This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018XC0709(01)
Notice concerning the classification of pitch, coal tar, high temperature as Aquatic Acute 1 and Aquatic Chronic 1 according to Regulation (EC) No 1272/2008 of the European Parliament and of the Council
Avviż dwar il-klassifikazzjoni ta’ żift, qatran tal-faħam, temp. għolja (Numru KE: 266-028-2) bħala Aquatic Acute 1 u Aquatic Chronic 1 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU C 239, 9.7.2018, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 239/3 |
Avviż dwar il-klassifikazzjoni ta’ żift, qatran tal-faħam, temp. għolja (Numru KE: 266-028-2) bħala Aquatic Acute 1 u Aquatic Chronic 1 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2018/C 239/03)
Wara li ġiet ippreżentata applikazzjoni mill-Bilbaína de Alquitranes SA u oħrajn, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, bis-sentenza tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-689/13, annullat parzjalment ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 (1) sa fejn dan jikklassifika żift, qatran tal-faħam, temp. għolja (Numru KE: 266-028-2) bħala Aquatic Acute 1 u Aquatic Chronic 1. Il-Kummissjoni appellat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li ċaħdet l-appell bis-sentenza tagħha tat-22 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża C-691/15P. Bħala konsegwenza, l-annullament parzjali mill-Qorti Ġenerali ġie milqugħ u s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja (KE Nru 266-028-2) ma għadhiex tiġi kklassifikata bħala Aquatic Acute 1 u Aquatic Chronic 1. Il-klassifikazzjoni ta’ din is-sustanza bħala Karċinoġenika 1 A, Mutaġenika 1B u Tossika għar-riproduzzjoni 1B tibqa’ l-istess.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 261, 3.10.2013, p. 5).