This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018XG0109(01)
Notice for the attention of the persons and entity subject to the restrictive measures provided for in Council Decision (CFSP) 2016/849, as implemented by Council Implementing Decision (CFSP) 2018/16, and Council Regulation (EU) 2017/1509, as implemented by Council Implementing Regulation (EU) 2018/12 concerning restrictive measures against the Democratic People’s Republic of Korea
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/16, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2018/12 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ĠU C 6, 9.1.2018, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/1 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/16, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2018/12 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2018/C 6/01)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/16 (2), u fl-Anness XIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/12 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda permezz tar-Riżoluzzjoni 2397(2017) li jżid 16-il persuna u entità waħda fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006).
Dawk ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li jkunu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Dik it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
United Nations – Focal point for delisting |
Security Council Subsidiary Organs Branch |
Room S-3055 E |
New York, NY 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar informazzjoni ara: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1718
B’segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entità li ġew iddeżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Ir-raġunijiet għall-indikazzjoni ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet huma mniżżla fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u tal-entità kkonċernati dwar il-possibbiltà li jitfgħu applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/1509, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
DG C 1C - Horizontal Issues |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(3) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.