EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018SC0093

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Inizjattiva sabiex tittejjeb il-katina tal-provvista tal-ikel (prattiki kummerċjali inġusti) Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

SWD/2018/93 final - 2018/0082 (COD)

Brussell, 12.4.2018

SWD(2018) 93 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Inizjattiva sabiex tittejjeb il-katina tal-provvista tal-ikel (prattiki kummerċjali inġusti)

Li jakkumpanja d-dokument

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

{COM(2018) 173 final}
{SWD(2018) 91 final}
{SWD(2018) 92 final}


Sommarju Eżekuttiv

Valutazzjoni tal-impatt dwar l-inizjattiva sabiex tittejjeb il-katina tal-provvista tal-ikel – prattiki kummerċjali inġusti

A. Ħtieġa li tittieħed azzjoni

X’inhi l-problema u għaliex hija problema fil-livell tal-UE?

Is-saħħa tan-negozjar bejn l-operaturi fil-katina tal-provvista tal-ikel (FSC) tvarja; il-partijiet aktar dgħajfa (eż. il-bdiewa) huma vittmi tal-prattiki kummerċjali inġusti (UTPs). Ir-reġimi nazzjonali dwar l-UTPs ivarjaw, u ftit hemm koordinazzjoni bejn l-Istati Membri (SM). Dan iħalli lill-operaturi f’xi SM mhux protetti biżżejjed, iwassal għal kundizzjonijiet kummerċjali differenti madwar l-SM, u joħloq inċertezza għall-kummerċ transfruntier.

X’jenħtieġ li jinkiseb?

L-indirizzar tal-UTP jikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u jippermetti rimedju effettiv għall-operaturi li jaffaċċaw il-UTP; dan jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-PAK ta’ standard tal-għajxien ġust għall-persuni involuti fl-agrikoltura, reżiljenza akbar tal-operaturi aktar dgħajfa, u funzjonament aħjar tal-FSC.

X’inhu l-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-UE (sussidjarjetà)?

Azzjoni tal-UE tipprovdi qafas minimu komuni, ittejjeb il-protezzjoni kontra l-UTP u tnaqqas ir-riperkussjonijiet tul l-FSC. Tikkontribwixxi wkoll għal standards tal-għajxien ġusti tal-komunità agrikola (l-Artikolu 39 tat-TFUE) u għall-koordinazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-SM; mingħajr azzjoni tal-UE dan ikun diffiċli.

B. Soluzzjonijiet

X’inhuma l-opzjonijiet diversi sabiex jintlaħqu l-għanijiet? Hemm xi opzjoni ppreferuta?

L-opzjonijiet huma mqassmin skont il-grad ta’ armonizzazzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjonijiet tal-UTP, il-kopertura tal-prodotti, il-kopertura tal-operaturi, l-infurzar, u l-koordinazzjoni tal-SM. Ippreferuta: armonizzazzjoni parzjali tar-regoli dwar il-UTP, li tkopri prodotti agrikoli u prodotti pproċessati, tipproteġi lill-SMEs, rekwiżiti minimi għall-infurzar, u mekkaniżmu ta’ infurzar fil-livell tal-UE.

X’inhi l-opinjoni tal-partijiet ikkonċernati differenti? Liema opzjoni u min jappoġġaha?

Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati li wieġbu għall-konsultazzjoni pubblika miftuħa jappoġġaw b’mod qawwi azzjoni tal-UE, inkluż dwar l-infurzar. Il-bejjiegħa bl-imnut (kbar) ma jaqblux li l-UTP iseħħu b’mod estensiv u huma kontra miżuri tal-UE.

C. Impatti tal-opzjoni ppreferuta

X’inhuma l-benefiċċji tal-opzjoni ppreferuta (jekk hemm, inkella ta’ dawk ewlenin)?

L-operaturi ż-żgħar jibbenefikaw minn protezzjoni permezz ta’ leġislazzjoni dwar l-UTP, li żżid l-effiċjenza tagħhom. Dawn il-kisbiet jenħtieġ li jwasslu għal impatti soċjali u ekonomiċi pożittivi fuq is-soċjetà.

X’inhuma l-ispejjeż tal-opzjoni ppreferuta (jekk hemm, inkella ta’ dawk ewlenin)?

L-ispejjeż ta’ konformità tal-kumpaniji mhumiex mistennija li jkunu kbar. L-impatti soċjali u ambjentali huma mistennija li jkunu newtrali jew saħansitra pożittivi; jista’ jkun hemm spejjeż għall-amministrazzjonijiet nazzjonali (taħt).

X’inhuma l-impatti fuq l-SMEs u fuq il-kompetittività?

L-SMEs ikunu protetti aħjar, b’mod ġenerali l-kompetittività hija mistennija li tiżdied.

Se jkun hemm impatti sinifikanti fuq il-baġits u l-amministrazzjonijiet nazzjonali?

Il-biċċa l-kbira tal-SM diġà għandhom fis-seħħ xi forma ta’ regoli dwar il-UTP; l-ispejjeż amministrattivi għalihom se jkunu limitati. Għal SM oħra, l-ispejjeż ikunu kemxejn ogħla, iżda l-esperjenza tal-SM bil-leġislazzjoni dwar l-UTP turi li l-ispejjeż tal-implimentazzjoni huma ġeneralment baxxi u jistgħu jiġu assorbiti mill-istrutturi eżistenti.

Se jkun hemm impatti sinifikanti oħra?

Se jkunu koperti wkoll il-fornituri minn pajjiżi terzi.

Proporzjonalità?

Huma koperti biss l-SMEs, il-UTP l-aktar dannużi, u l-oqsma fejn l-SM ma jistgħux jiksbu l-għanijiet waħedhom. L-ispejjeż mistennija huma minimi. L-SM jistgħu jżommu r-reġimi tagħhom u jilleġiżlaw lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika.

D. Segwitu

Meta se tiġi rieżaminata l-politika?

Abbażi ta’ rapporti mill-SM, il-politika se tiġi mmonitorjata kull sena minn gruppi ta’ esperti ad hoc. Wara erba’ snin se jitwettaq rieżami sħiħ.

Top