EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0853

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

COM/2018/853 final

Brussell, 4.1.2019

COM(2018) 853 final

2018/0429(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-proposta mehmuża hija l-istrument legali għall-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea.

Skont l-Atti tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija, dawn it-tliet Stati Membri għandhom jaderixxu mal-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu ffirmaw jew ikunu kkonkludew permezz ta’ protokoll għal dawk il-ftehimiet.

Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra 1 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), ġie ffirmat fid-9 ta’ Settembru 2006 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ [….] favur l-iffirmar ta’ Protokoll għall-Ftehim sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Rumanija u tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll ġie ffirmat mar-rappreżentant tar-Repubblika tal-Korea nhar [….].

Bil-Protokoll propost, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Rumanija jsiru Partijiet Kontraenti tal-Ftehim u l-UE tintrabat li tipprovdi verżjoni awtentika tal-Ftehim bil-Bulgaru, bil-Kroat u bir-Rumen.

2.ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Wara l-iffirmar tal-Protokoll, il-Kummissjoni qed tipproponi lill-Kunsill jawtorizza l-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-UE.

2018/0429 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 172 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Atti tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikulari l-Artikolu 6(2) tagħhom,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), ġie ffirmat fid-9 ta’ Settembru 2006 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)Il-Bulgarija u r-Rumanija saru Stati Membri tal-Unjoni fl-1 ta’ Jannar 2007 u l-Kroazja saret Stat Membru tagħha fl-1 ta’ Lulju 2013.

(3)Skont l-Artikolu 6(2) tal-Atti tal-Adeżjoni tal-Bulgarija, tar-Rumanija u tal-Kroazja rispettivament, l-adeżjoni għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, irid jintlaħaq qbil dwarha permezz ta’ Protokoll għall-Ftehim (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”). Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, fil-każ tat-tali adeżjoni trid tapplika proċedura ssimplifikata, li permezz tagħha l-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiżi terzi kkonċernati jridu jikkonkludu protokoll bejniethom.

(4)Fit-23 ta’ Ottubru 2006 u fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati sabiex tikkonkludi protokolli għall-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkunu kkonkludew.

(5)In-negozjati mal-Korea ntemmu b’suċċess permezz ta’ skambju ta’ noti verbali.

(6)Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill [XXX] 2 , il-Protokoll ġie ffirmat nhar […], suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

(7)Għalhekk jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija, b’dan huwa approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha 3 . 

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna li jkollha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jintrabtu bil-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 288, 19.10.2006, p. 31.
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (ĠU L , , p. ).
(3)    It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L […], […], p. […], flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.
Top

Brussell, 4.1.2019

COM(2018) 853 final

ANNESS

tal-

Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea


PROTOKOLL

GĦALL-FTEHIM TA’ KOOPERAZZJONI

DWAR SISTEMA ĊIVILI GLOBALI TA’ NAVIGAZZJONI BIS-SATELLITA (GNSS)

BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA,

U R-REPUBBLIKA TAL-KOREA, MIN-NAĦA L-OĦRA, 

SABIEX TITQIES L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA U TAR-RUMANIJA MAL-UNJONI EWROPEA

   



L-UNJONI EWROPEA,

u

R-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,



IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA, u

R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

minn hawn ’il quddiem imsejħin “l-Istati Membri”,

minn naħa, u

R-REPUBBLIKA TAL-KOREA,

min-naħa l-oħra,


FILWAQT LI JFAKKRU fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li ġie ffirmat fid-9 ta’ Settembru 2006 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016 u, b’mod partikulari, fl-Artikolu 18(3) tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007 u l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja magħha fl-1 ta’ Lulju 2013,

XEWQANA li r-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Rumanija jaderixxu

mal-Ftehim,

FILWAQT LI JQISU l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom tissejjes l-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni ta’ dawk l-Istati għall-Ftehim irid jintlaħaq qbil dwarha permezz tal-konklużjoni ta’ protokoll għal dak il-Ftehim,

FTEHMU KIF ĠEJ:

ARTIKOLU 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, u għandhom jadottaw u jieħdu nota, rispettivament, tat-test tal-Ftehim hekk kif għamlu l-Istati Membri l-oħrajn.

ARTIKOLU 2

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

ARTIKOLU 3

It-testi tal-Ftehim bil-Bulgaru, bil-Kroat u bir-Rumen huma mehmużin ma’ dan il-Protokoll.

ARTIKOLU 4

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu għarrfu lid-Depożitarju tal-Ftehim, permezz ta’ noti diplomatiċi, li jkunu lestew il-proċeduri legali interni rispettivi tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji ta’ hawn taħt, awtorizzati kif xieraq jagħmlu dan mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Protokoll.

MAGĦMUL f’żewġ kopji fi xxx, f’dan l-xx jum ta’ mm tas-sena elfejn u zz, bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u bil-Korean, u kull test huwa ugwalment awtentiku.

GĦALL-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI

GĦAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA

Top