Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XX0921(01)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu fl-10 ta’ Lulju 2018 li tikkonċerna abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.40465 — Asus — Relatur: l-Iżvezja

    C/2018/4773

    ĠU C 338, 21.9.2018, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 338/10


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu fl-10 ta’ Lulju 2018 li tikkonċerna abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.40465 — Asus

    Relatur: l-Iżvezja

    (2018/C 338/06)

    1.   

    Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-aġir kopert mill-abbozz tad-deċiżjoni jikkostitwixxi żewġ każijiet ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

    2.   

    Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multa, inkluż it-tnaqqis tagħha bbażata fuq il-paragrafu 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1).

    3.   

    Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.


    (1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


    Top