħtija mal-prodott, u għandha tinkludi dan li ġej:

    (a)

    isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

    (b)

    l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

    (c)

    il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-tajer skont l-Anness I;

    (d)

    il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer skont l-Anness I;

    (e)

    il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien u d-deċibeli skont l-Anness I;

    (f)

    jekk it-tajer huwiex tajer tal-borra;

    (g)

    jekk it-tajer huwiex tajer tas-silġ.

    ANNESS V

    Informazzjoni mogħtija fil-materjal promozzjonali tekniku

    1.

    L-informazzjoni dwar it-tajers inkluża fil-materjal promozzjonali tekniku għandha tingħata fl-ordni speċifikata kif ġej:

    (a)

    il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil (ittra “A” sa “G”);

    (b)

    il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab (ittra “A” sa “G”);

    (c)

    il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (dB);

    (d)

    jekk it-tajer huwiex tajer tal-borra;

    (e)

    jekk it-tajer huwiex tajer tas-silġ.

    2.

    L-informazzjoni mogħtija fil-punt 1 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    tinqara faċilment;

    (b)

    tinftiehem faċilment;

    (c)

    jekk tkun disponibbli klassifikazzjoni differenti għal ċertu tip ta’ tajer skont il-qies jew parametri oħra, għandha tiġi ddikjarata l-firxa bejn it-tajer bl-agħar prestazzjoni u t-tajer bl-aqwa prestazzjoni.

    3.

    Il-fornituri għandhom ukoll jagħmlu disponibbli fuq is-siti web tagħhom dan li ġej:

    (a)

    link għall-paġna web rilevanti tal-Kummissjoni ddedikata għal dan ir-Regolament;

    (b)

    spjega tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta;

    (c)

    stqarrija li tisħaq fuq il-fatt li l-iffrankar reali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu ħafna mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

    is-sewqan ekoloġiku jista’ jnaqqas ferm il-konsum tal-fjuwil;

    il-pressjoni tat-tajers trid tiġi vverifikata regolarment għall-aħjar qabda fuq l-imxarrab u għall-aħjar effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

    id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu strettament rispettati.

    ANNESS VI

    Proċedura ta’ allinjament f’laboratorju għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien

    1.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament f’laboratorju, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1.

    “laboratorju ta’ referenza” tfisser laboratorju li jagħmel parti min-netwerk ta’ laboratorji msemmija għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament f’pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u li kapaċi jikseb ir-riżultati tat-testijiet bil-preċiżjoni indikata fit-Taqsima 3 bil-magna ta’ referenza tiegħu;

    2.

    “laboratorju kandidat” tfisser laboratorju li jipparteċipa fil-proċedura ta’ allinjament u li mhuwiex laboratorju ta’ referenza;

    3.

    “tajer tal-allinjament” tfisser tajer li jiġi ttestjat biex issir il-proċedura ta’ allinjament;

    4.

    “sett ta’ tajers tal-allinjament” tfisser sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar għall-allinjament ta’ magna waħda;

    5.

    “valur assenjat” tfisser valur teoretiku tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien (RRC) ta’ tajer tal-allinjament wieħed kif imkejjel minn laboratorju teoretiku li jirrappreżenta n-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza li jintuża għall-proċedura ta’ allinjament;

    6.

    “magna” tfisser kull fus għall-ittestjar tat-tajers f’metodu wieħed speċifiku ta’ kejl. Pereżempju, żewġ fusien li jaġixxu fuq l-istess tanbur ma għandhomx jitqiesu bħala magna waħda.

    2.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    2.1.   Prinċipju

    Il-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien imkejjel (m) f’laboratorju ta’ referenza (l), (RRCm, l ), għandu jiġi allinjat mal-valuri assenjati tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza.

    Il-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien imkejjel (m) miksub minn magna f’laboratorju ta’ referenza (c), RRCm, c , għandu jiġi allinjat permezz ta’ laboratorju ta’ referenza wieħed tan-netwerk tal-għażla tiegħu.

    2.2.   Rekwiżiti għall-għażla tat-tajers

    Għandu jintgħażel sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar għall-proċedura ta’ allinjament skont il-kriterji hawn taħt. Għandu jintgħażel sett wieħed għat-tajers C1 u C2 flimkien, u sett wieħed għat-tajers C3.

    (a)

    Is-sett ta’ tajers tal-allinjament għandu jintgħażel b’mod li jkopri l-firxa ta’ RRCs differenti tat-tajers C1 u C2 flimkien, jew tat-tajers C3. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-ogħla RRCm tas-sett ta’ tajers, u l-inqas RRCm tat-tajer, għandha tkun, qabel u wara l-allinjament, tal-anqas daqs il-valuri li ġejjin:

    (i)

    3 kg/t għat-tajers C1 u C2; u

    (ii)

    2 kg/t għat-tajers C3.

    (b)

    L-RRCm fil-laboratorji kandidati jew ta’ referenza (RRCm, c or RRCm, l ), ibbażat fuq valuri tal-RRC iddikjarati ta’ kull tajer tal-allinjament tas-sett, għandu jitqassam b’mod ugwali.

    (c)

    Il-valuri tal-indiċi tat-tagħbija għandhom ikopru b’mod adegwat il-firxa tat-tajers li għandhom jiġu ttestjati, biex ikun żgurat li l-valuri tal-forza tar-reżistenza għad-dawrien ikopru wkoll il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati.

    Kull tajer tal-allinjament għandu jkun ikkontrollat qabel ma jintuża, u għandu jiġi sostitwit meta:

    (a)

    juri kundizzjoni li minħabba fiha ma jibqax adattat għal aktar testijiet; u/jew

    (b)

    ikun hemm devjazzjonijiet ta’ RRCm, c jew RRCm, l ta’ aktar minn 1,5 % meta mqabbel ma’ kejl preċedenti wara l-korrezzjoni għal kwalunkwe deriva tal-magna.

    2.3.   Metodu ta’ kejl

    Il-laboratorju ta’ referenza għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament erba’ darbiet u jżomm l-aħħar tliet riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, filwaqt li japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

    Il-laboratorju kandidat għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament (n + 1) darbiet, fejn il-valur ta’ n jiġi speċifikat fit-Taqsima 5, u għandu jżomm l-aħħar n riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, filwaqt li japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

    Kull darba li jitkejjel tajer tal-allinjament, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna, u l-proċedura kollha tat-test speċifikata fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu għandha terġa’ tiġi segwita mill-bidu.

    Il-laboratorju kandidat jew ta’ referenza għandu jikkalkula:

    (a)

    il-valur imkejjel ta’ kull tajer tal-allinjament għal kull kejl kif speċifikat fil-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu (jiġifieri, jiġi kkoreġut għal temperatura ta’ 25 oC u dijametru tat-tanbur ta’ 2 m);

    (b)

    il-valur medju tal-aħħar tliet valuri (fil-każ tal-laboratorji ta’ referenza) jew tal-aħħar n valuri (fil-każ tal-laboratorji kandidati) imkejla għal kull tajer tal-allinjament; u

    (c)

    id-devjazzjoni standard (σm), kif ġej:

    Image 10

    fejn:

    i hija l-mgħadd minn 1 sa p għat-tajers tal-allinjament;

    j hija l-mgħadd minn 2 sa n+1 għall-aħħar n ripetizzjonijiet ta’ kull kejl ta’ tajer tal-allinjament partikolari

    n+1 hija n-numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ kejl tat-tajers (n+1=4 għal-laboratorji ta’ referenza, u n+1>4 għal-laboratorji kandidati);

    p hija n-numru ta’ tajers tal-allinjament (p ≥ 5).

    2.4.   Formati tad-data li għandhom jintużaw għall-kalkoli u r-riżultati

    Il-valuri ta’ RRC imkejla kkoreġuti għad-dijametru tat-tanbur u t-temperatura għandhom jiġu mqarrba sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

    Wara dan, il-kalkoli għandhom isiru bid-deċimali kollha: ma għandu jkun hemm ebda tqarrib ħlief fl-ekwazzjonijiet tal-allinjament aħħari.

    Il-valuri kollha tad-devjazzjoni standard għandhom jiġu indikati sa 3 pożizzjonijiet deċimali.

    Il-valuri kollha ta’ RRC għandhom jiġu indikati sa 2 pożizzjonijiet deċimali.

    Il-koeffiċjenti kollha tal-allinjament (A1l, B1l, A2c u B2c) għandhom jiġu mqarrba u indikati sa 4 pożizzjonijiet deċimali.

    3.   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL-LABORATORJI TA’ REFERENZA U D-DETERMINAZZJONI TAL-VALURI ASSENJATI

    Il-valuri assenjati għal kull tajer tal-allinjament għandhom jiġu ddeterminati minn netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Kull sentejn, in-netwerk għandu jivvaluta l-istabbiltà u validità tal-valuri assenjati.

    Kull laboratorju ta’ referenza li jipparteċipa fin-netwerk għandu jibqa’ konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, b’devjazzjoni standard (σm) kif ġej:

    (a)

    mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassijiet C1 u C2; u

    (b)

    mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassi C3.

    Is-settijiet ta’ tajers tal-allinjament, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-Taqsima 2.2, għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 2.3 minn kull laboratorju ta’ referenza tan-netwerk.

    Il-valur assenjat ta’ kull tajer tal-allinjament huwa l-medja tal-valuri mkejla u mogħtija mil-laboratorji ta’ referenza tan-netwerk għal dak it-tajer tal-allinjament.

    4.   PROĊEDURA GĦALL-ALLINJAMENT TA’ LABORATORJU TA’ REFERENZA MAL-VALURI ASSENJATI

    Kull laboratorju ta’ referenza (l) għandu jallinja ruħu ma’ kull sett ġdid ta’ valuri assenjati, u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna u kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.

    L-allinjament għandu juża teknika ta’ rigressjoni lineari fuq id-data individwali kollha. Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A1 l u B1l, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

    Image 11

    fejn:

    RRC hija l-valur assenjat tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien;

    RRCm, l hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza “l” (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur).

    5.   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL-LABORATORJI KANDIDATI

    Il-laboratorji kandidati għandhom jirrepetu l-proċedura ta’ allinjament mill-inqas darba kull sentejn għal kull magna, u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna u kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.

    Sett komuni ta’ ħames tajers differenti, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-Taqsima 2.2, għandu jitkejjel skont it-Taqsima 2.3, l-ewwel mil-laboratorju kandidat u aktar tard minn laboratorju ta’ referenza wieħed. Fuq talba tal-laboratorju kandidat, jistgħu jiġu ttestjati aktar minn ħames tajers tal-allinjament.

    Il-laboratorju ta’ referenza magħżul għandu jirċievi s-sett ta’ tajers tal-allinjament mingħand il-laboratorju kandidat.

    Il-laboratorju kandidat (c) għandu jibqa’ konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 tr-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, u preferibbilment b’devjazzjonijiet standard m) kif ġej:

    (a)

    mhux akbar minn 0,075 kg/t għat-tajers C1 u C2; u

    (b)

    mhux akbar minn 0,06 kg/t għat-tajers C3.

    Jekk id-devjazzjoni standard (σm) tal-laboratorju kandidat hija ogħla mill-valuri ta’ hawn fuq b’erba’ kejliet, l-aħħar tlieta li jkunu qegħdin jintużaw għall-kalkoli, u mbagħad in-numru n+1 ta’ ripetizzjonijiet tal-kejl, għandhom jiżdiedu kif ġej għal-lott sħiħ:

    n+1 = 1+(σm/γ)2, imqarreb ‘il fuq sal-eqreb numru sħiħ

    fejn:

    γ = 0,043 kg/t għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2

    γ = 0,035 kg/t għat-tajers tal-Klassi C3

    6.   PROĊEDURA GĦALL-ALLINJAMENT TA’ LABORATORJU KANDIDAT

    Laboratorju ta’ referenza wieħed (l) tan-netwerk għandu jikkalkula l-funzjoni tar-rigressjoni lineari fuq id-data kollha individwali tal-laboratorju kandidat (c). Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A2c u B2c, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

    Image 12

    fejn:

    RRCm, l hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza (l) (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur)

    RRCm, c hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju kandidat (c) (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur)

    Jekk il-koeffiċjent ta’ determinazzjoni R2 huwa inqas minn 0,97, il-laboratorju kandidat ma għandux jiġi allinjat.

    L-RRC allinjat tat-tajers ittestjati mil-laboratorju kandidat jiġi kkalkulat kif ġej:

    Image 13

    ANNESS VII

    Proċedura ta’ verifika

    Il-konformità ma’ dan ir-Regolament tal-klassijiet iddikjarati ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, ta’ qabda fuq l-imxarrab u ta’ storbju estern tad-dawrien, kif ukoll il-valuri ddikjarati, u kull informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni, għandha tiġi vvalutata għal kull tip ta’ tajer jew grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur, skont waħda mill-proċeduri li ġejjin:

    (a)

    l-ewwel jiġi ttestjat tajer wieħed jew sett wieħed ta’ tajers:

    1.

    jekk il-valuri mkejla jissodisfaw il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti ta’ tolleranza ddefiniti fit-Tabella 1, it-tajer jista’ jitqies li jkun għadda mit-test;

    2.

    jekk il-valuri mkejla ma jissodisfawx il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-firxa tal-valuri definita fit-Tabella 1, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers jew tliet settijiet ta’ tajers oħra. Il-valur medju tal-kejl tat-tliet tajers jew settijiet ta’ tajers għandu jintuża sabiex tiġi vvalutata l-konformità mal-informazzjoni ddikjarata fil-firxa ta’ valuri ddefinita fit-Tabella 1;

    (b)

    fejn il-klassijiet jew il-valuri tat-tikketti jkunu ġejjin mir-riżultati tat-testijiet tal-approvazzjonijiet tat-tipi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009, jew mar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jużaw data tal-kejl li tkun ġejja minn testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers.

    Il-valutazzjoni tad-data tal-kejl li tkun ġejja mit-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers għandha tqis it-tolleranzi ddefiniti fit-Tabella 1.

    Tabella 1

    Parametru mkejjel

    Tolleranzi tal-verifika

    Koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (effiċjenza fl-użu tal-fjuwil)

    Il-valur medju allinjat ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ fuq (l-ogħla RRC) tal-klassi ddikjarata b’aktar minn 0,3  kg/1 000  kg.

    Storbju estern tad-dawrien

    Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ N b’aktar minn 1 dB(A).

    Qabda fuq l-imxarrab

    Il-valur imkejjel G(T) ma għandux ikun inqas mil-limitu minimu (l-iżgħar valur ta’ G) tal-klassi ddikjarata.

    Qabda fuq il-borra

    Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-prestazzjoni fil-borra.

    Qabda fuq is-silġ

    Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-prestazzjoni fis-silġ.

    ANNESS VIII

    Tabella ta’ korrelazzjoni

    Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 3(4)

    Artikolu 3(4)

    Artikolu 3(5)

    Artikolu 3(6)

    Artikolu 3(5)

    Artikolu 3(7)

    Artikolu 3(8)

    Artikolu 3(9)

    Artikolu 3(6)

    Artikolu 3(10)

    Artikolu 3(7)

    Artikolu 3(11)

    Artikolu 3(8)

    Artikolu 3(12)

    Artikolu 3(9)

    Artikolu 3(13)

    Artikolu 3(10)

    Artikolu 3(14)

    Artikolu 3(11)

    Artikolu 3(15)

    Artikolu 3(16)

    Artikolu 3(12)

    Artikolu 3(17)

    Artikolu 3(13)

    Artikolu 3(18)

    Artikolu 3(19)

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 4(1)(a)

    Artikolu 4(1)(b)

    Artikolu 4(1)(b)

    Artikolu 4(1)(b)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 4(4)

    Artikolu 4(4)

    Artikolu 4(6)

    Artikolu 4(5)

    Artikolu 4(6)

    Artikolu 4(7)

    Artikolu 4(8)

    Artikolu 4(9)

    Artikolu 5

    Artikolu 5

    Artikolu 6

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 5(1)(a)

    Artikolu 6(1)(a)

    Artikolu 5(1)(b)

    Artikolu 6(1)(b)

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 6(3)

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 6(4)

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 6(5)

    Artikolu 6(6)

    Artikolu 6(7)

    Artikolu 6

    Artikolu 7

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Artikolu 8

    Artikolu 9

    Artikolu 9(1)

    Artikolu 10(1)

    Artikolu 9(2)

    Artikolu 10

    Artikolu 10(2)

    Artikolu 11

    Artikolu 12

    Artikolu 12(a)

    Artikolu 12(b)

    Artikolu 12(c)

    Artikolu 11(a)

    Artikolu 11(b)

    Artikolu 11(c)

    Artikolu 12(d)

    Artikolu 12

    Artikolu 11

    Artikolu 11(1)

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 11(3)

    Artikolu 13

    Artikolu 13

    Artikolu 14

    Artikolu 14

    Artikolu 15

    Artikolu 15

    Artikolu 16

    Artikolu 16

    Artikolu 17


    Top