EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0693

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra

COM/2018/693 final

Brussell, 17.10.2018

COM(2018) 693 final

2018/0358(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-ekonomiji tax-Xlokk tal-Asja, li qed jikbru b’mod dinamiku, b’aktar minn 600 miljun konsumatur kif ukoll klassi medja li qed tikber b’rata mgħaġġla, huma swieq kruċjali għall-esportaturi u l-investituri tal-Unjoni Ewropea. B’total ta’ EUR 227,3 biljun ta’ kummerċ f’merkanzija (2017) u EUR 77 biljun ta’ kummerċ f’servizzi (2016), l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (Association of Southeast Asian Nations, ASEAN) kumplessivament hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE barra mill-Ewropa, wara l-Istati Uniti tal-Amerka u ċ-Ċina. Fl-istess ħin, stokk ta’ investiment dirett barrani totali ta’ EUR 263 biljun (2016) fl-ASEAN jagħmel lill-UE l-ewwel investitur dirett barrani fl-ASEAN, filwaqt li min-naħa tagħha l-ASEAN fl-intier tagħha hija t-tieni l-akbar investitur dirett barrani Asjatiku fl-UE – bi stokk ta’ investiment dirett barrani totali ta’ EUR 116-il biljun (2016).

Il-Vjetnam sar it-tieni l-akbar imsieħeb kummerċjali tal-UE fl-ASEAN wara Singapore, u qabel il-Malasja, bil-kummerċ bejn l-UE u l-Vjetnam jilħaq EUR 47,6 biljun fl-2017. Il-Vjetnam huwa wieħed mill-pajjiżi fl-ASEAN li l-aktar qed jiżviluppaw b’mod rapidu, b’medja ta’ rata ta’ tkabbir tal-PDG ta’ madwar 6 % f’dawn l-aħħar 10 snin li hija mbassra li tibqa’ tinżamm fil-futur. Il-Vjetnam għandu ekonomija vibranti ta’ aktar minn 90 miljun abitant, bi klassi medja li qed tikber b’mod rapidu fl-ASEAN, u b’forza tax-xogħol żagħżugħa u dinamika. B’rata għolja ta’ litteriżmu u livelli għoljin ta’ edukazzjoni, pagi relattivament baxxi, konnettività tajba u post ċentrali fl-ASEAN, il-Vjetnam qed isir l-għażla ta’ aktar u aktar investituri barranin bħala l-hub tagħhom biex jagħtu servizz fir-reġjun tal-Mekong u lil hinn.

Fit-23 ta’ April 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f’negozjati ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles (Free Trade Agreement, FTA) reġjun ma’ reġjun mal-Istati Membri tal-ASEAN. Bil-fehim li l-objettiv kien li jiġi negozjat FTA reġjun b’reġjun, l-awtorizzazzjoni madankollu pprevediet li jkun hemm il-possibbiltà ta’ negozjati bilaterali fil-każ li ma jkunx possibbli li jintlaħaq ftehim għal negozjati konġunti ma’ grupp ta’ Stati Membri tal-ASEAN. Fid-dawl tad-diffikultajiet li nqalgħu waqt in-negozjati reġjun ma’ reġjun, iż-żewġ naħat irrikonoxxew li kienu ltaqgħu ma’ ostaklu u qablu li jissospenduhom.

Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill qabel dwar il-prinċipju li jitniedu negozjati bilaterali ma’ Stati Membri individwali tal-ASEAN, abbażi tad-direttivi ta’ awtorizzazzjoni u negozjar tal-2007, filwaqt li jinżamm l-objettiv strateġiku ta’ ftehim reġjun ma’ reġjun. Il-Kunsill awtorizza wkoll lill-Kummissjoni biex tibda negozjati bilaterali l-ewwel ma’ Singapore, bħala l-ewwel pass lejn l-objettiv tat-tnedija f’waqtha ta’ tali negozjati ma’ pajjiżi oħra relevanti tal-ASEAN. Konsegwentement, l-UE nediet negozjati bilaterali dwar FTA mal-Malasja (2010), il-Vjetnam (2012), it-Tajlandja (2013), il-Filippini (2015) u l-Indoneżja (2016).

Fit-15 ta’ Ottubru 2013, abbażi ta’ kompetenza ġdida tal-UE skont it-Trattat ta’ Lisbona, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex testendi n-negozjati bilaterali li kienu għaddejjin mal-pajjiżi tal-ASEAN biex ikopru wkoll il-protezzjoni tal-investiment.

Abbażi tad-direttivi ta’ negozjati adottati mill-Kunsill fl-2007, u ssupplimentati f’Ottubru 2013 biex ikunu jinkludu l-protezzjoni tal-investiment, il-Kummissjoni nnegozjat FTA ambizzjuż u komprensiv u Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment (FPI) mal-Vjetnam, bil-ħsieb li jinħolqu opportunitajiet ġodda kif ukoll ċertezza legali għall-kummerċ u l-investiment biex jiġu żviluppati bejn iż-żewġ sħab. It-testi, ġuridikament ivverifikati taż-żewġ ftehimiet, ġew ippubblikati u jinsabu f'din il-link:

http://ec.europa.eu/trade/policy/countries-and-regions/countries/vietnam/

Il-Kummissjoni qed tippreżenta dawn il-proposti għal deċiżjonijiet tal-Kunsill:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam;

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam;

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra; kif ukoll

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra.

Aktar kmieni, il-Kummissjoni kienet ippreżentat proposta għal regolament ta’ salvagwardja orizzontali li se jkun applikabbli, fost ftehimiet oħra, għall-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam.

Il-proposta mehmuża għal Deċiżjoni tal-Kunsill tikkostitwixxi l-istrument legali li jawtorizza l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Qabel ma saru n-negozjati għall-FTA u l-FPI saru negozjati mis-Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna, dwar Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, li kien daħal fis-seħħ f’Ottubru 2016. L-FSK jipprovdi l-qafas legali sabiex tkompli tiġi żviluppata s-sħubija twila u b’saħħitha bejn l-UE u l-Vjetnam, f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, inklużi d-djalogu politiku, il-kummerċ, l-enerġija, it-trasport, id-drittijiet tal-bniedem, l-edukazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija, il-ġustizzja, l-ażil u l-migrazzjoni.

Ir-relazzjoni twila kummerċjali u ekonomika bejn l-UE u l-Vjetnam sa issa żviluppat mingħajr qafas legali speċifiku. L-FTA u l-FPI li ġew negozjati se jikkostitwixxu ftehimiet speċifiċi li jġibu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment tal-PCA u se jkunu parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali kumplessivi bejn l-UE u l-Vjetnam.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, l-FPI bejn l-UE u l-Vjetnam se jissostitwixxi u jħassar it-trattati bilaterali ta’ investiment bejn il-Vjetnam u l-Istati Membri tal-UE li huma elenkati fl-Anness 6 (Lista tal-Ftehimiet ta’ Investiment) tal-FPI.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-FTA u l-FPI bejn l-UE u l-Vjetnam huma kompletament konsistenti mal-politiki tal-Unjoni u mhux se jirrikjedu li l-UE temenda r-regoli, r-regolamenti jew l-istandards tagħha f’xi qasam regolat. Barra minn hekk, bħal fil-każ tal-ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment l-oħra kollha li nnegozjat il-Kummissjoni, l-FTA u l-FPI bejn l-UE u l-Vjetnam jissalvagwardjaw totalment is-servizzi pubbliċi u jiżguraw li d-dritt tal-gvernijiet li jirregolaw fl-interess pubbliku jinżamm kompletament ippreżervat mill-ftehimiet u jkun jikkostitwixxi prinċipju bażiku fihom.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Wara l-Opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, u fid-dawl ta’ diskussjonijiet wiesgħa sussegwenti fost l-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-arkitettura tal-ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment, il-Kummissjoni tippreżenta r-riżultat ta’ negozjati mal-Vjetnam fil-forma ta’ żewġ ftehimiet awtonomi: FTA u FPI, kif kien il-każ għar-riżultat tan-negozjati bejn l-UE u Singapore.

Fid-dawl tal-Opinjoni 2/15, u meta wieħed iqis li l-kontenut tal-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam huwa essenzjalment l-istess kontenut bħal dak tal-FTA bejn l-UE u Singapore, l-oqsma kollha koperti mill-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam ikunu jaqgħu fil-kompetenza tal-UE u, b’mod iktar partikolari, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 91, 100 (2) u 207 TFUE. Bl-istess mod, id-dispożizzjonijiet sostantivi kollha dwar il-protezzjoni tal-investiment skont l-FPI bejn l-UE u l-Vjetnam, sal-punt li fih dawn japplikaw għal investiment dirett barrani, ikunu koperti mill-Artikolu 207 TFUE.

Bħala riżultat, l-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam għandu jiġi ffirmat mill-Unjoni skont deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 218(5) TFUE, u konkluż mill-Unjoni skont deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 218(6) TFUE, wara li l-Parlament Ewropew jagħti l-kunsens tiegħu.

L-FPI bejn l-UE u l-Vjetnam għandu jiġi ffirmat mill-Unjoni skont deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 218(5) TFUE, u konkluż mill-Unjoni skont deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 218(6) TFUE, wara li l-Parlament Ewropew jagħti l-kunsens tiegħu u wara li jiġi ratifikat mill-Istati Membri skont il-proċedimenti interni rispettivi tagħhom.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Kif ikkonfermat fl-Opinjoni 2/15 dwar l-FTA bejn l-UE u Singapore u f’analoġija magħha, l-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam kif ippreżentat lill-Kunsill ma jkoprix kwistjonijiet li jaqgħu lil hinn mill-kompetenza esklużiva tal-UE.

Rigward l-FPI, il-Qorti kkonfermat li, skont l-Artikolu 207 TFUE, l-UE għandha kompetenza esklużiva rigward id-dispożizzjonijiet sostantivi kollha dwar il-protezzjoni tal-investiment, sa fejn dawn japplikaw għal investiment dirett barrani. Barra minn hekk, il-Qorti kkonfermat il-kompetenza esklużiva tal-UE fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn Stat u Stat fejn tidħol il-protezzjoni tal-investiment. Fl-aħħar nett, il-Qorti ddikjarat li l-UE għandha kompetenza kondiviża fir-rigward tal-investiment mhux dirett u fir-rigward tas-soluzzjoni tat-tilwim bejn investituri u stati (li aktar tard ġiet sostitwita mis-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment fl-FPI), fejn l-Istati Membri jaġixxu bħala konvenuti 1 .

Dawn l-elementi bl-ebda mod ma jistgħu jiġu separati b’mod koerenti mid-dispożizzjonijiet sostantivi jew mis-soluzzjoni tat-tilwim bejn stat u ieħor u għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi fil-ftehimiet fil-livell tal-UE.

Proporzjonalità

Din il-proposta hija skont il-viżjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u tikkontribwixxi għall-objettivi kummerċjali u ta’ żvilupp tal-Unjoni.

L-għażla tal-istrument

Din il-proposta hija konformi mal-Artikolu 218 TFUE, li jipprevedi li deċiżjonijiet dwar ftehimiet internazzjonali jiġu adottati mill-Kunsill. Ma jeżisti ebda strument legali ieħor li jista' jintuża sabiex jintlaħaq l-objettiv espress f'din il-proposta.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post / kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Wara li ġew konklużi n-negozjati mal-Vjetnam, tim immexxi mill-Ekonomista Prinċipali tad-DĠ Kummerċ għamel studju dwar il-benefiċċji ekonomiċi mistennija minn dan il-ftehim.

L-analiżi tbassar li l-eliminazzjoni tat-tariffi bilaterali u tat-taxxi tal-esportazzjoni flimkien mat-tnaqqis tal-ostakli nontariffarji (ONT) li jaffettwaw l-iskambji transfruntiera ta’ oġġetti u servizzi se ssaħħaħ sew il-kummerċ bilaterali. Huwa stmat li l-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Vjetnam se jiżdiedu b’aktar minn EUR 8 biljun sal-2035, filwaqt li l-esportazzjonijiet tal-Vjetnam lejn l-UE huma mistennija li jiżdiedu bi EUR 15-il biljun. F’termini relattivi dan jikkorrispondi għal żieda fl-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Vjetnam bi kważi 29 % u fl-esportazzjonijiet tal-Vjetnam lejn l-UE bi kważi 18 %.

L-immudellar ekonomiku li sar ikompli jikkalkula li l-introjtu nazzjonali tal-UE jista’ jikber b’aktar minn EUR 1,9 biljun sal-2035 bħala riżultat tal-FTA, filwaqt li l-introjtu nazzjonali tal-Vjetnam jista’ jiżdied b’EUR 6 biljun fuq l-istess perjodu. Id-differenza mdaqqsa f’benefiċċji mistennija hija r-riżultat ta’ differenzi kbar fl-importanza relattiva tal-UE u l-Vjetnam bħala destinazzjoni ta’ esportazzjoni reċiproka.

Ir-riżultati tal-analiżi kwantitattiva ppreżentata hawn fuq jistgħu jitqiesu li jissottovalutaw l-impatt ekonomiku reali tal-ftehim, peress li dawn ma jqisux il-benefiċċji prevedibbli marbuta mat-tisħiħ tal-protezzjoni u tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew mal-liberalizzazzjoni tal-investiment dirett barrani (IDB) fis-setturi tal-manifattura u tal-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, ma kienx possibbli li jiġu mmudellati s-sinerġiji fil-katini ta’ forniment globali li jistgħu jirriżultaw mill-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam, partikolarment fil-kuntest usa’ ta’ sforz kontinwu biex tissaħħaħ aktar ir-relazzjoni ekonomika tal-UE mar-reġjun tal-ASEAN, iżda mistenni li dawn jistgħu jkunu sinifikanti.

Konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati

Qabel it-tnedija tan-negozjati bilaterali mal-Vjetnam, saret Valutazzjoni tal-Impatt tas-Sostenibbiltà Kummerċjali (Trade Sustainability Impact Assessment, TSIA) tal-FTA bejn l-UE u l-ASEAN 2 minn kuntrattur estern biex jeżamina l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali ta’ sħubija ekonomika eqreb bejn iż-żewġ reġjuni.

Fil-qafas tat-tħejjija tat-TSIA, il-kuntrattur ikkonsulta esperti interni u esterni, organizza konsultazzjonijiet pubbliċi fi Brussell u f’Bangkok, u kellu laqgħat bilaterali u intervisti mas-soċjetà ċivili fl-UE u l-ASEAN. Il-konsultazzjonijiet fil-qafas tat-TSIA pprovdew pjattaforma għall-involviment ta’ partijiet ikkonċernati ewlenin u tas-soċjetà ċivili fi djalogu dwar il-politika tal-kummerċ b’rabta mal-Asja tax-Xlokk.

Kemm ir-rapport tat-TSIA kif ukoll il-konsultazzjonijiet li saru fil-kuntest tal-preparazzjoni tiegħu, ipprovdew lill-Kummissjoni kontribut li kien ta’ valur kbir fin-negozjati bilaterali kollha dwar il-kummerċ u l-investiment imnedija minn dak iż-żmien lil hawn mal-pajjiżi individwali tal-ASEAN.

Barra minn hekk, f’Ġunju 2012, il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni pubblika dwar il-ftehim bilaterali futur mal-Vjetnam li kienet tinkludi kwestjonarju mħejji biex tinkiseb informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati li aktar tard kien ta’ għajnuna għall-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-prijoritajiet u biex tieħu deċiżjonijiet matul il-proċess tan-negozjati. Waslu 62 tweġiba, li minnhom 43 kienu minn federazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tal-industrija, 16 minn kumpaniji individwali u tlieta mill-Istati Membri. It-tweġibiet koprew firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi prodotti agroalimentari, l-ICT, it-tessuti, is-servizzi, il-farmaċewtiċi, il-kimiċi, il-metalli, l-enerġija ekoloġika, is-settur tal-karozzi, il-makkinarju u l-wood-paper. Il-konsultazzjoni bil-miktub ġiet segwita b’laqgħat ma’ għadd magħżul ta’ dawk li wieġbu għall-kwestjonarju identifikati bħala li jirrappreżentaw l-aktar setturi sensittivi għan-negozjati mal-Vjetnam (it-tessuti, ix-xorb alkoħoliku, il-farmaċewtiċi, is-settur tal-karozzi u l-ICT).

F’Mejju 2015 saret laqgħa ta’ diskussjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli fil-kuntest tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Vjetnam 3 . Il-Kummissjoni mbagħad wettqet analiżi dedikata 4 li tindirizza l-impatt possibbli tal-FTA dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli.

Qabel u matul in-negozjati, l-Istati Membri tal-UE ġew mgħarrfa u kkonsultati regolarment bil-fomm u bil-miktub dwar id-diversi aspetti tan-negozjati permezz tal-Kumitat għall-Politika Kummerċjali tal-Kunsill. Il-Parlament Ewropew ukoll ġie infurmat u kkonsultat regolarment permezz tal-Kumitat tiegħu dwar il-Kummerċ Internazzjonali (INTA), u b’mod partikulari tal-Grupp ta’ Monitoraġġ tiegħu fuq l-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam. It-testi li gradwalment bdew jiġu fformulati bħala riżultat tan-negozjati ġew iċċirkolati matul il-proċess liż-żewġ istituzzjonijiet.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Il-kuntrattur estern “Ecorys” għamel Valutazzjoni tal-Impatt tas-Sostenibilità Kummerċjali tal-FTA bejn l-UE u l-ASEAN.

Valutazzjoni tal-impatt

It-TSIA, li saret minn kuntrattur estern u li ġiet iffinalizzata fl-2009, ikkonkludiet li FTA ambizzjuż bejn l-UE u l-ASEAN iwassal għal impatti pożittivi importanti (f’termini ta’ PGD, introjtu, kummerċ u impjiegi) kemm għall-UE kif ukoll għall-Vjetnam. L-effetti fuq l-introjtu nazzjonali min-naħa tal-UE ġew stmati li jammontaw għal EUR 13-il biljun u EUR 7,6 biljun għall-Vjetnam.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

L-FTA u l-FPI bejn l-UE u l-Vjetnam mhumiex soġġetti għall-proċeduri tar-REFIT. Madankollu huma fihom għadd ta’ dispożizzjonijiet li se jissimplifikaw il-proċeduri għall-kummerċ u għall-investiment, inaqqsu l-kosti relatati mal-esportazzjoni u l-investiment u għalhekk aktar kumpaniji żgħar se jkunu jistgħu jagħmlu n-negozju fiż-żewġt iswieq. Il-benefiċċji mistennija jinkludu: regoli tekniċi, rekwiżiti ta’ konformità, proċeduri doganali u regoli ta’ oriġini anqas onerużi, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jew it-tnaqqis fil-kosti tal-litigazzjoni skont is-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment għal kwerelanti li jkunu SMEs.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma taffettwax il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

L-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam se jkollu impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-UE fuq in-naħa tad-dħul. Qed jiġi stmat li d-dazji mitlufin jistgħu jilħqu l-EUR 1,7 biljun ladarba jiġi implimentat għalkollox il-Ftehim. Din l-istima hija bbażata fuq medja tal-importazzjonijiet ipproġettati għall-2035 fin-nuqqas ta’ ftehim u tirrappreżenta t-telf annwali fid-dħul li jirriżulta mill-eliminazzjoni tat-tariffi tal-UE fuq l-importazzjoni mill-Vjetnam.

L-FPI bejn l-UE u l-Vjetnam mistenni li jkollu impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-UE fuq in-naħa tal-infiq. Il-ftehim se jkun it-tielet wieħed għall-UE (wara l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-UE u l-Kanada, u dak bejn l-UE u Singapore) li jinkorpora s-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment (Investment Court System, ICS) għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-istati. Huwa previst ammont ta’ EUR 700 000 f’nefqa addizzjonali fis-sena mill-2019 ’il quddiem (soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim) għall-iffinanzjar tal-istruttura permanenti li tinkludi Tribunali tal-Prim'Istanza u tal-Appell. Fl-istess ħin, il-ftehim jinkludi l-użu ta’ riżorsi amministrattivi taħt il-linja baġitarja XX 01 01 01 (Nefqa marbuta ma’ uffiċjali u persunal temporanju li jaħdmu mal-Istituzzjonijiet), peress li huwa stmat li se jkun iddedikat Amministratur wieħed bħala ekwivalenti ta’ full time għall-kompiti intrinsiċi għal dan il-ftehim. Dan huwa indikat fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva u soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fiha.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

L-FTA u l-FPI bejn l-UE u l-Vjetnam jinkludu dispożizzjonijiet istituzzjonali li jistabbilixxu struttura ta’ korpi ta’ implimentazzjoni biex kontinwament jagħmlu monitoraġġ tal-implimentazzjoni, it-tħaddim u l-impatt tal-ftehimiet. Peress li l-ftehimiet huma parti integrali mir-relazzjoni bilaterali kumplessiva bejn l-UE u l-Vjetnam kif irregolata mill-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK), l-istrutturi msemmija se jiffurmaw parti minn qafas istituzzjonali komuni mal-FSK.

Il-kapitolu istituzzjonali tal-FTA jistabbilixxi Kumitat tal-Kummerċ li għandu bħala l-kompitu prinċipali tiegħu is-sorveljar u l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-ftehim. Il-Kumitat tal-Kummerċ huwa magħmul minn rappreżentanti tal-UE u tal-Vjetnam li jibdew jiltaqgħu kull sena jew fuq talba ta’ waħda miż-żewġ naħat. Il-Kumitat tal-Kummerċ se jkun inkarigat li jissorvelja l-ħidma tal-kumitati speċjalizzati u l-gruppi ta’ ħidma kollha stabbiliti skont il-ftehim (il-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Prodotti; il-Kumitat Doganali; il-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji; il-Kumitat dwar l-Investiment, il-Kummerċ fis-Servizzi, il-Kummerċ Elettroniku u l-Akkwist Pubbliku; il-Kumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli; il-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, inklużi Indikazzjonijiet Ġeografiċi; u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Vetturi bil-Mutur u l-Partijiet).

Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu wkoll il-kompitu li jikkomunika mal-partijiet interessati kollha, inkluż is-settur privat u s-soċjetà ċivili, rigward il-funzjonament u l-implimentazzjoni tal-ftehim. Fil-ftehim, iż-żewġ naħat jirrikonoxxu l-importanza tat-trasparenza u tal-ftuħ u jimpenjaw rwieħhom li jikkunsidraw l-opinjonijiet tal-membri tal-pubbliku bil-għan li jibbażaw fuq firxa wiesgħa ta’ perspettivi fl-implimentazzjoni tal-ftehim.

Il-kapitolu istituzzjonali tal-FPI jistabbilixxi Kumitat li jkollu bħala kompitu prinċipali s-sorveljar u l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-ftehim. Fost kompiti oħra, il-Kumitat jista’, soġġett għat-tlestija tar-rekwiżiti u l-proċeduri legali rispettivi ta’ kull naħa, jiddeċiedi l-ħatra tal-Membri tat-Tribunali tal-ICS, jistabbilixxi r-remunerazzjoni ta’ kull xahar tagħhom u jadotta interpretazzjonijiet vinkolanti tal-ftehim.

Kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni “Kummerċ għal Kulħadd”, il-Kummissjoni qed tiddedika dejjem iżjed riżorsi għall-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi ta’ ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment. Fl-2017, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel Rapport annwali dwar l-Implimentazzjoni tal-FTA. L-iskop ewlieni tar-rapport huwa li tingħata stampa oġġettiva dwar l-implimentazzjoni tal-FTAs tal-UE, b’enfasi fuq il-progress li jkun sar u nuqqasijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati. L-objettiv huwa li r-rapport iservi bħala l-bażi għal dibattitu miftuħ u l-involviment mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili b’mod ġenerali dwar il-funzjonament tal-FTAs u l-implimentazzjoni tagħhom. Bħala eżerċizzju annwali, il-pubblikazzjoni tar-rapport se tippermetti monitoraġġ regolari tal-iżviluppi, bir-reġistrazzjoni ukoll ta’ kif ikunu ġew indirizzati kwistjonijiet ta’ prijorità. Ir-rapport se jkopri l-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam sa mid-dħul fis-seħħ tiegħu.

Implimentazzjoni fl-UE

Ċerti azzjonijiet se jkollhom jittieħdu biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Dawn se jiġu stabbiliti fil-ħin għall-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn huma regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li se jiġi adottat skont l-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni li jiftaħ il-kwoti tariffarji previsti mill-Ftehim.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-Direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Fin-negozjati tal-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam, il-Kummissjoni segwiet żewġ objettivi prinċipali: l-ewwel, li tipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-aċċess tal-operaturi tal-UE fis-suq tal-Vjetnam; u, it-tieni, li tistabbilixxi t-tieni punt ta’ referenza importanti (wara l-ftehimiet ma’ Singapore) għan-negozjati l-oħrajn tal-UE fir-reġjun.

Dawn iż-żewġ objettivi ntlaħqu b’kompletament: il-ftehim imur lil hinn mill-impenji eżistenti tad-WTO f’bosta oqsma, bħalma huma s-servizzi, l-akkwist, l-ostakli mhux tariffarji u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, inklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ). F’dawn l-oqsma kollha l-Vjetnam qabel ukoll ma’ impenji ġodda li jmorru ferm lil hinn minn dak li l-Vjetnam impenja ruħu fi ftehimiet oħra, inkluż fis-CPTPP.

F’konformità mal-objettivi stabbiliti mid-direttivi tan-negozjati, il-Kummissjoni assigurat:

(1)il-liberalizzazzjoni komprensiva tas-swieq tas-servizzi u tal-investimenti, inklużi regoli trażversali dwar il-liċenzjar u għar-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, u regoli settorjali speċifiċi mfassla biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi tal-UE;

(2)opportunitajiet ġodda għal offerti lill-offerenti tal-UE fil-Vjetnam, li mhuwiex membru tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti Pubbliċi;

(3)it-tneħħija ta’ ostakli tekniċi u regolatorji għall-kummerċ fil-prodotti, bħalma huma l-ittestjar doppju, b’mod partikolari bil-promozzjoni tal-użu ta’ standards tekniċi u regolatorji familjari fl-UE fis-setturi tal-vetturi bil-mutur, l-elettronika, il-farmaċewtiċi u t-tagħmir mediku kif ukoll it-teknoloġiji ekoloġiċi;

(4)abbażi ta’ standards internazzjonali, sistema ta’ regoli li tiffaċilita aħjar il-kummerċ għall-approvazzjoni ta’ esportazzjonijiet tal-ikel mill-Ewropa lejn il-Vjetnam;

(5)l-impenn tal-Vjetnam biex inaqqas jew jelimina t-tariffi tiegħu fuq l-importazzjonijiet mill-UE, u aċċess irħas tal-impriżi u tal-konsumaturi Ewropej għall-prodotti li joriġinaw fil-Vjetnam;

(6)livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inkluż fir-rigward tal-infurzar ta’ dawn id-drittijiet, kif ukoll fil-fruntiera, u livell ta’ protezzjoni TRIPS-plus għall-IĠ tal-UE;

(7)kapitolu komprensiv dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, li għandu l-għan li jiżgura li l-kummerċ jappoġġa d-drittijiet lavorattivi, il-ħarsien ambjentali u l-iżvilupp soċjali u li jippromwovi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u s-sajd. Huwa jinkludi impenji dwar l-applikazzjoni effettiva ta’ standards internazzjonali u dwar l-isforzi lejn ir-ratifika ta’ għadd ta’ konvenzjonijiet internazzjonali. Il-kapitolu jistabbilixxi wkoll kif l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili se jkunu involuti fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tiegħu; kif ukoll

(8)mekkaniżmi rapidi għas-soluzzjoni tat-tilwim jew permezz ta’ arbitraġġ jew bl-għajnuna ta’ medjatur.

L-FPI bejn l-UE u l-Vjetnam se jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-investiment, filwaqt li jissalvagwardja d-drittijiet tal-UE u tal-Vjetnam li jirregolaw u li jsegwu objettivi leġittimi ta’ politika pubblika bħal pereżempju l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, is-sigurtà u l-ambjent.

Il-ftehim jinkludi l-innovazzjonijiet kollha tal-approċċ il-ġdid tal-UE għall-protezzjoni tal-investiment u l-mekkaniżmi ta’ infurzar tiegħu li ma humiex preżenti fil-21 trattat ta’ investiment bilaterali eżistenti bejn il-Vjetnam u l-Istati Membri tal-UE. Karatteristika importanti ħafna tal-FPI hija li tissostitwixxi u b’hekk ittejjeb il-21 trattat bilaterali tal-investiment eżistenti.

F’konformità mal-objettivi stabbiliti mid-direttivi tan-negozjati, il-Kummissjoni żgurat li l-investituri tal-UE u l-investimenti tagħhom fil-Vjetnam se jingħataw trattament ġust u ekwu u ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontrihom meta mqabbla ma’ investimenti Vjetnamiżi li jkunu f’sitwazzjonijiet simili. Fl-istess ħin, l-FPI jipproteġi lill-investituri tal-UE u l-investimenti tagħhom fil-Vjetnam mill-esproprjazzjoni, sakemm ma tkunx għal finijiet pubbliċi, f’konformità mal-proċess ġust, fuq bażi mhux diskriminatorja u bi ħlas ta’ kumpens fil-pront, adegwat u effettiv skont il-valur tas-suq ġust tal-investiment esproprjat.

Barra minn hekk, f’konformità mad-direttivi ta’ negozjati, l-FPI innegozjat mill-Kummissjoni se joffri lill-investituri l-opzjoni ta’ mekkaniżmu modern u riformat ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim dwar l-investiment. Din is-sistema tiżgura li r-regoli tal-protezzjoni tal-investiment jiġu osservati u tfittex li ssib bilanċ bejn il-protezzjoni tal-investituri b’manjiera trasparenti u s-salvagwardja tad-dritt ta’ Stat li jirregola sabiex iġib ’il quddiem l-objettivi ta’ politika pubblika. Il-ftehim jistabbilixxi sistema permanenti internazzjonali ta’ riżoluzzjoni tad-disputi, kompletament indipendenti, li tkun tikkonsisti fi Tribunali permanenti tal-Prim'Istanza u tal-Appell li jmexxu proċedimenti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim b’mod trasparenti u imparzjali.

Il-Kummissjoni hija konxja li jrid jinstab bilanċ bejn il-progress fil-politika ta’ investiment riformata tal-UE u s-sensitivitajiet tal-Istati Membri tal-UE f’dak li jirrigwarda t-tħaddim possibbli ta’ kompetenza kondiviża f’dawn il-kwistjonijiet. Il-Kummissjoni, għalhekk, ma ppreżentatx proposta biex tapplika b’mod proviżorju l-ftehim ta’ protezzjoni tal-investiment. Madankollu, jekk l-Istati Membri jkunu jixtiequ jaraw proposta għall-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim ta’ protezzjoni tal-investiment, il-Kummissjoni tinsab lesta li tippreżenta tali proposta.

2018/0358 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru [XX] 5 , il-Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fid-data [XX XXX 2019], soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat f’isem l-Unjoni.

(3)Il-Ftehim, b’konformità mal-Artikolu 4.18 tiegħu, fl-Unjoni ma jagħtix drittijiet jew jimponi obbligi fuq persuni, għajr dawk maħluqa bejn il-Partijiet skont id-dritt internazzjonali pubbliku,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 4.13(2) tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim 6 .

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

   1.1.    Titlu tal-proposta / inizjattiva

   1.2.    Qasam / oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

   1.3.    Natura tal-proposta / inizjattiva

   1.4.    Objettiv(i)

   1.5.    Raġunijiet għall-proposta / inizjattiva

   1.6.    Durata u impatt finanzjarju

   1.7.    Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI

   2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

   2.2.    Sistema ta' ġestjoni u kontroll

   2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

   3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa 

   3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

   3.2.2.    Impatt stmat fuq l-approprjazzjoni operazzjonali

   3.2.3.    Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   3.2.5.    Kontribuzzjonijiet minn terzi

   3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta / inizjattiva

Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment bejn l-UE u l-Vjetnam

1.2.Qasam / oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM / ABB 7  

20.02 – Politika kummerċjali

1.3.Natura tal-proposta / inizjattiva

☑ Il-proposta / l-inizjattiva hi marbuta ma’ azzjoni ġdida

Il-proposta / l-inizjattiva hi marbuta ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota / azzjoni preparatorja 8  

◻ Il-proposta / l-inizjattiva hi marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni attwali

◻ Il-proposta / l-inizjattiva hi marbuta ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku / strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta / tal-inizjattiva

Il-proposta tista’ titpoġġa fl-ewwel prijorità mill-għaxar prijoritajiet ta’ Juncker – Impjiegi, Tkabbir u Investiment.

1.4.2.L-objettiv(i) speċifiku / speċifiċi u l-attività / attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku Nru

1.

Attività / attivitajiet ABM / ABB kkonċernata/i

20.02 – Politika kummerċjali

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva jenħtieġ tħalli fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

L-objettiv tal-Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment (FPI) bejn l-UE u l-Vjetnam huwa li tittejjeb il-klima ta’ investiment bejn l-UE u l-Vjetnam. Il-ftehim se jġib benefiċċji lill-investituri Ewropej billi jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-investimenti fil-Vjetnam, filwaqt li fl-istess ħin jissalvagwardja d-drittijiet tal-UE li tirregola u li ssegwi objettivi leġittimi ta’ politika pubblika bħal pereżempju l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, is-sigurtà u l-ambjent.

Il-ftehim jistabbilixxi Sistema ta’ Qorti tal-Investiment (ICS) imfassla biex tilħaq l-aspettattivi għolja taċ-ċittadini u tal-industrija għal sistema aktar ġusta, aktar trasparenti u istituzzjonalizzata tas-soluzzjoni tat-tilwim dwar l-investiment. Id-dispożizzjonijiet fl-FPI bejn l-UE u l-Vjetnam li jkollhom impatt fuq il-baġit tal-UE jirrelataw b’mod preċiż mal-istabbiliment u l-ispejjeż operattivi tal-ICS.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

L-FPI jipprovdi ċertezza ġuridika u prevedibbiltà li huwa mistenni li jkun ta’ għajnuna lill-UE u lill-Vjetnam biex jattiraw u jżommu l-investiment biex isostnu l-ekonomija tagħhom.

1.5.Raġunijiet għall-proposta / inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

Jinżamm jew jittejjeb il-livell tal-flussi ta’ investiment bejn l-UE u l-Vjetnam.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Fl-2016, l-istokk totali tal-Investiment Dirett Barrani tal-UE fil-Vjetnam kien jammonta għal EUR 8,3 biljuni. Bħala wieħed mill-akbar investituri barranin fil-pajjiż, l-UE se tibbenefika mit-titjib fil-klima tal-investiment li se jipprovdi l-FPI. Il-ftehim jinkludi wkoll l-innovazzjonijiet kollha tal-approċċ il-ġdid tal-UE għall-protezzjoni tal-investiment u l-mekkaniżmi ta’ infurzar tiegħu li ma humiex preżenti fil-21 trattat ta’ investiment bilaterali eżistenti bejn il-Vjetnam u l-Istati Membri tal-UE li se jkun qed jissostitwixxi l-FPI.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux applikabbli

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Mhux applikabbli

1.6.Durata u impatt finanzjarju

◻ Proposta / inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta /inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

☑ Proposta / inizjattiva ta’ durata mingħajr limitu

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2019 (soġġett għal ratifika mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew).

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 9  

◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

☑ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu ddelegati lil:

◻ il-pajjiżi terzi jew il-korpi li huma ħatru;

☑ l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ korpi li jissemmew fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ il-korpi rregolati bil-liġi pubblika;

◻ il-korpi rregolati mid-dritt privat b'missjoni ta' servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ il-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ il-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u li huma identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk tindika iżjed minn modalità waħda ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Rigward it-trattament finanzjarju tal-ICS fil-FPI bejn l-UE u l-Vjetnam, se tingħata kontribuzzjoni lil “struttura eżistenti” (jiġifieri, l-ICSID) biex din tgħaddi l-onorarji dovuti lill-imħallfin tal-ICS. It-tariffi tal-ġestjoni tal-każijiet jimmaterjalizzaw biss meta tinqala’ tilwima, bis-servizzi tal-ICSID bħala segretarjat jkunu, apparti dan, mingħajr ħlas.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas konkluż mal-organizzazzjoni konċernata.

2.2.Sistema ta' ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas konkluż mal-organizzazzjoni konċernata.

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas konkluż mal-organizzazzjoni konċernata. B’mod partikolari, ir-regoli ta’ verifika applikabbli.

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Minħabba l-impatt finanzjarju stmat, l-ebda kost jew benefiċċju kwantifikabbli ma jista' jiġi identifikat. Il-kontribuzzjoni se tkun parti mis-sistema ta’ kontroll kumplessiva tad-DĠ Kummerċ.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas konkluż mal-organizzazzjoni konċernata. Barra minn hekk se tapplika l-istrateġija ta' kontra l-frodi tad-DĠ Kummerċ, li tinkludi kapitolu dedikat dwar il-ġestjoni finanzjarja.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Il-linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

L-intestaturatal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
4.

Diff./Mhux diff 10 .

mill-pajjiżi tl-EFTA 11

mill-pajjiżi kandidati 12

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

20.0201

Diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

L-intestaturatal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
Mhux applikabbli

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tl-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

Mhux applikabbli

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

L-intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

4.

DĠ: KUMMERĊ

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operattivi

Numru tal-linja baġitarja 20.0201

Impenji

(1)

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800

Pagamenti

(2)

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

-

-

-

-

Pagamenti

(2a)

-

-

-

-

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 13  

0

0

0

0

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għal DĠ Kummerċ

Impenji

=1+1a +3

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800

Pagamenti

=2+2a

+3

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800

Pagamenti

(5)

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

0

0

0

0

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 4

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800

Pagamenti

=5+ 6

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800

Jekk il-proposta / l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 - 4

tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6




L-intestaturatal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: KUMMERĊ

• Riżorsi umani

0,143

0,143

0,143

0,143

0,572

• Nefqa amministrattiva oħra

0

0

0

0

TOTAL tad-DĠ KUMMERĊ

Approprjazzjonijiet

0,143

0,143

0,143

0,143

0,572

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impeji = Total tal-pagamenti)

0,143

0,143

0,143

0,143

0,572

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 - 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

0,843

0,843

0,843

0,843

3,372

Pagamenti

0,843

0,843

0,843

0,843

3,372

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 14

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru Totali

Kost Totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 15

Tħaddim tal-ICS

- Output

Segretarjat

1

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800

- Output

Każ(ijiet)

-

p.m.

p.m.

p.m.

- Output

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 …

- Output

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,143

0,143

0,143

0,143

0,572

Nefqa amministrattiva oħra

0

0

0

0

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 5 16
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,143

0,143

0,143

0,143

0,572

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani

   Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
2019

Sena
2020

Sena 2021

Sena 2022

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

1

1

1

1

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 17

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-”pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss 18

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

1

1

1

1

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jsiru:

Uffiċjali u persunal temporanju

Il-monitoraġġ tal-funzjonament tal-ICS / l-immaniġġjar tal-każijiet

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta / l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

   Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

   Il-proposta / inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn terzi

Il-proposta / l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta / l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament: Il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

0,700

0,700

0,700

0,700

2,800



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta / l-inizjattiva ma tħalli l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta / l-inizjattiva tħalli dan l-impatt finanzjarju:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali (B2016)

Impatt tal-proposta / inizjattiva 19

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

……………

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

[…]

(1)    Ara l-kjarifika fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-600/14 Il-Ġermanja vs Il-Kunsill (is-Sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2017) il-paragrafu 69.
(2)     http://trade.ec.europa.eu/doclib/html/145989.htm  
(3)     http://trade.ec.europa.eu/doclib/events/index.cfm?id=1288  
(4)     http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2016/february/tradoc_154236.pdf
(5)    [[Għandha tiddaħħal ir-referenza]
(6)    Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
(7)    ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(8)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(9)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(10)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(11)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(12)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(13)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(14)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(15)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku / speċifiċi…”
(16)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(17)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED= Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet.
(18)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(19)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 17.10.2018

COM(2018) 693 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra


FTEHIM DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-INVESTIMENTI
BEJN L-UNJONI EWROPEA

U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-WAĦDA,

U R-REPUBBLIKA SOĊJALISTA TAL-VJETNAM,

MIN-NAĦA L-OĦRA

L-UNJONI EWROPEA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,


IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,


IR-RENJU TAL-IŻVEZJA, u

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

min-naħa l-waħda, minn hawn ’il quddiem imsejħa konġuntament "il-Parti tal-UE", u

IR-REPUBBLIKA SOĊJALISTA TAL-VJETNAM

min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Vjetnam”,

minn hawn 'il quddiem imsejħa konġuntament "il-Partijiet",

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU s-sħubija twila u b’saħħitha bbażata fuq il-prinċipji u l-valuri riflessi fil-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2012 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni”), u r-relazzjoni ekonomika, kummerċjali u ta’ investiment importanti tagħhom inkluż kif rifless fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Vjetnam, iffirmat fi Brussell fi dd/mm/yyyy (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles”);

XEWQANA li jsaħħu aktar ir-relazzjoni ekonomika ta’ bejniethom bħala parti minn, u b’mod koerenti mar-relazzjonijiet ġenerali tagħhom, u konvinti li dan il-Ftehim se joħloq klima ġdida għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-investiment bejn il-Partijiet;


FILWAQT LI JAGĦRFU li dan il-Ftehim se jikkumplimenta u jippromwovi l-isforzi ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali;

DETERMINATI li jsaħħu r-relazzjoni ekonomika, kummerċjali u ta’ investiment tagħhom f’konformità mal-għan ta’ żvilupp sostenibbli, fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu, u li jippromwovu l-investiment skont dan il-Ftehim b’mod li jqis il-livelli għoljin ta' ħarsien ambjentali u tax-xogħol u standards u ftehimiet internazzjonali magħrufa rilevanti;

XEWQANA li jgħollu l-istandards tal-għajxien, jippromwovu t-tkabbir u l-istabbilità ekonomika, joħolqu opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u jtejbu l-benesseri ġenerali u, għal dan il-għan, jirriaffermaw l-impenn tagħhom li jippromwovu l-investiment;

JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenji tagħhom għall-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli fil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles;

JIRRIKONOXXU l-importanza tat-trasparenza kif riflessa fl-impenji tagħhom fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles;

JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn tagħhom lejn il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, magħmula f’San Francisco fis-26 ta’ Ġunju 1945 u wara li kkunsidraw il-prinċipji artikolati f’Id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-10 ta’ Diċembru 1948;


JIBNU fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom skont il-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, magħmul f'Marrakesh fil-15 ta’ April 1994 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim tad-WTO") u ftehimiet u arranġamenti multilaterali, reġjonali u bilaterali oħra li huma parti fihom, b'mod partikolari, il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles;

XEWQANA li jippromwovu l-kompetittività tal-kumpaniji tagħhom billi jipprovdulhom qafas legali prevedibbli għar-relazzjonijiet ta’ investiment tagħhom,

FTIEHMU KIF ĠEJ:


KAPITOLU 1

GĦANIJIET U DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 1.1

Objettiv

L-għanijiet ta’ dan il-Ftehim huma li jittejbu r-relazzjonijiet tal-kummerċ u l-investiment bejn il-Partijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 1.2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)    "persuna fiżika ta’ Parti" tfisser, fil-każ tal-Parti tal-UE, ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tagħha 1 u, fil-każ tal-Vjetnam, ċittadin tal-Vjetnam skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tiegħu;


(b)    "persuna ġuridika" tfisser kwalunkwe entità legali debitament ikkostitwita jew organizzata b'xi mod ieħor skont il-liġi applikabbli, kemm jekk għall-profitt jew għal fini ieħor, kif ukoll jekk tkun ta' proprjetà privata jew tal-gvern, inkluża kwalunkwe korporazzjoni, fond fiduċjarju, sħubija, intrapriża konġunta, impriża individwali jew assoċjazzjoni;

(c)    "persuna ġuridika ta’ Parti" tfisser persuna ġuridika tal-Parti tal-UE jew persuna ġuridika tal-Vjetnam, stabbilita skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi ta' Stat Membru tal-Unjoni, jew tal-Vjetnam, rispettivament, u impenjata f'operazzjonijiet sostantivi ta’ negozju 2 fit-territorju tal-Unjoni jew tal-Vjetnam, rispettivament;

persuna ġuridika hi:

(i)    “proprjetà” ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ waħda mill-Partijiet jekk aktar minn 50 fil-mija tal-interessi ta’ ekwità fiha jkunu proprjetà ta’ persuni fil-Parti tal-UE, jew tal-Vjetnam, rispettivament; jew


(ii)    "ikkontrollata" minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ waħda mill-Partijiet jekk tali persuni fil-Parti tal-UE, jew tal-Vjetnam, rispettivament, ikollhom is-setgħa jaħtru l-maġġoranza tad-diretturi tagħha jew inkella li jmexxu b'mod legali l-azzjonijiet tagħha;

(d)    “servizzi pprovduti u attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva” tfisser servizzi pprovduti jew attivitajiet imwettqa la fuq bażi kummerċjali u lanqas f'kompetizzjoni ma' operatur ekonomiku wieħed jew iktar;

(e)    “attivitajiet ekonomiċi” tinkludi attivitajiet ta’ karattru industrijali, kummerċjali u professjonali u attivitajiet ta’ nies tas-sengħa, iżda ma tinkludix servizzi pprovduti jew attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva;

(f)    "operazzjoni" tfisser, fir-rigward ta’ investiment, l-imġiba, immaniġġjar, manutenzjoni, użu, tgawdija, bejgħ jew forom oħra ta' disponiment tal-investiment 3 ;

(g)    “miżuri adottati jew miżmuma minn Parti” tfisser miżuri meħuda minn:

(i)    awtoritajiet u gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali; u

(ii)    entitajiet mhux governattivi fl-eżerċizzju ta' setgħat iddelegati minn gvernijiet jew awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali;


(h)    “investiment” tfisser kull tip ta’ ass li jkun proprjetà ta’ jew ikkontrollat, direttament jew indirettament, minn investitur ta’ Parti fit-territorju 4 tal-Parti l-oħra, li għandu l-karatteristika ta’ investiment, inkluż dawk il-karatteristiċi bħall-impenn tal-kapital jew riżorsi oħrajn, l-istennija ta’ qligħ jew profitt, is-suppożizzjoni ta’ riskju u ċertu tul ta’ żmien. il-forom li jista’ jieħu investiment jinkludu:

(i)    proprjetà tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli kif ukoll kull dritt ieħor ta’ proprjetà bħal kirjiet, lokazzjonijiet, ipoteki u rahan;

(ii)    intrapriża 5 kif ukoll ishma, stokks u forom oħra ta’ parteċipazzjoni ta’ ekwità f’intrapriża, inklużi d-drittijiet li jirriżultaw minnha;

(iii)    bonds, obbligazzjonijiet, u self u strumenti oħra ta’ dejn, inklużi d-drittijiet li jirriżultaw minnhom;

(iv)    kuntratti turnkey, tal-kostruzzjoni, tal-ġestjoni, tal-produzzjoni, tal-konċessjoni, tal-qsim tad-dħul u oħrajn simili;


(v)    pretensjonijiet għal flus jew għal assi oħra jew xi prestazzjoni kuntrattwali b’valur ekonomiku 6 ; u

(vi)    drittijiet ta’ proprjetà intellettwali 7 u avvjament;

ir-redditi li jiġu investiti jitqiesu bħala investimenti sakemm ikollhom il-karatteristiċi ta’ investiment u kull tibdil fil-forma, li fiha l-assi jkunu investiti jew jiġu onvestiti mill-ġdid, ma taffettwax il-kwalifikazzjoni tagħhom bħala investiment sakemm iżommu l-karatteristiċi ta’ investiment;


(i)    “investitur ta’ Parti” tfisser persuna fiżika ta’ Parti jew persuna ġuridika ta’ Parti li tkun għamlet investiment fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(j)    “redditi” tfisser l-ammonti kollha li jidħlu jew li jiġu derivati minn investiment jew investiment mill-ġdid, inklużi profitti, dividendi, qligħ kapitali, royalties, imgħax, pagamenti b’rabta ma’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali, pagamenti in natura, u kull introjtu legali ieħor;

(k)    “miżura” tfisser kull miżura minn Parti, kemm jekk fil-forma ta' liġi, regolament, regola, proċedura, deċiżjoni, azzjoni amministrattiva, kif ukoll kull forma oħra;

(l)    “persuna” tfisser persuna fiżika jew ġuridika;

(m)    "pajjiż terz" tfisser pajjiż jew territorju barra mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta' dan il-Ftehim kif definit fl-Artikolu 4.22 (Applikazzjoni Territorjali);

(n)    “Parti tal-UE” tfisser l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom kif derivat mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(o)    “Parti” tfisser il-Parti tal-UE jew tal-Vjetnam;


(p)    "domestiku" tfisser fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni, liġi jew liġijiet u regolamenti għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha 8 u għall-Vjetnam, rispettivament, leġiżlazzjoni, liġi jew liġijiet u regolamenti fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali; u

(q)    "investiment kopert" tfisser investiment minn investitur ta’ Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra, li jkun jeżisti mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jew magħmul jew akkwistat minn dik id-data ‘l quddiem, li jkun sar skont il-liġi u regolamenti.

KAPITOLU 2

PROTEZZJONI TAL-INVESTIMENT

ARTIKOLU 2.1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.    Dan il-Kapitolu japplika għal:

(a)    investiment kopert, kif ukoll

(b)    investituri ta’ Parti fir-rigward tal-operat tal-investiment kopert tagħhom.


2.    L-Artikoli 2.3 (Trattament Nazzjonali) u 2.4 (Trattament tan-Nazzjon l-Aktar Favorit) ma japplikawx għal:

(a)    is-servizzi awdjoviżivi;

(b)    it-tħaffir fil-minjieri, il-manifattura u l-ipproċessar 9 ta' materjali nukleari;

(c)    il-produzzjoni jew il-kummerċ fl-armi, fil-munizzjoni jew f'materjal tal-gwerra;

(d)    il-kabotaġġ marittimu nazzjonali 10 ;

(e)    is-servizzi tat-trasport bl-ajru domestiċi u internazzjonali, kemm jekk skedati kif ukoll jekk mhux skedati, u s-servizzi direttament marbuta mal-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku, ħlief:

(i)    is-servizzi tat-tiswija u tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru li matulhom inġenju tal-ajru jiġi rtirat mis-servizz;


(ii)    il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru;

(iii)    is-servizzi ta' sistema ta' prenotazzjoni kompjuterizzata;

(iv)    servizzi fuq l-art; u

(v)    servizzi ta' operazzjoni tal-ajruport;

u

(f)    servizzi pprovduti u attivitajiet imwettqa fl-eżerċitar ta’ awtorità governattiva.

3.    L-Artikoli 2.3 (Trattament Nazzjonali) u 2.4 (Trattament tan-Nazzjon l-Aktar Favorit) ma japplikawx għal sussidji mogħtija mill-Partijiet 11 .

4.    Dan il-Kapitolu ma japplikax għas-sistemi ta' sigurtà soċjali rispettivi tal-Partijiet jew għal attivitajiet fit-territorju ta' kull Parti, li huma marbuta, anki okkażjonalment, mal-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali.


5.    Dan il-Kapitolu ma japplikax għal miżuri li jaffettwaw persuni fiżiċi li jkunu qed ifittxu aċċess għas-suq tal-impjiegi ta' Parti, u lanqas ma japplika għal miżuri dwar iċ-ċittadinanza, ir-residenza jew l-impjieg fuq bażi permanenti.

6.    Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 2.1 (Kamp ta’ applikazzjoni), 2.2 (Investiment u miżuri u objettivi regolatorji) u minn 2.5 (Trattament ta’ Investiment) sa 2.9 (Subrogazzjoni), xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem bħala li jillimita l-obbligi tal-Partijiet skont il-Kapitolu 9 (Akkwisti tal-Gvern) tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles jew li jimponi xi obbligu addizzjonali fir-rigward tal-akkwist pubbliku. Għal ċertezza akbar, miżuri fir-rigward tal-akkwist pubbliku li huma konformi mal-Kapitolu 9 (Akkwist tal-Gvern) tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles m'għandhomx jitqiesu bħala ksur tal-Artikoli 2.1 (Kamp ta’ Applikazzjoni), 2.2 (Investiment u miżuri u objettivi regolatorji) u 2.5 (Trattament tal-Investiment) għal 2.9 (Subrogazzjoni).

ARTIKOLU 2.2

Investiment u miżuri u objettivi regolatorji

1.    Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid id-dritt tagħhom li jirregolaw fit-territorji tagħhom sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika leġittimi, bħall-ħarsien tas-saħħa pubblika, tas-sikurezza, tal-ambjent jew tal-morali pubbliċi, il-protezzjoni soċjali jew tal-konsumatur jew il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali.


2.    Għal ċertezza akbar, dan il-Kapitolu ma għandux jiġi interpretat bħala impenn minn Parti li mhux se tbiddel il-qafas legali u regolatorju tagħha, inkluż b'mod li jista’ jaffettwa b'mod negattiv it-tħaddim tal-investimenti jew l-aspettattivi tal-profitti tal-investitur.

3.    Għal ċertezza akbar u soġġetta għall-paragrafu 4, id-deċiżjoni ta’ Parti li ma toħroġx, ma ġġeddidx u ma żżommx sussidju jew għotja ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta' dan il-Kapitolu fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)    fl-assenza ta’ kwalunkwe impenn speċifiku lejn investitur tal-Parti l-oħra jew lejn investiment kopert skont il-liġi jew kuntratt għall-ħruġ, tiġdid, jew żamma ta’ dak is-sussidju jew dik l-għotja; jew

(b)    skont kwalunkwe termini jew kundizzjonijiet marbutin mal-ħruġ, it-tiġdid jew iż-żamma tas-sussidju jew għotja.

4.    Għal ċertezza akbar, xejn f'dan il-Kapitolu ma għandu jiġi interpretat li jipprevjeni lil xi Parti milli twaqqaf l-għotja ta’ sussidju 12 jew titlob ir-rimborż tagħha, jew bħala li titlob lil dik il-Parti biex tikkumpensa lill-investitur għaliha, fejn tali azzjoni tkun ġiet ordnata minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness 1 (Awtoritajiet Kompetenti).


ARTIKOLU 2.3

Trattament Nazzjonali

1.    Kull Parti għandha tagħti lill-investituri tal-Parti l-oħra u lill-investimenti koperti, fir-rigward tat-tħaddim tal-investimenti koperti, trattament mhux inqas favorevoli minn dak li jaqbel f'sitwazzjonijiet simili għall-investituri tagħha stess u għall-investimenti tagħhom.

2.    Minkejja l-paragrafu 1 u, fil-każ tal-Vjetnam soġġett għall-Anness 2 (Eżenzjoni għall-Vjetnam dwar it-Trattament Nazzjonali), Parti tista’ tadotta jew iżżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tal-operat ta' investiment kopert sakemm tali miżura ma tkunx inkonsistenti mal-impenji stabbiliti fl-Anness 8-A (L-Iskeda tal-Impenji Speċifiċi tal-Unjoni) jew l-Anness 8-B (L-Iskeda Vjetnam ta’ Impenji Speċifiċi) tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles, fejn tali miżura hija:

(a)    miżura li tiġi adottata dakinhar jew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

(b)    miżura msemmija fis-subparagrafu (a) li tkun qed titkompla, tiġi sostitwita jew emendata wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, dejjem jekk il-miżura ma tkunx inqas konsistenti mal-paragrafu 1 wara li titkompla, tiġi sostitwita jew emendata mill-miżura kif kienet teżisti qabel it-tkomplija, is-sostituzzjoni jew l-emenda; jew


(c)    miżura li ma taqax taħt is-subparagrafu (a) jew (b), sakemm din ma tiġix applikata fir-rigward, jew b’mod li jikkawża telf jew ħsara 13 lill-investimenti li jsiru fit-territorju tal-Parti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ tali miżura.

ARTIKOLU 2.4

Trattament ta' Nazzjon l-Iżjed Favorit

1.    Kull Parti għandha tagħti lill-investituri tal-Parti l-oħra u lill-investimenti koperti, fir-rigward tat-tħaddim tal-investimenti koperti, trattament mhux inqas favorevoli mit-trattament li tagħti, f'sitwazzjonijiet simili lill-investituri ta’ pajjiż terz u lill-investimenti tagħhom.

2.    Il-paragrafu 1 ma japplikax għas-setturi li ġejjin:

(a)    servizzi ta’ komunikazzjoni, ħlief għal servizzi postali u servizzi ta' telekomunikazzjoni;

(b)    servizzi rikreazzjonali, kulturali u sportivi;


(c)    sajd u akkwakultura;

(d)    foresterija u kaċċa; u

(e)    minjieri, inkluż iż-żejt u l-gass.

3.    Il-paragrafu 1 ma għandux jiġi interpretat li jobbliga lil xi Parti biex testendi lill-investituri tal-Parti l-oħra jew investimenti koperti l-benefiċċju ta’ kwalunkwe trattament mogħti skont kwalunkwe ftehim bilaterali, reġjonali jew internazzjonali li daħal fis-seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

4.    Il-paragrafu 1 ma għandux jiġi interpretat li jobbliga lil xi Parti biex testendi lill-investituri tal-Parti l-oħra jew investimenti koperti l-benefiċċju ta':

(a)    kwalunkwe trattament mogħti skont kwalunkwe ftehim bilaterali, reġjonali jew multilaterali li jinkludi impenji biex jitneħħew sostanzjalment l-ostakoli kollha għall-investiment fost il-partijiet jew jeħtieġ l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-partijiet f'settur ekonomiku wieħed jew aktar 14 ;

(b)    kull trattament li jirriżulta minn kull ftehim internazzjonali biex tiġi evitata taxxa doppja jew ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor li jirrigwarda kompletament jew prinċipalment it-tassazzjoni; jew


(c)    kull trattament li jirriżulta minn miżuri li jipprovdu għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki, liċenzji jew miżuri prudenzjali skont l-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ ta’ Servizzi 15 jew l-Anness tiegħu dwar is-Servizzi Finanzjarji.

5.    Għal ċertezza akbar, it-terminu "trattament" imsemmi fil-paragrafu 1 ma jinkludix proċeduri jew mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, bħal dawk inklużi fit-Taqsima B (Riżoluzzjoni ta' Tilwim bejn Investituri u Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim) kwalunkwe ftehim bilaterali, reġjonali jew internazzjonali ieħor. L-obbligi sostantivi f'tali ftehim fihom infushom ma jikkostitwixxux "trattament" u għalhekk ma jistgħux jiġu kkunsidrati meta jiġi vvalutat ksur ta’ dan l-Artikolu. Miżuri minn Parti skont dawk l-obbligi sostantivi għandhom jitqiesu bħala "trattament".

6.    Dan l-Artikolu għandu jiġi interpretat skont il-prinċipju ta’ ejusdem generis 16 .


ARTIKOLU 2.5

Trattament ta’ Investiment

1.    Kull Parti għandha tagħti trattament ġust u ekwu u protezzjoni u sigurtà sħiħa lill-investituri tal-Parti l-oħra u lil investimenti koperti skont il-paragrafi minn 2 sa 7 u l-Anness 3 (Fehim dwar it-Trattament tal-Investimenti).

2.    Parti tikser l-obbligu ta' trattament ġust u ekwu msemmi fil-paragrafu 1 fejn xi miżura jew sensiela ta' miżuri jkunu jikkostitwixxu:

(a)    ċaħda tal-ġustizzja fi proċedimenti kriminali, ċivili jew amministrattivi;

(b)    ksur fundamentali tal-proċess dovut fil-proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi;

(c)    arbitrarjetà manifesta;

(d)    diskriminazzjoni mmirata abbażi ta' raġunijiet manifestament żbaljati, bħal sess, razza jew twemmin reliġjuż;

(e)    trattament abbużiv bħal koerċizzjoni, abbuż ta’ poter jew kondotta ta’ mala fede simili; jew

(f)    ksur ta' kwalunkwe element ieħor tal-obbligu ta' trattament ġust u ekwu adottat mill-Partijiet skont il-paragrafu 3.


3.    It-trattament mhux elenkat fil-paragrafu 2 jista’ jikkostitwixxi ksur ta' trattament ġust u ekwu fejn il-Partijiet qablu dwar dan skont il-proċeduri previsti fl-Artikolu 4.3 (Emendi).

4.    Meta japplika l-paragrafi minn 1 sa 3, korp għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim) jista’ jqis jekk Parti għamlitx rappreżentazzjoni speċifika lil investitur tal-Parti l-oħra biex jiġi indott investiment kopert li ħoloq aspettattiva leġittima u li fuqha l-investitur ibbaża meta ddeċieda li jagħmel jew li jżomm dak l-investiment, iżda li l-Parti sussegwentement ħarbtet.

5.    Għal ċertezza akbar, it-terminu "protezzjoni sħiħa u sigurtà" imsemmi fil-paragrafu 1 jirreferi għall-obbligi tal-Parti li taġixxi kif jista’ jkun raġonevolment meħtieġ biex tipproteġi s-sigurtà fiżika tal-investituri u l-investimenti koperti.

6.    Meta Parti tkun daħlet fi ftehim bil-miktub ma’ investituri tal-Parti l-oħra jew investimenti koperti li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, dik il-Parti ma għandhiex tikser dak il-ftehim permezz tal-eżerċitar tal-awtorità governattiva. Dawn il-kundizzjonijiet huma:

(a)    il-ftehim bil-miktub huwa konkluż u jidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim 17 ;


(b)    l-investitur jibbaża fuq il-ftehim bil-miktub biex jiddeċiedi li jagħmel jew iżomm l-investiment kopert apparti l-ftehim bil-miktub innifsu u l-ksur jikkawża danni reali għal dak l-investiment;

(c)    il-ftehim bil-miktub 18 joħloq skambju ta’ drittijiet u obbligi inkonnessjoni mal-investiment imsemmi, vinkolanti fuq iż-żewġ partijiet; u

(d)    il-ftehim bil-miktub ma fihx klawsola dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim bejn il-partijiet għal dak il-ftehim permezz ta' arbitraġġ internazzjonali.

7.    Ksur ta’ dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, jew ta’ ftehim internazzjonali separat, ma jistabbilixxix li jiġi konkluż li kien hemm ksur ta’ dan l-Artikolu.

ARTIKOLU 2.6

Kumpens għat-Telf

1.    L-investituri ta’ Parti waħda li l-investimenti koperti tagħhom isofru telf minħabba gwerra jew kunflitti armati oħrajn, rivoluzzjoni, stat ta’ emerġenza nazzjonali, rewwixta, insurrezzjoni, jew irvell fit-territorju tal-Parti l-oħra jingħataw minn dik il-Parti l-oħra, fir-rigward ta’ restituzzjoni, indennizz, kumpens jew xi sura oħra ta’ ftehim, trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak li jingħata minn dik il-Parti lill-investituri tagħha stess jew lill-investituri ta’ kwalunkwe pajjiż terz, liema minnhom ikun l-aktar favorevoli għall-investitur kopert ikkonċernat.


2.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-investituri ta’ Parti li, f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, isofru telf fit-territorju tal-Parti l-oħra, jingħataw restituzzjoni jew kumpens fil-ħin, adegwat u effettiv mill-Parti l-oħra jekk it-telf ikun riżultat ta’:

(a)    rekwiżizzjoni ta’ investiment kopert jew parti minnu mill-forzi jew l-awtoritajiet armati tal-Parti l-oħra; jew

(b)    qerda tal-investiment kopert jew parti minnu mill-forzi jew l-awtoritajiet armati tal-Parti l-oħra;

li ma kinitx meħtieġa mill-ħtieġa tas-sitwazzjoni.

ARTIKOLU 2.7

Esproprjazzjoni

1.    Parti ma għandhiex tinnazzjonalizza jew tespropja l-investimenti koperti ta’ investituri tal-Parti l-oħra la b’mod dirett u lanqas b’mod indirett, permezz ta' miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għal nazzjonalizzazzjoni jew esproprjazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "esproprjazzjoni"), ħlief:

(a)    għal finijiet pubbliċi;

(b)    taħt proċess ġust skont il-liġi;


(c)    fuq bażi mhux diskriminatorja; u

(d)    kontra pagament ta' kumpens f'waqtu, adegwat u effettiv.

2.    Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jammonta għall-valur ġust tas-suq tal-investiment kopert fiż-żmien immedjatament qabel l-esproprjazzjoni jew l-esproprjazzjoni imminenti saret għarfien pubbliku, liema minnhom tiġi l-ewwel, flimkien ma’ imgħax b'rata raġonevoli stabbilita fuq bażi kummerċjali, mid-data tal-esproprjazzjoni sad-data tal-ħlas. Tali kumpens għandu jkun effettivament realizzabbli, liberament trasferibbli f’konformità mal-Artikolu 2.8 (Trasferiment) u jsir mingħajr dewmien.

3.    Minkejja l-paragrafi 1 u 2, fil-każ li l-Vjetnam huwa l-Parti esproprjata, kull miżura ta’ esproprjazzjoni diretta relatata ma' art għandha tkun:

(a)    għal skop skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi applikabbli 19 ; u

(b)    fuq il-ħlas ta’ kumpens ekwivalenti għall-valur tas-suq, filwaqt li jkunu rikonoxxuti l-liġijiet u r-regolamenti domestiċi applikabbli.

4.    Il-ħruġ ta’ liċenzji obbligatorji fir-rigward ta' drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ma jikkostitwixxix esproprjazzjoni fit-tifsira tal-paragrafu 1, safejn dik il-ħarġa tkun konsistenti mal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ li jinsab fl-Anness 1C tal-Ftehim tad-WTO (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Ftehim TRIPS").


5.    Investitur affettwat minn esproprjazzjoni għandu jkollu d-dritt, taħt il-liġi tal-Parti esproprjarja, li jistħarreġ ir-reviżjoni tal-pretensjoni tiegħu u tal-valutazzjoni tal-investiment tiegħu, minn awtorità ġudizzjarja jew minn awtorità oħra indipendenti ta’ dik il-Parti.

6.    Dan l-Artikolu għandu jiġi interpretat skont l-Anness 4 (Fehim dwar l-Esproprjazzjoni).

ARTIKOLU 2.8

Trasferiment

Kull Parti għandha tippermetti li t-trasferimenti kollha li jirrigwardaw investimenti koperti jsiru f'munita konvertibbli liberament, mingħajr restrizzjoni jew dewmien u bir-rata tal-kambju tas-suq li kienet applikabbli fid-data tat-trasferiment. Dawn it-trasferimenti jinkludu:

(a)    il-kontribuzzjonijiet għall-kapital bħal fondi prinċipali u addizzjonali biex imantnu, jiżviluppaw jew iżidu l-investiment;

(b)    profitti, dividendi, qligħ kapitali u redditi oħrajn, dħul mill-bejgħ ta’ kull waħda jew kwalunkwe parti tal-investiment mil-likwidazzjoni parzjali jew totali tal-investiment;

(c)    pagamenti ta’ imgħax, royalties, tariffi tal-immaniġġjar, u assistenza teknika u tariffi oħra;


(d)    pagamenti magħmula skont kuntratt li ffirma l-investitur jew l-investiment kopert, inklużi l-pagamenti magħmula skont ftehim ta' self;

(e)    qligħ u remunerazzjoni oħra tal-persunal ingaġġat minn barra l-pajjiż u li jaħdem b’rabta mal-investiment;

(f)    il-pagamenti li jsiru skont l-Artikolu 2.6 (Kumpens għal Telf) u l-Artikolu 2.7 (Esproprjazzjoni); u

(g)    pagamenti ta’ danni skont għotja maħruġa taħt it-Taqsima B (Riżoluzzjoni ta' Tilwim bejn Investituri u Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim).

ARTIKOLU 2.9

Surroga

Jekk Parti, jew aġenzija tagħha, tagħmel ħlas taħt indennizz, garanzija jew kuntratt ta’ assigurazzjoni li tkun daħlet għalihom fir-rigward ta’ investiment magħmul minn wieħed mill-investituri tagħha fit-territorju tal-Parti l-oħra, il-Parti l-oħra għandha tirrikonoxxi s-surrogazzjoni jew it-trasferiment ta’ kwalunkwe dritt jew titolu jew l-assenjazzjoni ta’ kwalunkwe pretensjoni fir-rigward ta’ dak l-investiment. Il-Parti jew l-aġenzija għandu jkollha d-dritt li teżerċita d-dritt jew il-pretensjoni surrogata jew assenjata sal-istess punt bħad-dritt jew pretensjoni oriġinali tal-investitur. Drittijiet bħal dawn jistgħu jiġu eżerċitati mill-Parti jew minn aġenzija tagħha jew mill-investitur biss jekk il-Parti jew l-aġenzija tagħha jawtorizzaw dan.


KAPITOLU 3

SOLUZZJONI TAT-TILWIM

TAQSIMA A

SOLUZZJONI TAT-TILWIM BEJN IL-PARTIJIET

SUBTAQSIMA 1

OBJETTIV U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

ARTIKOLU 3.1

Objettiv

L-objettiv ta' dan il-Kapitolu huwa li jistabbilixxi mekkaniżmu effettiv u effiċjenti biex tiġi evitata u riżolta kwalunkwe tilwima bejn il-Partijiet rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim bl-għan li jaslu għal soluzzjoni maqbula reċiprokament.


ARTIKOLU 3.2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika fir-rigward tal-evitar u s-soluzzjoni ta’ kull tilwima bejn il-Partijiet rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, ħlief meta previst mod ieħor f'dan il-Ftehim.

SUBTAQSIMA 2

KONSULTAZZJONIJIET U MEDJAZZJONI

ARTIKOLU 3.3

Konsultazzjonijiet

1.    Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isolvu kull tilwim imsemmi fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni) billi jikkonsultaw lil xulxin in bona fede bl-għan li tintlaħaq soluzzjoni reċiproka.

2.    Parti għandha tfittex konsultazzjonijiet permezz ta’ talba bil-miktub lill-Parti l-oħra, ikkupjata lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 4.1 (Kumitat), li tidentifika l-miżura inkwistjoni u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Ftehim.


3.    Il-konsultazzjonijiet għandhom jinżammu fi żmien 30 jum mid-data ta' meta tasal it-talba msemmija fil-paragrafu 2 u jsiru, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor, fit-territorju tal-Parti li lilha tkun saret it-talba. Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien 45 jum mid-data ta' meta tasal it-talba, sakemm iż-żewg Partijiet ma jaqblux li jkomplu bil-konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet, b'mod partikolari l-informazzjoni kollha ddivulgata u l-pożizzjonijiet meħuda mill-Partijiet, għandhom ikunu kunfidenzjali, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' xi Parti fi kwalunkwe proċediment ulterjuri.

4.    Konsultazzjonijiet dwar materji ta’ urġenza, inklużi dawk dwar oġġetti li jitħassru, prodotti staġjonali jew servizzi staġonali, għandhom isiru fi żmien 15-il jum mid-data tal-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2. Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien 20 jum, sakemm iż-żewg Partijiet ma jaqblux li jkomplu bil-konsultazzjonijiet.

5.    Il-Parti li fittxet il-konsultazzjonijiet tista’ tirrikorri għall-Artikolu 3.5 (Bidu tal-Proċedura ta' Arbitraġġ) jekk:

(a)    il-Parti l-oħra ma tirrispondix għat-talba għal konsultazzjonijiet fi żmien 15-il jum mid-data tal-wasla tagħha;

(b)    il-konsultazzjonijiet ma jsirux fil-perjodi ta’ żmien previsti fil-paragrafi 3 jew 4;

(c)    il-Partijiet jaqblu li ma jkollhomx konsultazzjonijiet; jew

(d)    il-konsultazzjonijiet ikunu ġew konklużi mingħajr soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku.


6.    Matul il-konsultazzjonijiet, kull Parti għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni fattwali għal eżami tal-mod li bih il-miżura inkwistjoni tista' taffettwa t-tħaddim u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 3.4

Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni

Il-Partijiet jistgħu fi kwalunkwe ħin jaqblu li jidħlu fi proċedura ta’ medjazzjoni skont l-Anness 9 (Mekkaniżmu ta’ Medjazzjoni) fir-rigward ta’ kwalunkwe miżura li taffettwa ħażin l-investiment bejn il-Partijiet.

SUBTAQSIMA 3

PROĊEDURI GĦAS-SOLUZZJONI TA’ TILWIM

ARTIKOLU 3.5

Bidu tal-Proċedura tal-Arbitraġġ

1.    Jekk il-Partijiet jonqsu milli jsolvu t-tilwima wara li jkunu rrikorrew għall-konsultazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 3.3 (Konsultazzjonijiet), il-Parti li tkun fittxet il-konsultazzjonijiet tista' titlob l-istabbiliment ta' tribunal ta’ arbitraġġ.


2.    It-talba għall-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ għandha ssir bil-miktub lill-Parti l-oħra u tiġi kkuppjata lill-Kumitat. Il-Parti lmentatriċi għandha tidentifika l-miżura inkwistjoni fit-talba tagħha, u għandha tispjega kif dik il-miżura mhijiex konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim b’tali mod li tippreżenta b’mod ċar il-bażi ġuridika għall-ilment.

ARTIKOLU 3.6

Termini ta’ Referenza tat-tribunal ta’ arbitraġġ

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, fi żmien 10 ijiem mid-data tal-għażla tal-arbitri, it-termini ta' referenza tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom ikunu:

"Biex jeżamina, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Ftehim iċċitati mill-Partijiet, il-kwistjoni msemmija fit-talba biex jiġi stabbilit tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 3.5 (Bidu tal-Proċedura ta' Arbitraġġ), biex jiddeċiedi dwar il-miżura inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni), u biex jistabbilixxi fir-rapport tiegħu s-sejbiet tal-fatti, l-applikabilità tad-dispożizzjonijiet rilevanti u r-raġunament bażiku għal kwalunkwe sejba u rakkomandazzjoni, skont l-Artikoli 3.10 (Rapport Interim) u 3.11 (Rapport Finali).".


ARTIKOLU 3.7

Twaqqif tat-tribunal tal-arbitraġġ

1.    Tribunal ta’ arbitraġġ għandu jkun magħmul minn tliet arbitri.

2.    Fi żmien għaxart ijiem mid-data meta l-Parti konvenuta tirċievi t-talba għall-istabbiliment tat-tribunal ta’ arbitraġġ, il-Partijiet jikkonsultaw sabiex jaqblu dwar il-kompożizzjoni tat-tribunal ta’ arbitraġġ.

3.    Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-kompożizzjoni tal-bord fi ħdan il-perjodu ta’ żmien previst fil-paragrafu 2, kull Parti tista’ taħtar arbitru mis-sublista ta’ dik il-Parti stabbilita skont l-Artikolu 3.23 (Lista ta' Arbitri) mhux aktar tard minn għaxart ijiem mill-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 2. Jekk Parti tonqos milli taħtar arbitru mis-sublista tagħha, l-arbitru għandu jintgħażel bil-polza, fuq talba tal-Parti l-oħra, mill-president tal-Kumitat jew mid-delegat tiegħu, mis-sublista ta’ dik il-Parti stabbilita skont Artikolu 3.23 (Lista ta’ Arbitri).

4.    Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ fiż-żmien stipulat fil-paragrafu 2, il-president tal-Kumitat jew id-delegat tal-president, għandhom itellgħu bil-polza, fuq talba ta’ Parti, lill-president tat-tribunal tal-arbitraġġ mis-sublista ta’ presidenti stabbiliti skont l-Artikolu 3.23 (Lista ta' Arbitri).

5.    Il-president tal-Kumitat, jew id-delegat tal-president, għandu jagħżel l-arbitri fi żmien ħamest ijiem mit-talba msemmija fil-paragrafi 3 jew 4.


6.    Id-data meta jiġi stabbilit it-tribunal ta’ arbitraġġ għandha tkun id-data meta t-tliet arbitri magħżula jiġu notifikati dwar l-aċċettazzjoni tal-ħatra tagħhom skont l-Anness 7 (Regoli ta' Proċedura).

7.    Jekk xi waħda mil-listi prevista fl-Artikolu 3.23 (Lista ta' Arbitri) ma tkunx ġiet stabbilita jew ma tinkludix biżżejjed ismijiet fiż-żmien li fih issir it-talba skont il-paragrafi 3 jew 4, l-arbitri jintgħażlu bil-polza minn fost l-individwi li jkunu ġew formalment proposti miż-żewġ Partijiet jew minn Parti fil-każ li Parti waħda biss tkun għamlet proposta.

ARTIKOLU 3.8

Proċedimenti għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tat-tribunal tal-arbitraġġ

1.    Ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu, l-Annessi 7 (Regoli ta’ Proċedura) u 8 (Kodiċi ta' Kondotta għal Arbitri u Medjaturi) għandhom jirregolaw il-proċedimenti ta’ soluzzjoni ta’ tilwim ta’ tribunal tal-arbitraġġ.

2.    Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor, huma għandhom jiltaqgħu mat-tribunal tal-arbitraġġ fi żmien 10 ijiem mill-istabbiliment tiegħu sabiex jiddeterminaw il-kwistjonijiet kollha li l-Partijiet jew it-tribunal tal-arbitraġġ jidhirlu xierqa, inkluża l-iskeda tal-proċedimenti u r-remunerazzjoni u l-ispejjeż tal-arbitri skont l-Anness 7 (Regoli ta' Proċedura). L-arbitri u r-rappreżentanti tal-Partijiet jistgħu jieħdu sehem f'din il-laqgħa permezz tat-telefown jew ta' konferenza awdjoviżiva.


3.    Il-post tas-seduta għandu jiġi deċiż b'kunsens reċiproku bejn il-Partijiet. Jekk il-Partijiet ma jaqblux fuq il-post tas-seduta, dan għandu jsir fi Brussell jekk il-Parti lmentatriċi tkun il-Vjetnam u f'Ha Noi jekk il-Parti lmentatriċi tkun il-Parti tal-UE.

4.    Kwalunkwe seduta għandha tkun miftuħa għall-pubbliku sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Anness 7 (Regoli ta’ Proċedura).

5.    Skont l-Anness 7 (Regoli ta’ Proċedura), il-Partijiet għandhom jingħataw l-opportunità li jattendu kwalunkwe waħda mill-preżentazzjonijiet, dikjarazzjonijiet, argumenti jew rifjuti fil-proċedimenti. Kwalunkwe informazzjoni jew preżentazzjoni bil-miktub ippreżentata lilt-tribunal tal-arbitraġġ minn Parti, inkluż kwalunkwe kumment dwar il-parti deskrittiva tar-rapport interim, tweġibiet għal mistoqsijiet mit-tribunal tal-arbitraġġ u kummenti minn Parti dwar dawk ir-risposti, għandhom ikunu disponibbli għall-Parti l-oħra.

6.    Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor fi żmien tlett ijiem mid-data tat-twaqqif tat-tribunal tal-arbitraġġ, it-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jirċievi, skont l-Anness 7 (Regoli ta' Proċedura), sottomissjonijiet bil-miktub mhux mitluba (sottomissjonijiet amicus curiae) minn persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fit-territorju ta’ Parti.

7.    Għad-deliberazzjonijiet interni tiegħu, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jiltaqa’ f'sessjoni magħluqa fejn jipparteċipaw biss l-arbitri. It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ wkoll jippermetti lill-assistenti tiegħu jkunu preżenti għad-deliberazzjonijiet tiegħu. Id-deliberazzjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ u d-dokumenti sottomessi lilu għandhom jinżammu kunfidenzali.


ARTIKOLU 3.9

Sentenza Preliminari dwar l-Urġenza

Jekk Parti titlob hekk, it-tribunal tal-arbitraġġ jista’ joħroġ deċiżjoni preliminari fi żmien 10 ijiem mit-twaqqif tiegħu dwar jekk huwa jqisx il-każ bħala urġenti jew le.

ARTIKOLU 3.10

Rapport interim

1.    It-tribunal tal-arbitraġġ għandu joħroġ rapport interim għall-Partijiet li jistabbilixxi s-sejbiet ta’ fatt, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet rilevanti u r-raġunament bażiku għal kull sejba u rakkommandazzjoni, sa mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tat-twaqqif tat-tribunal tal-arbitraġġ. Meta huwa jqis li din l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet u lill-Kumitat, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha t-tribunal tal-arbitraġġ jippjana li joħroġ ir-rapport interim. It-tribunal ta’ arbitraġġ ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza, joħroġ ir-rapport interim aktar tard minn 120 jum wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal ta’ arbitraġġ.

2.    Parti tista' tressaq talba bil-miktub, inklużi kummenti, lilt-tribunal ta’ arbitraġġ biex jeżamina mill-ġdid l-aspetti preċiżi tar-rapport interim fi żmien 14-il jum minn meta dan ikun ġie nnotifikat.


3.    F'każijiet ta' urġenza, inklużi dawk li jinvolvu oġġetti li jitħassru biż-żmien jew oġġetti jew servizzi staġjonali, it-tribunal ta’ arbitraġġ jagħmel kull sforz biex joħroġ ir-rapport interim tiegħu fi żmien 45 jum u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 60 jum mid-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ. Parti tista' tressaq talba bil-miktub, inklużi kummenti, lilt-tribunal ta’ arbitraġġ biex jeżamina mill-ġdid l-aspetti preċiżi tar-rapport interim fi żmien sebat ijiem min-notifika tar-rapport interim.

4.    Wara li jikkonsidra kull rikjesta bil-miktub, inklużi kummenti, mingħand il-Partijiet dwar ir-rapport interim, it-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jimmodifika r-rapport tiegħu u jagħmel eżami ulterjuri, jekk iħoss li dan huwa xieraq.

ARTIKOLU 3.11

Rapport Finali

1.    It-tribunal ta’ arbitraġġ għandu joħroġ ir-rapport finali tiegħu lill-Partijiet u lill-Kumitat fi żmien 120 jum mid-data tal-istabbiliment tat-tribunal ta’ arbitraġġ. Meta huwa jqis li din l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet u lill-Kumitat, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha t-tribunal tal-arbitraġġ jippjana li joħroġ ir-rapport finali. It-tribunal ta’ arbitraġġ ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza joħroġ ir-rapport finali aktar tard minn 150 jum mid-data tal-istabbiliment tat-tribunal ta’ arbitraġġ.


2.    F'każijiet ta' urġenza, inklużi dawk li jinvolvu oġġetti li jitħassru biż-żmien jew oġġetti jew servizzi staġjonali, it-tribunal ta’ arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz sabiex jinnotifika r-rapport finali tiegħu fi żmien 60 jum mid-data tal-istabbiliment tiegħu. It-tribunal ta’ arbitraġġ ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza joħroġ ir-rapport finali aktar tard minn 75 jum mid-data tal-istabbiliment tat-tribunal ta’ arbitraġġ.

3.    Ir-rapport finali għandu jinkludi diskussjoni suffiċjenti tal-argumenti li jkunu ssemmew fl-istadju tar-rieżami interim, u għandu jindirizza b’mod ċar il-kummenti tal-Partijiet.

ARTIKOLU 3.12

Konformità mar-Rapport Finali

Il-Parti konvenuta tieħu kull miżura meħtieġa sabiex tkun konformi minnufih, u f'bona fide mar-rapport finali.

ARTIKOLU 3.13

Perjodu ta’ Żmien Raġjonevoli għall-Konformità

1.    Jekk il-konformità immedjata mhix possibbli, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu b’mod reċiproku dwar il-perijodu ta' żmien meħtieġ għall-konformità mar-rapport finali. F'każ bħal dan, il-Parti konvenuta għandha, mhux iktar minn 30 jum wara li jiġi riċevut ir-rapport finali, tinnotifika lill-Parti lmentatriċi u lill-Kumitat dwar iż-żmien li teħtieġ għall-konformità (minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala “il-perjodu raġonevoli ta' żmien”).


2.    F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet rigward il-perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-konformità mar-rapport finali, il-Parti lmentatriċi għandha, fi żmien 20 jum mill-wasla tan-notifika magħmula skont il-paragrafu 1 mill-Parti konvenuta, titlob, bil-miktub lilt-tribunal tal-arbitraġġ stabbilit skont l-Artikolu 3.7 (Stabbiliment tat-tribunal ta’ arbitraġġ) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-bord oriġinali tal-arbitraġġ”) sabiex jiddetermina t-tul tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli. Din ir-rikjesta għandha tiġi nnotifikata lill-Parti konvenuta u kkuppjata lill-Kumitat.

3.    It-tribunal ta’ arbitraġġ għandu jinnotifika r-riżultat tiegħu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli lill-Partijiet u lill-Kumitat fi żmien 20 jum mid-data tal-Preżentazzjoni tat-talba msemmija fil-paragrafu 2.

4.    Il-Parti konvenuta għandha tinforma bil-miktub, lill-Parti lmentatriċi, dwar il-progress tagħha biex tkun konformi mar-rapport finali tal-inqas 30 jum qabel ma jiskadi l-perjodu taż-żmien raġonevoli.

5.    Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jestendu l-perjodu ta’ żmien raġonevoli.

ARTIKOLU 3.14

Rieżami ta’ Miżura Meħuda għall-Konformità mar-Rapport Finali

1.    Il-Parti konvenuta għandha tinforma lill-Parti lmentatriċi u lill-Kumitat qabel ma jintemm il-perjodu taż-żmien raġonevoli, dwar kull miżura li hija tkun ħadet sabiex tikkonforma mar-rapport finali.


2.    Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar l-eżistenza jew il-konsistenza ta’ kwalunkwe miżura meħuda biex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni) u nnotifikata skont il-paragrafu 1, il-Parti lmentatriċi tista’ titlob bil-miktub lilt-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali sabiex jiddeċiedi fuq il-kwistjoni. Ir-rikjesta għandha tiġi nnotifikata lill-Parti konvenuta u kkuppjata lill-Kumitat. Il-Parti lmentatriċi, fit-talba tagħha, għandha tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni, u għandha tispjega kif tali miżura mhijiex konsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni) b’mod li tiġi preżentata b’mod ċar bażi legali suffiċjenti għall-ilment.

3. It-tribunal ta’ arbitraġġ għandu jinnotifika r-riżultat tiegħu lill-Partijiet u lill-Kumitat fi żmien 45 jum mid-data tal-Preżentazzjoni tat-talba msemmija fil-paragrafu 2.

ARTIKOLU 3.15

Rimedji Temporanji f’Każ ta’ Nuqqas ta’ Konformità

1.    Jekk il-Parti konvenuta tonqos milli tinnotifika lill-Parti lmentatriċi u lill-Kumitat dwar xi miżura li tkun ħadet sabiex tikkonforma mar-rapport finali qabel ma jiskadi l-perjodu ta' żmien raġonevoli, jew jekk it-tribunal ta’ arbitraġġ jiddeċiedi li ma tkun ittieħdet ebda miżura bi skop ta' konformità jew li l-miżura nnotifikata skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.14 (Rieżemi tal-Miżura Meħuda biex Tikkonforma mar-Rapport Finali) ta' dan il-Kapitolu tkun inkonsistenti mal-obbligi ta' dik il-Parti skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni), il-Parti konvenuta, jekk tintalab mill-Parti lmentatriċi u wara konsultazzjonijiet ma' dik il-Parti, għandha tippreżenta offerta għal kumpens.


2.    Jekk il-Parti lmentatriċi tiddeċiedi li ma titlobx offerta għal kumpens jew, fil-każ li ssir talba bħal din, jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim dwar kumpens fi żmien 30 jum mit-tmiem tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli jew mill-ħruġ tad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 3.14 (Rieżemi ta’ Miżura Meħuda għall-Konformità mar-Rapport Finali) li ma tkun ittieħdet ebda miżura bi skop ta’ konformità jew li l-miżura msemmija tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni), il-Parti li tressaq l-ilment għandu jkollha d-dritt, wara notifika lill-Parti l-oħra u lill-Kumitat, li tieħu miżuri xierqa fil-qafas tal-kummerċ preferenzjali u impenji ta’ investiment applikabbli bejn il-Partijiet li għandhom effett ekwivalenti għat-tħassir jew l-indeboliment ikkawżat mill-ksur. In-notifika għandha tispeċifika miżuri bħal dawn. Il-Parti lmentatriċi tista' timplimenta s-sospensjoni f'kull mument wara li jiskadi l-perjodu ta' 10 ijiem wara d-data tal-wasla tan-notifika mill-Parti konvenuta, sakemm il-Parti konvenuta ma tkunx talbet għal arbitraġġ skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

3.    Jekk il-Parti konvenuta tqis li l-effett tal-miżuri meħuda mill-Parti lmentatriċi ma jkunx ekwivalenti għan-nullifikazzjoni jew il-ħsara kkawżati mill-ksur, din tista’ titlob bil-miktub lilt-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali sabiex jieħu deċiżjoni dwar il-kwistjoni. Dik it-talba għandha tiġi nnotifikata lill-Parti lmentatriċi u kkuppjata lill-Kumitat qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 10 ijiem imsemmi fil-paragrafu 2. Il-bord oriġinali ta’ arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu dwar il-miżuri meħuda mill-Parti lmentatriċi lill-Partijiet u lill-Kumitat fi żmien 30 jum mid-data tal-Preżentazzjoni tat-talba. L-obbligi ma jiġux sospiżi sakemm it-tribunal ta’ arbitraġġ oriġinali jinnotifika s-sentenza tiegħu, u kull sospensjoni tkun konsistenti ma’ dik is-sentenza.


4.    Il-miżuri stipulati f’dan l-Artikolu għandhom ikunu temporanji u ma għandhomx jiġu applikati wara li:

(a)    il-Partijiet laħqu qbil reċiproku dwar soluzzjoni skont l-Artikolu 3.19 (Soluzzjoni bi Qbil Reċiproku);

(b)    il-Partijiet ikunu qablu li l-miżura nnotifikata taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.14 (Rieżemi tal-Miżura Meħuda biex Tikkonforma mar-Rapport Finali) iġġib il-Parti konvenuta f’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni); jew

(c)    Kull miżura li tinstab li tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni) tkun ġiet irtirata jew emendata sabiex tinġieb f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif inhu ddikjarat fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.14 (Rieżemi tal-Miżura Meħuda biex Tikkonforma mar-Rapport Finali).


ARTIKOLU 3.16

Rieżemi tal-Miżura Meħuda biex Tikkonforma Wara l-Adozzjoni
ta’ Rimedji Temporanji għal Nonkonformità

1.    Il-Parti konvenuta għandha tinnotifika lill-Parti lmentatriċi u lill-Kumitat bil-miżura li tkun ħadet sabiex tkun konformi mas-sentenza tat-tribunal ta’ arbitraġġ wara miżuri applikati mill-Parti lmentatriċi jew wara l-applikazzjoni ta' kumpens, skont il-każ. Bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Parti lmentatriċi għandha ttemm il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 3.15 (Rimedji Temporanji f'każ ta’ Nuqqas ta’ Konformità) fi żmien 30 jum mid-data tal-wasla tan-notifika. Fil-każ li l-kumpens ġie applikat, u bl-eċċezzjoni ta' każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Parti konvenuta tista' ttemm l-applikazzjoni ta' tali kumpens fi żmien 30 jum min-notifika tagħha, li hi kkonformat mas-sentenza tat-tribunal ta’ arbitraġġ.

2.    Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar jekk il-miżura nnotifikata ġġibx il-Parti konvenuta kontriha konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni) fi żmien 30 jum mid-data tal-wasla tan-notifika, il-Parti lmentatriċi tista’ titlob bil-miktub lilt-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Dik ir-rikjesta għandha tiġi nnotifikata lill-Parti konvenuta, ikkuppjata lill-Kumitat.


3.    Id-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ għandha tiġi nnotifika lill-Partijiet u lill-Kumitat fi żmien 45 jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba. Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ jiddeċiedi li l-miżura notifikata tkun konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni), il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3.15 (Rimedji Temporanji f’Każ ta’ Nuqqas ta’ Konformità) jew il-kumpens, skont il-każ, għandhom jiġu terminati. Fejn rilevanti, il-livell ta’ sospensjoni ta’ obbligi jew ta’ kumpens għandu jiġi adattat fid-dawl tas-sentenza tat-tribunal tal-arbitraġġ.

ARTIKOLU 3.17

Sostituzzjoni tal-Arbitri

Jekk waqt il-proċedimenti ta’ arbitraġġ it-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali, jew uħud mill-membri tiegħu, ma jkunux jistgħu jipparteċipaw, jirtiraw jew jeħtieġu li jiġu sostitwiti minħabba li l-membru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta fl-Anness 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għal Arbitri u Medjaturi), tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3.7 (Stabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ). Il-limitu ta’ żmien għan-notifika tar-rapporti u d-deċiżjonijiet, skont il-każ, għandu jiġi estiż b'20 ġurnata.


ARTIKOLU 3.18

Sospensjoni u Terminazzjoni tal-Proċedimenti tal-Arbitraġġ

1.    Wara talba miż-żewġ Partijiet, it-tribunal ta’ arbitraġġ għandu jissospendi l-ħidma tiegħu f'kull ħin għal perijodu miftiehem mill-Partijiet li ma jaqbiżx it-12-il xahar konsekuttivi. Għandu jerġa’ jibda x-xogħol tiegħu qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ sospensjoni fuq talba bil-miktub miż-żewġ Partijiet. Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lill-Kumitat, kif xieraq. It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jerġa’ jibda x-xogħol tiegħu fi tmiem il-perjodu ta’ sospensjoni fuq talba bil-miktub ta’ kwalunkwe Parti. Il-Parti rikjedenti għandha tinforma lill-Kumitat u lill-Parti l-oħra kif xieraq. Jekk Parti ma titlobx il-bidu mill-ġdid tal-ħidma tat-tribunal tal-arbitraġġ meta jiskadi l-perjodu ta’ sospensjoni, l-awtorità tat-tribunal tal-arbitraġġ għandha tiskadi u l-proċedimenti għandhom jintemmu. Fil-każ ta’ sospensjoni tal-ħidma tat-tribunal tal-arbitraġġ, il-perjodi ta’ żmien stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Kapitolu għandhom jiġu estiżi bl-istess perjodu ta’ żmien li għalih ix-xogħol ġie sospiż. Is-sospensjoni u t-tmiem tal-ħidma tat-tribunal ta’ arbitraġġ huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' kull waħda mill-Partijiet fi proċedimenti oħrajn soġġett għall-Artikolu 3.24 (Għażla tal-Forum).

2.    Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jtemmu l-proċedimenti tat-tribunal tal-arbitraġġ billi jinnotifikaw b'mod konġunt lill-president tat-tribunal tal-arbitraġġ u lill-Kumitat fi kwalunkwe ħin qabel il-ħruġ tar-rapport finali tat-tribunal tal-arbitraġġ.


ARTIKOLU 3.19

Soluzzjoni bi Qbil Reċiproku

Fi kwalunkwe ħin, il-Partijiet jistgħu jaslu għal soluzzjoni ta' tilwima maqbula b'mod reċiproku skont dan il-Kapitolu. Huma għandhom jgħarrfu b'mod konġunt lill-Kumitat u lill-president tat-tribunal ta’ arbitraġġ, fejn applikabbli, dwar tali soluzzjoni. Jekk is-soluzzjoni tirrikjedi l-approvazzjoni skont il-proċeduri rilevanti domestiċi ta' xi waħda mill-Partijiet, in-notifika għandha tirreferi għal dan ir-rekwiżit u l-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim għandha tiġi sospiża. Jekk tali approvazzjoni ma tkunx meħtieġa, jew jekk it-tlestija ta' tali proċeduri domestiċi tiġi notifikata, il-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim għandha tintemm.

ARTIKOLU 3.20

Informazzjoni u Parir Tekniku

Wara talba ta' Parti, jew bl-inizjattiva tiegħu stess, it-tribunal ta’ arbitraġġ jista' jikseb kull informazzjoni li jqis xierqa għall-proċediment tat-tribunal ta’ arbitraġġ minn kull sors, inklużi l-Partijiet involuti fit-tilwima. It-tribunal ta’ arbitraġġ ikollu wkoll id-dritt li jfittex l-opinjoni ta' esperti, kif iqis xieraq. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jikkonsulta lill-Partijiet qabel ma jagħżel lil tali esperti. Kwalunkwe informazzjoni miksuba skont dan l-Artikolu għandha tiġi żvelata u sottomessa lill-Partijiet għall-kummenti tagħhom fiż-żmien stipulat mit-tribunal tal-arbitraġġ.


ARTIKOLU 3.21

Regoli ta’ Interpretazzjoni

It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jinterpreta d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni) f’konformità mar-regoli normali dwar l-interpretazzjoni tad-dritt internazzjonali pubbliku, inklużi dawk stipulati fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, magħmula fi Vjenna fit-23 ta’ Mejju 1969 (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Konvenzjoni ta’ Vjenna"). It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jqis ukoll l-interpretazzjonijiet rilevanti fir-rapporti tal-bordijiet u tal-Korp tal-Appell adottat mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim skont l-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "DSB" (Dispute Settlement Body)). Ir-rapporti u s-sentenzi tat-tribunal tal-arbitraġġ ma jistgħux iżidu jew inaqqsu d-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet previsti f’dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 3.22

Id-Deċiżjonijiet u s-Sentenzi tat-tribunal ta’ arbitraġġ

1.    It-tribunal ta’ arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz sabiex jieħu kwalunkwe deċiżjoni b'kunsens. Fil-każ fejn deċiżjoni ma tistax tintlaħaq b'kunsens, il-kwistjoni kkonċernata għandha tkun deċiża b'vot maġġoritarju. L-opinjonijiet kuntrarji tal-arbitri ma għandhom fl-ebda każ jiġu żvelati.


2.    Ir-rapporti u d-deċiżjonijiet tat-tribunal ta’ arbitraġġ għandhom jiġu aċċettati mingħajr kundizzjonijiet mill-Partijiet. Dawn ma għandhom joħolqu l-ebda dritt jew obbligu fir-rigward ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Ir-rapporti u d-deċiżjonijiet għandhom jistipulaw is-sejbiet tal-fatti, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta’ Applikazzjoni) u r-raġunament wara s-sejbiet u l-konklużjonijiet. Il-Kumitat għandu jagħmel ir-rapporti u d-deċiżjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ disponibbli għall-pubbliku fl-intier tagħhom fi żmien 10 ijiem mill-ħruġ tagħhom, sakemm ma jiddeċidix li ma jagħmilx hekk biex jipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali.

SUBTAQSIMA 4

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 3.23

Lista tal-Arbitri

1.    Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat għandu jistabbilixxi lista ta’ mill-anqas 15-il individwu li jkunu kapaċi u lesti li jservu bħala arbitri. Il-lista għandha tkun magħmula minn tliet sublisti:

(a)    sublista waħda għall-Vjetnam;

(b)    sublista waħda għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha; u


(c)    sublista waħda ta’ individwi li mhumiex ċittadini ta’ xi waħda mill-Partijiet u li m'għandhomx residenza permanenti f'xi waħda mill-Partijiet u li għandhom jaġixxu bħala l-president tat-tribunal tal-arbitraġġ.

2.    Kull sublista għandha tinkludi mill-inqas ħames individwi. Il-Kumitat għandu jassigura li l-lista tinżamm dejjem f'dan in-numru minimu ta’ individwi.

3.    L-arbitri għandhom ikunu wrew għarfien espert u esperjenza fil-liġi u l-kummerċ internazzjonali. Dawn għandhom ikunu indipendenti, iservu fil-kapaċitajiet individwali tagħhom u ma jieħdu struzzjonijiet minn ebda organizzazzjoni jew gvern, u lanqas ma jkunu affiljati mal-gvern ta’ xi waħda mill-Partijiet, u għandhom ikunu konformi mal-Kodiċi tal-Kondotta fl-Anness 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi).

4.    Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi lista addizzjonali ta’ 10 individwi b'għarfien espert u esperjenza murija f'setturi speċifiċi koperti minn dan il-Ftehim. Soġġett għall-qbil mill-Partijiet, tali lista addizzjonali tintuża biex jiġi ffurmat it-tribunal ta’ arbitraġġ skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 3.7 (Stabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ).

ARTIKOLU 3.24

Għażla tal-Forum

1.    Ir-rikors għall-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim skont dan il-Kapitolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, inkluża azzjoni għal riżoluzzjoni ta’ tilwim, jew taħt kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor li ż-żewġ Partijiet ikunu parti fihom.


2.    B'deroga mill-paragrafu 1, Parti m'għandhiex, għal miżura partikolari, tfittex rimedju għall-ksur ta’ obbligu sostanzjalment ekwivalenti taħt dan il-Ftehim u taħt il-Ftehim tad-WTO jew taħt xi ftehim internazzjonali ieħor li ż-żewġ Partijiet ikunu parti fihom fil-fora rilevanti. Ladarba jkunu bdew il-proċedimenti ta' soluzzjoni tat-tilwim, il-Parti ma tressaqx pretensjoni li tfittex rimedju għall-ksur ta' obbligu sostanzjalment ekwivalenti skont il-Ftehim l-ieħor fil-forum l-ieħor, ħlief jekk l-ewwel forum magħżul ma jirnexxilux, minħabba raġunijiet proċedurali jew ġuriżdizzjonali, jasal għal sejbiet dwar il-pretensjoni għal rimedju ta' dak l-obbligu.

3.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)    il-proċedimenti tas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Ftehim tad-WTO jitqiesu li jkunu tnedew minn talba ta' Parti għal-istabbiliment ta' bord skont l-Artikolu 6 tal-Qbil dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni tat-Tilwim;

(b)    il-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont dan il-Kapitolu jitqiesu li jitnedew permezz ta' talba minn Parti għall-istabbiliment ta' tribunal ta’ arbitraġġ taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.5 (Bidu tal-Proċedura ta’ Arbitraġġ);

(c)    proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim skont kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor jitqiesu li bdew skont dak il-ftehim.

4.    Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jwaqqaf lil Parti milli timplimenta s-sospensjoni ta' obbligi awtorizzati mid-DSB. La l-Ftehim tad-WTO u lanqas l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ma għandhom jiġu invokati biex iwaqqfu lil Parti milli tieħu l-miżuri xierqa skont l-Artikolu 3.15 (Rimedji Temporanji f’Każ ta’ Nuqqas ta’ Konformità).


ARTIKOLU 3.25

Limiti ta’ Żmien

1.    Il-limiti kollha ta’ żmien stabbiliti f’din it-Taqsima, inklużi l-limiti biex il-bordijiet tal-arbitraġġ jinnotifikaw ir-rapporti u d-deċiżjonijiet tagħhom, għandhom jingħaddu f’jiem kalendarji mill-jum li jsegwi l-att jew il-fatt li jkunu qed jirreferu għalih, sakemm ma jkunx ġie speċifikat mod ieħor.

2.    Kull limitu ta' żmien li jissemma' f'din it-Taqsima jista' jiġi modifikat bi ftehim reċiproku tal-Partijiet involuti fit-tilwima. It-tribunal ta’ arbitraġġ jista' fi kwalunkwe ħin jipproponi lill-Partijiet li jiġi modifikat kwalunkwe limitu ta' żmien imsemmi f'din it-Taqsima, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal din il-proposta.

ARTIKOLU 3.26

Reviżjoni u Emendar

Il-Kumitat jista’ jirrevedi u jiddeċiedi li jemenda l-Anness 7 (Regoli ta’ Proċedura), 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għal Arbitri u Medjaturi) u 9 (Mekkaniżmu ta’ Medjazzjoni).


TAQSIMA B

Is-Soluzzjoni tat-Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet

SUBTAQSIMA 1

Il-Kamp ta' applikazzjoni u d-Definizzjonijiet

ARTIKOLU 3.27

Kamp ta’ applikazzjoni

1.    Din it-Taqsima tapplika għal tilwima bejn, minn naħa waħda, rikorrent ta’ Parti waħda u, min-naħa l-oħra, il-Parti l-oħra dwar kwalunkwe miżura 20 li allegatament tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 (Protezzjoni ta' Investiment) u li allegatament tikkawża telf jew ħsara lill-rikorrent jew, fejn il-pretensjoni tinġieb f'isem kumpanija stabbilita lokalment li tkun proprjetà ta’ jew ikkontrollata mir-rikorrent, lill-kumpanija stabbilita lokalment.

2.    Għal ċertezza akbar, rikorrent ma għandux iressaq pretensjoni taħt din it-Taqsima jekk l-investiment tiegħu ikun sar permezz ta' dikjarazzjoni falza, ħabi, korruzzjoni, jew kondotta li tammonta għal abbuż tal-proċess.


3.    It-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell stabbiliti skont l-Artikoli 3.38 (Tribunal) u 3.39 (Tribunal tal-Appell), rispettivament, ma jistgħux jiddeċiedu pretensjonijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

4.    Pretensjoni fir-rigward tar-ristrutturar tad-dejn ta’ Parti għandha tiġi indirizzata skont din it-Taqsima u l-Anness 5 (Dejn Pubbliku).

ARTIKOLU 3.28

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor:

(a)    "proċedimenti" tfisser proċedimenti quddiem it-Tribunal jew it-Tribunal tal-Appell taħt din it-Taqsima;

(b)    “partijiet litiganti” tfisser ir-rikorrent u l-konvenut;

(c)    “rikorrent ta’ Parti” tfisser:

(i)    investitur ta’ Parti, kif imsemmi fis-subparagrafu 1(b) tal-Artikolu 2.1 (Kamp ta' applikazzjoni), li jaġixxi f'isimha stess; jew


(ii)    investitur ta’ Parti, kif imsemmi fis-subparagrafu 1(b) tal-Artikolu 2.1 (Kamp ta' applikazzjoni), li jaġixxi f'isem kumpanija stabbilita lokalment li hija proprjetà ta’ dak l-investitur jew ikkontrollata minnu; għal ċertezza akbar, pretensjoni sottomessa taħt dan is-subparagrafu għandha titqies relatata ma’ tilwima bejn Stat Kontraenti u ċittadin ta' Stat Kontraenti ieħor għall-finijiet tal-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni ICSID;

(d)    Konvenzjoni ICSID tfisser il-Konvenzjoni dwar is-Soluzzjoni ta' Tilwim dwar Investiment bejn l-Istati u ċ-Ċittadini ta' Stati Oħra, li saret f'Washington fit-18 ta' Marzu 1965;

(e)    “Parti mhux litiganti” tfisser jew il-Vjetnam meta l-konvenut ikun l-Unjoni jew Stat Membru tal-Unjoni, jew l-Unjoni meta l-Vjetnam ikun il-konvenut;

(f)    “konvenut” tfisser jew il-Vjetnam jew, fil-każ ta’ Parti tal-UE, jew l-Unjoni jew l-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 3.32 (Avviż ta’ Intenzjoni biex Tintbagħat Pretensjoni);

(g)    "kumpanija stabbilita lokalment" tfisser persuna ġuridika, stabbilita fit-territorju ta’ Parti, u li tkun proprjetà ta' u kkontrollata minn investitur tal-Parti l-oħra;

(h)    “Konvenzjoni ta' New York tal-1958” tfisser il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet ta’ Arbitraġġ Barranin, li saret fi New York, fl-10 ta' Ġunju 1958;


(i)    “finanzjament ta’ parti terza” tfisser kwalunkwe finanzjament ipprovdut minn persuna fiżika jew ġuridika li mhix parti mit-tilwim iżda li tidħol fi fehim ma’ parti litiganti sabiex tiffinanzja parti mill-ispejjeż tal-proċedimenti jew l-ispejjeż kollha bi ħlas għal rimunerazzjoni dipendenti fuq ir-riżultat tat-tilwima, jew kwalunkwe finanzjament provdut minn persuna fiżika jew ġuridika li mhix parti mit-tilwima fil-forma ta’ donazzjoni jew għotja

(j)    "UNCITRAL" tfisser il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ; u

(k)    “Regoli ta’ Trasparenza tal-UNCITRAL” tfisser ir-Regoli tal-UNCITRAL dwar it-Trasparenza bbażati fuq it-Trattat tal-Arbitraġġ bejn l-Investitur u l-Istat.

SUBTAQSIMA 2

KONSULTAZZJONIJIET U RIŻOLUZZJONI GĦAL TILWIM ALTERNATTIVI

ARTIKOLU 3.29

Soluzzjoni Amikevoli

Kull tilwim għandu kemm jista’ jkun jissolva b’mod amikevoli permezz ta’ negozjati jew medjazzjoni u, fejn possibbli, qabel il-preżentazzjoni ta’ talba għall-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3.30 (Konsultazzjonijiet). Tali soluzzjoni tista’ tiġi miftehma f'kull ħin, inkluż wara l-bidu tal-proċedimenti taħt din it-Taqsima.


ARTIKOLU 3.30

Konsultazzjonijiet

1.    Meta t-tilwim ma jkunx jista’ jiġi solvut b’mod amikevoli kif previst fl-Artikolu 3.29 (Soluzzjoni Amikevoli), rikorrent ta’ Parti li tallega ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.27 (Kamp ta' applikazzjoni) għandu jissottometti talba għal konsultazzjonijiet lill-Parti l-oħra. It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)    l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u, fejn din it-talba tiġi ppreżentata f’isem kumpanija stabbilita lokalment, l-isem, l-indirizz u l-post ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija stabbilita lokalment;

(b)    id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.27 (Kamp ta’ applikazzjoni) allegatament miksura;

(c)    il-bażi legali u fattwali tal-pretensjoni, inklużi l-miżuri allegati li jiksru d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.27 (Kamp ta’ applikazzjoni);

(d)    ir-rimedju li qed jifittex u l-ammont stmat tad-danni; u

(e)    evidenza li tistabbilixxi li r-rikorrent huwa investitur tal-Parti l-oħra u li jippossjedi jew jikkontrolla l-investiment kopert inkluża l-kumpanija stabbilita lokalment fejn applikabbli, li fir-rigward tagħha tressqet talba għal konsultazzjonijiet.


Meta talba għal konsultazzjonijiet tiġi sottomessa minn aktar minn rikorrent wieħed, jew f'isem aktar minn kumpanija waħda stabbilita lokalment, l-informazzjoni fis-subparagrafi 1(a) u 1(e) għandha tiġi sottomessa għal kull applikant jew kumpanija stabbilita lokalment, skont il-każ.

2.    Talba għal konsultazzjonijiet għandha tiġi ppreżentata fi żmien:

(a)    tliet snin mid-data li fiha r-rikorrent jew, kif applikabbli, il-kumpanija stabbilita lokalment, ikunu kisbu għall-ewwel darba, jew kellhom jiksbu għall-ewwel darba, l-għarfien tal-miżura li allegatament tikser id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 (Protezzjoni tal-Investiment); u għarfien li b'hekk wassal għal telf u ħsara mġarrba għal:

(i)    ir-rikorrent, għal talbiet imressqa minn investitur li jaġixxi f'isimha; jew

(ii)    il-kumpanija stabbilita lokalment, għal talbiet imressqa minn investitur li jaġixxi f'isem kumpanija stabbilita lokalment; jew

(b)    sentejn mid-data li fiha r-rikorrent jew, kif applikabbli, il-kumpanija stabbilita lokalment, ma jibqax isegwi talbiet jew proċedimenti quddiem tribunal jew qorti skont il-liġi domestika u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn seba’ snin wara d-data li fiha r-rikorrent akkwista għall-ewwel darba, jew kellu jakkwista għall-ewwel darba għarfien tal-miżura allegata li tikser id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 (Protezzjoni tal-Investiment) u għarfien li b'hekk iwassal għal telf u ħsara mġarrba għal:

(i)    ir-rikorrent, għal talbiet imressqa minn investitur li jaġixxi f'isimha; jew


(ii)    il-kumpanija stabbilita lokalment, għal talbiet imressqa minn investitur li jaġixxi f'isem kumpanija stabbilita lokalment 21 .

3.    Sakemm il-partijiet fil-kawża ma jaqblux mod ieħor, il-post tal-konsultazzjonijiet għandu jkun:

(a)    Ha Noi fejn il-konsultazzjonijiet jikkonċernaw il-miżuri tal-Vjetnam;

(b)    Brussell fejn il-konsultazzjonijiet jikkonċernaw il-miżuri tal-Unjoni; jew

(c)    il-kapital tal-Istat Membru tal-Unjoni kkonċernat, meta t-talba għal konsultazzjonijiet tikkonċerna esklussivament miżuri ta’ dak l-Istat Membru.

Il-konsultazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll permezz ta’ vidjokonferenza jew mezzi oħra, b'mod partikolari jekk tkun involuta intrapriża żgħira jew ta' daqs medju.

4.    Sakemm il-partijiet inkwistjoni ma jaqblux fuq perjodu itwal, il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien 60 jum mill-Preżentazzjoni tat-talba għal konsultazzjonijiet.

5.    F’każ li r-rikorrent ma jkunx ippreżenta talba skont l-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni) fi żmien 18-il xahar mill-Preżentazzjoni tat-talba għal konsultazzjonijiet, ir-rikorrent għandu jitqies li rtira minn proċedimenti skont din it-Taqsima u ma jistax jissottometti pretensjoni skont din it-Taqsima. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet involuti fil-konsultazzjonijiet.


6.    Il-limiti ta' żmien stipulati fil-paragrafi 2 u 5 ma jagħmlux il-pretensjonijiet inammissibbli meta r-rikorrent jista’ juri li n-nuqqas li jintalbu konsultazzjonijiet jew tiġi ppreżentata talba, ikun minħabba l-inkapaċità tar-rikorrent li jaġixxi bħala riżultat ta’ azzjonijiet li ttieħdu deliberatament mill-Parti kkonċernata, sakemm ir-rikorrent jaġixxi kemm jista’ jkun malajr wara li jkun seta' jaġixxi.

7.    F’każ li t-talba għall-konsultazzjonijiet tikkonċerna l-allegat ksur tal-ftehim mill-Unjoni, jew minn Stat Membru tal-Unjoni, din tintbagħat lill-Unjoni. Jekk jiġu identifikati miżuri ta’ Stat Membru tal-Unjoni, dan għandu jintbagħat ukoll lill-Istat Membru kkonċernat.

ARTIKOLU 3.31

Medjazzjoni

1.    Il-partijiet fil-kawża jistgħu f'kwalunkwe ħin jaqblu li jirrikorru għal medjazzjoni.

2.    Ir-rikors għall-medjazzjoni huwa volontarju u mingħajr ħsara għall-pożizzjoni legali ta’ kull waħda mill-partijiet litiganti.

3.    Ir-rikors għall-medjazzjoni jista’ jkun regolat mir-regoli stabbiliti fl-Anness 10 (Mekkaniżmu ta’ Medjazzjoni għal Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet). Kull limitu ta’ żmien imsemmi fl-Anness 10 (Mekkaniżmu ta’ Medjazzjoni għal Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet) jista’ jiġi modifikat bi ftehim reċiproku bejn il-partijiet litiganti.


4.    Il-medjatur jinħatar bil-qbil tal-partijiet fil-kawża. Tali ħatra tista’ tinkludi l-ħatra ta' medjatur minn fost il-Membri tat-Tribunal maħtur skont l-Artikolu 3.38 (Tribunal) jew il-Membri tat-Tribunal tal-Appell maħtur skont l-Artikolu 3.39 (Tribunal tal-Appell). Il-partijiet inkwistjoni jistgħu wkoll jitolbu lill-President tat-Tribunal biex jaħtar medjatur minn fost il-Membri tat-Tribunal li la huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni u lanqas tal-Vjetnam.

5.    Ladarba l-partijiet litiganti jaqblu li jirrikorru għal medjazzjoni, il-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5 tal-Artikolu 3.30 (Konsultazzjonijiet), il-paragrafu 6 tal-Artikolu 3.53 (Deċiżjoni Provviżorja) u l-paragrafu 5 tal-Artikolu 3.54 (Proċedura ta' Appell) għandhom jiġu sospiżi bejn id-data li fiha jkun ġie miftiehem li jirrikorru għall-medjazzjoni u d-data li fiha waħda mill-partijiet litiganti tiddeċiedi li ttemm il-medjazzjoni, permezz ta’ ittra lill-medjatur u l-parti litiganti l-oħra. Fuq talba taż-żewġ partijiet litiganti, jekk diviżjoni tat-Tribunal tkun ġiet stabbilita skont l-Artikolu 3.38 (Tribunal), id-diviżjoni għandha tissospendi l-proċedimenti tagħha sad-data li fiha kull parti fit-tilwima tiddeċiedi li ttemm il-medjazzjoni, permezz ta' ittra lill-medjatur u lill-parti litiganti l-oħra.


SUBTAQSIMA 3

PREŻENTAZZJONI TA’ PRETENSJONI U KONDIZZJONIJIET PREĊEDENTI

ARTIKOLU 3.32

Avviż ta’ Intenzjoni biex Tintbagħat Pretensjoni

1.    Jekk it-tilwim ma jkunx tista’ jiġi solvut fi żmien 90 jum mill-preżentazzjoni tat-talba għall-konsultazzjonijiet, ir-rikorrent jista’ jagħti avviż ta’ intenzjoni li għandu jispeċifika bil-miktub l-intenzjoni tar-rikorrent li jissottometti t-talba għas-soluzzjoni tat-tilwim taħt din it-Taqsima, u li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)    l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u, fejn din it-talba tiġi ppreżentata f’isem kumpanija stabbilita lokalment, l-isem, l-indirizz u l-post ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija stabbilita lokalment;

(b)    id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.27 (Kamp ta’ applikazzjoni) li ġew allegatament miksura;

(c)    il-bażi legali u fattwali tal-pretensjoni, inklużi l-miżuri li huma allegati li jiksru d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.27 (Kamp ta’ applikazzjoni); u


(d)    ir-rimedju li qed ifittex u l-ammont stmat tad-danni.

L-avviż ta’ intenzjoni għandu jintbagħat lill-Unjoni jew lill-Vjetnam, skont il-każ. Meta tiġi identifikata miżura ta’ Stat Membru tal-Unjoni, din għandha tintbagħat ukoll lill-Istat Membru kkonċernat.

2.    Meta avviż ta’ intenzjoni jkun intbagħat lill-Unjoni, l-Unjoni għandha tagħmel determinazzjoni tal-konvenut u, wara li tkun għamlet tali determinazzjoni, għandha tinforma lir-rikorrent fi żmien 60 jum minn meta tirċievi l-avviż ta' intenzjoni dwar jekk l-Unjoni jew Stat Membru tal-Unjoni għandhiex tkun / għandux ikun il-konvenut.

3.    Fil-każ li r-rikorrent ma ġiex informat bid-determinazzjoni tal-konvenut fi żmien 60 jum minn meta rċieva l-avviż ta' intenzjoni:

(a)    jekk il-miżuri identifikati fl-avviż formali jkunu miżuri esklussivament ta' Stat Membru tal-Unjoni, dak l-Istat Membru għandu jkun il-konvenut; jew

(b)    jekk il-miżuri identifikati fl-avviż jinkludu miżuri tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tkun il-konvenut.

4.    Ir-rikorrent jista’ jissottometti pretensjoni skont l-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta' Pretensjoni) fuq il-bażi tad-determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jew jekk din id-determinazzjoni ma ġietx ikkomunikata lir-rikorrent fiż-żmien stipulat fil-paragrafu 2, skont il-paragrafu 3.


5.    Meta jew l-Unjoni jew l-Istat Membru tagħha tkun/ikun il-konvenut wara determinazzjoni magħmula skont il-paragrafu 2, la l-Unjoni u lanqas l-Istat Membru kkonċernat ma jistgħu jaffermaw l-inammissibbiltà tal-pretensjoni, in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tat-Tribunal jew inkella jsostnu li l-pretensjoni hija infondata jew invalida għar-raġuni li l-konvenut xieraq jeħtieġ li jkun l-Unjoni aktar milli l-Istat Membru jew viċi versa.

6.    It-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell għandhom ikunu marbuta bid-determinazzjoni magħmula skont il-paragrafu 2.

7.    Xejn f'dan il-Ftehim jew fir-regoli applikabbli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim ma għandu jipprevjeni l-iskambju tal-informazzjoni kollha relatata ma’ tilwima bejn l-Unjoni u l-Istat Membru kkonċernat.

ARTIKOLU 3.33

Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni

1.    Jekk it-tilwima ma tistax tiġi solvuta fi żmien sitt xhur mill-Preżentazzjoni tat-talba għal konsultazzjonijiet u jkunu għaddew mill-inqas tliet xhur mill-Preżentazzjoni tal-avviż ta’ intenzjoni li tintbagħat pretensjoni skont l-Artikolu 3.32 (Avviż ta’ Intenzjoni biex Tintbagħat Pretensjoni), ir-rikorrent, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3.35 (Rekwiżiti Proċedurali u Oħrajn għal Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni), jista’ jissottometti pretensjoni lit-Tribunal stabbilit skont l-Artikolu 3.38 (Tribunal).


2.    Pretensjoni tista’ tiġi sottomessa lit-Tribunal skont wieħed mis-settijiet ta' regoli li ġejjin dwar is-soluzzjoni tat-tilwim:

(a)    il-Konvenzjoni tal-ICSID;

(b)    Ir-Regoli dwar il-Faċilità Addizzjonali għall-Amministrazzjoni ta’ Proċedimenti (minn hawn 'il quddiem imsejħa "Regoli tal-Faċilità Addizzjonali tal-ICSID") mis-Segretarjat taċ-Ċentru Internazzjonali għal Soluzzjoni ta’ Tilwim tal-Investiment għal proċedimenti skont is-subparagrafu (a) ma japplikawx;

(c)    ir-regoli tal-arbitraġġ tal-UNCITRAL; jew

(d)    kwalunkwe regola oħra bi qbil bejn il-partijiet fil-kawża. Fil-każ li r-rikorrent jipproponi sett speċifiku ta’ regoli għas-soluzzjoni tat-tilwim u jekk, fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-proposta, il-partijiet inkwistjoni ma jkunux qablu bil-miktub dwar dawk ir-regoli, jew il-konvenut ma weġibx lir-rikorrent, ir-rikorrent jista’ jippreżenta pretensjoni skont ir-regoli previsti fis-subparagrafi (a), (b) jew (c).

3.    Il-Pretensjonijiet kollha identifikati mir-rikorrent fil-preżentazzjoni tal-pretensjoni tiegħu skont dan l-Artikolu għandhom ikunu bbażati fuq miżuri identifikati fit-talba tiegħu għal konsultazzjonijiet skont is-subparagrafu 1(c) tal-Artikolu 3.30 (Konsultazzjonijiet).

4.    Ir-regoli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw bla ħsara għar-regoli stabbiliti f'din it-Taqsima, kif supplimentati minn xi regoli adottati mill-Kumitat, mit-Tribunal jew mit-Tribunal tal-Appell.


5.    Pretensjoni għandha titqies sottomessa skont dan l-Artikolu meta r-rikorrent ikun beda proċeduri skont ir-regoli applikabbli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim.

6.    Talbiet ippreżentati f'isem klassi magħmula minn numru ta’ applikanti mhux identifikati, jew sottomessi minn rappreżentant li jkun beħsiebu jmexxi l-proċedimenti fl-interess ta' numru ta’ rikorrenti identifikati jew mhux identifikati li jiddelegaw id-deċiżjonijiet kollha relatati mal-proċedimenti f'isimhom, ma jkunux ammissibbli.

ARTIKOLU 3.34

Pretensjonijiet Oħrajn

1.    Rikorrent ma għandux jippreżenta pretensjoni lit-Tribunal jekk ir-rikorrent ikollu pretensjoni pendenti quddiem xi qorti jew tribunal ieħor domestiku jew internazzjonali li tikkonċerna l-istess miżura bħal dik allegata li mhix konsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.27 (Kamp ta’ applikazzjoni) u l-istess telf jew ħsara, sakemm ir-rikorrent ma jirtirax dik il-pretensjoni pendenti.

2.    Rikorrent li jaġixxi f'ismu stess ma għandux jissottometti pretensjoni lit-Tribunal jekk xi persuna li, direttament jew indirettament, ikollha interess ta’ sjieda fi jew hija kkontrollata mir-rikorrent ikollha pretensjoni pendenti quddiem it-Tribunal jew kwalunkwe qorti jew tribunal ieħor domestiku jew internazzjonali li tikkonċerna l-istess miżura bħal dik allegata li mhix konsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.27 (Kamp ta’ applikazzjoni) u l-istess telf jew ħsara, sakemm dik il-persuna ma tirtirax dik il-pretensjoni pendenti.


3.    Rikorrent li jaġixxi f'isem kumpanija stabbilita lokalment ma għandux jissottometti pretensjoni lit-Tribunal jekk xi persuna li, direttament jew indirettament, ikollha interess ta’ sjieda fi jew hija kkontrollata minn kumpanija stabbilita lokalment, għandha pretensjoni pendenti quddiem it-Tribunal jew quddiem kwalunkwe qorti jew tribunal nazzjonali jew internazzjonali li tikkonċerna l-istess miżura bħal dik allegata li tikser id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 (Protezzjoni tal-Investiment) u l-istess telf jew ħsara, sakemm dik il-persuna ma tirtirax dik il-pretensjoni pendenti.

4.    Qabel ma jissottometti pretensjoni, ir-rikorrent għandu jipprovdi:

(a)    evidenza li huwa u, fejn rilevanti skont il-paragrafi 2 u 3, kull persuna li, direttament jew indirettament, għandha interess ta’ sjieda fi jew hija kkontrollata mir-rikorrent jew mill-kumpanija stabbilita lokalment, irtirat kwalunkwe pretensjoni pendenti msemmija fil-paragrafi 1, 2 jew 3; u

(b)    rinunzja tad-dritt tiegħu, u fejn applikabbli, tad-dritt tal-kumpanija stabbilita lokalment, li jibda kwalunkwe pretensjoni msemmija fil-paragrafu 1.

5.    Dan l-Artikolu japplika flimkien mal-Anness 12 (Proċeduri Konkorrenti).

6.    Ir-rinunzja pprovduta skont is-subparagrafu 4(b) għandha tieqaf tapplika meta l-pretensjoni tkun miċħuda fuq il-bażi li ma jintlaħqux ir-rekwiżiti ta' nazzjonalità biex tinbeda azzjoni taħt dan il-Ftehim.


7.    Il-paragrafi 1 sa 4, inkluż l-Anness 12 (Proċeduri Konkorrenti), ma japplikawx meta pretensjonijiet sottomessi quddiem qorti domestika jinbdew bl-iskop waħdieni li jfittxu att temporanju inġuntiv jew digriet dikjaratorju u ma jinvolvux il-ħlas ta’ danni monetarji.

8.    Meta jitressqu t-talbiet kemm skont din it-Taqsima kif ukoll skont it-Taqsima A (Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet), jew it-tnejn skont din it-Taqsima u ftehim internazzjonali ieħor li jikkonċerna l-istess trattament bħal dak allegat li huwa inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2), diviżjoni tat-Tribunal kostitwita taħt din it-Taqsima għandha, kemm jista’ jkun malajr wara li tisma’ lill-partijiet litiganti, tqis il-proċeduri skont is-Sezzjoni A Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet) jew għal ftehim internazzjonali ieħor fid-deċiżjoni tagħha, ordni jew għotja. Għal dak il-għan, tista’ wkoll, jekk tqis li hu meħtieġ, tissospendi l-proċedimenti tagħha. Meta jaġixxi skont din id-dispożizzjoni, it-Tribunal għandu jirrispetta l-paragrafu 6 tal-Artikolu 3.53 (Deċiżjoni Provviżorja).

ARTIKOLU 3.35

Rekwiżiti Proċedurali u Oħrajn għall-Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni

1.    Pretensjoni tista’ tiġi ppreżentata lit-Tribunal taħt din it-Taqsima biss jekk:

(a)    il-preżentazzjoni tal-pretensjoni hija akkumpanjata mill-kunsens bil-miktub tar-rikorrent għas-soluzzjoni tat-tilwima mit-Tribunal skont il-proċeduri stabbiliti f'din it-Taqsima u l-għażla tal-applikant ta’ wieħed mis-sett ta' regoli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni) bħala r-regoli applikabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim;


(b)    ikunu għaddew mill-inqas sitt xhur minn mindu l-pretensjoni tkun tressqet għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3.30 (Konsultazzjonijiet) u mill-inqas tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-avviż ta’ intenzjoni biex tintbagħat pretensjoni skont l-Artikolu 3.32 (Avviż ta’ Intenzjoni biex Tintbagħat Pretensjoni);

(c)    it-talba għall-konsultazzjonijiet u l-avviż ta’ intenzjoni li tintbagħat talba jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3.30 (Konsultazzjonijiet) u l-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.32 (Avviż ta’ Intenzjoni biex Tintbagħat Pretensjoni) rispettivament;

(d)    il-bażi ġuridika u fattwali tat-tilwim kienet soġġetta għal konsultazzjonijiet minn qabel skont l-Artikolu 3.30 (Konsultazzjonijiet);

(e)    il-pretensjonijiet kollha identifikati fil-preżentazzjoni tal-pretensjoni lit-Tribunal magħmulin skont l-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni) huma bbażati fuq il-miżura jew il-miżuri identifikati fl-avviż ta’ intenzjoni li tintbagħat pretensjoni magħmul skont l-Artikolu 3.32 (Avviż ta’ Intenzjoni li Tintbagħat Pretensjoni); u

(f)    il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.34 (Pretensjonijiet Oħra) huma ssodisfati.

2.    Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra ta’ ġurisdizzjoni li jirriżultaw mir-regoli rilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwim.


ARTIKOLU 3.36

Kunsens

1.    Il-konvenut jagħti l-kunsens tiegħu għall-preżentazzjoni ta’ pretensjoni taħt din it-Taqsima.

2.    Ir-rikorrent għandu jagħti l-kunsens tiegħu skont il-proċeduri pprovduti f'din it-Taqsima fiż-żmien li jippreżenta pretensjoni skont l-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni).

3.    Il-kunsens skont il-paragrafi 1 u 2 jeħtieġ li:

(a)    il-partijiet litiganti jżommu lura milli jinfurzaw għotja mogħtija skont din it-Taqsima qabel ma dik l-għotja tkun saret finali skont l-Artikolu 3.55 (Deċiżjoni Finali); u

(b)    il-partijiet litiganti għandhom joqogħdu lura milli jfittxu li jappellaw, jirrevedu, iwarrbu, jannullaw, jirreżaminaw jew jibdew proċeduri simili oħrajn quddiem qorti jew tribunal internazzjonali jew domestiku, fir-rigward ta’ għotja skont din it-Taqsima 22 .

4.    Il-kunsens skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jitqies bħala li jissodisfa r-rekwiżiti ta’:

(a)    L-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni tal-ICSID u r-Regoli dwar il-Faċilità Addizzjonali tal-ICSID għal kunsens bil-miktub tal-partijiet litiganti; u

(b)    l-Artikolu II tal-Konvenzjoni ta' New York tal-1958 għal ftehim bil-miktub.


ARTIKOLU 3.37

Finanzjament minn Parti Terza

1.    Fil-każ ta’ finanzjament minn parti terza, il-parti kontestanti li tibbenefika minnha għandha tinnotifika lill-parti kontestanti l-oħra u lid-diviżjoni tat-Tribunal, jew meta d-diviżjoni tat-Tribunal ma tkunx stabbilita, lill-President tat-Tribunal bl-eżistenza u bin-natura tal-arranġament, u bl-isem u bl-indirizz tal-finanzjatur tal-parti terza.

2.    Tali notifika għandha ssir fil-ħin meta titressaq pretensjoni, jew, meta l-ftehim dwar il-finanzjament ikun konkluż jew tkun saret id-donazzjoni jew is-sovvenzjoni, mingħajr dewmien hekk kif jiġi konkluż il-ftehim jew tkun saret id-donazzjoni jew is-sovvenzjoni.

3.    Meta japplika l-Artikolu 3.48 (Sigurtà għall-Ispejjeż), it-Tribunal għandu jqis jekk hemmx finanzjament minn parti terza. Meta jiddeċiedi dwar l-ispiża tal-proċedimenti skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 3.53 (Deċiżjoni Provviżorja), it-Tribunal għandu jqis jekk ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ġewx irrispettati.


SUBTAQSIMA 4

SISTEMA ĠURISDIZZJONALI GĦALL INVESTIMENTI

ARTIKOLU 3.38

It-Tribunal

1.    Bil-preżenti qiegħed jiġi stabbilit Tribunal biex jisma’ l-pretensjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni).

2.    Skont is-subparagrafu 5(a) tal-Artikolu 4.1 (Kumitat), mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat għandu jaħtar disa’ Membri tat-Tribunal. Tlieta mill-Membri għandhom ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni, tlieta għandhom ikunu ċittadini tal-Vjetnam u tlieta għandhom ikunu ċittadini ta' pajjiżi terzi 23 .

3.    Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li jżid jew inaqqas l-għadd ta’ Membri tat-Tribunal b’multipli ta’ tlieta. Il-ħatriet addizzjonali għandhom isiru fuq l-istess bażi kif previst fil-paragrafu 2.


4.    Il-Membri tat-Tribunal għandu jkollhom il-kwalifiki kif meħtieġa mill-pajjiżi rispettivi tagħhom għal ħatra f'karigi ġudizzjarji, jew ikunu ġuristi ta' kompetenza rikonoxxuta. Huma għandhom ikunu taw prova ta' speċjalizzazzjoni fid-dritt internazzjonali pubbliku. Preferibbilment għandu jkollhom kompetenzi fil-liġi internazzjonali dwar l-investiment, il-liġi kummerċjali internazzjonali, u fir-riżoluzzjoni ta' tilwim li jirriżulta minn ftehimiet dwar l-investiment internazzjonali jew dwar il-kummerċ internazzjonali.

5.    Il-Membri tat-Tribunal għandhom jinħatru għal mandat ta’ erba' snin, li jiġġedded darba. Madankollu, it-termini ta' ħamsa mid-disa’ persuni maħtura immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, li jiġu ddeterminati bix-xorti, għandhom jiġu estiżi sa sitt snin. Il-postijiet vakanti għandhom jimtlew hekk kif jitbattlu. Persuna maħtura biex tieħu post persuna li l-mandat taghha għadu ma ntemmx għandha tibqa’ tokkupa l-kariga għall-bqija tal-mandat tal-predeċessur. Persuna li tkun qed isservi f’diviżjoni tat-Tribunal meta l-mandat tagħha jiskadi, tista’ bl-awtorizzazzjoni tal-President tat-Tribunal tkompli sservi fid-diviżjoni sal-għeluq tal-proċedimenti ta’ dik id-diviżjoni, u għal dan il-għan biss għandha titqies bħala li għadha Membru tat-Tribunal.

6.    It-Tribunal għandu jisma' l-kawżi f'diviżjonijiet li jikkonsistu fi tliet Membri, li minnhom wieħed ikun ċittadin ta' Stat Membru tal-Unjoni, wieħed ċittadin tal-Vjetnam u wieħed ċittadin ta' pajjiż terz. Id-diviżjoni għandha tkun ippreseduta mill-Membru li huwa ċittadin ta’ pajjiż terz.

7.    Fi żmien 90 jum minn meta titressaq it-talba skont l-Artikolu 3.33 (Preżentazzzjoni ta’ Pretensjoni), il-President tat-Tribunal għandu jaħtar lill-Membri li jiffurmaw id-diviżjoni tat-Tribunal li tisma’ l-kawżi fuq bażi ta’ rotazzjoni, u jiżgura li l-kompożizzjoni tad-diviżjonijiet tkun aleatorja u imprevedibbli, filwaqt li jagħti lill-Membri kollha opportunità indaqs li jservu.


8.    Il-President u l-Viċi President tat-Tribunal għandhom ikunu responsabbli għal kwistjonijiet ta' organizzazzjoni u għandhom ikunu maħtura għal terminu ta' sentejn u jitilgħu bix-xorti minn fost il-Membri li jkunu nazzjonali ta' pajjiżi terzi. Dawn għandhom iservu fuq bażi ta’ rotazzjoni mtella’ bix-xorti mill-kopresidenti tal-Kumitat jew id-delegati rispettivi tagħhom. Il-Viċi President jissostitwixxi lill-President meta dan ma jkunx disponibbli.

9.    Minkejja l-paragrafu 6, il-partijiet litiganti jistgħu jaqblu li każ jinstema’ minn Membru uniku li jkun ċittadin ta' pajjiż terz, li għandu jintgħażel mill-President tat-Tribunal. Il-konvenut għandu jagħti konsiderazzjoni pożittiva lil tali talba mir-rikorrent, b’mod partikolari meta r-rikorrent ikun, jew qed jitlob f’isem impriża żgħira jew medja jew il-kumpens jew id-danni mitluba jkunu relattivament baxxi. Tali talba għandha ssir mat-tressiq tat-talba skont l-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni).

10.    It-Tribunal jista' jfassal il-proċeduri ta' xogħol tiegħu stess. Il-proċeduri tax-xogħol għandhom ikunu kompatibbli mar-regoli applikabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim u din it-Taqsima. Jekk it-Tribunal jiddeċiedi li jagħmel dan, il-President tat-Tribunal għandu jħejji abbozz ta’ proċeduri ta' ħidma b'konsultazzjoni mal-Membri l-oħra tat-Tribunal u għandu jippreżenta l-abbozz tal-proċeduri ta’ ħidma lill-Kumitat. L-abbozz ta' proċeduri ta’ ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kumitat. Jekk l-abbozz ta’ proċeduri ta' ħidma ma jiġix adottat mill-Kumitat fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tiegħu, il-President tat-Tribunal għandu jagħmel ir-reviżjoni meħtieġa għall-abbozz tal-proċeduri tax-xogħol, u jqis il-fehmiet espressi mill-Partijiet. Il-President tat-Tribunal għandu sussegwentement jippreżenta l-abbozz rivedut tal-proċeduri ta' ħidma lill-Kumitat. L-abbozz rivedut tal-proċeduri tax-xogħol għandu jiġi kkunsidrat adottat sakemm il-Kumitat ma jiddeċidix li jirrifjuta l-abbozz tal-proċeduri ta' ħidma riveduti fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tagħhom.


11.    Meta tinqala’ kwistjoni proċedurali li mhix koperta minn din it-Taqsima, b'xi regoli supplimentari adottati mill-Kumitat jew bil-proċeduri tax-xogħol adottati skont il-paragrafu 10, id-diviżjoni rilevanti tat-Tribunal tista' tadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

12.    Diviżjoni tat-Tribunal għandha tagħmel kull sforz sabiex tieħu kull deċiżjoni b'kunsens. F'każ li deċiżjoni ma tistax tintlaħaq b'kunsens, id-diviżjoni tat-Tribunal għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha b'maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tagħha. Opinjonijiet espressi minn Membri individwali ta’ diviżjoni tat-Tribunal għandhom ikunu anonimi.

13.    Il-Membri għandhom ikunu disponibbli l-ħin kollu u fi żmien qasir, u għandhom jibqgħu aġġornati dwar l-attivitajiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont dan il-Ftehim.

14.    Sabiex jiżguraw id-disponibbiltà tagħhom, kull xahar, il-Membri għandhom jitħallsu tariffa ta’ ħlas minn qabel li għandha tiġi ffissata b’deċiżjoni tal-Kumitat. Apparti minn hekk, il-President tat-Tribunal, u fejn applikabbli, il-ViċiPresident, għandu jirċievi tariffa ta’ kuljum ekwivalenti għat-tariffa ddeterminata skont il-paragrafu 16 tal-Artikolu 3.39 (Tribunal tal-Appell) għall kull jum li nħadem fl-issodisfar tal-funzjonijiet tal-President tat-Tribunal skont din it-Taqsima.

15.    It-tariffa ta’ ħlas u t-tariffa ta' kuljum imsemmija fil-paragrafu 14 għandhom jitħallsu miż-żewġ Partijiet filwaqt li jqisu l-livell ta’ żvilupp rispettiv tagħhom f'kont immaniġġjat mis-Segretarjat tal-ICSID. F’każ li Parti waħda tonqos milli tħallas it-tariffa ta’ ħlas minn qabel jew it-tariffa ta’ kuljum, il-Parti l-oħra tista’ tagħżel li tħallas minflok. Kull arretrat bħal dan jibqa’ pagabbli, b’imgħaxijiet xierqa.


16.    Sakemm il-Kumitat ma jadottax deċiżjoni skont il-paragrafu 17, l-ammont tat-tariffi u l-ispejjeż l-oħra tal-Membri f’diviżjoni tat-Tribunal għandhom ikunu dawk iddeterminati skont ir-Regolament 14(1) tar-Regolamenti Amministrattivi u Finanzjarji tal-Konvenzjoni tal-ICSID fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni tat-talba u allokati mit-Tribunal fost il-partijiet litiganti f’konformità mal-paragrafu 4 tal-Artikolu 3.53 (Deċiżjoni Provviżorja).

17.    Malli l-Kumitat jieħu d-deċiżjoni, it-tariffa ta’ ħlas, it-tariffa ta’ kuljum u tariffi u spejjeż oħra jistgħu jiġu ttrasformati b’mod permanenti f’salarju regolari. F'każ bħal dan, il-Membri tat-Tribunal għandhom iservu fuq bażi full-time u ma għandhom jitħallew jinvolvu ruħhom f’ebda okkupazzjoni, kemm jekk din tkun bi ħlas kif ukoll jekk le, sakemm ma tingħatax eżenzjoni b’mod eċċezzjoniali mill-President tat-Tribunal. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-rimunerazzjoni tagħhom u l-kwistjonijiet organizzattivi relatati.

18.    Is-Segretarjat tal-ICSID għandu jaġixxi bħala Segretarjat għat-Tribunal u jipprovdilu appoġġ xieraq. L-ispejjeż għal tali appoġġ għandhom jiġu allokati mit-Tribunal fost il-partijiet litiganti f’konformità mal-paragrafu 4 tal-Artikolu 3.53 (Deċiżjoni Provviżorja).

ARTIKOLU 3.39

Tribunal tal-Appell

1.    Bil-preżenti ġie stabbilit Tribunal tal-Appell permanenti biex jisma’ l-appelli mill-għotjiet maħruġa mit-Tribunal.


2.    It-Tribunal tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt Membri, li tnejn minnhom għandhom ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni, tnejn għandhom ikunu ċittadini tal-Vjetnam u tnejn għandhom ikunu ċittadini ta' pajjiżi terzi.

3.    Skont is-subparagrafu 5(a) tal-Artikolu 4.1 (Kumitat), mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat għandu jaħtar is-sitt Membri tat-Tribunal tal-Appell 24 .

4.    Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li jżid jew inaqqas l-għadd ta’ Membri tat-Tribunal tal-Appell b’multipli ta’ tlieta. Il-ħatriet addizzjonali għandhom isiru fuq l-istess bażi kif previst fil-paragrafi 2 u 3.

5.    Il-Membri tat-Tribunal tal-Appell għandhom jinħatru għal mandat ta’ erba' snin, li jiġġedded darba. Madankollu, it-termini ta’ tlieta mis-sitt persuni maħtura immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, li jiġu ddeterminati bix-xorti, għandhom jiġu estiżi sa sitt snin. Il-postijiet vakanti għandhom jimtlew hekk kif jitbattlu. Persuna maħtura biex tieħu post persuna li l-mandat taghha għadu ma ntemmx għandha tibqa’ tokkupa l-kariga għall-bqija tal-mandat tal-predeċessur.


6.    It-Tribunal tal-Appell għandu jkollu President u Viċi President li jintgħażlu bil-polza għal terminu ta’ sentejn mill-Membri li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi. Dawn għandhom iservu fuq il-bażi ta’ rotazzjoni mtella’ bil-polza mill-President tal-Kumitat. Il-Viċi President jissostitwixxi lill-President meta dan ma jkunx disponibbli.

7.    Il-Membri tat-Tribunal tal-Appell għandhom ikunu wrew speċjalizzazzjoni fid-dritt internazzjonali pubbliku u jkollhom il-kwalifiki meħtieġa mill-pajjiżi rispettivi tagħhom għal ħatra fl-ogħla karigi ġudizzjarji jew ikunu ġuristi ta’ kompetenza rikonoxxuta. Preferibbilment għandu jkollhom kompetenzi fil-liġi internazzjonali dwar l-investiment, il-liġi kummerċjali internazzjonali, u fir-riżoluzzjoni ta' tilwim li jirriżulta minn ftehimiet dwar l-investiment jew dwar il-kummerċ internazzjonali.

8.    It-Tribunal tal-Appell għandu jisma' appelli f'diviżjonijiet li jikkonsistu fi tliet Membri, li minnhom wieħed ikun ċittadin ta' Stat Membru tal-Unjoni, wieħed ċittadin tal-Vjetnam u wieħed ċittadin ta' pajjiż terz. Id-diviżjoni għandha tkun ippreseduta mill-Membru li huwa ċittadin ta’ pajjiż terz.

9.    Il-kompożizzjoni tad-diviżjoni li tisma’ kull appell għandha tiġi stabbilita f'kull każ mill-President tat-Tribunal tal-Appell fuq bażi ta' rotazzjoni, u jiżgura li l-kompożizzjoni tad-diviżjonijiet tkun aleatorja u imprevedibbli, filwaqt li jagħti lill-Membri kollha opportunità indaqs li jservu. Persuna li tkun qed isservi f’diviżjoni tat-Tribunal tal-Appell, meta jiskadi l-mandat tagħha u bl-awtorizzazzjoni tal-President tat-Tribunal tal-Appell, tista’ tkompli sservi fid-diviżjoni sal-għeluq tal-proċedimenti ta’ din id-diviżjoni, u għal dan il-għan biss għandha titqies bħala li għadha Membru tat-Tribunal tal-Appell.


10.    It-Tribunal tal-Appell għandu jfassal il-proċeduri ta’ ħidma tiegħu stess. Il-proċeduri tax-xogħol għandhom ikunu kompatibbli ma’ din it-Taqsima u l-istruzzjonijiet ipprovduti fl-Anness 13 (Proċeduri ta' Ħidma għat-Tribunal tal-Appell). Il-President tat-Tribunal tal-Appell għandu jħejji abbozzi ta’ proċeduri ta' ħidma b'konsultazzjoni mal-Membri l-oħrajn tat-Tribunal tal-Appell u jippreżenta l-abbozz tal-proċeduri ta’ ħidma lill-Kumitat fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. L-abbozz ta’ proċeduri ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-Kumitat. Jekk l-abbozz ta’ proċeduri ta' ħidma ma jiġix adottat mill-Kumitat fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tiegħu, il-President tat-Tribunal tal-Appell għandu jagħmel ir-reviżjoni meħtieġa għall-abbozz tal-proċeduri tax-xogħol, u jqis il-fehmiet espressi mill-Partijiet. Il-President tat-Tribunal tal-Appell għandu sussegwentement jippreżenta l-abbozz rivedut tal-proċeduri ta' ħidma lill-Kumitat. L-abbozz rivedut tal-proċeduri tax-xogħol għandu jiġi kkunsidrat adottat sakemm il-Kumitat ma jiddeċidix li jirrifjuta l-abbozz tal-proċeduri ta' ħidma riveduti fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tagħhom.

11.    Meta tinqala’ kwistjoni proċedurali li mhix koperta minn din it-Taqsima, b'xi regoli supplimentari adottati mill-Kumitat jew bi proċeduri tax-xogħol adottati skont il-paragrafu 10, id-diviżjoni rilevanti tat-Tribunal tal-Appell tista' tadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

12.    Diviżjoni tat-Tribunal tal-Appell għandha tagħmel kull sforz sabiex tieħu kull deċiżjoni b'kunsens. F'każ li deċiżjoni ma tistax tintlaħaq b'kunsens, id-diviżjoni tat-Tribunal tal-Appell għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha b'maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tagħha. Opinjonijiet espressi minn Membri individwali ta’ diviżjoni tat-Tribunal tal-Appell għandhom ikunu anonimi.

13.    Il-Membri tat-Tribunal tal-Appell għandhom ikunu disponibbli l-ħin kollu u fi żmien qasir, u għandhom jibqgħu aġġornati dwar l-attivitajiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim ieħor skont dan il-Ftehim.


14.    Il-Membri tat-Tribunal tal-Appell għandhom jitħallsu tariffa ta’ ħlas fix-xahar li għandha tiġi determinata b'deċiżjoni tal-Kumitat. Apparti minn hekk, il-President tat-Tribunal tal-Appell, u fejn applikabbli, il-ViċiPresident, għandu jirċievi tariffa ta’ kuljum ekwivalenti għat-tariffa ddeterminata skont il-paragrafu 16 għal kull jum li nħadem fl-issodisfar tal-funzjonijiet tal-President tat-Tribunal tal-Appell skont din it-Taqsima.

15.    It-tariffa ta’ ħlas u t-tariffa ta' kuljum imsemmija fil-paragrafu 14 għandhom jitħallsu miż-żewġ Partijiet filwaqt li jqisu l-livell ta’ żvilupp rispettiv tagħhom f'kont immaniġġjat mis-Segretarjat tal-ICSID. F’każ li Parti waħda tonqos milli tħallas it-tariffa ta’ ħlas minn qabel jew it-tariffa ta’ kuljum, il-Parti l-oħra tista’ tagħżel li tħallas minflok. Kull arretrat bħal dan jibqa’ pagabbli, b’imgħaxijiet xieraq.

16.    Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat għandu jadotta deċiżjoni li tiddetermina l-ammont tad-drittijiet u l-ispejjeż l-oħra tal-Membri ta' diviżjoni tat-Tribunal tal-Appell. Tali tariffi u spejjeż għandhom jiġu allokati mit-Tribunal, jew fejn applikabbli mit-Tribunal tal-Appell, fost il-partijiet in kwistjoni skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 3.53 (Deċiżjoni Provviżorja).

17.    Malli l-Kumitat jieħu d-deċiżjoni, it-tariffa ta’ ħlas, it-tariffa ta’ kuljum u tariffi u spejjeż oħra jistgħu jiġu ttrasformati b’mod permanenti f’salarju regolari. F'każ bħal dan, il-Membri tat-Tribunal tal-Appell għandhom iservu fuq bażi full-time u ma għandhomx jitħallew jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe okkupazzjoni, kemm jekk din tkun bi ħlas u kemm jekk le, sakemm ma tingħatax eżenzjoni b’mod eċċezzjoniali mill-President tat-Tribunal tal-Appell. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-rimunerazzjoni tagħhom u l-kwistjonijiet organizzattivi relatati.


18.    Is-Segretarjat tal-ICSID għandu jaġixxi bħala Segretarjat għat-Tribunal tal-Appell u jipprovdilu appoġġ xieraq. L-ispejjeż għal tali appoġġ għandhom jiġu allokati mit-Tribunal tal-Appell fost il-partijiet litiganti f’konformità mal-paragrafu 4 tal-Artikolu 3.53 (Deċiżjoni Provviżorja).

ARTIKOLU 3.40

Etika

1.    Il-Membri tat-Tribunal u tat-Tribunal tal-Appell għandhom jintgħażlu minn persuni li ma hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom. Huma ma għandhomx ikunu affiljati ma' xi gvern 25 . Huma ma għandhom jieħdu struzzjonijiet minn ebda gvern jew organizzazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mat-tilwima. Huma ma għandhomx jipparteċipaw fil-kunsiderazzjoni ta’ tilwim li jkun joħloq kunflitt ta’ interess dirett jew indirett. B’dan huma għandhom jikkonformaw mal-Anness 11 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tat-Tribunal, Membri tat-Tribunal tal-Appell u l-Medjaturi). Barra minn hekk, malli jinħatru, huma ma għandhomx jibqgħu jaġixxu ta’ konsulenti jew ta’ esperti maħtura minn parti xhieda f’xi tilwima pendenti jew ġdida dwar il-protezzjoni tal-investiment skont dan jew xi ftehim ieħor jew skont liġijiet u regolamenti domestiċi.


2.    Jekk parti litiganti tqis li Membru għandu kunflitt ta’ interess, din għandha tibgħat avviż ta’ oġġezzjoni dwar il-ħatra ta’ dak il-Membru lill-President tat-Tribunal jew lill-President tat-Tribunal tal-Appell, kif xieraq. Kwalunkwe avviż ta’ oġġezzjoni għandu jintbagħat fi żmien 15-il jum mid-data li fiha tkun ġiet ikkomunikata l-kompożizzjoni tad-diviżjoni tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell lill-parti litiganti, jew fi żmien 15-il jum mid-data li fiha l-parti saret taf bil-fatti rilevanti, jekk ma setgħux raġonevolment isiru magħrufa fiż-żmien meta ġiet iffurmata d-diviżjoni. L-avviż ta’ oġġezzjoni għandu jiddikjara r-raġunijiet għaliex qed issir l-oġġezzjoni.

3.    Jekk, fi żmien 15-il jum mid-data tal-avviż ta’ oġġezzjoni, il-Membru kkontestat jagħżel li ma jirriżenjax minn dik id-diviżjoni, il-President tat-Tribunal jew il-President tat-Tribunal tal-Appell, kif xieraq, wara li jisma l-partijiet litiganti u wara li jipprovdi l-opportunità lill-Membru li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, għandu jagħtu deċiżjoni fi żmien 45 jum mill-wasla tal-avviż ta’ oġġezzjoni u jinnotifika minnufih lill-partijiet litiganti u l-Membri l-oħra tad-diviżjoni.

4.    Oġġezzjonijiet kontra l-ħatra tal-President tat-Tribunal għal diviżjoni għandhom jiġu deċiżi mill-President tat-Tribunal tal-Appell u viċi versa.

5.    Fuq rakkomandazzjoni motivata tal-President tat-Tribunal tal-Appell, jew fuq inizjattiva konġunta bejniethom, il-Partijiet, b’deċiżjoni tal-Kumitat, jistgħu jiddeċiedu li jneħħu Membru mit-Tribunal jew Membru mit-Tribunal tal-Appell meta l-imġiba ta’ tali Membru tkun inkonsistenti mal-obbligi stipulati fil-paragrafu 1 u ma tkunx kompatibbli mas-sħubija kontinwata tagħha tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell. Jekk il-President tat-Tribunal tal-Appell jiġi allegat b'imġiba bħal din, il-President tat-Tribunal għandu jissottometti r-rakkomandazzjoni motivata. Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.38 (Tribunal) u l-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.39 (Tribunal tal-Appell) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-mili ta’ postijiet battala li jirriżultaw skont dan il-paragrafu.


ARTIKOLU 3.41

Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim Multilaterali

Il-Partijiet għandhom jidħlu f'negozjati għal ftehim internazzjonali li jipprovdi għal tribunal ta’ investiment multilaterali flimkien ma', jew separat minn, mekkaniżmu multilaterali ta’ appell applikabbli għal tilwim taħt dan il-Ftehim. Il-Partijiet jistgħu konsegwentement jaqblu dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ partijiet rilevanti ta’ din it-Taqsima. Il-Kumitat jista’ jadotta deċiżjoni li tispeċifika kwalunkwe arranġament tranżizzjonali meħtieġ.

SUBTAQSIMA 5

IL-KONDOTTA TAL-PROĊEDIMENTI

ARTIKOLU 3.42

Il-Liġi Applikabbli u r-Regoli ta’ Interpretazzjoni

1.    It-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell għandhom jiddeċiedu jekk il-miżuri soġġetti għall-pretensjoni jiksrux id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 (Il-Protezzjoni tal-Investiment) kif allegat mir-rikorrent.


2.    Meta jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu, it-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 (Protezzjoni tal-Investiment) u dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dan il-Ftehim, kif applikabbli, kif ukoll regoli jew prinċipji oħra tal-liġi internazzjonali applikabbli bejn il-Partijiet, u jqis, bħala fatt, kwalunkwe liġi domestika rilevanti tal-Parti li tkun qiegħda tikkontesta.

3.    Għal ċertezza akbar, it-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell għandhom ikunu marbuta bl-interpretazzjoni mogħtija mil-liġi domestika mill-qrati jew awtoritajiet li huma kompetenti biex jinterpretaw il-liġi domestika rilevanti, u kull tifsira mogħtija lil-liġi domestika rilevanti magħmula mit-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell ma għandhiex torbot lill-qrati u lill-awtoritajiet ta’ xi waħda mill-Partijiet. It-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell ma għandux ġurisdizzjoni biex jiddetermina l-legalità ta’ miżura, li allegatament tikkostitwixxi ksur ta’ dan il-Ftehim, skont il-liġijiet u regolamenti domestiċi tal-Parti litiganti.

4.    It-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell għandhom jinterpretaw dan il-Ftehim f’konformità mar-regoli abitwali ta’ interpretazzjoni tad-dritt internazzjonali pubbliku, kif kodifikati fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, konklużi fi Vjenna fit-23 ta’ Mejju 1969.

5.    Meta jinħoloq tħassib gravi rigward kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni li jistgħu jaffettwaw kwistjonijiet relatati ma’ din it-Taqsima, il-Kumitat jista’ jadotta interpretazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Kull interpretazzjoni bħal għandha tkun vinkolanti fuq it-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell. Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li interpretazzjoni għandu jkollha effett vinkolanti minn data speċifika.


ARTIKOLU 3.43

Kontra ċ-Ċirkomvenzjoni

Għal ċertezza akbar, it-Tribunal għandu jirrifjuta l-ġurisdizzjoni meta jibda t-tilwim, jew kien hemm probabbiltà qawwija li jibda, jew li kien prevedibbli fuq bażi ta’ livell għoli ta' probabbiltà, fiż-żmien meta r-rikorrent kiseb is-sjieda jew il-kontroll tal-investiment soġġett għat-tilwim u t-Tribunal jiddetermina, fuq il-bażi tal-fatti tal-każ, li r-rikorrent ikun kiseb is-sjieda jew il-kontroll tal-investiment bl-iskop ewlieni li jippreżenta t-talba taħt din it-Taqsima. Il-possibbiltà li tonqos il-ġurisdizzjoni f'dawn iċ-ċirkostanzi hija mingħajr ħsara għal oġġezzjonijiet ġurisdizzjonali oħra li jistgħu jkunu kkunsidrati mit-Tribunal.

ARTIKOLU 3.44

Oġġezzjonijiet Preliminari

1.    Il-konvenut jista’ jressaq oġġezzjoni li pretensjoni hija manifestament mingħajr mertu legali, mhux aktar tard minn 30 jum wara l-kostituzzjoni tad-diviżjoni tat-Tribunal skont il-paragrafu 7 tal-Artikolu 3.38 (Tribunal), u fi kwalunkwe każ qabel l-ewwel sessjoni tad-diviżjoni tat-Tribunal, jew 30 jum wara li l-konvenut isir jaf bil-fatti li fuqhom tkun ibbażata l-oġġezzjoni.


2.    Il-konvenut għandu jispeċifika b’mod preċiż kemm jista’ jkun il-bażi għall-oġġezzjoni.

3.    It-Tribunal, wara li jagħti l-partijiet litiganti l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq l-oġġezzjoni, għandu, fl-ewwel laqgħa tad-diviżjoni tat-Tribunal jew minnufih wara dan, joħroġ deċiżjoni jew deċiżjoni provviżorja fuq l-oġġezzjoni, u jiddikjara r-raġunijiet għaliha. Jekk l-oġġezzjoni tiġi rċevuta wara l-ewwel laqgħa tad-diviżjoni tat-Tribunal, it-Tribunal għandu jagħti dik id-deċiżjoni jew deċiżjoni provviżorja kemm jista’ jkun malajr, u mhux aktar tard minn 120 jum wara li tkun ġiet ippreżentata l-oġġezzjoni. Meta tinħareġ id-deċiżjoni, it-Tribunal għandu jassumi li l-fatti allegati huma vera, u jista’ wkoll jikkunsidra kull fatt rilevanti li ma jkunx hemm tilwim dwaru.

4.    Id-deċiżjoni tat-Tribunal għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt ta’ parti litiganti li toġġezzjona, skont l-Artikolu 3.45 (Talbiet Infondati bħala Kwistjoni ta’ Liġi) jew matul il-proċedimenti, għall-merti legali ta’ talba u mingħajr ħsara għall-awtorità ta’ Tribunal li jindirizza oġġezzjonijiet oħra bħala kwistjoni preliminari. Għal ċertezza akbar, tali oġġezzjoni tista’ tinkludi oġġezzjoni li t-tilwima jew xi pretensjoni anċillari ma tkunx taħt il-ġurisdizzjoni tat-Tribunal jew, għal raġunijiet oħra, ma tkunx fil-kompetenza tat-Tribunal.


ARTIKOLU 3.45

Talbiet Infondati bħala Kwistjoni ta’ Liġi

1.    Mingħajr preġudizzju għall-awtorità tat-Tribunal biex tindirizza oġġezzjonijiet oħra bħala kwistjoni preliminari, bħal oġġezzjoni li t-tilwima jew kwalunkwe pretensjoni anċillari mhijiex taħt il-ġurisdizzjoni tat-Tribunal jew, għal raġunijiet oħrajn, mhijiex fil-kompetenza tat-Tribunal, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-konvenut li jqajjem xi oġġezzjonijiet bħal dawn f’kull ħin xieraq, it-Tribunal għandu jiddeċiedi bħala kwistjoni preliminari kwalunkwe oġġezzjoni mill-konvenut li, bħala kwistjoni ta’ liġi, talba, jew kwalunkwe parti minnha, ippreżentata skont din it-Taqsima ma tkunx talba li għaliha tista’ tittieħed deċiżjoni favur ir-rikorrent skont l-Artikolu 3.53 (Deċiżjoni Provviżorja), anki jekk il-fatti allegati kienu preżunti bħala veri. It-tribunal jista’ wkoll jikkunsidra kwalunkwe fatt rilevanti li ma jkunx qed jiġi kkontestat.

2.    Oġġezzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tintbagħat lit-Tribunal malajr kemm jista’ jkun wara li tiġi ffurmata d-diviżjoni tat-tribunal, u fl-ebda każ aktar tard mid-data li t-Tribunal jistabbilixxi għall-konvenut biex iressaq il-kontrosottomissjoni jew dikjarazzjoni ta’ difiża tiegħu jew, fil-każ ta’ emenda għat-talba, id-data li t-Tribunal jiffissa għall-konvenut biex jippreżenta r-risposta tiegħu għall-emenda. Din l-oġġezzjoni mhijiex se tiġi ppreżentata sakemm ikun hemm proċedimenti pendenti taħt l-Artikolu 3.44 (Oġġezzjonijiet Preliminari), sakemm it-Tribunal ma jagħtix il-kunsens biex tiġi ppreżentata oġġezzjoni skont dan l-Artikolu, wara li jqis kif xieraq iċ-ċirkostanzi tal-każ.


3.    Mal-wasla ta’ oġġezzjoni skont il-paragrafu 1, u sakemm ma jqisx li l-eċċezzjoni tkun infondata b’mod ċar, it-Tribunal għandu jissospendi kull proċediment fuq il-merti, jistabbilixxi skeda għall-konsiderazzjoni tal-oġġezzjoni konsistenti ma’ kwalunkwe skeda li jkun stabbilixxa biex jikkunsidra kwalunkwe domanda preliminari, u joħroġ deċiżjoni jew deċiżjoni provviżorja fuq l-oġġezzjoni, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal dan.

ARTIKOLU 3.46

It-Trasparenza tal-Proċedimenti

1.    Ir-Regoli ta’ Trasparenza ta’ UNCITRAL japplikaw għal tilwim skont din it-Taqsima, soġġett għall-paragrafi 2 sa 8.

2.    It-talba għal konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 3.30 (Konsultazzjonijiet), l-avviż ta’ intenzjoni skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.32 (Avviż ta' Intenzjoni li Tressaq Talba), id-determinazzjoni skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.32 (Avviż ta’ Intenzjoni li Tressaq Talba), l-avviż ta’ kontestazzjoni u d-deċiżjoni dwar din il-kontestazzjoni skont l-Artikolu 3.40 (Etika) u t-talba għal konsolidazzjoni skont l-Artikolu 3.59 (Konsolidazzjoni) għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' dokumenti msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regoli ta’ Trasparenza tan-UNCITRAL.


3.    Soġġett għall-Artikolu 7 tar-Regoli ta’ Trasparenza ta’ UNCITRAL, it-Tribunal jista' jiddeċiedi, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba minn kwalunkwe persuna, u wara konsultazzjoni mal-partijiet litiganti, jekk u kif jagħmlu disponibbli kwalunkwe dokument ieħor provdut lit-Tribunal, jew maħruġ minnu, li ma jaqax taħt l-Artikolu 3(1) u 3(2) tar-Regoli ta’ Trasparenza ta’ UNCITRAL. Dan jista’ jinkludi evidenza meta l-konvenut jaqbel għal dan.

4.    Minkejja l-Artikolu 2 tar-Regoli ta’ Trasparenza ta’ UNCITRAL, l-Unjoni jew il-Vjetnam, skont kif ikun il-każ, għandhom, wara li jirċievu d-dokumenti rilevanti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jittrażmettu minnufih dawk id-dokumenti lill-Parti mhux litiganti u jagħmluhom pubblikament disponibbli, soġġett għar-redazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali jew protetta 26 .

5.    Id-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ komunikazzjoni lir-repożitorju msemmi fir-Regoli ta' Trasparenza ta’ UNCITRAL jew mod ieħor.

6.    Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat għandu jirrevedi l-operazzjoni tal-paragrafu 3. Fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet, il-Kumitat jista' jadotta deċiżjoni skont is-subparagrafu 5(c) tal-Artikolu 4.1 (Kumitat) li jistipola l-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Trasparenza ta’ UNCITRAL minflok il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.


7.    Soġġett għal kwalunkwe deċiżjoni mit-Tribunal dwar oġġezzjoni dwar il-ħatra ta’ informazzjoni allegata li hija informazzjoni kunfidenzjali jew protetta, la l-partijiet litiganti u lanqas it-Tribunal ma għandhom jiżvelaw lil xi Parti mhux litiganti jew lill-pubbliku xi informazzjoni protetta meta l-parti litiganti li pprovdiet dik l-informazzjoni tindikaha b'mod ċar bħala tali 27 .

8.    Parti fil-kawża tista' tiddivulga lil persuni oħra b'konnessjoni ma’ proċedimenti, inklużi xhieda u esperti, tali dokumenti mhux redatti kif hi tikkunsidra meħtieġ matul il-proċedimenti taħt din it-Taqsima. Madankollu, il-parti fil-kawża għandha tiżgura li dawk il-persuni jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali jew protetta f'dawk id-dokumenti.


ARTIKOLU 3.47

Deċiżjonijiet Interim

It-Tribunal jista' jordna miżura interim ta' protezzjoni biex iħares id-drittijiet ta' parti fil-kawża jew biex jiżgura li l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal tkun għal kollox effettiva, inkluż digriet biex tiġi mħarsa l-evidenza li tkun tinsab f'idejn jew fil-kontroll ta' parti fil-kawża jew biex il-ġurisdizzjoni tat-Tribunal tkun protetta. It-Tribunal ma jistax jordna s-sekwestru ta’ assi u lanqas iwaqqaf l-applikazzjoni tat-trattament allegat li jikkostitwixxi ksur. Għall-għanijiet ta' dan il-paragrafu, ordni tinkludi rakkomandazzjoni.

ARTIKOLU 3.48

Sigurtà għall-Ispejjeż

1.    Għal ċertezza akbar, it-Tribunal jista', fuq talba, jordna lir-rikorrent jipprovdi garanzija għall-ispejjeż kollha jew parti minnhom jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li r-rikorrent jirriskja li ma jkunx jista' jonora deċiżjoni possibbli dwar l-ispejjeż maħruġa kontra ir-rikorrent.

2.    Jekk il-garanzija għall-ispejjeż ma tkunx ipprovduta kompletament fi żmien 30 jum mill-ordni tat-Tribunal, jew fi kwalunkwe perjodu ta’ żmien stabbilit mit-Tribunal, it-Tribunal għandu jinforma b'dan lill-partijiet litiganti. It-Tribunal jista’ jordna s-sospensjoni jew it-tmiem tal-proċeduri.


ARTIKOLU 3.49

Diskontinwità

Jekk ir-rikorrent, wara li titressaq pretensjoni taħt din it-Taqsima, ma jieħu ebda pass fil-proċedimenti matul 180 jum konsekuttiv jew tali perjodi li l-partijiet litiganti jistgħu jaqblu fuqhom, ir-rikorrent għandu jitqies li rtira l-pretensjoni tiegħu u li ma kompliex bil-proċedimenti. It-Tribunal għandu, fuq talba tal-konvenut u wara avviż lill-partijiet litiganti, jieħu nota tal-waqfien tal-proċedimenti f'digriet u joħroġ għotja fuq l-ispejjeż. Wara li jingħata tali digriet l-awtorità tat-Tribunal għandha tiskadi. Ir-rikorrent ma jistax sussegwentement jippreżenta pretensjoni dwar l-istess kwistjoni.

ARTIKOLU 3.50

Lingwa tal-Proċedimenti

1.    Il-partijiet litiganti għandhom jaqblu dwar il-lingwa li għandha tintuża fil-proċedimenti.


2.    Jekk il-partijiet litiganti ma jkunux laħqu ftehim skont il-paragrafu 1 fi żmien 30 jum mill-kostituzzjoni tad-diviżjoni tat-Tribunal skont il-paragrafu 7 tal-Artikolu 3.38 (Tribunal), it-Tribunal għandu jiddetermina l-lingwa li għandha tintuża fil-proċedimenti. It-Tribunal għandu jagħmel id-determinazzjoni tiegħu wara li jikkonsulta lill-partijiet litiganti bil-ħsieb li jiżgura l-effiċjenza ekonomika tal-proċedimenti u jiżgura li d-determinazzjoni ma timponix piż żejjed fuq ir-riżorsi tal-partijiet litiganti u tat-Tribunal 28 .

ARTIKOLU 3.51

Il-Parti Mhux Litiganti

1.    Il-konvenut għandu, fi żmien 30 jum minn meta jirċievi xi dokument imsemmi fis-subparagrafi (a) u (b) jew minnufih wara li kwalunkwe tilwima dwar informazzjoni kunfidenzjali jew protetta tkun ġiet solvuta, jipprovdi lill-Parti mhux litiganti:

(a)    it-talba għall-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.30 (Konsultazzjonijiet), l-avviż ta’ intenzjoni skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.32 (Avviż ta' Intenzjoni li Tressaq Pretensjoni), id-determinazzjoni skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.32 (Avviż ta' Intenzjoni li Tressaq Pretensjoni) u l-pretensjoni msemmija fl-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni); u


(b)    fuq talba, kull dokument li jkun disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 3.46 (Trasparenza tal-Proċedimenti).

2.    Il-Parti mhux litiganti għandha d-dritt tattendi s-seduti miżmuma skont din it-Taqsima u li tagħmel rappreżentazzjonijiet orali dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 3.52

Rapporti ta' Esperti

It-Tribunal, fuq talba ta’ parti litiganti jew, wara li jikkonsulta mal-partijiet litiganti, fuq inizjattiva tiegħu stess, jista' jaħtar espert wieħed jew aktar biex jirrapportaw bil-miktub dwar kwalunkwe kwistjoni fattwali li tikkonċerna kwistjonijiet ambjentali, tas-saħħa, minn parti litiganti fil-proċedimenti.

ARTIKOLU 3.53

Deċiżjoni Provviżorja

1.    Meta t-Tribunal jikkonkludi li miżura kontroversjali tikser xi dispożizzjoni tal-Kapitolu 2 (Protezzjoni ta’ Investiment), it-Tribunal jista', abbażi ta’ talba mingħand ir-rikorrent u wara li jisma' lill-partijiet litiganti, jagħti, separatament jew flimkien, biss:

(a)    danni monetarji u kwalunkwe imgħax applikabbli; u


(b)    restituzzjoni ta’ proprjetà, f'liema każ l-għoti għandu jipprovdi li l-intimat jista' jħallas danni monetarji u kull imgħax applikabbli minflok ir-restituzzjoni, determinat b'mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 2 (Protezzjoni ta’ Investiment).

Meta t-talba tkun ġiet sottomessa f'isem kumpanija stabbilita lokalment, kwalunkwe għotja taħt dan il-paragrafu għandha tipprovdi li:

(a)    danni monetarji u kwalunkwe imgħax applikabbli għandhom jitħallsu lill-kumpanija stabbilita lokalment; u

(b)    kull restituzzjoni għandha ssir lill-kumpanija stabbilita lokalment.

It-Tribunal ma jistax jordna t-tħassir tat-trattament ikkonċernat.

2.    Id-danni monetarji ma għandhomx ikunu akbar mit-telf imġarrab mir-rikorrent jew, fejn applikabbli, mill-kumpanija stabbilita lokalment tiegħu, minħabba l-ksur ta’ xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 (Protezzjoni tal-Investiment), imnaqqsa b’ xi tip ta’ dannu jew kumpens minn qabel diġà pprovduti mill-Parti interessata. Għal ċertezza akbar, meta investitur jissottometti pretensjoni f'ismu stess, l-investitur jista’ jirkupra biss telf jew ħsara li l-investitur ikun ġarrab fir-rigward tal-investiment kopert minn dak l-investitur.

3.    It-Tribunal ma jistax jagħti danni punittivi.


4.    It-Tribunal għandu jordna li l-ispejjeż tal-proċedimenti 29 jitħallsu mill-parti litiganti telliefa. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, it-Tribunal jista’ jqassam l-ispejjeż bejn il-partijiet litiganti jekk jiddetermina li t-tqassim huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ. Spejjeż raġonevoli oħra, inklużi spejjeż reġjonevoli ta' rappreżentazzjoni u assistenza legali, għandhom jitħallsu mill-parti fil-kawża li titlef, sakemm it-Tribunal ma jiddeterminax li tali tqassim tal-ispejjeż ikun irraġonevoli fiċ-ċirkustanzi tal-każ. Meta jkunu rnexxew biss partijiet mit-talbiet, l-ispejjeż għandhom jiġu aġġustati, b’mod proporzjonali, man-numru jew il-limitu tal-partijiet tat-talbiet li jkunu rnexxew. It-Tribunal tal-Appell għandu jieħu ħsieb l-ispejjeż skont dan l-Artikolu.

5.    Il-Kumitat jista’ jadotta regoli supplimentari fuq it-tariffi għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-ammont massimu ta’ spejjeż ta’ rappreżentazzjoni u assistenza legali li jistgħu jiġu mġarrba minn kategoriji speċifiċi ta’ partijiet litiganti li ma jirnexxux. Tali regoli supplimentari għandhom iqisu r-riżorsi finanzjarji ta’ rikorrent li jkun persuna fiżika jew intrapriża ta’ daqs żgħir jew medju. Il-Kumitat għandu jagħmel ħiltu biex jadotta tali regoli supplimentari mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

6.    It-Tribunal għandu joħroġ deċiżjoni provviżorja fi żmien 18-il xahar mid-data tal-preżentazzjoni tal-pretensjoni. Jekk dik l-iskadenza ma tistax tiġi rispettata, it-Tribunal għandu jadotta deċiżjoni għal dak il-għan, li għandha tispeċifika r-raġunijiet għal tali dewmien.


ARTIKOLU 3.54

Proċedura ta’ Appell

1.    Kull parti litiganti tista’ tappella deċiżjoni provviżorja quddiem it-Tribunal tal-Appell, fi żmien, fi żmien 90 jum mill-ħruġ tagħha. Ir-raġunijiet għall-appell huma:

(a)    li t-Tribunal ikun żbalja fl-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-liġi applikabbli;

(b)    li t-Tribunal ikun żbalja b’mod ċar fl-apprezzament tal-fatti, inkluż fl-apprezzament tal-liġi domestika rilevanti; jew

(c)    dawk previsti fl-Artikolu 52 tal-Konvenzjoni ICSID, sakemm ma jiġux koperti mis-subparagrafi (a) u (b).

2.    It-Tribunal tal-Appell għandu jiċħad l-appell fejn isib li l-appell huwa infondat. Huwa jista’ wkoll jiċħad l-appell fuq bażi mgħaġġla fejn ikun ċar li l-appell huwa manifestament infondat.

3.    Jekk it-Tribunal tal-Appell isib li l-appell ikun fondat sew, id-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Appell għandha timmodifika jew tirrevoka s-sejbiet u l-konklużjonijiet legali fl-għotja provviżorja interament jew parzjalment. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tispeċifika b’mod preċiż kif immodifika jew irrevoka s-sejbiet u l-konklużjonijiet rilevanti tat-Tribunal.


4.    Meta l-fatti stabbiliti mit-Tribunal jippermettu, it-Tribunal tal-Appell għandu japplika s-sejbiet legali u l-konklużjonijiet tiegħu stess għal tali fatti u jagħti deċiżjoni finali. Jekk dak mhux possibbli, għandu jirreferi l-kwistjoni lura lit-Tribunal.

5.    Bħala regola ġenerali, il-proċedimenti tal-appell ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ikkalkolati mid-data li fiha parti litiganti tinnotifika formalment id-deċiżjoni tagħha biex tappella għad-data li fiha t-Tribunal Tal-Appell joħroġ id-deċiżjoni tiegħu. Meta t-Tribunal tal-Appell iqis li ma jistax joħroġ id-deċiżjoni tiegħu fi żmien 180 jum, dan għandu jinforma lill-partijiet litiganti bil-miktub bir-raġunijiet għad-dewmien flimkien ma’ stima tal-perjodu li matulu jkun se joħroġ id-deċiżjoni tiegħu. Sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu hekk, il-proċeduri ma għandhom fl-ebda każ jeċċedu 270 jum.

6.    Parti litiganti li tressaq l-appell għandha tipprovdi garanzija, inklużi l-ispejjeż tal-appell, kif ukoll ammont raġonevoli li għandu jiġi stabbilit mit-Tribunal tal-Appell fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ.

7.    L-Artikoli 3.37 (Finanzjament ta’ Terzi Persuni), 3.46 (Trasparenza tal-Proċedimenti), 3.47 (Deċiżjonijiet Interim), 3.49 (Diskontinwità), 3.51 (Il-Parti Mhux Litiganti), Artikolu 3.53 (Deċiżjoni Provviżorja) u 3.56 (Indennifikazzjoni jew Kumpens ieħor) japplikaw fir-rigward tal-proċedura tal-appell, mutatis mutandis.


ARTIKOLU 3.55

Deċiżjoni Finali

1.    Deċiżjoni provviżorja maħruġa skont din it-Taqsima għandha ssir finali jekk l-ebda parti li tikkontesta ma tkun appellat l-għotja provviżorja skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.54 (Proċedura ta’ Appell).

2.    Meta deċiżjoni provviżorja tkun ġiet appellata u t-Tribunal tal-Appell ikun ċaħad l-appell skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.54 (Proċedura ta’ Appell), id-deċiżjoni provviżorja għandha ssir finali fid-data taċ-ċaħda tal-appell mit-Tribunal tal-Appell.

3.    Meta deċiżjoni provviżorja tkun ġiet appellata u t-Tribunal tal-Appell ikun għamel deċiżjoni finali, id-deċiżjoni provviżorja kif modifikata jew imreġġa’ lura mit-Tribunal tal-Appell għandha ssir finali fid-data tal-ħruġ tad-deċiżjoni finali tat-Tribunal tal-Appell.

4.    Meta deċiżjoni provviżorja tkun ġiet appellat u t-Tribunal tal-Appell ibiddel jew ireġġa’ lura s-sejbiet legali u l-konklużjonijiet tad-deċiżjoni provviżorja u rrefera l-kwistjoni lit-Tribunal, it-Tribunal għandu, wara li jisma’ l-partijiet litiganti jekk xieraq, jirrevedi d-deċiżjoni provviżorja tiegħu biex din tirrifletti s-sejbiet u l-konklużjonijiet tat-Tribunal tal-Appell. It-Tribunal għandu jkun marbut bis-sejbiet magħmula mit-Tribunal tal-Appell. It-Tribunal għandu jfittex li joħroġ id-deċiżjoni riveduta tiegħu fi żmien 90 jum minn meta jirċievi d-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Appell. Id-deċiżjoni provviżorja riveduta ssir finali 90 jum wara l-ħruġ tagħha.


5.    Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, it-terminu "deċiżjoni finali" jinkludi kwalunkwe deċiżjoni finali tat-Tribunal tal-Appell mogħtija skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 3.54 (Proċedura ta’ Appell).

ARTIKOLU 3.56

Indennizz jew Kumpens Ieħor

It-Tribunal ma għandux jaċċetta bħala difiża valida, kontrotalba, tpaċija jew pretensjoni simili l-fatt li l-investitur irċieva jew jirċievi indennizz jew kumpens ieħor skont kuntratt ta’ assigurazzjoni jew garanzija fir-rigward tal-kumpens kollu jew parti minnu f'tilwima mibdija skont din it-Taqsima.

ARTIKOLU 3.57

Infurzar tad-Deċiżjonijiet Finali

1.    Deċiżjonijiet finali mogħtija skont din it-Taqsima:

(a)    għandhom ikunu vinkolanti bejn il-partijiet litiganti u fir-rigward ta’ dak il-każ partikolari; u

(b)    m'għandhomx ikunu soġġetti għal appell, reviżjoni, annullament, jew kwalunkwe rimedju ieħor.


2.    Kull parti għandha tirrikonoxxi deċiżjoni finali stabbilita skont din it-Taqsima bħala vinkolanti u tinforza l-obbligu finanzjarju fi ħdan it-territorju tagħha bħallikieku kienet sentenza finali ta’ qorti f’dik il-Parti.

3.    Minkejja l-paragrafi 1 u 2, matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni finali fir-rigward ta' tilwima fejn il-Vjetnam huwa l-konvenut għandhom jitmexxew skont il-Konvenzjoni ta’ New York tal-1958. Matul dak iż-żmien, is-subparagrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu u s-subparagrafu 3(b) tal-Artikolu 3.36 (Kunsens) ma japplikawx għal tilwimiet fejn il-Vjetnam ikun il-konvenut.

4.    Fir-rigward ta’ deċiżjoni finali fejn il-Vjetnam ikun il-konvenut, is-subparagrafu 1(b) u l-paragrafu 2 japplikaw wara perjodu ta' ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jew perjodu itwal stabbilit mill-Kumitat jekk il-kondizzjonijiet jiġġustifikawha.

5.    L-eżekuzzjoni tal-għotja għandha tkun irregolata mil-liġijiet dwar l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jew għotjiet fis-seħħ fejn issir tali eżekuzzjoni.

6.    Għal ċertezza akbar, l-Artikolu 4.14 (L-Ebda Effett Dirett) ma għandux jimpedixxi r-rikonoxximent, l-eżekuzzjoni u l-infurzar ta’ għotjiet stabbiliti skont din it-Taqsima.

7.    Għall-finijiet tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ New York tal-1958, deċiżjonijiet finali maħruġa skont din it-Taqsima għandhom jitqiesu bħala deċiżjonijiet ta' arbitraġġ u li għandhom x'jaqsmu ma’ talbiet li jirriżultaw minn relazzjoni jew tranżazzjoni kummerċjali.


8.    Għal aktar ċertezza u skont is-subparagrafu 1(b), meta pretensjoni tiġi ppreżentata għas-soluzzjoni tat-tilwim skont is-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni), deċiżjoni finali maħruġa skont din it-Taqsima għandha tikkwalifika bħala deċiżjoni taħt it-Taqsima 6 tal-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni ICSID.

ARTIKOLU 3.58

Ir-rwol tal-Partijiet tal-Ftehim

1.    Il-Partijiet ma għandhomx jagħtu protezzjoni diplomatika, jew jippreżentaw pretensjoni internazzjonali, fir-rigward ta’ tilwima ppreżentata skont din it-Taqsima, sakemm il-Parti l-oħra ma tkunx naqset milli tirrispetta u tikkonforma mad-deċiżjoni stabbilita f’tali tilwima. Il-protezzjoni diplomatika, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ma għandhiex tinkludi skambji diplomatiċi informali bl-iskop uniku li tiffaċilita s-soluzzjoni tat-tilwim.

2.    Il-paragrafu 1 ma għandux jeskludi l-possibbiltà ta’ soluzzjoni ta' tilwima skont is-Sezzjoni A (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet) fir-rigward ta' miżura ta’ applikazzjoni ġenerali jekk dik il-miżura hija allegata li kisret il-Ftehim u li fir-rigward tagħha inbdiet tilwima fir-rigward ta’ investiment speċifiku skont l-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni). Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3.51 (Il-Parti Mhux Litiganti) jew l-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Trasparenza ta’ UNCITRAL.


ARTIKOLU 3.59

Konsolidazzjoni

1.    Fil-każ li żewġ pretensjonijiet jew aktar sottomessi skont din it-Taqsima jkollhom kwistjoni ta’ liġi jew fatt komuni u joħorġu mill-istess avvenimenti u ċirkostanzi, il-konvenut jista' jissottometti lill-President tat-Tribunal talba għall-konsolidazzjoni ta’ tali pretensjonijiet jew ta' parti minnhom. It-talba għandha tistipola:

(a)    l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet litiganti għall-istqarrijiet li qed jippruvaw jiġu kkonsolidati;

(b)    il-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni mixtieqa; u

(c)    ir-raġuni għat-talba.

Il-konvenut għandu jagħti t-talba lil kull rikorrent f'talba li l-konvenut ikun qed ifittex li jikkonsolida.

2.    Jekk il-partijiet litiganti kollha tat-talbiet li qed ifittxu li jiġu kkonsolidati jaqblu mal-konsolidazzjoni tat-talbiet, il-partijiet litiganti għandhom jissottomettu talba konġunta lill-President tat-Tribunal skont il-paragrafu 1. Il-President tat-Tribunal għandu, wara li jirċievi dik it-talba konġunta, jikkostitwixxi diviżjoni ġdida tat-Tribunal skont l-Artikolu 3.38 (Tribunal) (minn hawn 'il quddiem imsejjħa "diviżjoni ta’ konsolidazzjoni") li għandu jkollha ġurisdizzjoni fuq il-pretensjonijiet sħaħ jew parti minnhom li jkunu soġġetti għat-talba ta’ konsolidazzjoni konġunta.


3.    Jekk il-partijiet litiganti msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux laħqu ftehim dwar il-konsolidazzjoni fi żmien 30 jum minn meta jirċievu t-talba għal konsolidazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mill-aħħar rikorrent li jirċevuha, il-President tat-Tribunal jikkostitwixxi diviżjoni ta’ konsolidazzjoni skont l-Artikolu 3.38 (Tribunal). Id-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni għandha tassumi ġurisdizzjoni fuq il-pretensjonijiet kollha jew parti minnhom jekk, wara li tikkunsidra l-opinjonijiet tal-partijiet inkwistjoni, tiddeċiedi li jekk tagħmel hekk ikun jaqdi l-aħjar interess ta' riżoluzzjoni ġusta u effiċjenti tat-talbiet, inkluż l-interess ta’ konsistenza ta' deċiżjonijiet.

4.    Id-diviżjoni tal-konsolidazzjoni għandha twettaq il-proċedimenti tagħha skont ir-regoli tas-soluzzjoni tat-tilwim magħżula bi ftehim bejn ir-rikorrenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni).

5.    Jekk ir-rikorrenti ma jkunux qablu dwar ir-regoli għas-soluzzjoni tat-tilwim fi żmien 30 jum mid-data li fiha jirċievu t-talba għal konsolidazzjoni mill-aħħar applikant li jirċeviha, id-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni għandha twettaq il-proċedimenti tagħha skont ir-regoli tal-arbitraġġ ta’ UNCITRAL.

6.    Id-Diviżjonijiet tat-Tribunal ikkostitwiti skont l-Artikolu 3.38 (Tribunal) għandhom iċedu l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-pretensjonijiet, jew partijiet minnhom, li fuqhom id-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni jkollha ġurisdizzjoni, u l-proċedimenti ta' dawk id-diviżjonijiet għandhom jiġu sospiżi jew aġġornati, kif xieraq. Id-deċiżjoni tad-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni fir-rigward tal-partijiet tat-talbiet li fuqhom tkun assumiet il-ġurisdizzjoni għandha tkun vinkolanti għad-diviżjonijiet li għandhom ġurisdizzjoni fuq il-bqija tal-pretensjonijiet, mid-data meta d-deċiżjoni ssir finali skont l-Artikolu 3.55 (Deċiżjoni Finali).


7.    Rikorrent jista’ jirtira l-pretensjoni jew parti minnha skont il-konsolidazzjoni minn proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu, u tali talba jew parti minnha ma tistax terġa’ tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni).

8.    Fuq talba tal-konvenut, id-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni, fuq l-istess bażi u bl-istess effett kif stabbilit fil-paragrafi 3 u 6, tista’ tiddeċiedi jekk tassumix il-ġurisdizzjoni fuq talba sħiħa jew parti minnha li taqa' fl-ambitu tal-paragrafu 1 li hija sottomessa wara l-bidu ta’ proċeduri ta' konsolidazzjoni.

9.    Fuq it-talba ta’ wieħed mir-rikorrenti, id-diviżjoni ta' konsolidazzjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa sabiex tippreserva l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni protetta tar-rikorrent visàvis r-rikorrenti l-oħrajn. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-preżentazzjoni ta’ verżjonijiet riveduti ta’ dokumenti li fihom informazzjoni protetta lir-rikorrenti l-oħrajn jew arranġamenti li partijiet mis-seduti ta’ smigħ isiru fil-privat.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI

ARTIKOLU 4.1

Kumitat

1.    Il-Partijiet, bil-preżenti jistabbilixxu Kumitat li jinkludi rappreżentanti tal-Parti tal-UE u tal-Vjetnam.


2.    Il-Kumitat għandu jiltaqa’ darba fis-sena, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kumitat, jew f'każijiet urġenti fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet. Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom isiru alternattivament fl-Unjoni u fil-Vjetnam, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet. Il-Kumitat għandu jkun kopresedut mill-Ministru għall-Ippjanar u l-Investiment tal-Vjetnam u l-Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-kummerċ, jew id-delegati rispettivi tagħhom. Il-Kumitat għandu jiftiehem fuq l-iskeda tal-laqgħat tiegħu u jistabbilixxi l-aġenda tiegħu.

3.    Il-Kumitat għandu:

(a)    jiżgura t-tħaddim tajjeb ta' dan il-Ftehim;

(b)    jissorvelja u jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u jippromwovi l-għanijiet ġenerali tiegħu;

(c)    jikkunsidra kwistjonijiet li tirreferilu xi Parti fir-rigward ta’ dan il-Kapitolu;

(d)    jeżamina d-diffikultajiet li jistgħu jqumu fl-implimentazzjoni tat-Taqsima B (Riżoluzzjoni ta' Tilwim bejn Investituri u Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim);

(e)    jikkunsidra titjib possibbli tat-Taqsima B (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim), b'mod partikolari fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi f'fora internazzjonali oħra;


(f)    fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet, jeżamina l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku fir-rigward ta’ tilwima skont is-Sezzjoni B (Riżoluzzjoni ta' Tilwim bejn Investituri u Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim);

(g)    jeżamina abbozz ta’ proċeduri ta' ħidma mħejjija mill-President tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell skont il-paragrafu 10 tal-Artikolu 3.38 (Tribunal) u l-paragrafu 10 tal-Artikolu 3.39 (Tribunal tal-Appell);

(h)    mingħajr ħsara għall-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim), jipprova jsolvi l-problemi li jistgħu jinqalgħu fl-oqsma koperti b’dan il-Ftehim, jew isolvi t-tilwim li jista’ jinqala’ rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim; u

(i)    jikkunsidra kull kwistjoni oħra ta’ interess relatata ma’ oqsma koperti b’dan il-Ftehim.

4.    Il-Kumitat jista', skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim:

(a)    jikkomunika dwar kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim mal-partijiet interessati kollha, inklużi s-settur privat, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(b)    jikkunsidra u jirrakkomanda lill-Partijiet emendi għal dan il-Ftehim jew, f'każijiet speċifikament previsti f'dan il-Ftehim, jemenda b'dispożizzjonijiet ta’ deċiżjoni ta’ dan il-Ftehim;


(c)    jadotta interpretazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, inkluż skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 3.42 (Liġi Applikabbli u Regoli ta' Interpretazzjoni) li għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet u l-entitajiet kollha stabbiliti skont dan il-Ftehim, inklużi bordijiet ta’ arbitraġġ imsemmija f'Taqsima A (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim) u t-tribunali stabbiliti skont it-Taqsima B (Is-Soluzzjoni tat-Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim);

(d)    jadotta deċiżjonijiet jew jagħmel arranġamenti kif previsti f'dan il-Ftehim;

(e)    jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess;

(f)    jieħu kwalunkwe azzjoni oħra fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skont dan il-Ftehim.

5.    Il-Kumitat jista', skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim u wara t-tlestija tar-rekwiżiti u l-proċeduri legali rispettivi tal-Partijiet:

(a)    jadotta deċiżjonijiet biex jaħtar Membri tat-Tribunal u Membri tat-Tribunal tal-Appell skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.38 (Tribunal) u l-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.39 (Tribunal tal-Appell); iżid jew inaqqas in-numru ta’ Membri skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.38 (Tribunal) u l-paragrafu 4 tal-Artikolu 3.39 (Tribunal tal-Appell); u jneħħi Membru mit-Tribunal jew mit-Tribunal tal-Appell skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 3.40 (Etika);


(b)    jadotta u sussegwentement jemenda regoli li jissupplementaw ir-regoli applikabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim kif imsemmi fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 3.33 (Preżentazzjoni ta’ Pretensjoni); tali regoli u emendi għandhom ikunu vinkolanti fuq it-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell;

(c)    jadotta deċiżjoni li tistipula li l-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Trasparenza ta’ UNCITRAL għandu japplika minflok il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.46 (It-Trasparenza tal-Proċedimenti);

(d)    jiffissa l-ammont tat-tariffa ta’ ħlas imsemmija fil-paragrafu 14 tal-Artikolu 3.38 (Tribunal) u l-paragrafu 14 tal-Artikolu 3.39 (Tribunal tal-Appell) kif ukoll it-tariffi u l-ispejjeż oħra tal-Membri ta' diviżjoni tat-Tribunal tal-Appell u tal-Presidenti tat-Tribunal u tat-Tribunal tal-Appell skont il-paragrafi 14 u 16 tal-Artikolu 8.28 (Tribunal) u l-paragrafi 14 u 16 tal-Artikolu 3.39 (Tribunal tal-Appell);

(e)    jittrasforma t-tariffa ta’ ħlas minn qabel u tariffi u spejjeż oħra tal-Membri tat-Tribunal u tat-Tribunal tal-Appell f’salarju regolari skont il-paragrafu 17 tal-Artikolu 3.38 (Tribunal) u l-paragrafu 17 tal-Artikolu 3.39 (Tribunal tal-Appell);

(f)    jadotta jew jiċħad l-abbozz tal-proċeduri tax-xogħol tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell skont il-paragrafu 10 tal-Artikolu 3.38 (Tribunal) u l-paragrafu 10 tal-Artikolu 3.39 (Tribunal tal-Appell);

(g)    jadotta deċiżjoni li tispeċifika kwalunkwe ftehim tranżizzjonali neċessarju skont l-Artikolu 3.41 (Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim Multilaterali); u


(h)    jadotta regoli supplimentari fuq it-tariffi skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 3.53 (Deċiżjoni Provviżorja).

ARTIKOLU 4.2

Teħid ta’ Deċiżjonijiet mill-Kumitat

1.    Il-Kunsill għandu, għal finijiet li jikseb l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, ikollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet, fejn previst f'dan il-Ftehim. Id-deċiżjonijiet meħuda għandhom ikunu vinkolanti fuq iż-żewġ Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

2.    Il-Kumitat jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Partijiet.

3.    Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kumitat għandhom isiru b'kunsens reċiproku.

ARTIKOLU 4.3

Emendi

1.    Il-Partijiet jistgħu jemendaw dan il-Ftehim. Emenda tidħol fis-seħħ wara li l-Partijiet jiskambjaw notifiki bil-miktub li jiċċertifikaw li huma lestew il-proċeduri legali applikabbli kif previsti fl-Artikolu 4.9 (Dħul fis-Seħħ).


2.    Minkejja l-paragrafu 1 u fejn previst f'dan il-Ftehim, il-Partijiet jistgħu jadottaw fil-Kumitat deċiżjoni li temenda dan il-Ftehim. Dan huwa mingħajr preġudizzju għat-tlestija tal-proċeduri legali applikabbli ta’ kull Parti.

ARTIKOLU 4.4

Tassazzjoni

1.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni jew ta' xi wieħed mill-Istati Membri tagħha jew tal-Vjetnam taħt xi ftehim fiskali bejn xi Stat Membru tal-Unjoni u l-Vjetnam. Fil-każ ta’ xi inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u kwalunkwe ftehim dwar it-taxxa, dak il-ftehim dwar it-taxxa għandu jipprevali fir-rigward tal-inkonsistenza.

2.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem li jimpedixxi lill-Partijiet milli jiddistingwu, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom, bejn persuni taxxabbli li ma jkunux fl-istess sitwazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-post tar-residenza tagħhom jew fir-rigward tal-post fejn ikun investit il-kapital tagħhom.

3.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem li jimpedixxi l-adozzjoni jew l-infurzar ta’ xi miżura mmirata lejn l-impediment tal-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi skont id-dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fi ftehimiet sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja jew arranġamenti oħra ta' taxxa jew leġiżlazzjoni fiskali domestika.


ARTIKOLU 4.5

Miżuri ta’ Prudenza

1.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem bħala li jwaqqaf Parti milli tadotta jew iżżomm miżuri għal raġunijiet prudenzjali, bħal:

(a)    il-protezzjoni ta' investituri, depożitanti, titolari ta' poloz jew persuni li lilhom huwa dovut obbligu fiduċjarju minn fornitur ta' servizzi finanzjarji; jew

(b)    l-iżgurar tal-integrità u tal-istabilità tas-sistema finanzjarja ta' Parti.

2.    Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu iktar ta’ piż milli neċessarju biex jilħqu l-għan tagħhom.

3.    L-ebda parti ta' dan il-Ftehim ma għandha tinftiehem li tirrikjedi lil Parti sabiex tikxef informazzjoni b'rabta mal-affarijiet u l-kontijiet ta' konsumaturi individwali jew kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali jew ta' propjetà fil-pussess ta' entitajiet pubbliċi.


ARTIKOLU 4.6

Eċċezzjonijiet Ġenerali

Soġġett għar-rekwiżit li tali miżuri ma jiġux applikati b'mod li jikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja u mhux ġustifikata bejn pajjiżi fejn ikun hemm kundizzjonijiet simili, jew restrizzjoni moħbija fuq investiment kopert, xejn fl-Artikoli 2.3 (Trattament Nazzjonali) u 2.4 (Trattament tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit) ma għandu jinftiehem li jipprevjeni l-adozzjoni jew l-infurzar minn kwalunkwe Parti ta' miżuri:

(a)    meħtieġa biex iħarsu s-sigurtà pubblika u l-morali pubblika jew biex iżommu l-ordni pubbliku;

(b)    meħtieġa biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem, il-ħajja jew is-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti;

(c)    marbuta mal-konservazzjoni ta' riżorsi naturali li jistgħu jispiċċaw jekk tali miżuri jiġu applikati flimkien ma' restrizzjonijiet fuq l-investituri domestiċi jew fuq il-provvista jew il-konsum domestiku tas-servizzi;

(d)    meħtieġa għall-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku;


(e)    meħtieġa sabiex jassiguraw il-konformità ma’ liġijiet jew regolamenti li mhumiex inkonsistenti mal-Artikoli 2.3 (Trattament Nazzjonali) u 2.4 (Trattament tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit) inklużi dawk relatati ma’:

(i)    il-prevenzjoni ta' prattiki li jqarrqu u frawdolenti jew sabiex ikunu ttrattati l-effetti ta' inadempjenza kuntrattwali;

(ii)    il-protezzjoni tal-privatezza tal-individwi b'relazzjoni għall-ipproċesar u għat-tixrid tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta' rekords u ta' kontijiet individwali; jew

(iii)    is-sikurezza;

jew


(f)    inkonsistenti mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2.3 (Trattament Nazzjonali) sakemm id-differenza fit-trattament ma tkunx immirata biex tiżgura l-impożizzjoni jew il-ġbir ekwu jew effettiv ta’ taxxi diretti fir-rigward ta’ attivitajiet ekonomiċi jew investituri tal-Parti l-oħra 30 .


ARTIKOLU 4.7

Eċċezzjonijiet Speċifiċi

Xejn fil-Kapitolu 2 (Protezzjoni tal-Investiment) ma għandu japplika għal miżuri non-diskriminatorji ta’ applikazzjoni ġenerali meħuda minn xi entità pubblika fl-insegwiment tal-politika monetarja jew tal-politika tar-rata tal-kambju. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-obbligi ta’ Parti skont l-Artikolu 2.8 (Trasferiment).

ARTIKOLU 4.8

Eċċezzjonijiet ta’ Sigurtà

Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat li:

(a)    jeħtieġ li Parti tagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha, fl-opinjoni ta' dik il-Parti, tkun kuntrarja għall-interessi essenzjali ta' sigurtà;

(b)    ma jħallix lil Parti tieħu azzjoni li hi tikkunsidra neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha:

(i)    marbuta mal-produzzjoni jew il-kummerċ ta’ armi, munizzjonijiet u materjal tal-gwerra u relatati mat-traffiku ta’ oġġetti u materjal ieħor u mal-attivitajiet ekonomiċi imwettqa direttament jew indirettament biex jissupplixxu stabbiliment militari;


(ii)    b’rabta mal-provvista ta’ servizzi imwettqa b’mod dirett jew indirett għall-fini ta’ provviżjonament ta’ stabbiliment militari;

(iii)    relatati ma' materjali fissjonabbli u fużjonabbli jew mal-materjali li huma dderivati minnhom; jew

(iv)    meħuda fi żmien ta’ gwerra jew ta’ emerġenza oħra f’relazzjonijiet internazzjonali.

(c)    jipprevjeni lil Parti milli tieħu xi tip ta’ azzjoni biex tfittex li twettaq l-obbligi skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, magħmula f’San Francisco fis-26 ta’ Ġunju 1945, għall-finijiet ta’ żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali.

ARTIKOLU 4.9

Applikazzjoni ta’ Liġijiet u Regolamenti

L-Artikolu 2.8 (Trasferimenti) ma għandux jiġi interpretat bħala li jipprekludi Parti milli tapplika b'mod ekwu u mhux diskriminatorju u b'mod li ma jkunx jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq l-investiment, fil-liġijiet u r-regolamenti tagħha fir-rigward ta':

(a)    falliment, insolvenza, irkupru u riżoluzzjoni tal-bank, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-kredituri, jew is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji;


(b)    ħruġ ta', kummerċ jew negozju fi strumenti finanzjarji;

(c)    rapportar finanzjarju jew iż-żamma tar-rekords tat-trasferimenti fejn ikun hemm il-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew l-awtoritajiet regolatorji finanzjarji jiġu megħjuna;

(d)    reati kriminali jew penali, prattiki qarrieqa jew frawdolenti;

(e)    żgurar tat-twettiq ta' sentenzi fi proċedimenti ġudizzjarji. jew

(f)    skemi tas-sigurtà soċjali jew ta’ rtirar pubbliku jew skemi ta’ tfaddil obbligatorju.

ARTIKOLU 4.10

Miżuri Temporanji ta’ Salvagwardja

F'ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ diffikultajiet serji għat-tħaddim tal-unjoni ekonomika u monetarja tal-Unjoni, jew fil-każ tal-Vjetnam, għall-operat tal-politika monetarja u tar-rata tal-kambju, jew theddida tagħha, il-Parti kkonċernata tista' tieħu miżuri ta’ salvagwardja li huma strettament meħtieġa fir-rigward ta’ trasferimenti għal perjodu li ma jaqbiżx sena.


ARTIKOLU 4.11

Restrizzjonijiet f'Każ ta' Bilanċ ta' Pagamenti jew Diffikultajiet Finanzjarji Esterni

1.    Meta Parti tesperjenza diffikultajiet ta’ bilanċ tal-pagamenti jew finanzjarji esterni serji, jew theddida minnhom, hija tista’ tadotta jew iżżomm miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ trasferimenti, li għandhom:

(a)    ikunu nondiskriminatorji meta mqabbla ma’ pajjiżi terzi f’sitwazzjonijiet simili;

(b)    ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jirrimedjaw il-bilanċ tal-pagamenti jew diffikultajiet finanzjarji esterni;

(c)    ikunu konsistenti mal-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali kif applikabbli;

(d)    jevitaw ħsara mhux meħtieġa għall-interessi kummerċjali, ekonomiċi jew finanzjarji tal-Parti l-oħra; u

(e)    ikunu temporanji u eliminati gradwalment b'mod progressiv hekk kif is-sitwazzjoni titjieb.

2.    Parti li tkun adottat jew żammet miżuri restrittivi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma minnufih lill-Parti l-oħra dwarhom u tippreżenta, kemm jista' jkun malajr, skeda taż-żmien għat-tneħħija tagħhom.


3.    Meta jiġu adottati restrizzjonijiet jew dawn jinżammu taħt il-paragrafu 1, għandhom isiru konsultazzjonijiet malajr fil-Kumitat sakemm il-konsultazzjonijiet ma jsirux f’fora oħrajn. Il-konsultazzjonijiet għandhom jivvalutaw il-bilanċ ta' pagamenti jew diffikulta finanzjarja esterna li wasslet għall-miżuri rispettivi, waqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, fatturi bħal:

(a)    in-natura u l-firxa tad-diffikultajiet;

(b)    l-ambjent ekonomiku u kummerċjali estern; jew

(c)    (c) il-miżuri korrettivi alternattivi li jistgħu jkunu disponibbli.

Il-konsultazzjonijiet għandhom jindirizzaw il-konformità ta' kwalunkwe miżura restrittiva mal-paragrafu 1. Is-sejbiet rilevanti kollha ta’ natura statistika jew fattwali ppreżentati mill-Fond Monetarju Internazzjonali għandhom jiġu aċċettati u l-konklużjonijiet għandhom iqisu l-valutazzjoni mill-Fond Monetarju Internazzjonali tal-bilanċ tal-pagamenti u s-sitwazzjoni finanzjarja esterna tal-Parti kkonċernata.


ARTIKOLU 4.12

Divulgazzjoni ta’ Informazzjoni

1.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem bħala li jitlob lil xi Parti tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista’ xxekkel l-infurzar tal-liġi, jew inkella li tkun kontra l-interessi pubbliċi, jew li tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ impriżi partikolari, pubbliċi jew privati, ħlief fejn bord jirrikjedi informazzjoni kunfidenzjali fi proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta' tilwim skont is-Sezzjoni A (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim). F'każijiet bħal dawn, il-bord għandu jiżgura li l-kunfidenzjalità tkun protetta b'mod sħiħ.

2.    Meta Parti tippreżenta informazzjoni lill-Kumitat li tkun meqjusa kunfidenzjali skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali, sakemm il-Parti li ssottmettietha ma tiftehimx mod ieħor.

ARTIKOLU 4.13

Dħul fis-Seħħ

1.    Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet f'konformità mal-proċeduri legali applikabbli rispettivi.


2.    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar li jiġi wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu avżaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri legali applikabbli tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Partijiet jistgħu jiftehmu fuq data oħra.

3.    In-notifiki għandhom jintbagħtu lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Vjetnam.

4.    Dan il-Ftehim jista’ jiġi applikat provviżorjament jekk il-Partijiet jiftiehmu hekk. F'dan il-każ il-Ftehim għandu japplika mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Unjoni u l-Vjetnam ikunu avżaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri legali applikabbli tagħhom għall-applikazzjoni provviżorja. Il-Partijiet jistgħu jiftehmu fuq data oħra.

5.    F’każ li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma jistgħu jiġux jiġu applikati b’mod provviżorju, il-Parti li ma tkunx tista’ tagħmel tali applikazzjoni provviżorja għandha tinforma lill-Parti l-oħra dwar id-dispożizzjonijiet li ma jkunux jistgħu jiġu applikati b’mod provviżorju. Minkejja l-paragrafu 4, bil-kundizzjoni li l-Parti l-oħra tkun lestiet il-proċeduri legali applikabbli għall-applikazzjoni provviżorja u ma toġġezzjonax għall-applikazzjoni provviżorja fi żmien għaxart (10) ijiem min-notifika li ċerti dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu applikati provviżorjament, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim li ma jkunux ġew innotifikati għandhom jiġu applikati b’mod provviżorju mill-ewwel jum tax-xahar wara n-notifika.

6.    Parti tista’ ttemm l-applikazzjoni provviżorja b’notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Terminazzjoni bħal din għandha tiġi implimentata fl-ewwel jum tax-xahar wara n-notifika.


7.    Meta dan il-Ftehim, jew ċerti dispożizzjonijiet tiegħu, jiġu applikati b’mod provviżorju, it-terminu “dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim” għandu jiġi mifhum li jfisser id-data tal-applikazzjoni provviżorja. Il-Kumitat u entitajiet oħrajn stabbiliti skont dan il-Ftehim jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom matul l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim. Kull deċiżjoni adottata fl-eżerċizzju ta’ dawk il-funzjonijiet ma tibqax tgħodd jekk l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim tiġi terminata u dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ.

ARTIKOLU 4.14

Tul ta' żmien

1.    Dan il-Ftehim għandu jkun validu b’mod indefinit.

2.    L-Unjoni jew il-Vjetnam tista’ tinnotifika/jista’ jinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha/tiegħu li ttemm/jtemm dan il-Ftehim. It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-aħħar tas-sitt xahar wara n-notifika.


ARTIKOLU 4.15

Terminazzjoni

Fil-każ li dan il-Ftehim jintemm skont l-Artikolu 4.10 (Tul ta’ żmien), id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 (Għanijiet u Definizzjonijiet Ġenerali), Artikoli 2.1 (Kamp ta’ applikazzjoni), 2.2 (Investiment u Miżuri u Objettivi Regolatorji) u 2.5 (Trattament tal-Investiment) sa 2.9 (Subrogazzjoni), id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 4 u d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn Investituri u Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Riżoluzzjoni ta' Tilwim bejn Investituri u Partijiet) għandhom jibqgħu effettivi għal perjodu ieħor ta’ 15-il sena mid-data tat-terminazzjoni, fir-rigward ta’ investimenti magħmula qabel id-data tat-terminazzjoni tal-Ftehim preżenti, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor. Dan l-Artikolu ma japplikax jekk l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim tkun mitmuma u dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ.

ARTIKOLU 4.16

Twettiq tal-Obbligi

1.    Il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex iwettqu l-obbligi tagħhom skont dan il-Ftehim. Għandhom jiżguraw li l-għanijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim jintlaħqu.


2.    Jekk waħda mill-Partijiet tikkunsidra li l-Parti l-oħra wettqet ksur materjali tal-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni, tista' tieħu miżuri xierqa fir-rigward ta’ dan il-Ftehim skont l-Artikolu 57 tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni.

ARTIKOLU 4.17

Persuni li Jeżerċitaw Awtorità Delegata mill-Gvern

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan il-Ftehim, kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe persuna, inkluż intrapriża tal-istat, intrapriża mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali jew monopolju speċifikat li jkun ġie delegat awtorità regolatorja, amministrattiva jew governattiva oħra minn Parti f’kull livell ta’ gvern kif previst fil-leġiżlazzjoni domestika tagħha, taġixxi skont l-obbligi tal-Parti kif stabbilit f’dan il-Ftehim fl-eżerċizzju tal-awtorità tagħha.

ARTIKOLU 4.18

Ebda Effett Dirett

Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jkun interpretat bħala wieħed li jagħti xi drittijiet jew li jimponi xi obbligi fuq persuni, minbarra dawk maħluqin bejn il-Partijiet skont il-liġi pubblika internazzjonali. Il-Vjetnam jista’ jipprovdi mod ieħor skont il-liġi domestika tiegħu.


ARTIKOLU 4.19

Annessi

L-Annessi ta' dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

ARTIKOLU 4.20

Rabta ma’ Ftehimiet oħra

1.    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, ftehimiet preċedenti bejn l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha u l-Vjetnam mhumiex sostitwiti jew mitmuma b'dan il-Ftehim.

2.    Dan il-Ftehim għandu jkun parti mir-relazzjonijiet ġenerali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Vjetnam, kif previst fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u għandu jifforma parti mill-qafas istituzzjonali komuni.

3.    Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem bħala li jirrikjedi li Parti taġixxi b'mod inkonsistenti mal-obbligi tagħha skont il-Ftehim ta' Marrakesh li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, magħmul f'Marrakesh fil-15 ta’ April 1994.


4.    Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-ftehimiet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Vjetnam elenkati fl-Anness 6 (Elenku tal-Ftehimiet ta’ Investiment) inklużi d-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minnhom, għandhom jiġu tterminati u ma jibqgħux fis-seħħ u jiġu sostitwiti u mwarrba b’dan il-Ftehim 31 .

5.    F’każ ta’ applikazzjoni provviżorja f’konformità mal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4.13 (Dħul fis-Seħħ), l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet elenkati fl-Anness 6 (Elenku tal-Ftehimiet ta’ Investiment), kif ukoll tad-drittijiet u l-obbligi derivati minnhom, għandhom jiġu sospiżi mid-data tal-applikazzjoni provviżorja 32 . Fil-każ li l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim tiġi terminata u dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ, is-sospensjoni għandha tieqaf u l-ftehimiet elenkati fl-Anness 6 (Elenku tal-Ftehimiet ta’ Investiment) jidħlu fis-seħħ 33 .

6.    Minkejja l-paragrafi 4 u 5, pretensjoni tista’ tiġi ppreżentata skont ftehim elenkat fl-Anness 6 (Elenku tal-Ftehimiet ta’ Investiment), skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f'dak il-ftehim, sakemm:

(a)    it-talba ma tirriżultax minn allegat ksur ta’ dak il-ftehim li seħħ qabel id-data tas-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-ftehim skont il-paragrafu 5 jew, jekk l-applikazzjoni tal-ftehim ma tiġix sospiża skont il-paragrafu 5, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim; u


(b)    ma jkunux għaddew aktar minn tliet snin mid-data tas-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-ftehim skont il-paragrafu 5 jew, jekk l-applikazzjoni tal-ftehim ma tiġix sospiża skont il-paragrafu 5, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, sad-data tal-preżentazzjoni tat-talba.

7.    Minkejja l-paragrafi 4 u 5, jekk l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim tiġi mitmuma u dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ, pretensjoni tista' tiġi sottomessa skont dan il-Ftehim, skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f'dan il-Ftehim, sakemm:

(a)    it-talba ma tirriżultax minn allegat ksur ta’ dan il-Ftehim li seħħ matul il-perjodu ta' applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim; u

(b)    ma jkunux għaddew aktar minn tliet snin mid-data tat-terminazzjoni tal-applikazzjoni provviżorja sad-data tal-preżentazzjoni tat-talba.

8.    Għal ċertezza akbar, ebda pretensjoni ma tista’ tiġi ppreżentata skont dan il-Ftehim u skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fih jekk it-talba tirriżulta minn allegat ksur ta' dan il-Ftehim, li seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew, fejn dan il-Ftehim jiġi applikat provviżorjament, qabel id-data tal-applikazzjoni provviżorja.

9.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, id-definizzjoni ta’ “dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim” prevista fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 4.13 (Dħul fis-Seħħ) ma tapplikax.


ARTIKOLU 4.21

Adeżjonijiet Futuri mal-Unjoni

1.    L-Unjoni għandha tavża lill-Vjetnam rigward kwalunkwe adeżjoni ta’ pajjiż terz mal-Unjoni.

2.    Matul in-negozjati bejn l-Unjoni u l-pajjiż kandidat li jkun irid jingħaqad magħha, l-Unjoni għandha tħabrek biex:

(a)    tipprovdi, wara talba mill-Vjetnam, u safejn possibbli, kull informazzjoni rigward kull kwistjoni koperta minn dan il-Ftehim; u

(b)    tikkunsidra t-tħassib espress mill-Vjetnam.

3.    L-Unjoni għandha tavża lill-Vjetnam dwar id-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe adeżjoni mal-Unjoni.

4.    Il-Kumitat għandu jeżamina, biżżejjed qabel id-data tal-adeżjoni ta' pajjiż terz fl-Unjoni, kwalunkwe effett li din l-adeżjoni jista’ jkollha fuq dan il-Ftehim.


5.    Kwalunkwe Stat Membru ġdid tal-Unjoni għandu jiffirma dan il-Ftehim mid-data tal-adeżjoni tiegħu fl-Unjoni permezz ta' klawżola f'dan ir-rigward fl-att tal-adeżjoni fl-Unjoni. Jekk l-att ta’ adeżjoni fl-Unjoni ma jipprovdix għall-adeżjoni awtomatika tal-Istat Membru tal-Unjoni għal dan il-Ftehim, l-Istat Membru tal-Unjoni kkonċernat għandu jaderixxi ma’ dan il-Ftehim billi jiddepożita att ta' adeżjoni għal dan il-Ftehim mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Vjetnam, jew is-suċċessuri rispettivi tagħhom. Il-Partijiet jistgħu, permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat, iwettqu kull aġġustament jew arranġament tranżizzjonali meħtieġ.

ARTIKOLU 4.22

Applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika:

(a)    fir-rigward tal-Parti tal-UE, għat-territorji li fihom jiġu applikati t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u bil-kundizzjonijiet stipulati f’dawk it-Trattati; u

(b)    fir-rigward tal-Vjetnam, għat-territorju tiegħu.

Ir-referenzi għal “territorju” f’dan il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma f’dan is-sens, ħlief jekk provdut espliċitament mod ieħor.


ARTIKOLU 4.23

Testi Awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa abbozzat f'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Vjetnamita, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

(1)    It-terminu “persuna fiżika” jinkludi persuni fiżiċi li jkunu jirrisjedu b’mod permanenti fil-Latvja u li ma jkunux ċittadini tal-Latvja jew kwalunkwe stat ieħor imma li jkunu intitolati, skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Latvja li jirċievu passaport mhux taċ-ċittadini (Passaport tal-Barranin).
(2)    F'konformità man-notifika tagħha tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WT/REG39/1), l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jifhmu li l-kunċett ta’ "rabta effettiva u kontinwa” mal-ekonomija tal-Unjoni kif minqux fl-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa ekwivalenti għall-kunċett ta’ "operazzjonijiet sostantivi tan-negozju". Skont dan, għal persuna ġuridika stabbilita f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Vjetnam u li jkollha biss l-uffiċċju reġistrat jew l-amministrazzjoni ċentrali tagħha fit-territorju tal-Vjetnam, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom japplikaw biss il-benefiċċji ta’ dan il-Ftehim jekk dik il-persuna ġuridika jkollha rabta effettiva u kontinwa mal-ekonomija tal-Vjetnam.
(3)    Għal ċertezza akbar, dan ma jinkludix passi li jseħħu fil-ħin ta’ jew qabel il-proċeduri meħtieġa biex l-investiment relatat jitlesta skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.
(4)    Għal ċertezza akbar, it-territorju ta’ Parti jinkludi ż-żona ekonomika esklussiva u l-blata kontinentali tiegħu kif previst fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li saret f'Montego Bay fl-10 ta' Diċembru 1982 (minn hawn 'il quddiem imsejħa "UNCLOS").
(5)    Għall-iskop tad-definizzjoni ta’ "investiment", "intrapriża" ma tinkludix uffiċċju rappreżentattiv. Għal ċertezza akbar, il-fatt li uffiċċju rappreżentattiv huwa stabbilit fit-territorju ta’ Parti fih innifsu mhux ikkunsidrat li hemm investiment.
(6)    Għal ċertezza akbar, il-pretensjonijiet għall-flus ma jinkludux talbiet għal flus li jirriżultaw biss minn kuntratti kummerċjali għall-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi minn persuna fiżika jew ġuridika fit-territorju ta’ Parti lil persuna fiżika jew ġuridika fit-territorju tal-Parti l-oħra, jew finanzjament ta’ dak il-kuntratt barra minn self kopert mis-subparagrafu (iii), jew kwalunkwe ordni, sentenza jew deċiżjoni ta' arbitraġġ relatati.
(7)    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferu għall-inqas għall-kategoriji kollha ta’ proprjetà intellettwali li huma msemmija fis-Sezzjonijiet 1 sa 7 tal-Parti II tal-Ftehim TRIPS, jiġifieri:(a)    drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati oħra;(b)    marki kummerċjali;(c)    indikazzjonijiet ġeografiċi;(d)    id-disinni industrijali;(e)    id-drittijiet ibbrevettati;(f)    id-disinji ta' taqsim (topografiji) ta' ċirkwiti integrati;(g)    il-protezzjoni ta’ informazzjoni sigrieta; u(h)    varjetajiet ta’ pjanti.
(8)    Għal ċertezza akbar, il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tal-Istati Membri tal-Unjoni jinkludu l-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni.
(9)    Għal ċertezza akbar, l-ipproċessar ta’ materjali nukleari jinkludi l-attivitajiet kollha fil-Klassifikazzjoni Industrijali Standard Internazzjonali tal-Attivitajiet Ekonomiċi kollha kif speċifikati fl-Uffiċċju Statistiku tan-Nazzjonijiet Uniti, Karti Statistiċi, Serje M, Nru 4, ISIC REV 3.1, 2002 kodiċi 2330.
(10)    Mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-attivitajiet li jikkostitwixxu kabotaġġ skont il-liġijiet u regolamenti domestiċi, il-kabotaġġ marittimu nazzjonali skont din is-Sotto-Taqsima jkopri t-trasport ta’ passiġġieri jew ta' prodotti bejn port jew punt li jkun jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni jew tal-Vjetnam u port ieħor jew punt li jkun jinsab f’dak l-istess Stat Membru tal-Unjoni, inkluż fuq l-ixkaffa kontinentali tiegħu kif previst fil-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, u t-traffiku li joriġina u li jintemm fl-istess port jew punt li jkun jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni jew Vjetnam.
(11)    Fil-każ tal-Parti tal-UE, “sussidju” tinkludi “għajnuna mill-Istat” kif iddefinit fil-liġi tal-Unjoni. Għall-Vjetnam, "sussidju" jinkludi inċentivi ta’ investiment, u għajnuna ta’ investiment bħal assistenza ta’ sit tal-produzzjoni, taħriġ fir-riżorsi umani u attivitajiet li jsaħħu l-kompetittività, bħal assistenza għal teknoloġija, riċerka u żvilupp, għajnuniet legali, informazzjoni tas-suq u promozzjoni.
(12)    Fil-każ tal-Parti tal-UE, “sussidju” tinkludi “għajnuna mill-Istat” kif iddefinit fil-liġi tal-Unjoni. Għall-Vjetnam, "sussidju" jinkludi inċentivi ta’ investiment, u għajnuna ta’ investiment bħal assistenza ta’ sit tal-produzzjoni, taħriġ fir-riżorsi umani u attivitajiet li jsaħħu l-kompetittività, bħal assistenza għal teknoloġija, riċerka u żvilupp, għajnuniet legali, informazzjoni tas-suq u promozzjoni.
(13)    Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, il-Partijiet jifhmu li jekk Parti tkun ipprevediet ċertu perjodu ta’ dħul gradwali għall-implimentazzjoni ta’ miżura jew jekk dik il-Parti tkun għamlet xi tentattiv ieħor biex tindirizza l-effetti tal-miżura fuq investimenti li jkunu saru qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, dawk il-fatturi għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżura tikkawżax telf jew ħsara lill-investimenti li jkunu saru qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura.
(14)    Għal ċertezza akbar, il-Komunità Ekonomika tal-ASEAN taqa’ fi ħdan il-kunċett ta' ftehim reġjonali skont dan is-subparagrafu.
(15)    Kif jinsab fl-Anness 1b tal-Ftehim ta’ Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, magħmul f'Marrakexx fil-15 ta’ April 1994.
(16)    Għal ċertezza akbar, dan il-paragrafu ma għandux jiġi interpretat bħala li jimpedixxi l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra ta' dan il-Ftehim, fejn xieraq, skont il-prinċipju ta’ ejusdem generis.
(17)    Għal ċertezza akbar, ftehim bil-miktub li jiġi konkluż u li jidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ma jinkludix it-tiġdid jew l-estensjoni ta' ftehim skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim oriġinali, u fuq l-istess jew sostanzjalment l-istess termini u kundizzjonijiet bħall-ftehim oriġinali, li jkun ġie konkluż u li jkun daħal fis-seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
(18)    It-terminu "ftehim bil-miktub" ifisser ftehim bil-miktub, konkluż minn Parti b'investitur tal-Parti l-oħra jew l-investiment tiegħu u nnegozjat u esegwit miż-żewġ partijiet, kemm fi strument wieħed kif ukoll fi strumenti multipli.
(19)    Il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi applikabbli huma l-Liġi dwar l-Art tal-Vjetnam Nru 45/2013/QH13 u d-Digriet Nru. 44/2014/ND-CP li jirregola l-Prezzijiet tal-Art, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
(20)    Għal ċertezza akbar, it-terminu “miżura” jista’ jinkludi nuqqas li tittieħed azzjoni.
(21)    Is-sub-paragrafu (2)(b) ma japplikax fejn japplika l-Anness 12 (Proċedimenti Konkorrenti).
(22)    Għal ċertezza akbar, dan is-subparagrafu japplika flimkien mal-Artikolu 3.57 (Infurzar tad-Deċiżjoni Finali)
(23)    Minflok ma tipproponi l-ħatra ta’ tliet Membri li għandhom in-nazzjonalità tagħha, kwalunkwe Parti tista' tipproponi li taħtar sa tliet Membri li għandhom nazzjonalità oħra. F'dan il-każ, tali Membri għandhom jiġu kkunsidrati bħala nazzjonali tal-Parti li tkun ipproponiet il-ħatra tagħhom għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.
(24)    Minflok ma tipproponi l-ħatra ta’ żewġ Membri li għandhom in-nazzjonalità jew ċittadinanza tagħha, kwalunkwe Parti tista' tipproponi li taħtar sa żewġ Membri li għandhom nazzjonalitajiet jew ċittadinanza oħra. F'dan il-każ, dawn il-Membri għandhom jitqiesu bħala ċittadini tal-Parti li tkun ipproponiet il-ħatra tagħhom għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.
(25)    Għal ċertezza akbar, il-fatt li persuna tirċievi introjtu mill-gvern, jew qabel kienet impjegata mill-gvern, jew għandha relazzjoni familjali ma’ persuna li tirċievi introjtu mill-gvern, fih innifsu ma jagħmilx lil dik il-persuna ineliġibbli.
(26)    Għal ċertezza akbar, informazzjoni kunfidenzjali jew protetta, kif definita fl-Artikolu 7(2) tar-Regoli ta’ Trasparenza ta’ UNCITRAL, tinkludi informazzjoni klassifikata tal-gvern.
(27)    Għal ċertezza akbar, meta parti litiganti li ssottomettiet l-informazzjoni tiddeċiedi li tirtira s-sottomissjoni kollha tagħha jew parti minnha, li fiha tali informazzjoni skont l-Artikolu 7(4) tar-Regoli ta’ Trasparenza ta’ UNCITRAL, il-parti litiganti l-oħra għandha, kull meta jkun meħtieġ, terġa' tibgħat dokumenti kompluti u abbozzati li jew ineħħu l-informazzjoni rtirata mill-parti litiganti li kienet l-ewwel li ssottomettiet l-informazzjoni jew terġa’ taħtar mill-ġdid l-informazzjoni konsistenti mal-ħatra tal-parti litiganti li kienet l-ewwel li ppreżentat l-informazzjoni.
(28)    Meta jikkunsidra l-effiċjenza ekonomika tal-proċedimenti, jenħtieġ li t-Tribunal iqis l-ispejjeż tal-partijiet litiganti u tat-Tribunal fl-ipproċessar tal-ġurisprudenza u l-kitbiet legali li potenzjalment jiġu ppreżentati mill-partijiet litiganti.
(29)    Għal ċertezza akbar, it-terminu "spejjeż tal-proċedimenti" jinkludi (a) l-ispejjeż raġonevoli ta’ pariri esperti u ta' assistenza oħra meħtieġa mit-Tribunal, u (b) spejjeż raġonevoli ta’ vjaġġar u spejjeż oħra ta’ xhieda sal-limitu li dawk l-ispejjeż ikollhom l-approvazzjoni tat-Tribunal.
(30)    Il-miżuri li huma mmirati lejn l-assigurazzjoni tal-impożizzjoni jew il-ġbir ekwitabbli jew effettiv ta’ taxxi diretti jinkludu miżuri meħuda mill-Parti skont is-sistema tat-tassazzjoni tagħha li:(i)    japplikaw għal investituri u fornituri ta’ servizzi mhux residenti b’rikonoxximent tal-fatt li l-obbligu tat-taxxa tal-persuni mhux residenti jiġi determinat fir-rigward ta’ oġġetti taxxabbli miksuba jew li jinsabu fit-territorju tal-Parti;(ii)    japplikaw għal persuni mhux residenti biex tiġi żgurata l-impożizzjoni jew il-ġbir ta’ taxxi fit-territorju tal-Parti;(iii)    japplikaw għall-persuni mhux residenti jew għar-residenti biex jipprevjenu l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi, inklużi l-miżuri ta’ konformità;(iv)    japplikaw għall-konsumaturi ta’ servizzi pprovduti fi jew mit-territorju tal-Parti l-oħra sabiex jiżguraw l-impożizzjoni jew il-ġbir ta’ taxxi fuq tali konsumaturi derivati minn sorsi fit-territorju tal-Parti;(v)    jagħżlu investituri u fornituri ta’ servizzi soġġetti għat-taxxa fuq oġġetti taxxabbli madwar id-dinja kollha minn investituri u fornituri ta’ servizzi oħra, b’rikonoxximent tad-differenza fin-natura tal-bażi tat-taxxa bejniethom; jew(vi)    jiddeterminaw, jallokaw jew iqassmu dħul, qligħ, gwadann, telf, tnaqqis jew kreditu ta’ persuni jew fergħat residenti, jew bejn persuni jew fergħat relatati tal-istess persuna, biex jissalvagwardjaw il-bażi għat-taxxa tal-Parti.It-termini jew il-kunċetti tat-taxxa fil-punt (f) u f'din in-nota f'qiegħ il-paġna huma determinati skont id-definizzjonijiet u kunċetti tat-taxxa, jew definizzjonijiet u kunċetti ekwivalenti jew simili, skont il-liġi nazzjonali tal-Parti li tieħu l-miżura.
(31)    Il-Partijiet jaqsmu l-fehim li l-"klawsoli ta’ estinzjoni" inklużi fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 6 (Elenku tal-Ftehimiet ta’ Investiment) għandhom ukoll jieqfu milli jkollhom effett.
(32)    Il-Partijiet jaqsmu l-ftehim li l-"klawsoli ta’ estinzjoni" inklużi fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 6 (Elenku tal-Ftehimiet ta’ Investiment) għandhom ukoll jiġu sospiżi.
(33)    Għal ċertezza akbar, din is-sentenza ma għandhiex timplimenta dawk il-ftehimiet li jkunu għadhom ma daħlux fis-seħħ jew ikunu ġew mitmuma skont id-dispożizzjonijiet tagħhom stess.
Top

Brussell, 17.10.2018

COM(2018) 693 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra


ANNESSI
TAL-FTEHIM DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-INVESTIMENTI
BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN
-NAĦA L-WAĦDA,
U R-REPUBBLIKA SOĊJALISTA TAL-VJETNAM, MIN-NAĦA L-OĦRA:

Anness 1:    Awtoritajiet Kompetenti

Anness 2:    Eżenzjoni għall-Vjetnam fil-kwistjoni dwar it-Trattament Nazzjonali

Anness 3    Fehim dwar it-Trattament tal-Investiment

Anness 4:    Fehim dwar l-Esproprjazzjoni

Anness 5:    Dejn Pubbliku

Anness 6:    Lista ta’ Ftehimiet dwar l-Investimenti

Anness 7:    Regoli ta’ Proċedura

Anness 8:    Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi

Anness 9:    Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni


Anness 10:    Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni għal Disputi bejn l-Investituri u l-Partijiet

Anness 11:    Kodiċi ta’ Kondotta għal Membri Tat-Tribunal, it-Tribunal tal-Appell u Medjaturi

Anness 12:    Proċedimenti Konkorrenti

Anness 13:    Proċeduri ta’ ħidma għat-Tribunal tal-Appell

ANNESS 1

AWTORITAJIET KOMPETENTI

Fil-każ tal-Parti tal-UE, l-awtoritajiet kompetenti li huma intitolati li jordnaw l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 2.2 (Miżuri u Objettivi Regolatorji u ta’ Investiment) huma l-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, meta tkun qed tiġi applikata l-liġi tal-Unjoni dwar għajnuna tal-istat, amministrazzjoni, awtorità, qorti jew tribunal ta’ Stat Membru. Fil-każ tal-Vjetnam, l-awtoritajiet kompetenti intitolati li jordnaw l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 2.2 (Miżuri u Objettivi Regolatorji u ta’ Investiment) huma l-Gvern tal-Vjetnam jew il-Prim Ministru tal-Vjetnam, jew amministrazzjoni, awtorità jew qorti.

________________

ANNESS 2

EŻENZJONI GĦALL-VJETNAM FIL-KWISTJONI DWAR IT-TRATTAMENT NAZZJONALI

1.    Fis-setturi, is-subsetturi jew l-attivitajiet li ġejjin, il-Vjetnam jista’ jadotta jew iżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tat-tħaddim ta' investiment kopert li mhuwiex konformi mal-Artikolu 2.3 (it-Trattament Nazzjonali), sakemm miżura bħal din ma tkunx inkonsistenti mal-impenji stabbiliti fl-Anness 8-B (l-Iskeda ta’ Impenji Speċifiċi tal-Vjetnam) għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles:

(a)    gazzetti u aġenziji li jiġbru l-aħbarijiet, stampar, pubblikazzjonijiet, xandiriet televiżivi u fuq ir-radju, fi kwalunkwe forma;

(b)    produzzjoni u distribuzzjoni ta’ prodotti kulturali, inkluż rekordjar ta’ vidjo;

(c)    produzzjoni, distribuzzjoni, u projezzjoni ta’ programmi televiżivi u xogħlijiet ċinematografiċi;

(d)    investigazzjoni u sigurtà;

(e)    ġeodesija u kartografija;

(f)    servizzi tal-edukazzjoni sekondarja u primarja;

(g)    żejt u gass, esplorazzjoni ta’ minerali u riżorzi naturali, prospettar u esplojtazzjoni;


(h)    idroelettriċità u enerġija nukleari; trażmissjoni u/jew distribuzzjoni tal-enerġija;

(i)    servizzi tat-trasport tal-kabotaġġ;

(j)    sajd u akkwakultura;

(k)    foresterija u kaċċa;

(l)    lotterija, imħatri u logħob tal-azzard;

(m)    servizzi ta’ amministrazzjoni ġudizzjarja, inklużi iżda mhux limitati għal servizzi relatati man-nazzjonalità;

(n)    infurzar ċivili;

(o)    produzzjoni ta’ materjali jew ekwipaġġ militari;

(p)    operazzjoni u maniġment ta’ portijiet tax-xmajjar, portijiet tal-baħar u ajruporti; u

(q)    sussidji.

2.    Jekk il-Vjetnam jadotta jew iżomm tali miżura wara d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ma jkunx jirrikjedi investitur tal-Parti tal-UE, minħabba n-nazzjonalità tiegħu, biex ibigħ jew b’xi mod ieħor jiddisponi minn investiment eżistenti meta l-miżura tidħol fis-seħħ.

________________

ANNESS 3

FEHIM DWAR IT-TRATTAMENT TAL-INVESTIMENT

Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehim komuni tagħhom dwar l-applikazzjoni ta’ paragrafu 6 tal-Artikolu 2.5 (Trattament ta’ Investiment):

1.    Minkejja l-kondizzjoni stabbilita fis-subparagrafu 6 (a) tal-Artikolu 2.5 (Trattament ta’ Investiment), investitur li għandu tilwima li taqa’ fl-iskop ta’ Taqsima B (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet) ta’ Kapitolu 3 (Soluzzjoni ta' Tilwim) mal-Parti li magħha daħal fi ftehim bil-miktub li ġie konkluż u li sar effettiv qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jista’ jitlob il-benefiċċju ta’ paragrafu 6 tal-Artikolu 2.5 (Trattament ta’ Investiment) skont il-proċeduri u l-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

2.    Ftehimiet bil-miktub li huma konklużi u li saru effettivi qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati f’dan il-paragrafu jistgħu jiġu nnotifikati fi żmien sena mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Tali ftehimiet bil-miktub għandhom:

(a)    jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fis-subparagrafi minn 6(b) sa (d) tal-Artikolu 2.5 (Trattament ta’ Investiment); u


(b)    li jew daħlu għalih:

(i)    il-Vjetnam mal-investituri tal-Istati Membri tal-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Anness, jew l-investimenti koperti tagħhom; jew

(ii)    wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Anness ma’ investituri tal-Vjetnam jew l-investimenti koperti tagħhom.

3.    Il-proċedura għan-notifika tal-ftehimiet bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)    in-notifika għandha tinkludi:

(i)    l-isem, in-nazzjonalità, u l-indirizz tal-investitur li jkun parti mill-ftehim bil-miktub li qed jiġi notifikat, in-natura tal-investiment kopert tal-investitur u, fejn l-investiment bil-miktub ikun daħal għalih l-investiment kopert ta’ dak l-investitur, l-isem, l-indirizz u l-post ta’ inkorporazzjoni tal-investiment; u

(ii)    kopja tal-ftehim bil-miktub, inklużi l-istrumenti kollha tiegħu;

u

(b)    il-ftehimiet bil-miktub għandhom jiġu notifikati bil-miktub lill-awtorità kompetenti li ġejja:

(i)    fil-każ tal-Vjetnam, il_ministeru tal-Ippjanar u l-Investiment; u


(ii)    fil-każ tal-Parti tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea.

4.    In-notifika msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ma toħloq ebda dritt sustantiv tal-investitur li huwa parti minn dak il-ftehim bil-miktub notifikat jew l-investiment tiegħu.

5.    L-awtoritajiet kompetenti msemmija fis-subparagrafu 3(b) għandhom jikkompilaw lista ta’ ftehimiet bil-miktub li jkunu ġew innotifikati skont il-paragrafi 2 u 3.

6.    Jekk tinqala’ tilwima b’konnessjoni ma’ wieħed mill-ftehimiet bil-miktub notifikati, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tivverifika jekk il-ftehim jissodisfax il-kondizzjonijiet kollha stipulati fis-subparagrafi minn 6(b) sa (d) tal-Artikolu 2.5 (Trattament ta’ Investiment) u l-proċeduri stipulati f'dan l-Anness.

7.    Investitur ma għandux jitlob li l-paragrafu 6 tal-Artikolu 2.5 (Trattament ta’ Investiment) japplika għall-ftehim bil-miktub jekk il-verifika skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Anness tikkonkludi li r-rekwiżiti msemmija f'dak il-paragrafu mhumiex sodisfatti.

8.    L-Istati Membri tal-Unjoni msemmija fis-subparagrafu 2(b) ta’ dan l-Anness huma l-Ġermanja, Spanja, in-Netherlands, l-Awstrija, ir-Rumanija u r-Renju Unit.

________________

ANNESS 4

FEHIM DWAR L-ESPROPRJAZZJONI

Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehim komuni tagħhom dwar l-esproprjazzjoni:

1.    L-esproprjazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2.7 (Esproprjazzjoni) tista’ tkun diretta jew indiretta kif ġej:

(a)    esproprjazzjoni diretta tiġri jekk investiment huwa nazzjonalizzat jew inkella direttament esproprjat permezz ta’ trasferiment formali ta’ titolu jew qbid dirett; u

(b)    esproprjazzjoni indiretta tiġri meta miżura jew serje ta' miżuri minn Parti jkollhom effett ekwivalenti għal esproprjazzjoni diretta, f'li dan sostanzjalment iċaħħad l-investitur mill-attribwiti fundamentali ta' proprjetà fl-investiment kopert tiegħu, inkluż id-dritt li juża, jgawdi u jiddisponi mill-investiment kopert tiegħu, mingħajr trasferiment formali ta' titolu jew qbid dirett.


2.    Id-determinazzjoni ta’ jekk miżura jew serje ta’ miżuri minn Parti, f’sitwazzjoni fattwali speċifika, tikkostitwixxix esproprjazzjoni indiretta teħtieġ investigazzjoni każ b’każ, ibbażata fuq il-fatti li tqis, fost fatturi oħra:

(a)    l-impatt ekonomiku tal-miżura jew serje ta’ miżuri, għalkemm il-fatt li miżura jew serje ta’ miżuri minn Parti jkollha effett negattiv fuq il-valur ekonomiku ta’ investiment, waħdu, ma jistabbilixxix li tkun seħħet espropjazzjoni ta’ dan it-tip;

(b)    it-tul ta' żmien tal-miżura jew serje ta' miżuri jew l-effetti tagħha; u

(c)    l-għamla ta’ miżura jew serje ta’ miżuri, b’mod partikolari l-għan, il-kuntest u l-intenzjoni tagħha.

3.    Miżuri jew serje ta’ miżuri mhux disriminatorji minn Parti li jkunu mfassla biex jipproteġu l-objettivi tal-politika pubblika leġittima ma jikkostitwixxux esproprjazzjoni indiretta, ħlief fiċ-ċirkostanzi rari fejn l-impatt ta’ tali miżura jew serje ta’ miżuri jkun tant sever fid-dawl tal-intenzjoni tagħha li jkun jidher evidentament eċċessiv.

________________

ANNESS 5

DEJN PUBBLIKU

1.    L-ebda pretensjoni li ristrutturar tad-dejn ta’ Parti jikser xi obbligu taħt il-Kapitolu 2 (Protezzjoni tal-Investiment) ma tista’ tiġi ppreżentata jew, jekk diġà ppreżentata taħt it-Taqsima B (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni għat-Tilwim) jekk ir-ristrutturar ikun ristrutturar innegozjat fiż-żmien tal-preżentazzjoni, jew isir ristrutturar innegozjat wara tali preżentazzjoni, ħlief fil-każ ta’ pretensjoni li r-ristrutturar ikun jikser l-Artikolu 2.3 (Trattament Nazzjonali) jew 2.4 (Trattament tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit).

2.    Minkejja l-Artikolu 3.33 (Sottomissjoni ta’ Talba) tat-Taqsima B (Riżoluzzjoni ta' Tilwim bejn Investituri u Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni ta’ Tilwim), u soġġett għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness, investitur ma għandux jissottometti pretensjoni taħt it-Taqsima B (Riżoluzzjoni ta' Tilwim bejn Investituri u Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni ta' Tilwim) li r-ristrutturar tad-dejn ta’ Parti jikser l-Artikolu 2.3 (Trattament Nazzjonali) jew 2.4 (Trattament tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit) 1 jew kwalunkwe obbligu taħt il-Kapitolu 2 (Protezzjoni ta' Investiment) sakemm ma jkunux għaddew 270 jum mid-data tas-sottomissjoni mill-applikant tat-talba bil-miktub għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3.30 (Konsultazzjonijiet).


3.    Għall-fini ta’ dan l-Anness:

(a)    “ristrutturar innegozjat” ifisser ir-ristrutturazzjoni jew l-iskedar mill-ġdid tad-dejn ta' Parti li tkun ġiet effettwata permezz ta':

(i)    modifika jew emenda ta' strumenti tad-dejn, kif previst skont it-termini tagħhom, inkluża l-liġi regolatorja tagħhom; jew

(ii)    skambju tad-dejn jew proċess simili ieħor li fih id-detenturi ta’ mhux inqas minn 66 fil-mija tal-ammont totali aggregat tad-dejn pendenti soġġett għal ristrutturar, eskluż id-dejn miżmum minn dik il-Parti jew minn entitajiet li huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati minnha, taw il-kunsens tagħhom għal dak l-iskambju tad-dejn jew proċess ieħor;

u

(b)    “liġi applikabbli” ta’ strument tad-dejn tfisser il-qafas legali u regolatorju tal-pajjiż applikabbli għal dak l-istrument tad-dejn.

4.    Għal ċertezza akbar, “dejn ta’ Parti” jinkludi, fil-każ ta’ Parti tal-UE, id-dejn ta’ gvern ta’ Stat Membru tal-Unjoni, jew ta’ gvern fi Stat Membru tal-Unjoni, fuq livell ċentrali, reġjonali jew lokali.

________________

ANNESS 6

LISTA TA’ FTEHIMIET TA’ INVESTIMENT

Ftehimiet

“Klawsoli ta’ Estinzjoni”

1

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u r-Repubblika tal-Awstrija dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Investimenti, iffirmat fis-27 ta’ Marzu 1995.

Paragrafu 3 tal-Artikolu 11

2

Il-Ftehim bejn L-Unjoni Ekonomika Belġjana-Lussemburgiża u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investiment, iffirmat fl-24 ta’ Jannar 1991.

Paragrafu 2 tal-Artikolu 14

3

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, iffirmat fid-19 ta’ Settembru 1996.

Paragrafu 2 tal-Artikolu 13

4

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investiment, iffirmat fil-25 ta’ Novembru 1997, kif emendat fil-21 ta’ Marzu 2008.

Paragrafu 3 tal-Artikolu 10

5

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, iffirmat fil-25 ta’ Awwissu 1993.

Paragrafu 2 tal-Artikolu 16

6

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Estonja u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Investimenti, iffirmat fl-24 ta’ Settembru 2009, emendat fit-3 ta’ Jannar 2011.

Paragrafu 3 tal-Artikolu 16

7

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-investimenti, iffirmat fil-21 ta’ Frar 2008.

Paragrafu 4 tal-Artikolu 16

8

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, iffirmat fil-26 ta’ Mejju 1992.

Artikolu 12

9

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, iffirmat fit-3 ta’ April 1993.

Paragrafu 3 tal-Artikolu 13

10

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, iffirmat fit-13 ta’ Ottubru 2008.

Paragrafu 3 tal-Artikolu 13

11

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Ungerija u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, iffirmat fis-26 ta’ Awwissu 1994.

Paragrafu 3 tal-Artikolu 12

12

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Italja u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Investimenti, iffirmat fit-18 ta’ Mejju 1990.

Paragrafu 2 tal-Artikolu 14

13

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-investimenti, iffirmat fis-6 ta’ Novembru 1995.

Paragrafu 4 tal-Artikolu 13

14

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-investimenti, iffirmat fis-27 ta’ Settembru 1995.

Paragrafu 4 tal-Artikolu 13

15

Il-Ftehim dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti bejn ir-Renju tan-Netherlands u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, iffirmat fl-10 ta’ Marzu 1994.

Paragrafu 3 tal-Artikolu 14

16

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, iffirmat fis-31ta’ Awissu 1994.

Paragrafu 3 tal-Artikolu 12

17

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Romanija u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, iffirmat fl-1 ta’ Settembru 1994.

Paragrafu 2 tal-Artikolu 11

18

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, iffirmat fis-17 ta’ Diċembru 2009.

Paragrafu 4 tal-Artikolu 14

19

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Isvezja u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, iffirmat fit-8 ta’ Settembru 1993.

Paragrafu 3 tal-Artikolu 11

20

Il-Ftehim bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, iffirmat fl-20 ta’ Frar 2006.

Paragrafu 3 tal-Artikolu 13

21

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Investimenti, iffirmat fl-1 ta' Awwissu 2002.

Artikolu 14

________________

ANNESS 7

REGOLI TA’ PROĊEDURA

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.    Għall-finijiet tat-Taqsima A (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni ta' Tilwim) u dawn ir-Regoli ta’ Proċedura (minn hawn 'il quddiem imsejħa "Regoli"):

(a)    “konsulent” tfisser persuna miżmuma minn Parti involuta fit-tilwima biex tagħti pariri jew tassisti lil dik il-Parti fil-proċedimenti tat-tribunal ta' arbitraġġ;

(b)    “tribunal tal-arbitraġġ” tfisser tribunal stabbilit skont l-Artikolu 3.7 (It-Twaqqif tat-Tribunal tal-Arbitraġġ);

(c)    “arbitru” tfisser membru ta’ tribunal tal-arbitraġġ stabbilit skont l-Artikolu 3.7 (It-Twaqqif tat-Tribunal tal-Arbitraġġ);

(d)    “assistent” tfisser persuna li, skont it-termini tal-ħatra ta’ arbitru, twettaq riċerka jew tipprovdi assistenza lill-arbitru;

(e)    "ir-rikorrent" tfisser kwalunkwe Parti li titlob it-twaqqif ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 3.5 (Bidu tal-Proċedura ta' Arbitraġġ);


(f)    "jum" tfisser jum kalendarju;

(g)    "il-konvenut" tfisser il-Parti li jkun qiegħed jiġi allegat li tkun qiegħda tikser id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.2 (Kamp ta' applikazzjoni);

(h)    "proċedimenti" tfisser, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta' tilwim ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont it-Taqsima A (Riżoluzzjoni ta' Tilwim bejn il-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim); u

(i)    “rappreżentant ta’ Parti” tfisser impjegat jew kwalunkwe persuna maħtura minn dipartiment jew aġenzija tal-gvern jew kwalunkwe entità pubblika oħra ta’ Parti, li tirrappreżenta l-Parti għall-għanijiet ta’ tilwim skont dan il-Ftehim.

2.    Il-konvenut ikun inkarigat mill-amministrazzjoni loġistika tas-smigħ tal-każijiet, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor. Il-Partijiet għandhom jaqsmu l-ispejjeż li jirriżultaw minn kwistjonijiet organizzattivi, inklużi ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż tal-arbitri.


Notifiki

3.    Kull Parti involuta u t-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jittrażmettu kull talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew kwalunkwe dokument ieħor bl-e-Mail lill-Parti l-oħra, u fir-rigward ta' sottomissjoni bil-miktub u talbiet fil-kuntest tal-arbitraġġ, lil kull wieħed mill-arbitri. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jiċċirkola d-dokumenti lill-Partijiet bl-e-Mail ukoll. Sakemm ma jkunx ippruvat mod ieħor, messaġġ bl-e-Mail jitqies li wasal fl-istess jum li jintbagħat. Jekk xi wieħed mid-dokumenti ta' appoġġ ikun iktar minn 10 megabytes, dan għandu jiġi pprovdut f'format elettroniku ieħor lill-Parti l-oħra u fejn relevanti lil kull wieħed mill-arbitri fi żmien jumejn mid-data meta tintbagħat l-email.

4.    Kopja tad-dokumenti trażmessi skont ir-Regola 3 għandha tiġi sottomessa lill-Parti l-oħra u fejn relevanti lil kull wieħed mill-arbitri fil-jum li fih tintbagħat dik l-email jew bi trażmissjoni bil-faks, posta rreġistrata, kurjer, kunsinna b'irċevuta jew b'kull mezz ieħor ta' telekomunikazzjoni li jipprovdi prova li d-dokument ikun intbagħat.

5.    In-notifiki kollha għandhom ikunu indirizzati lill-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ tal-Vjetnam u lid-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea, rispettivament.

6.    Żbalji żgħar ta' natura klerikali li jsiru fi kwalunkwe talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-proċedimenti tal-tribunal ta' arbitraġġ jistgħu jittranġaw permezz tal-kunsinna ta' dokument ġdid li jindika l-bidliet b'mod ċar.


7.    Jekk l-aħħar jum għall-kunsinna ta’ dokument jaħbat jum ta’ btala uffiċjali jew jum ta’ mistrieħ fil-Vjetnam jew fl-Unjoni, id-dokument għandu jitqies bħala rċevut fil-jum tan-negozju li jkun imiss.

Il-Bidu tal-Arbitraġġ

8.    Jekk skont l-Artikolu 3.7 (Stabbiliment tat-Tribunal tal-Arbitraġġ) u skont ir-Regoli 22, 23 u 49, arbitru jiġi magħżul bil-polza, il-polza għandha ssir f'ħin u f'post determinati mill-Parti li tressaq l-ilment li għandhom jiġu kkomunikati lill-Parti li sar l-ilment dwarha. Il-konvenut jista’, jekk jagħżel hekk, ikun preżenti matul il-polza. Fi kwalunkwe każ, il-polza għandha titwettaq mal-Parti jew mal-Partijiet li huma preżenti.

9.    Jekk, skont l-Artikolu 3.7 (Stabbiliment tat-Tribunal tal-Arbitraġġ) u skont ir-regoli 22, 23 u 49, xi arbitru jintgħażel bil-polza u jkun hemm żewġ presidenti tal-Kumitat, iż-żewġ presidenti, jew id-delegati tagħhom, jew president wieħed waħdu f'każijiet fejn il-president l-ieħor jew id-delegat tiegħu ma jaċċettax li jipparteċipa fil-polza, għandhom jagħmlu l-għażla permezz tal-polza.

10.    Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw l-arbitri magħżula bil-ħatra tagħhom.

11.    Arbitru li jinħatar skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3.7 (Stabbiliment tal-Tribunal tal-Arbitraġġ) għandu jikkonferma d-disponibbiltà biex iservi bħala arbitru għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni fi żmien ħamest ijiem mid-data li fiha dak l-arbitru jkun ġie infurmat dwar il-ħatra.


12.    Ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-arbitri, għandhom ikunu konformi mal-istandards tad-WTO. Ir-remunerazzjoni għall-assistent ta' kull arbitru ma għandhiex taqbeż 50 fil-mija tar-remunerazzjoni ta' dak l-arbitru.

13.    Il-Partijiet iridu jinnotifikaw lit-tribunal ta' arbitraġġ it-termini ta' referenza msemmija fl-Artikolu 3.6 (Termini ta’ Referenza tat-Tribunal tal-Arbitraġġ) fi żmien tlett ijiem mid-data tal-ftehim tagħhom.

Sottomissjonijiet bil-Miktub

14.    Il-Parti lmentatriċi għandha tippreżenta s-sottomissjoni tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal ta' arbitraġġ. Il-Parti konvenuta għandha tippreżenta l-kontrosottomissjoni tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data li fiha tkun irċeviet is-sottomissjoni bil-miktub tar-rikorrent.

Il-Ħidma tat-Tribunali ta' Arbitraġġ

15.    Il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ jippresjedi fil-laqgħat kollha tiegħu. Tribunal ta' arbitraġġ jista' jiddelega l-awtorità lill-president biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali.

16.    Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor fil-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim), il-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkluż b’komunikazzjoni bit-telefown, faks jew kollegamenti bil-kompjuter.


17.    L-ibbozzar ta’ kwalunkwe deċiżjoni tibqa’ r-responsabbiltà esklussiva tat-tribunal tal-arbitraġġ u ma tistax tiġi delegata.

18.    Meta tqum xi kwistjoni proċedurali li ma tkunx koperta mit-Taqsima A (Riżoluzzjoni ta' Tilwim bejn Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni ta’ Tilwim) u l-Annessi 7 (Regoli ta' Proċedura), 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi) u 9 (Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni), it-tribunal ta' arbitraġġ, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, jista' jadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma' dawk id-dispożizzjonijiet.

19.    Meta t-tribunal ta' arbitraġġ jikkunsidra li hemm il-ħtieġa li jiġi modifikat xi limitu ta' żmien għall-proċedimenti tiegħu minbarra l-limiti ta' żmien stipulati fit-Taqsima A (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni ta’ Tilwim) jew li jsir xi aġġustament proċedurali jew amministrattiv, għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet involuti fit-tilwima dwar ir-raġunijiet għall-bidla jew għall-aġġustament u dwar il-perjodu ta' żmien jew l-aġġustament meħtieġ.

Sostituzzjoni

20.    Jekk fi proċedimenti ta’ arbitraġġ, arbitru ma jkunx jista' jipparteċipa, jirtira jew ikollu jiġi sostitwit minħabba li l-arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi), għandu jintgħażel sostitut skont l-Artikolu 3.7 (Stabbiliment tat-Tribunal tal-Arbitraġġ) u r-Regoli minn 8 sa 11.


21.    Meta Parti tqis li arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi) u għal dik ir-raġuni għandu jiġi sostitwit, dik il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum minn meta tkun kisbet evidenza taċ-ċirkostanzi li fuqhom ikun ibbażat il-ksur materjali tal-arbitru tal-Anness 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi).

22.    Meta xi Parti tikkunsidra li arbitru minbarra l-president ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi) u għal dik ir-raġuni għandu jiġi sostitwit, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw u, jekk jaqblu hekk, jagħżlu arbitru ġdid skont l-Artikolu 3.7 (Stabbiliment tat-Tribunal tal-Arbitraġġ) u r-Regoli minn 8 sa 11.

Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-bżonn li jinbidel arbitru, kwalunkwe Parti tista' titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-president tat-tribunal tal-arbitraġġ, u d-deċiżjoni tiegħu tkun waħda finali.

Jekk, skont tali talba, il-president isib li arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi) u għal din ir-raġuni jkun jenħtieġ li jiġi sostitwit, l-arbitru l-ġdid għandu jintgħażel skont l-Artikolu 3.7 (Stabbiliment tat-Tribunal tal-Arbitraġġ) u r-Regoli 8 sa 11.

23.    Meta xi Parti tikkunsidra li l-president tat-tribunal tal-Arbritraġġ ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi) u għal din ir-raġuni jkun jenħtieġ li jiġi sostitwit, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw u, jekk jaqblu hekk, jagħżlu president ġdid skont l-Artikolu 3.7 (It-Twaqqif tat-Tribunal tal-Arbitraġġ) u r-Regoli minn 8 sa 11.


Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jibdlu l-president, Parti tista' titlob li din il-kwistjoni tingħadda lil xi waħda mill-persuni l-oħrajn li jibqgħu fis-sotto-lista ta’ presidenti stabbiliti skont is-subparagrafu 1(c) tal-Artikolu 3.23 (Lista ta' Arbitri). L-isem ta’ din il-persuna għandu jittella' bil-polza mill-president tal-Kumitat tal-Kummerċ, jew mid-delegat tal-president. Id-deċiżjoni minn dik il-persuna dwar il-bżonn li jinbidel il-president tkun finali.

Jekk dik il-persuna tiddeċiedi li l-president oriġinali ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi) u għal dik ir-raġuni għandu jiġi sostitwit, dik il-persuna għandha tagħżel president ġdid bil-polza minn fost il-persuni l-oħra li jibqgħu fuq is-sotto-lista ta’ presidenti stabbiliti skont is-subparagrafu 1(c) tal-Artikolu 3.23 (Lista ta' Arbitri). L-għażla tal-president il-ġdid għandha ssir fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-preżentazzjoni tad-data tad-deċiżjoni prevista taħt din ir-Regola.

24.    Il-proċedimenti tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jiġu sospiżi matul il-perjodu ta’ żmien li matulu jitwettqu l-proċeduri pprovduti fir-Regoli 21 u 23.

Seduti ta’ Smigħ

25.    Il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ għandu jiffissa d-data u l-ħin tas-seduta f'konsultazzjoni mal-Partijiet u l-arbitri. Il-president għandu jikkonferma, bil-miktub, id-data u l-ħin lill-Partijiet. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament ukoll mill-Parti inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti, sakemm is-seduta ma tkunx magħluqa għall-pubbliku. Sakemm ma jkunx hemm Parti li ma taqbilx, it-tribunal ta' arbitraġġ jista' jiddeċiedi li ma jlaqqax seduta.


26.    It-tribunal ta' arbitraġġ jista' jitlob li jkun hemm aktar minn seduta ta' smigħ waħda jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan.

27.    L-arbitri kollha għandhom ikunu preżenti fil-ħin kollu ta' kull seduta.

28.    Il-persuni li ġejjin jistgħu jkunu preżenti għas-seduta, irrespettivament minn jekk il-proċedimenti jkunux miftuħin għall-pubbliku jew le:

(a)    rappreżentanti tal-Partijiet;

(b)    konsulenti tal-Partijiet;

(c)    esperti;

(d)    persunal amministrattiv, interpreti, tradutturi u korrispondenti tal-qrati; u

(e)    assistenti tal-arbitri.

29.    Ir-rappreżentanti u l-konsulenti tal-Partijiet u esperti biss jistgħu jindirizzaw lill-tribunal tal-arbitraġġ.

30.    Mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel id-data ta’ seduta, kull Parti għandha tagħti lista lit-tribunal tal-arbitraġġ bl-ismijiet ta’ dawk il-persuni li jkunu sejrin itellgħu l-argumenti orali jew jagħmlu preżentazzjonijiet matul is-seduta f’isem dik il-Parti, u ta’ rappreżentanti jew konsulenti oħra li jkunu sejrin jattendu s-seduta.


31.    It-tribunal ta' arbitraġġ għandu jmexxi s-seduta b'din l-ordni, filwaqt li jiżgura li l-Parti rikorrenti u l-Parti konvenuta jingħataw l-istess ħin:

L-Argument

(a)    l-argument tal-Parti lmentatriċi;

(b)    l-argument tal-Parti konvenuta.

Tweġiba

(a)    ir-risposta tal-Parti lmentatriċi;

(b)    il-kontroargument tal-Parti konvenuta.

32.    It-tribunal ta' arbitraġġ jista' jidderieġi l-mistoqsijiet tiegħu lill-Partijiet jew l-esperti f'kull ħin matul is-seduta.

33.    It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħmel arranġamenti, mill-aktar fis possibbli, għat-tlestija u l-kunsinna lill-Partijiet tat-traskrizzjoni ta’ kull seduta. Il-Partijiet jistgħu jikkummentaw dwar it-traskrizzjoni, u t-tribunal ta' arbitraġġ jista' jikkunsidra dawn il-kummenti.

34.    Kull Parti tista’ tagħti sottomissjoni supplimentari bil-miktub rigward kwalunkwe kwistjoni li tkun qamet matul is-smigħ fi żmien 10 ijiem mid-data tas-smigħ.


Mistoqsijiet bil-Miktub

35.    It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti jindirizza mistoqsijiet bil-miktub lil waħda mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma. Kull waħda mill-Partijiet għandha tirċievi kopja ta’ kull mistoqsija magħmula mit-tribunal tal-arbitraġġ.

36.    Il-Parti għandha tipprovdi kopja tat-tweġiba tagħha bil-miktub għall-mistoqsijiet li t-tribunal tal-arbitraġġ ikun għamel lill-Parti l-oħra. Kull Parti għandha tingħata l-opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar it-tweġiba tal-Parti l-oħra fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-wasla ta’ tali risposta.

Kunfidenzjalità

37    Kull Parti u l-konsulenti tagħha għandhom jittrattaw bħala kunfidenzjali kwalunkwe informazzjoni sottomessa lit-Tribunal tal-arbitraġġ u ddeżinjata bħala kunfidenzjali mill-Parti l-oħra. Meta Parti tissottometti verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjonijiet tagħha bil-miktub lit-tribunal tal-arbitraġġ, għandha tipprovdi wkoll, fuq talba tal-Parti l-oħra, sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni li hemm fis-sottomissjonijiet tagħha li jistgħu jkunu żvelati lill-pubbliku mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tat-talba jew tas-sottomissjoni, skont liema tiġi l-aħħar, u spjegazzjoni dwar ir-raġunijiet għalfejn l-informazzjoni mhux żvelata hija kunfidenzjali. Ma hemm xejn f’dawn ir-Regoli li jipprekludi Parti milli xxandar stqarrijiet biex turi l-pożizzjoni tagħha lill-pubbliku, diment li meta tirreferi għal informazzjoni mressqa mill-Parti l-oħra, ma tikxifx informazzjoni mmarkata mill-Parti l-oħra bħala kunfidenzjali. Il-tribunal ta' arbitraġġ għandu jiltaqa' f'seduta magħluqa meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta' xi Parti jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali. Il-Partijiet u l-konsulenti tagħhom għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduta tat-tribunal ta' arbitraġġ meta s-seduta ssir f'sessjoni fil-magħluq.


Kuntatti ex parte

38.    It-tribunal ta' arbitraġġ ma għandux jiltaqa' jew jikkomunika ma' Parti fl-assenza tal-Parti l-oħra.

39.    Arbitru ma għandu jiddiskuti ebda aspett tal-kontenut tal-proċedimenti ma’ Parti jew mal-Partijiet fin-nuqqas tal-arbitri l-oħra.

Sottomissjonijiet amicus curiae

40.    Sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor fi żmien tlett ijiem mid-data tat-twaqqif tat-tribunal tal-arbitraġġ, it-tribunal tal-arbitraġġ jista' jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub mingħajr ma jkun talab għalihom, minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti fit-territorji tal-Partijiet li jkunu indipendenti mill-gvernijiet tal-Partijiet, sakemm ikunu saru fi żmien għaxart ijiem mid-data tat-twaqqif tat-tribunal tal-arbitraġġ, u jkunu konċiżi u f'kwalunkwe każ mhux iktar minn 15-il paġna ttajpjati bi spazju doppju u jkunu direttament rilevanti għall-kwistjonijiet fattwali u legali li jkunu qed jiġu kkunsidrati mit-tribunal tal-arbitraġġ.

41.    Is-sottomissjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-persuna li tkun qiegħda tagħmel is-sottomissjoni, kemm jekk fiżika kif ukoll jekk ġuridika, inkluża n-nazzjonalità jew il-post ta' stabbiliment tagħha, in-natura tal-attivitajiet tagħha, l-istatus ġuridiku tagħha, l-għanijiet ġenerali u s-sorsi tal-finanzjament tagħha, u tispeċifika n-natura tal-interess li dik il-persuna għandha fil-proċedimenti tal-arbitraġġ. Is-sottomissjoni għandha ssir fil-lingwi magħżula mill-Partijiet skont ir-Regoli 39 u 40.


42.    Fid-deċiżjonijiet tiegħu, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jelenka s-sottomissjonijiet kollha li jkun irċieva u li jkunu konformi mar-Regoli 41 u 42. It-tribunal ta' arbitraġġ ma għandux ikun obbligat jindirizza fid-deċiżjoni tiegħu l-argumenti li jkunu saru f'dawn is-sottomissjonijiet. Kull sottomissjoni bħal din għandha tiġi sottomessa lill-Partijiet għall-kummenti tagħhom. Il-kummenti tal-Partijiet għandhom jiġu sottomessi fi żmien 10 ijiem u għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni mit-tribunal ta' arbitraġġ.

Każijiet Urġenti

43.    F'każijiet ta' urġenza msemmija fit-Taqsima A (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim), it-tribunal tal-arbitraġġ, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, għandu jaġġusta l-limiti ta' żmien imsemmija f'dawn ir-regoli skont kif ikun jixraq u għandu jinnotifika lill-Partijiet dwar aġġustamenti bħal dawn.

Traduzzjoni u Interpretazzjoni

44.    Matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.3 (Konsultazzjonijiet), u mhux iktar tard mid-data tal-laqgħa msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.8 (Proċedimenti għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-Tribunal tal-Arbitraġġ), il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jaqblu fuq lingwa tax-xogħol komuni għall-proċedimenti quddiem it-tribunal tal-arbitraġġ.

45.    Jekk il-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar lingwa ta' ħidma komuni, kull Parti għandha tagħmel is-sottomissjonijiet bil-miktub fil-lingwa tal-għażla tagħha li għandha tkun waħda mil-lingwi ta’ ħidma tad-WTO.


46.    Id-deċiżjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jinħarġu bil-lingwa jew bil-lingwi magħżula mill-Partijiet.

47.    Kull Parti tista’ tipprovdi kummenti dwar il-preċiżjoni ta' kwalunkwe verżjoni tradotta ta’ dokument imfassal f’konformità ma’ dawn ir-Regoli.

48.    Kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw mit-traduzzjoni ta’ deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn il-Partijiet.

Proċeduri Oħra

49.    Dawn ir-Regoli huma applikabbli wkoll għal proċedimenti skont l-Artikoli 3.3 (Konsultazzjonijiet), 3.13 (Perjodu ta’ Żmien Raġonevoli għall-Konformità), 3.14 (Reviżjoni tal-Miżura meħuda għall-Konformità mar-Rapport Finali), 3.15 (Rimedji Temporanji f'każ ta' Nuqqas ta’ Konformità) u 3.16 (Reviżjoni tal-Miżura Mittieħda li Tikkonferma Wara l-Adozzjoni ta’ Rimedji Temporanji għan-Nuqqas ta' Konformità). F’dak il-każ, il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dawn ir-Regoli għandhom ikunu aġġustati f’konformità mal-limiti taż-żmien speċjali previsti għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-tribunal tal-arbitraġġ f’dawk il-proċeduri l-oħrajn.

________________

ANNESS 8

KODIĊI TA' KONDOTTA GĦALL-ARBITRI U L-MEDJATURI

Definizzjonijiet

1.    Għall-finijiet ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta:

(a)    “arbitru” tfisser membru ta’ tribunal tal-arbitraġġ stabbilit skont l-Artikolu 3.7 (It-Twaqqif tat-Tribunal tal-Arbitraġġ);

(b)    “assistent” tfisser persuna li, skont it-termini tal-ħatra ta’ arbitru, twettaq riċerka jew tipprovdi assistenza lill-arbitru;

(c)    "kandidat" tfisser individwu li ismu jkun fil-lista tal-arbitri msemmija fl-Artikolu 3.23 (Lista tal-Arbitri) li jkun ikkunsidrat għall-għażla bħala membru ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 3.7 (It-Twaqqif tat-Tribunal tal-Arbitraġġ);

(d)    “medjatur” tfisser persuna li tmexxi proċedura ta' medjazzjoni skont l-Anness 9 (Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni);


(e)    "proċedimenti" tfisser, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, il-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta' tilwim ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont it-Taqsima A (Riżoluzzjoni ta' Tilwim bejn il-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim); u

(f)    "persunal", fir-rigward ta’ arbitru, tfisser persuna taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-arbitru, minbarra l-assistenti.

Responsabilitajiet

2.    Kull kandidat u arbitru għandu jevita kondotta skorretta u l-impressjoni ta' kondotta skorretta, ikun indipendenti u imparzjali, jevita kunflitti ta' interessi diretti jew indiretti u josserva standards għoljin ta' kondotta sabiex jinżammu l-integrità u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim. Arbitri preċedenti għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fir-Regoli minn 15 sa 18 ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta.

L-obbligu tad-Divulgazzjoni

3.    Qabel il-ħatra bħala arbitru skont is-Sezzjoni A Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim), kandidat għandu jiżvela kwalunkwe interessi, relazzjonijiet jew kwistjonijiet li x'aktarx jaffettwaw l-indipendenza jew l-imparzjalità ta' dak il-kandidat, jew li jistgħu raġonevolment joħolqu dehra ta' kondotta mhux xierqa jew preġudizzju fil-proċedimenti. Għal dan l-għan, kandidat għandu jagħmel l-isforzi raġonevoli kollha sabiex isir konxju ta' kull interess, relazzjoni jew kwistjoni ta' dan it-tip.


4.    Kandidat jew arbitru għandu jikkomunika bil-miktub kwistjonijiet relatati ma' ksur attwali jew potenzjali ta' dan il-Kodiċi ta' Kondotta lill-Kumitat għall-kunsiderazzjoni mill-Partijiet.

5.    Ladarba jinħatar, arbitru għandu jibqa' jagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex isir konxju minn kull interess, relazzjoni jew kwistjoni msemmija fir-Regola 3 ta' dan il-Kodiċi ta' Kondotta u jiddivulgahom billi jinforma lill-Kumitat, bil-miktub, għall-kunsiderazzjoni tal-Partijiet. L-obbligu ta' divulgazzjoni huwa dmir kontinwu li jitlob li arbitru jiddivulga interessi, relazzjonijiet jew kwistjonijiet bħal dawn li jistgħu jitfaċċaw matul kull stadju tal-proċedimenti.

Dmirijiet tal-Arbitri

6.    Arbitru għandu jkun disponibbli biex iwettaq, u għandu jwettaq, dmirijietu bir-reqqa, bil-ħeffa, u b'ġustizzja u diliġenza, matul iż-żmien tal-proċedimenti.

7.    Arbitru għandu jikkunsidra biss dawk il-kwistjonijiet li jkunu tqajmu waqt il-proċedimenti u li jitqiesu meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni u dan id-dmir ma għandu jiġi delegat lil ebda persuna oħra.

8.    Arbitru għandu jwettaq il-passi kollha xierqa biex jiżgura li l-assistent u l-persunal tiegħu jkunu konxji mir-Regoli 2, 3, 4, 5, 16, 17 u 18 ta' dan il-Kodiċi ta' Kondotta u jikkonformaw magħhom.

9.    Arbitru ma għandux jieħu sehem f'kuntatti ex parte li jikkonċernaw il-proċedimenti.


Indipendenza u Imparzjalità tal-Arbitri

10.    Arbitru għandu jevita li joħloq impressjoni ta' preġudizzju u ma għandux ikun influwenzat mill-interess personali, pressjoni esterna, kunsiderazzjonijiet politiċi, fama pubblika u lealtà lejn xi Parti jew biża' mill-kritika.

11.    Arbitru ma għandux jidħol, direttament jew indirettament, għal obbligi jew jaċċetta xi benefiċċju li jista' b'xi mod ifixkel, jew jidher li jfixkel, fit-twettiq xieraq ta' dmirijietu.

12.    L-arbitru ma għandux juża l-pożizzjoni tiegħu fit-tribunal tal-arbitraġġ biex javvanza xi interessi personali u għandu jevita azzjonijiet li jistgħu joħolqu l-impressjoni li oħrajn jinsabu f’pożizzjoni speċjali biex jinfluwenzawh.

13.    Arbitru ma għandux iħalli relazzjonijiet jew responsabbiltajiet finanzjarji, kummerċjali, professjonali, personali jew soċjali jinfluwenzaw il-kondotta jew il-ġudizzju tiegħu.

14.    Arbitru għandu jevita li jidħol f'xi relazzjoni jew li jakkwista xi interess finanzjarju li għandu mnejn jaffettwa l-imparzjalità tiegħu jew li jista' raġonevolment joħloq impressjoni ta' kondotta mhux xierqa jew ta' preġudizzju.

Obbligi ta' Arbitri Preċedenti

15.    L-arbitri preċedenti kollha għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu joħolqu dehra li huma kellhom preġudizzji fit-twettiq ta' dmirijiethom jew li ħadu vantaġġ mid-deċiżjonijiet jew sentenzi tat-tribunal tal-arbitraġġ.


Kunfidenzjalità

16.    L-ebda arbitru jew arbitru preċedenti fl-ebda mument ma għandu jiżvela jew juża informazzjoni mhux pubblika li tikkonċerna proċedimenti jew akkwistata waqt proċedimenti ħlief għall-finijiet ta' dawk il-proċedimenti u fl-ebda każ, ma għandu jiżvela jew juża l-ebda informazzjoni tali biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn jew biex jaffettwa ħażin l-interessi ta' oħrajn.

17.    L-arbitru qatt ma għandu jiżvela deċiżjoni ta’ tribunal tal-arbitraġġ jew partijiet minnha qabel ma din tiġi ppubblikata skont Taqsima A (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim).

18.    L-arbitru jew arbitru preċedenti fl-ebda mument m'għandu jiddivulga d-deliberazzjonijiet tat-tribunal ta' arbitraġġ, jew il-fehma ta' xi arbitru.

Spejjeż

19.    Kull arbitru għandu jżomm rekord u jagħti rendikont finali tal-ħin dedikat għall-proċedura u tal-ispejjeż tiegħu, kif ukoll il-ħin u l-ispejjeż tal-assistenti u l-persunal tiegħu.

Medjaturi

20.    Dan il-Kodiċi ta’ Kondotta japplika għall-medjaturi, mutatis mutandis.

________________

ANNESS 9

MEKKANIŻMU TA' MEDJAZZJONI

ARTIKOLU 1

Objettiv

L-għan ta' dan l-Anness hu li jiffaċilita s-sejba ta' soluzzjonijiet maqbula reċiprokament permezz ta' proċedura komprensiva u mingħajr dewmien bl-assistenza ta' medjatur, imsemmi fl-Artikolu 3.4 (Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni).

TAQSIMA A

PROĊEDURA TA’ MEDJAZZJONI

ARTIKOLU 2

Talba għal Informazzjoni

1.    Qabel tagħti bidu għall-proċedura ta’ medjazzjoni, Parti tista’ titlob bil-miktub f'kull ħin informazzjoni rigward miżura li tkun qed tolqot ħażin l-investiment bejn il-Partijiet. Il-Parti li ssirilha talba f'dan is-sens għandha tipprovdi, fi żmien 20 jum, tweġiba bil-miktub li tinkludi l-kummenti tagħha dwar l-informazzjoni li jkun hemm fit-talba.


2.    Fejn il-parti li tkun qed twieġeb tqis li tweġiba fi żmien 20 ġurnata mhix prattikabbli, hija għandha tinforma lill-Parti li tkun qed tagħmel it-talba bir-raġunijiet għalfejn ma ntlaħqitx dik l-iskadenza, flimkien ma' estimu tal-iqsar perjodu li fih tkun tista' tipprovdi t-tweġiba tagħha.

ARTIKOLU 3

Bidu tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni

1.    Parti tista’ f'kull waqt titlob li l-Partijiet jidħlu fi proċedura ta’ medjazzjoni. Din it-talba għandha tkun indirizzata lill-Parti l-oħra bil-miktub. It-talba għandha tkun dettaljata biżżejjed li b’mod ċar tippreżenta t-tħassib tal-Parti li tkun qiegħda tagħmel it-talba u għandha:

(a)    tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni;

(b)    tipprovdi stqarrija tal-effetti ħżiena allegati fuq l-investiment bejn il-Partijiet li l-Parti rikorrenti tikkonsidrali għandha jew li seta’ kellha l-miżura; u

(c)    tispjega kif il-Parti rikorrenti tqis li dawk l-effetti jkunu marbuta mal-miżura.

2.    Il-proċedura ta' medjazzjoni tista' tinbeda biss bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet. Il-Parti li lilha tkun indirizzata t-talba skont il-paragrafu 1 għandha tagħti kunsiderazzjoni simpatetika lit-talba u taċċetta jew tirrifjuta bil-miktub fi żmien 10 ijiem mid-data wara li tirċeviha.


ARTIKOLU 4

Għażla tal-Medjatur

1.    Malli titnieda l-proċedura ta’ medjazzjoni, il-partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar medjatur mhux aktar tard minn 15-il jum wara d-data li fiha tasal it-tweġiba għat-talba msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 (Bidu tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni) ta' dan l-Anness.

2.    Jekk il-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar medjatur fiż-żmien stipulat fil-paragrafu 1, kull Parti tista' titlob lill-president tal-Kumitat jew lid-delegat tal-president, li jagħżel il-medjatur bil-polza mil-lista stabbilita skont l-Artikolu 3.23 (Lista ta’ Arbitri). Ir-rappreżentanti tal-Partijiet għandhom ikunu mistiedna minn qabel, u jiġu avżati sew bil-quddiem, biex ikunu preżenti meta tittella' l-polza. F'kull każ, il-polza tittella’ bil-Parti jew Partijiet li jkunu preżenti.

3.    Il-president tal-Kumitat, jew id-delegat tal-president, għandu jagħżel l-arbitri fi żmien ħamest ijiem mit-tweġiba msemmija fil-paragrafu 2 minn Parti jew oħra.

4.    Jekk il-lista prevista fl-Artikolu 3.23 (Lista ta’ Arbitri) ta’ dan il-Ftehim ma tkunx ġiet stabbilita fiż-żmien li fih issir it-talba skont l-Artikolu 3 (Bidu tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni) ta’ dan l-Anness, il-medjatur għandu jintgħażel bil-polza mill-individwi li jkunu ġew formalment proposti minn waħda jew miż-żewġ Partijiet.

5.    Medjatur ma għandux ikun ċittadin ta' waħda mill-Partijiet, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.


6.    Il-medjatur għandu jassisti, b'mod imparzjali u trasparenti, lill-Partijiet biex jiċċaraw il-miżura u l-effetti possibbli tagħha fuq il-kummerċ, u biex jilħqu soluzzjoni li jkun sar qbil dwarha reċiprokament. L-Anness 8 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi) japplika għall-medjaturi mutatis mutandis. Ir-Regoli minn 3 sa 7 (Notifiki) u minn 44 sa 48 (Traduzzjoni u Interpretazzjoni) tal-Anness 7 (Regoli ta’ Proċedura) japplikaw mutatis mutandis.

ARTIKOLU 5

Regoli tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni

1.    Fi żmien 10 ijiem mid-data ta’ ħatra tal-medjatur, il-Parti li tkun sejħet għall-proċedura ta' medjazzjoni għandha tippreżenta deskrizzjoni dettaljata tal-problema, bil-miktub, lill-medjatur u lill-Parti l-oħra, partikolarment tal-operazzjoni tal-miżura inkwistjoni u tal-effetti tagħha fuq il-kummerċ. Fi żmien 20 jum mid-data tal-kunsinna ta’ dik id-deskrizzjoni, il-Parti l-oħra tista’ tipprovdi, bil-miktub, il-kummenti tagħha għad-deskrizzjoni tal-problema. Kull waħda mill-Partijiet tista’ tinkludi fid-deskrizzjoni jew fil-kummenti tagħha kull informazzjoni li tqis rilevanti.

2.    Il-medjatur jista’ jiddeċiedi l-aktar mod xieraq biex jiċċara l-miżura kkonċernata u l-effetti potenzjali tagħha fuq il-kummerċ. B'mod partikolari, il-medjatur jista' jorganizza laqgħat bejn il-Partijiet, jikkonsulta lill-Partijiet b'mod konġunt jew individwalment, jikkonsulta lill-esperti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti u jfittex l-assistenza tagħhom, u jipprovdi kull appoġġ addizzjonali mitlub mill-Partijiet. Qabel ifittex l-għajnuna jew jikkonsulta mal-esperti u l-imsieħba interessati rilevanti, il-medjatur jikkonsulta mal-Partijiet.


3.    Il-medjatur jista' joffri pariri u jipproponi soluzzjoni għall-kunsiderazzjoni tal-Partijiet li jistgħu jaċċettaw jew jirrifjutaw is-soluzzjoni proposta jew jistgħu jaqblu fuq soluzzjoni differenti. Il-medjatur ma għandux jagħti pariri jew kummenti fuq il-konsistenza tal-miżura inkwistjoni.

4.    Il-proċedura ta' medjazzjoni għandha ssir fit-territorju tal-Parti rikjesta jew, bi ftehim reċiproku f'xi post ieħor jew permezz ta' mezzi oħrajn.

5.    Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu soluzzjoni maqbula reċiprokament fi żmien 60 jum mill-ħatra tal-medjatur. Sakemm ma jkunx għadu inltaħaq ftehim aħħari, il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw soluzzjonijiet interim possibbli, speċjalment jekk il-miżura jkollha x'taqsam ma' oġġetti li jitħassru.

6.    Is-soluzzjoni tista’ tkun adottata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat. Kull waħda mill-Partijiet tista’ tagħmel soluzzjoni bħal din suġġetta għat-tlestija ta’ kull proċedura interna meħtieġa. Is-soluzzjonijiet miftehma reċiprokament għandhom ikunu disponibbli b'mod pubbliku. Il-verżjoni żvelata lill-pubbliku ma' tista tinkludi ebda informazzjoni li Parti tkun iddikjarat bħala kunfidenzjali.

7.    Fuq talba tal-Partijiet, il-medjatur għandu joħroġ abbozz ta’ rapport fattwali bil-miktub lill-Partijiet li jkollu ġabra fil-qosor ta’:

(a)    il-miżura inkwistjoni fil-proċedura ta’ medjazzjoni;

(b)    il-proċeduri li ġew segwiti; u


(c)    kwalunkwe soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku li tkun intlaħqet bħala r-riżultat finali tal-proċedura ta’ medjazzjoni, inklużi s-soluzzjonijiet interim possibbli.

Il-medjatur għandu jipprovdi 15-il jum biex il-partijiet jikkummentaw fuq l-abbozz tar-rapport fattwali. Wara li jikkunsidra l-kummenti tal-Partijiet ippreżentati fi żmien dak il-perjodu, il-medjatur għandu joħroġ ir-rapport fattwali finali bil-miktub lill-Partijiet fi żmien 15-il jum. Ir-rapport fattwali ma għandu jinkludi ebda interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

8.    Il-proċedura ta’ medjazzjoni għandha tintemm:

(a)    bl-adozzjoni ta' soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku mill-Partijiet, fid-data tal-adozzjoni tagħha;

(b)    permezz ta' ftehim reċiproku tal-Partijiet f'kull stadju tal-proċedura ta’ medjazzjoni, fid-data ta' dak il-ftehim;

(c)    permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub tal-medjatur, wara konsultazzjoni mal-Partijiet, li sforzi ulterjuri ta' medjazzjoni ma jwasslu mkien, fid-data ta' dik id-dikjarazzjoni; jew

(d)    permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub ta' Parti wara li jkunu ġew esplorati soluzzjonijiet maqbula reċiprokament skont il-proċedura ta' medjazzjoni u wara li jkunu ġew ikkunsidrati kull parir jew soluzzjoni proposti mill-medjatur, fid-data ta' dik id-dikjarazzjoni.


TAQSIMA B

IMPLIMENTAZZJONI

ARTIKOLU 6

Implimentazzjoni ta’ Soluzzjoni Miftiehma Reċiprokament

1.    Meta l-Partijiet ikunu ftiehmu fuq soluzzjoni, kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta s-soluzzjoni bi qbil reċiproku fiż-żmien miftiehem.

2.    Il-Parti li qed timplimenta għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra bil-miktub b’kull pass jew miżura li tieħu biex timplimenta s-soluzzjoni miftiehma mill-Partijiet.

TAQSIMA C

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 7

Il-Kunfidenzjalità u r-Relazzjoni mas-Soluzzjoni tat-Tilwim

1.    Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 5 (Regoli tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni) ta’ dan l-Anness, l-istadji kollha tal-proċedura ta’ medjazzjoni, inkluż kull parir jew soluzzjoni proposta, għandhom ikunu kunfidenzjali. Madankollu, kwalunkwe Parti tista' tiddivulga lill-pubbliku l-fatt li qed issir medjazzjoni.


2.    Il-proċedura ta' medjazzjoni hija bla preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont il-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim) jew kull ftehim ieħor.

3.    Konsultazzjonijiet skont il-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim) mhux meħtieġa qabel il-bidu tal-proċedura ta’ medjazzjoni. Madankollu, Parti għandha tiddisponi mid-dispożizzjonijiet ta' kooperazzjoni u konsultazzjoni relevanti l-oħra f'dan il-Ftehim qabel ma tibda l-proċediment ta' medjazzjoni.

4.    Parti m'għandhiex isserraħ fuq, u ma għandhiex tintroduċi bħala evidenza fi proċeduri oħra ta' soluzzjoni tat-tilwim skont dan il-Ftehim jew kull ftehim ieħor, u tribunal ma jistax jikkunsidra:

(a)    pożizzjonijiet meħuda mill-Parti l-oħra matul il-proċess ta' proċedura ta' medjazzjoni jew informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 5 (Regoli tal-Proċedura ta' Medjazzjoni) ta' dan l-Anness;

(b)    il-fatt li l-Parti l-oħra indikat ir-rieda tagħha li taċċetta soluzzjoni għall-miżura suġġetta għall-medjazzjoni; jew

(c)    pariri mogħtija jew proposti magħmula mill-medjatur.

5.    Medjatur ma jistax iservi bħala arbitru jew membru ta' tribunal fi proċedimenti ta' soluzzjoni tat-tilwim skont dan il-Ftehim jew skont il-Ftehim tad-WTO li jinvolvi l-istess kwistjoni li għaliha hu kien medjatur.


ARTIKOLU 8

Limiti ta’ Żmien

Kull limitu ta' żmien imsemmi f'dan l-Anness jista' jiġi modifikat bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet.

ARTIKOLU 9

Spejjeż

1.    Kull Parti ġġarrab l-ispejjeż kollha tagħha li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ medjazzjoni.

2.    Il-Partijiet għandhom jaqsmu b'mod konġunt u ndaqs l-ispejjeż li jirriżultaw minn kwistjonijiet organizzazzjonali, inklużi r-remunerazzjoni u l-ispejjeż ta’ medjatur. Ir-rimunerazzjoni ta’ medjatur għandha tkun l-istess bħal dik prevista għall-president tat-tribunal ta' arbitraġġ skont ir-regola 12 tal-Anness 7 (Regoli ta' Proċedura).

________________

ANNESS 10

MEKKANIŻMU TA' MEDJAZZJONI GĦAR-RIŻOLUZZJONI TA’ TILWIM
BEJN L-INVESTITURI U L-PARTIJIET

ARTIKOLU 1

Objettiv

L-għan tal-mekkaniżmu ta' medjazzjoni hu li jiffaċilita s-sejba ta' soluzzjoni maqbula reċiprokament permezz ta' proċedura komprensiva u mingħajr dewmien bl-assistenza ta' medjatur, imsemmi fl-Artikolu 3.31 (Medjazzjoni).

TAQSIMA A

PROĊEDURA TAĦT IL-MEKKANIŻMU TA’ MEDJAZZJONI

ARTIKOLU 2

Bidu tal-Proċedura

1.    Kull Parti litiganti tista’ titlob, fi kwalunkwe waqt, il-bidu tal-proċedura ta' medjazzjoni. Din it-talba għandha tkun indirizzata lill-parti l-oħra bil-miktub.


2.    Meta t-talba tkun tikkonċerna ksur allegat ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew mill-awtoritajiet ta' Stat Membru tal-Unjoni, dan għandu jiġi indirizzat lill-konvenut kif determinat skont l-Artikolu 3.32 (Avviż ta’ Intenzjoni biex Jissottometti Talba). Jekk l-ebda konvenut ma jkun ġie determinat, għandha tiġi indirizzata lill-Unjoni. Meta t-talba tiġi aċċettata, għandha tispeċifika jekk l-Unjoni jew l-Istat Membru tal-Unjoni kkonċernat hux parti għall-medjazzjoni 2 .

3.    Il-parti litiganti li lilha tkun indirizzata t-talba għandha tagħti konsiderazzjoni simpatetika lit-talba u taċċettaha jew tirrifjutaha bil-miktub fi żmien 45 ġurnata jew, meta din it-talba tiġi sottomessa wara li tkun ġiet ippreżentata talba għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 3.30 (Konsultazzjonijiet), fi ħdan 30 jum tax-xogħol minn meta tasal.

4.    It-talba għandha tinkludi:

(a)    sommarju tad-differenzi jew tilwim, inkluż, fejn xieraq, identifikazzjoni ta’ strumenti legali rilevanti suffiċjenti biex tiġi identifikata l-kwistjoni li tat lok għat-talba;

(b)    l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-parti rikorrenti u r-rappreżentanti tagħha; u


(c)    jew referenza għall-ftehim għal mediazzjoni jew stedina lill-parti jew partijiet litiganti l-oħrajn għal mediazzjoni skont dan il-mekkaniżmu ta' medjazzjoni

ARTIKOLU 3

Għażla tal-Medjatur

1.    Jekk iż-żewġ partijiet litiganti jaqblu dwar proċedura ta’ Medjazzjoni, il-partijiet litiganti għandhom jagħmlu ħilithom biex jiftehmu fuq l-għażla ta’ medjatur fi żmien 15-il jum ta’ ħidma mill-irċevuta tat-talba.

2.    Jekk il-partijiet litiganti ma jkunux jistgħu jaqblu dwar l-għażla ta’ medjatur fil-qafas ta’ żmien stabbilit, waħda minnhom tista’ titlob lill-President tat-Tribunal itella’ u jaħtar medjatur bil-polza minn fost dawk il-Membri tat-Tribunal li la jkunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni, u lanqas tal-Vjetnam.

3.    Il-President tat-Tribunal għandu jaħtar medjatur fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma mit-talba msemmija fil-paragrafu 2.

4.    Il-medjatur għandu jassisti, b’mod imparzjali u trasparenti, lill-partijiet litiganti biex huma jilħqu soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.


ARTIKOLU 4

Regoli tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni

1.    Kif ikun prattikabbli wara l-ħatra ta’ medjatur, il-medjatur għandu jiddiskuti mal-partijiet litiganti, b’mod personali, bit-telefon jew bi kwalunkwe mod ieħor ta’ komunikazzjoni, dwar:

(a)    il-kondotta tal-medjazzjoni, b’mod partikolari kull kwistjoni proċedurali pendenti bħal lingwi u post tas-sessjonijiet ta’ medjazzjoni;

(b)    skeda provviżorja għall-kondotta tal-mediazzjoni;

(c)    kwalunkwe obbligu tad-divulgazzjoni legali li jista’ jkun rilevanti għall-kondotta tal-medjazzjoni;

(d)    jekk il-partijiet litiganti jixtiqux jaqblu bil-miktub li ma jibdewx jew ma jkomplux xi proċedimenti ta’ soluzzjoni ta' tilwim relatati mad-differenzi jew tilwim li jkun soġġett tal-medjazzjoni waqt li l-medjazzjoni tkun pendenti;

(e)    jekk ikunx hemm ħtieġa li jsiru xi arranġamenti speċjali għall-approvazzjoni ta’ ftehim dwar riżoluzzjoni; u

(f)    l-arranġamenti finanzjarji, bħall-kalkolu u l-ħlas tat-tariffi u l-ispejjeż tal-medjatur skont l-Artikolu 8 (Spejjeż) ta’ dan l-Anness.


2.    Il-medjatur jista’ jiddeċiedi l-aktar mod xieraq biex jiċċara l-miżura inkwistjoni. B'mod partikolari, il-medjatur jista’ jorganizza laqgħat bejn il-partijiet litiganti, jikkonsulta mal-partijiet litiganti b'mod konġunt jew individwalment, ifittex l-assistenza tal-esperti u l-imsieħba interessati rilevanti u jikkonsulta magħhom, u jipprovdi kwalunkwe appoġġ addizzjonali mitlub mill-partijiet litiganti. Madankollu, qabel ifittex l-għajnuna jew jikkonsulta mal-esperti u l-imsieħba interessati rilevanti, il-medjatur għandu jikkonsulta mal-partijiet litiganti.

3.    Il-medjatur jista' joffri pariri lill-partijiet litiganti u jipproponi soluzzjoni għall-kunsiderazzjoni tagħhom. Huma jistgħu jaċċettaw jew jirrifjutaw is-soluzzjoni proposta jew jistgħu jaqblu dwar soluzzjoni differenti. Madankollu, il-medjatur ma għandux jagħti pariri jew jikkummenta dwar il-konsistenza tal-miżura inkwistjoni ma’ dan il-Ftehim.

4.    Il-proċedura għandha ssir fit-territorju tal-Parti kkonċernata, jew bi ftehim reċiproku fi kwalunkwe post ieħor jew permezz ta’ mezzi oħrajn.

5.    Soġġett għas-subparagrafu 1(b), il-partijiet litiganti għandhom jistinkaw biex jaslu għal soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku fi żmien 60 jum mill-ħatra tal-medjatur. Sakemm jintlaħaq ftehim aħħari, il-partijiet litiganti jistgħu jikkonsidraw soluzzjonijiet interim possibbli.

6.    Jew l-Unjoni, jew Stat Membru tal-Unjoni jew il-Vjetnam, meta jaġixxu bħala parti minn proċedura ta’ medjazzjoni, jistgħu jippubblikaw soluzzjonijiet maqbula b’mod reċiproku, soġġetti għal redazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni nnominata bħala kunfidenzjali jew protetta.


7.    Il-proċedura għandha tintemm:

(a)    bl-adozzjoni ta’ soluzzjoni bi qbil reċiproku mill-partijiet litiganti, fid-data tal-adozzjoni;

(b)    b’dikjarazzjoni bil-miktub tal-medjatur, wara konsultazzjoni mal-partijiet litiganti, li sforzi ulterjuri ta’ medjazzjoni ma jwasslu mkien; jew

(c)    b’avviż bil-miktub ta’ parti litiganti.

TAQSIMA B

IMPLIMENTAZZJONI

ARTIKOLU 5

Implimentazzjoni ta’ Soluzzjoni Miftiehma Reċiprokament

1.    Meta tiġi miftiehma soluzzjoni, kull parti litiganti għandha tistinka biex tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta s-soluzzjoni bi qbil reċiproku fiż-żmien miftiehem.

2.    Il-parti litiganti li qed timplimenta għandha tgħarraf lill-parti litiganti l-oħra bil-miktub b’kull pass jew miżura li tieħu biex timplimenta s-soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku.


3.    Fuq talba tal-partijiet litiganti, il-medjatur għandu joħroġ abbozz ta’ rapport fattwali bil-miktub lill-partijiet litiganti li jkollu ġabra fil-qosor ta’:

(a)    il-miżura inkwistjoni f'dawn il-proċeduri;

(b)    il-proċeduri li ġew segwiti; u

(c)    kull soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku li tkun intlaħqet bħala r-riżultat finali ta’ dawn il-proċeduri inklużi soluzzjonijiet interim possibbli.

4.    Il-medjatur għandu jipprovdi lill-partijiet litiganti bi 15-il jum biex jikkummentaw fuq l-abbozz tar-rapport. Wara li jikkunsidra l-kummenti tal-partijiet litiganti ppreżentati f’dak il-perjodu, il-medjatur għandu jippreżenta r-rapport fattwali finali bil-miktub lill-partijiet litiganti fi żmien 15-il jum ta’ xogħol. Ir-rapport fattwali ma għandu jinkludi ebda interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim.


TAQSIMA C

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 6

Relazzjoni mas-Soluzzjoni ta’ Tilwim

1.    Il-proċedura taħt dan il-mekkaniżmu ta’ medjazzjoni mhijiex maħsuba biex isservi bħala bażi għal proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim skont dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim ieħor. Parti litiganti ma għandhiex tibbaża ruħha fuq, jew tintroduċi bħala evidenza, f’tali proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim, u l-ebda entità aġġudikanti ma għandha tikkunsidra:

(a)    pożizzjonijiet meħuda minn parti litiganti matul il-proċedura ta’ medjazzjoni;

(b)    il-fatt li parti litiganti indikat ir-rieda li taċċetta soluzzjoni għall-miżura suġġetta għal medjazzjoni; jew

(c)    pariri mogħtija jew proposti magħmula mill-medjatur.

2.    Soġġett għal kwalunkwe ftehim skont is-subparagrafu 1(d) tal-Artikolu 4 (Regoli tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni) ta’ dan l-Anness, il-mekkaniżmu ta' medjazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet u l-partijiet litiganti skont il-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim).


3.    Sakemm il-partijiet litiganti ma jiftehmux mod ieħor, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 4 (Regoli tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni) ta’ dan l-Anness, l-istadji kollha tal-proċedura, inkluż kull parir jew soluzzjoni proposta, għandhom ikunu kunfidenzjali. Madankollu, kull parti litiganti tista’ tiżvela lill-pubbliku li qed issir medjazzjoni.

ARTIKOLU 7

Limiti ta’ Żmien

Kull limitu ta’ żmien imsemmi f'dan l-Anness jista' jiġi modifikat bi ftehim reċiproku tal-partijiet litiganti.

ARTIKOLU 8

Spejjeż

1.    Kull parti litiganti għandha ġġarrab l-spejjeż kollha tagħha li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ medjazzjoni.

2.    Il-partijiet litiganti għandhom jaqsmu b'mod konġunt u indaqs l-ispejjeż li jirriżultaw minn kwistjonijiet organizzazzjonali, inkluż ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż tal-medjatur. Ir-rimunerazzjoni tal-medjatur għandha tkun skont dik ipprovduta lill-Membri tat-Tribunal skond il-paragrafu 16 tal-Artikolu 3.38 (Tribunal).

________________

ANNESS 11

KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦALL-MEMBRU TAT-TRIBUNAL,
MEMBRI TAT-TRIBUNAL TAL-APPELL U L-MEDJATURI

ARTIKOLU 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta:

(a)    “Membru” tfisser Membru tat-Tribunal jew Membru tat-Tribunal tal-Appell stabbilit skont it-Taqsima B (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn l-Investituri u Partijiet);

(b)    "medjatur" tfisser persuna li tmexxi l-proċedura ta’ medjazzjoni skont l-Artikolu 3.31 (Medjazzjoni) u l-Anness 10 (Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni għal Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet);

(c)    "kandidat" tfisser individwu li jkun qed jiġi kkunsidrat għall-għażla bħala Membru tat-Tribunal jew Membru tal-Qorti tal-Appell;

(d)    “assistent” tfisser persuna li, skont it-termini tal-ħatra ta’ membru, tipprovdi assistenza lill-membru fir-riċerka tiegħu jew jappoġġjah fi dmirijietu;


(e)    “persunal”, fir-rigward ta’ membru, tfisser persuni taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-membru, minbarra l-assistenti.

ARTIKOLU 2

Responsabbiltajiet għall-Proċess

Kull kandidat u kull Membru għandu jevita kondotta mhux xierqa, u d-dehra ta’ kondotta mhux xierqa għandha tkun indipendenti u imparzjali u għandha tevita kunflitti ta' interess diretti u indiretti.

ARTIKOLU 3

L-Obbligu tad-Divulgazzjoni

1.    Qabel il-konferma bħala Membru, il-kandidati għandhom jiddivulgaw lill-Partijiet kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni, preżenti jew passati, li għandu mnejn jaffettwa / għandha mnejn taffettwa l-indipendenza jew l-imparzjalità tagħhom, jew li jista’ / tista’ toħloq b’mod raġonevoli xi dehra ta’ mġiba mhux xierqa jew preġudizzju fil-proċedura. Għal dan l-għan, kandidat għandu jagħmel l-isforzi raġonevoli kollha sabiex isir konxju ta' kull interess, relazzjoni jew kwistjoni ta' dan it-tip.

2.    Il-Membri għandhom jikkomunikaw affarijiet relatati ma' ksur attwali jew potenzjali ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta bil-miktub lill-partijiet litiganti.


3.    F’kull ħin, il-Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex isiru konxji ta' kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni msemmi / msemmija fil-paragrafu 1. Il-Membri għandhom jiżvelaw tali interessi, relazzjonijiet jew kwistjonijiet lill-partijiet litiganti 3 .

ARTIKOLU 4

Dmirijiet tal-membri

1.    Il-Membri għandhom iwettqu dmirijiethom bir-reqqa u bla dewmien matul il-proċedimenti, u għandhom jagħmlu dan b’ġustizzja u b'diliġenza.

2.    Il-Membri għandhom jikkunsidraw biss dawk il-kwistjonijiet li jkunu tqajmu waqt il-proċedimenti li jitqiesu meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni u dan id-dmir ma għandu jiġi delegat lil ebda persuna oħra.

3.    Il-Membri għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa biex jiżguraw li l-assistenti u l-persunal tagħhom ikunu konxji mill-paragrafi 2, 3, 5, u 7 ta’ dan il-Kodiċi ta' Kondotta u jikkonformaw magħhom.

4.    Il-Membri ma għandhom jiddiskutu ebda aspett tas-suġġett tal-proċedimenti ma’ xi parti litiganti jew mal-partijiet litiganti fin-nuqqas tal-membri l-oħrajn tad-diviżjoni tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell.


ARTIKOLU 5

Indipendenza u imparzjalità tal-Membri

1.    Il-Membri għandhom ikunu indipendenti u imparzjali u jevitaw li joħloqu impressjoni ta’ kondotta mhux xierqa jew preġudizzju u ma għandhomx ikunu influwenzati minn interess personali, pressjoni esterna, konsiderazzjonijiet politiċi, fama pubblika, lealtà lejn xi Parti jew parti litiganti jew biża’ mill-kritika.

2.    Il-Membri ma għandhomx, direttament jew indirettament, jidħlu għal obbligi jew jaċċettaw xi benefiċċju li jista' b'xi mod jindaħal jew jidher li jindaħal fit-twettiq xieraq ta' dmirijiethom.

3.    Il-Membri ma għandhomx jużaw il-pożizzjoni tagħhom bħala membru biex javvanzaw xi interess personali jew privat u għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu joħolqu l-impressjoni li xi oħrajn qegħdin f’pożizzjoni speċjali biex jinfluwenzawhom.

4.    Il-Membri ma jistgħux jippermettu relazzjonijiet jew responsabbiltajiet finanzjarji, tan-negozju, professjonali, familjari jew soċjali jinfluwenzaw il-kondotta jew il-ġudizzju tagħhom.

5.    Il-Membri għandhom jevitaw li jidħlu f'xi relazzjoni jew li jakkwistaw xi interess finanzjarju li għandu mnejn jaffettwa l-imparzjalità tagħhom jew li jista' raġonevolment joħloq impressjoni ta' kondotta mhux xierqa jew ta' preġudizzju 4 .


ARTIKOLU 6

Obbligi ta’ Membri Preċedenti

1.    Il-Membri kollha preċedenti għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu joħolqu d-dehra li kienu ppreġudikati fit-twettiq ta’ dmirijiethom jew li ħadu vantaġġ mid-deċiżjonijiet jew l-għotjiet tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell.

2.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 tal-Artikolu 3.38 (Tribunal) u l-paragrafu 9 tal-Artikolu 3.39 (Tribunal tal-Appell), il-Membri għandhom jintrabtu li wara tmiem il-mandat tagħhom huma ma jinvolvux ruħhom;

(a)    f’tilwim dwar l-investiment li kienu pendenti quddiem it-Tribunal jew it-Tribunal tal-Appell qabel tmiem il-mandat tagħhom;

(b)    f’tilwim dwar l-investiment li huma jkunu ttrattaw bħala membri tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell u kwistjonijiet oħra li jkollhom kwistjonijiet ta’ fatti in komuni ma' tali tilwim jew li joħorġu mill-istess avvenimenti u ċirkostanzi ta’ tali tilwim.

3.    Il-Membri għandhom jintrabtu li għal perjodu ta’ tliet snin wara t-tmiem tal-mandat tagħhom, huma ma għandhomx jaġixxu bħala rappreżentanti ta’ xi waħda mill-partijiet litiganti f’tilwim dwar l-investiment quddiem it-Tribunal jew it-Tribunal tal-Appell.


4.    Jekk il-President tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell jiġi infurmat jew inkella jsir konxju li xi Membru preċedenti tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell, rispettivament, ikun allegatament aġixxa b’mod inkonsistenti mal-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 sa 3, il-President għandu jeżamina l-kwistjoni, jagħti l-opportunità lill-eks-membru biex jispjega ruħu, u, wara verifika, jinforma dwar dan:

(a)    lill-korp professjonali jew xi istituzzjoni oħra li magħha dak il-Membru preċedenti jkun affiljat;

(b)    lill-Partijiet, u

(c)    lill-President ta’ kull tribunal ieħor ta' investiment jew tribunal tal-appell rilevanti fid-dawl tal-bidu ta’ miżuri xierqa.

Il-President tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell għandu jippubblika d-deċiżjoni tiegħu li jieħu kwalunkwe azzjoni msemmija fis-subparagrafi (a) sa (c), flimkien mar-raġunijiet għalihom.

ARTIKOLU 7

Kunfidenzjalità

1.    Il-Membru u l-Membri preċedenti ma għandhom fl-ebda ħin jiżvelaw jew jużaw informazzjoni mhux pubblika li tikkonċerna proċedimenti jew li tkun ġiet akkwistata waqt proċedimenti, ħlief għall-finijiet tal-proċedimenti, u m'għandhom, fl-ebda eventwalità, jiżvelaw jew jużaw tali informazzjoni biex jiksbu vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn jew biex jaffettwaw ħażin l-interessi ta' ħaddieħor.


2.    Il-Membri ma għandhomx jiżvelaw deċiżjoni jew għotja jew partijiet minnha qabel ma tiġi ppubblikata f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza tal-Artikolu 3.36 (Trasparenza tal-Proċedimenti).

3.    Il-Membri u l-Membri preċedenti ma għandhom fl-ebda ħin jiżvelaw id-deliberazzjonijiet tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell, jew il-fehmiet ta’ xi membru, ikunu xi jkunu.

ARTIKOLU 8

Spejjeż

Kull Membru għandu jiddokumenta u jagħti kont finali taż-żmien dedikat għall-proċedura u tal-ispejjeż magħmula.

ARTIKOLU 9

Medjaturi

Ir-regoli stipulati f'dan il-Kodiċi tal-Kondotta kif japplikaw għall-Membri jew il-Membri preċedenti japplikaw, mutatis mutandis, għall-medjaturi.


ARTIKOLU 10

Bord Konsultattiv

1.    Il-President tat-Tribunal u l-President tat-Tribunal tal-Appell għandhom ikunu assistiti minn Bord Konsultattiv biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ dan il-Kodiċi taKondotta tal-Artikolu 3.40 (Etika) u għat-twettiq ta’ kwalunkwe kompitu ieħor, fejn dan ikun previst.

2.    Il-Bord Konsultattiv għandu jkun kompost mill-Viċi Presidenti rispettivi u l-aktar żewġ Membri anzjani tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell.

________________

ANNESS 12

PROĊEDIMENTI KONKORRENTI

1.    Minkejja l-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.34 (Pretensjonijiet Oħra), investitur tal-Parti tal-UE ma għandux jissottometti lit-Tribunal taħt is-Sezzjoni B (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn Investituri u Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim) pretensjoni li l-Vjetnam kiser dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 2.1 (Kamp ta’ applikazzjoni) jekk l-investitur ikun issottometta pretensjoni li tallega ksur ta' dik l-istess dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 2.1 (Kamp ta’ applikazzjoni) fi proċedimenti quddiem qorti jew tribunal amministrattiv tal-Vjetnam jew fi kwalunkwe arbitraġġ internazzjonali 5 .


2.    Minkejja l-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3.34 (Pretensjonijiet Oħrajn), fil-każ li l-Vjetnam ikun il-konvenut, investitur tal-Parti tal-UE ma għandux jissottometti pretensjoni lit-Tribunal taħt is-Sezzjoni B (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet) Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim) li miżura hija inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 jekk xi persuna li direttament jew indirettament tikkontrolla jew hija kkontrollata direttament jew indirettament mill-investitur (minn hawn 'il quddiem imsejħa "persuna relatata") ressqet pretensjoni lit-Tribunal jew kwalunkwe qorti jew tribunal domestiku jew internazzjonali ieħor li jallega ksur tal-istess dispożizzjonijiet, fir-rigward tal-istess investiment u:

(a)    il-pretensjoni ta’ dik il-persuna relatata kienet indirizzata b’għotja, sentenza, deċiżjoni jew soluzzjoni oħra; jew

(b)    il-pretensjoni ta’ dik il-persuna relatata għadha pendenti u dik il-persuna ma rtiratx tali pretensjoni pendenti.

3.    Pretensjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 3.34 (Pretensjonijiet Oħrajn).

________________

ANNESS 13

PROĊEDURI TA’ ĦIDMA GĦAT-TRIBUNAL TAL-APPELL

1.    Il-proċeduri ta’ ħidma tat-Tribunal tal-Appell stabbilit skont il-paragrafu 10 tal-Artikolu 3.29 (Tribunal tal-Appell) għandhom jinkludu u jindirizzaw, inter alia:

(a)    arranġamenti prattiċi dwar id-deliberazzjonijiet tad-diviżjonijiet tat-Tribunal tal-Appell u dwar il-komunikazzjoni bejn il-membri tat-Tribunal tal-Appell;

(b)    arranġamenti għas-servizz ta’ dokumenti u ta’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, inklużi regoli dwar il-korrezzjoni ta’ żbalji klerikali f’tali dokumenti;

(c)    aspetti proċedurali relatati mas-sospensjoni temporanja tal-proċedimenti fil-każ ta’ mewt, riżenja, inkapaċità jew tneħħija ta' membru tat-Tribunal tal-Appell minn diviżjoni jew mit-Tribunal tal-Appell;

(d)    arranġamenti għar-rettifika ta’ żbalji klerikali f'deċiżjonijiet tad-diviżjonijiet tat-Tribunal tal-Appell;

(e)    arranġamenti għall-għaqda ta’ żewġ appelli jew aktar li għandhom x'jaqsmu mal-istess għotja provviżorja; u


(f)    arranġamenti għal-lingwa tal-proċedura tal-appell li għandha, fil-prinċipju, issir bl-istess lingwa bħall-proċedimenti quddiem it-Tribunal li għamel l-għotja provviżorja soġġett għal appell.

2.    Il-proċeduri ta’ ħidma jistgħu ukoll jinkludu prinċipji ta’ gwida fir-rigward tal-aspetti li ġejjin li jistgħu sussegwentement jiġu indirizzati permezz ta’ ordnijiet proċedurali tad-diviżjonijiet tat-Tribunal tal-Appell:

(a)    skedi indikattivi u s-sekwenzar tas-sottomissjonijiet u s-seduti tad-diviżjonijiet tat-Tribunal tal-Appell;

(b)    aspetti loġistiċi relatati mat-tmexxija tal-proċedimenti, bħall-postijiet ta’ deliberazzjonijiet u seduti ta' smigħ tad-diviżjonijiet tat-Tribunal tal-Appell u l-modalitajiet ta’ rappreżentanza tal-partijiet inkwistjoni; u

(c)    konsultazzjonijiet proċedurali preliminari u konferenzi possibbli ta’ qabel is-smigħ bejn diviżjoni u l-partijiet litiganti.

________________

(1)    Għal aktar ċertezza, ksur tal-Artikolu 2.3 (Trattament Nazzjonali) jew l-Artikolu 2.4 (Trattament tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit) ma jseħħx sempliċement minħabba trattament differenti pprovdut minn Parti għal ċerti kategoriji ta’ investituri jew investimenti għal raġunijiet ta’ impatt makroekonomiku differenti , pereżempju biex jiġu evitati riskji sistemiċi jew effetti sekondarji, jew għal raġunijiet ta’ eliġibbiltà għar-ristrutturar tad-dejn.
(2)    Għal ċertezza akbar, fejn it-talba tkun tikkonċerna trattament mill-Unjoni, il-parti fil-medjazzjoni għandha tkun l-Unjoni u kull Stat Membru tal-Unjoni kkonċernat għandu jkun assoċjat bis-sħiħ fil-proċess ta’ medjazzjoni. Meta t-talba tikkonċerna esklussivament trattament minn Stat Membru tal-Unjoni, il-parti fil-medjazzjoni għandha tkun l-Istat Membru tal-Unjoni kkonċernat, sakemm dan ma jitlobx li l-Unjoni tkun parti.
(3)    Għal ċertezza akbar, dan l-obbligu ma jestendix għal informazzjoni li diġà hija fid-dominju pubbliku jew li kienet magħrufa, jew kellha tkun raġonevolment magħrufa, mill-partijiet litiganti kollha.
(4)    Għal ċertezza akbar, il-fatt li Membru jirċievi dħul mill-gvern jew li jkollu relazzjoni familjari ma’ persuna li tirċievi dħul mill-gvern ma għandux fih innifsu jitqies bħala inkonsistenti mal-paragrafi 2 u 5.
(5)    Il-fatt li investitur issottometta talba li l-Vjetnam kiser dispożizzjoni tal-Kapitolu 2 fi proċedimenti quddiem qorti jew tribunal amministrattiv tal-Vjetnam jew kwalunkwe arbitraġġ internazzjonali fir-rigward ta’ wieħed mill-investimenti tiegħu ma jwaqqafx lill-istess investitur milli jissottometti pretensjoni bbażata fuq ksur tal-istess dispożizzjonijiet lit-Tribunal skont is-Sezzjoni B (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet) tal-Kapitolu 3 (Soluzzjoni tat-Tilwim) fir-rigward tal-investimenti l-oħra tiegħu fejn tali investiment ieħor jiġi allegatament affettwat mill-istess miżura.
Top