Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XG1016(01)

    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1540, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1539 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

    ST/12387/2018/INIT

    ĠU C 374, 16.10.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 374/8


    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1540, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1539 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

    (2018/C 374/02)

    L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1540 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1539 (4) dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom.

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fuq il-lista ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686.

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/1686 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

    Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għaliex ġew inklużi fil-lista msemmija hawn fuq. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

    Council of the European Union

    General Secretariat

    DG RELEX 1C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

    Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1686. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, dawn għandhom jiġu ppreżentati sal-20 ta' Awwissu 2019.

    L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

    (2)  ĠU L I 257, 15.10.2018, p. 3.

    (3)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

    (4)  ĠU L I 257, 15.10.2018, p. 1.


    Top