Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XC0323(03)

    Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċertu miżuri antidumping

    C/2018/1639

    ĠU C 110, 23.3.2018, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 110/29


    Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċertu miżuri antidumping

    (2018/C 110/05)

    1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

    2.   Proċedura

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni se jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

    3.   Id-data tal-għeluq

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: il-Kumissjoni Ewropea, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049, Brussels, BELGIUM (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

    4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

    Prodott

    Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

    Miżuri

    Referenza

    Data tal-għeluq (3)

    Perossosulfati

    (persulfati)

    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    Dazju antidumping

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1343/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ peroxosulphates (persulphates) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 11)

    it-18.12.2018


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

    (3)  Il-miżura tagħlaq f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


    Top