EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0437

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

COM/2018/437 final - 2018/0226 (NLE)

Brussell,7.6.2018

COM(2018) 437 final

2018/0226(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

{SEC(2018) 291 final}
{SWD(2018) 307 final}
{SWD(2018) 308 final}
{SWD(2018) 309 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Kuntest tal-proposta

1.1.Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Din il-proposta tifforma parti mill-pakkett leġiżlattiv għall-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni “Orizzont Ewropa”. Hija mfassla biex timplimenta l-qafas finanzjarju fit-tul li jmiss tal-UE għall-2021-2027, il-prijoritajiet stipulati fl-Aġenda dwar l-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u l-Bidla Demokratika tal-Kummissjoni, u l-prijoritajiet ta’ politika kumplessivi tal-Kummissjoni (Orizzont Ewropa).

Il-proposta għal programm ta’ riċerka u taħriġ ta’ Euratom tittratta l-kwistjoni ewlenija tal-applikazzjonijiet diversi tal-enerġija nukleari fl-Ewropa. L-użu ta’ applikazzjonijiet ta’ potenza elettrika u mhux ta’ potenza elettrika tal-enerġija nukleari għall-benefiċċju taċ-ċittadini fl-Ewropa jitlob għal sforzi fit-tul sabiex jitnaqqsu r-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà u jappoġġa l-iżvilupp ta’ teknoloġiji nukleari sikuri u protezzjoni ottimali mir-radjazzjoni. Ir-riċerka pubblika u privata fil-livell nazzjonali għandha rwol sinifikanti x’taqdi f’dan l-isforz. Il-kompitu ta’ Euratom huwa li tikkumplimenta l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri permezz ta’ riċerka u taħriġ ibbażati fil-Komunità.

F’din il-proposta għal Programm ta’ Riċerka u Taħriġ ta’ Euratom għall-perjodu 2021-2025 (minn hawnhekk ’il quddiem “il-Programm”), il-Kummissjoni qiegħda titlob lill-Kunsill jaqbel ma’ programm ta’ ħames snin 1 li se jkompli bl-attivitajiet ta’ riċerka ewlenin tal-programm li għaddej bħalissa 2 , jespandi r-riċerka għall-applikazzjonijiet mhux ta’ potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, u jagħmel titjib fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka. Il-programm propost se jikkumplimenta Orizzont Ewropa billi juża l-istess strumenti u regoli għall-parteċipazzjoni. Il-proposta tiddetermina l-baġit u sett komuni ta’ għanijiet tar-riċerka għall-azzjonijiet kemm diretti 3 kif ukoll indiretti 4 li se jiġu implimentati b’konformità mal-programmi ta’ ħidma maqbula mal-Istati Membri.

Il-Programm se jappoġġa r-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni fil-kuntest kemm tal-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari kif ukoll tal-applikazzjonijiet mhux ta’ potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti. Ir-riċerka f’dan tal-aħħar se tkun imfassla biex tnaqqas ir-riskji mill-esponimenti għal dożi baxxi mill-użu ta’ dawn it-teknoloġiji. Ir-riċerka fil-protezzjoni mir-radjazzjoni diġà bbenefikat lis-settur mediku. Hemm ukoll potenzjal sinifikanti għal benefiċċju pubbliku fis-setturi inkluż l-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà. Dispożizzjoni li tippermetti attivitajiet u sinerġiji trażversali ma’ “Orizzont Ewropa” se tibbenefika wkoll iktar riċerka fl-applikazzjonijiet mhux ta’ potenza elettrika tar-radjazzjoni. Wieħed mill-għanijiet tal-Programm huwa li t-teknoloġiji nukleari jsiru iktar sikuri permezz tal-iżvilupp ta’ fehim aħjar tal-qdim tar-reatturi nukleari u t-titjib tal-istrateġiji ta’ ġestjoni ta’ aċċident. Il-Programm se jappoġġa wkoll ir-riċerka fil-valutazzjoni u d-dimostrazzjoni tal-aspetti tas-sikurezza tat-teknoloġiji futuri tal-fissjoni sa fejn meħtieġ għaż-żamma tal-kompetenza esperta dwar is-sikurezza fil-Komunità. Iż-żieda li qed tikber b’pass mgħaġġel tat-teknoloġiji tal-fissjoni nukleari madwar id-dinja tagħmel dan il-qasam ta’ riċerka ta’ Euratom terġa aktar importanti. Il-Programm se jinkludi kompiti oħrajn daqstant importanti: l-avvanz tal-modi possibbli ta’ ġestjoni u rimi tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv, u l-appoġġ għat-tħejjija għal emerġenzi li jinvolvu r-radjazzjoni.

Minħabba ż-żieda sostanzjali fl-iskjerament tat-teknoloġiji tal-fissjoni nukleari madwar id-dinja, Euratom trid tiżvolġi r-riċerka tagħha fl-iżvilupp ta’ tekniki li jappoġġaw is-salvagwardji, is-sigurtà u l-isforzi tan-nonproliferazzjoni nukleari.

Il-Programm jiffoka wkoll fuq l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni, waħda mill-opzjonijiet futuri possibbli għall-produzzjoni ta’ karga bażi tal-elettriku b’livell baxx ta’ karbonju. Ir-riċerka fil-fattibbiltà ta’ dan it-teknoloġija hija meħtieġa għall-benesseri tal-ġenerazzjonijiet futuri. Filwaqt li l-iskjerament tal-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni li jistgħu jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-enerġija fl-UE għadu prospett imbiegħed, il-Programm jimmira li jimplimenta l-pjan direzzjonali Ewropew tal-fużjoni, bil-ħsieb li jissodisfa l-għan tal-produzzjoni tal-elettriku mill-fużjoni. Dan jinkludi d-dimostrazzjoni tal-fattibbiltà tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija permezz tal-isfruttament ta’ faċilitajiet tal-fużjoni eżistenti u futuri, inkluż ITER 5 , u t-tħejjija għall-impjanti futuri tal-enerġija mill-fużjoni permezz tal-iżvilupp ta’ disinji, materjali u teknoloġiji.

Fl-isforzi tiegħu li jiżviluppa l-enerġija mill-fużjoni, il-Programm se jżid l-involviment u r-rwol tal-industrija, b’fokus speċifiku fuq l-iffaċilitar tat-trasferiment tal-għarfien espert mil-laboratorji tal-fużjoni lejn l-industrija li jenħtieġ li jieħdu r-responsabbiltà għad-disinn ta’ DEMO 6 fil-ħin adattat.

Minbarra dawn l-attivitajiet ta’ riċerka, il-proposta tipprevedi aktar riċerka speċifika dwar id-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari. Il-programm se jindirizza kwistjonijiet, bħat-titjib tal-ħiliet neċessarji, il-kondiviżjoni tal-aqwa prattiċi, l-iżvilupp tat-tekniki u l-kofinanzjament tar-riċerka fi kwistjonijiet komuni fid-dekummissjonar nukleari.

Fir-rigward tal-għarfien espert u l-eċċellenza nukleari fil-Komunità, ir-regolament Euratom propost u l-proposta għal Orizzont Ewropa, issa se jagħmluha possibbli għar-riċerkaturi nukleari li jipparteċipaw fi skemi edukattivi u ta’ taħriġ bħall-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie. Dan se jgħin fiż-żamma tal-ħiliet neċessarji fil-Komunità.

Fir-rigward tal-infrastruttura tar-riċerka, il-proposta toffri appoġġ finanzjarju sabiex tipprovdi, tagħmel disponibbli u tagħti l-aċċess xieraq lill-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej u internazzjonali, inkluż dawk tal-JRC.

Din il-proposta tiddikjara li trid tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021. Tkopri Unjoni ta’ 27 Stat Membru, minħabba n-notifika tar-Renju Unit dwar l-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif applikat permezz tal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

1.2.Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-Programm ikompli għaddej bl-għanijiet ewlenin tal-attivitajiet ta’ riċerka tal-programmi Euratom 2014-20 7 , filwaqt li jimplimenta l-bidliet spjegati hawn fuq.

Il-Programm huwa konsistenti wkoll mal-proposti għal “Orizzont Ewropa”, għaliex huma l-uniċi programmi tal-UE u ta’ Euratom li jappoġġaw r-R&I u jikkumplimentaw il-finanzjament nazzjonali. Ħafna mid-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-governanza huma l-istess għaż-żewġ programmi. L-oqsma tar-riċerka appoġġati mill-Programm Euratom mhumiex inklużi f’“Orizzont Ewropa”, kemm għal raġunijiet legali (trattati separati) kif ukoll maniġerjali (evitar tad-duplikazzjoni). Madankollu, se jkun hemm aktar fokus biex jiġu żviluppati sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa.

1.3.Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti u kompatibbli b’mod sħiħ ma’ politiki eżistenti tal-Unjoni. Din l-inizjattiva ġiet żviluppata b’kont meħud tal-prijoritajiet attwali 8 tal-Kummissjoni, l-inizjattiva ta’ Baġit għar-Riżultati (li tfisser li l-programmi ta’ nfiq tal-UE jridu jkunu aktar ekonomikament vantaġġużi mill-passat), l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE 9 u l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-qafas finanzjarju fit-tul li jmiss tal-UE.

Il-Programm huwa konsistenti wkoll ma’ politiki tal-UE dwar l-aspetti nukleari u tas-sikurezza. Għalhekk jappoġġa l-implimentazzjoni ta’:

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari 10 , kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom 11 ;

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv 12 ;

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti 13 ;

Il-Kapitolu 7 tat-Trattat Euratom relatat mas-sistema ta’ salvagwardji nukleari tal-UE. Il-Programm jikkontribwixxi wkoll għall-aġendi u l-istrateġiji tas-sigurtà tal-Komunità 14 .

L-azzjonijiet tal-Programm jenħtieġ li jintużaw biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, f’mod proporzjonat, mingħajr duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat u jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. Dan se jiżgura konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-programm u regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE, filwaqt li jevita distorsjonijiet mhux dovuti tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

2.1.Bażi ġuridika

It-Trattat Euratom jiddikjara li l-Kummissjoni hija responsabbli mill-promozzjoni u l-iffaċilitar tar-riċerka nukleari fl-Istati Membri u biex tikkumplimentaha billi twettaq programm ta’ riċerka u taħriġ tal-Komunità (l-Artikolu 4 tat-Trattat). Dan il-programm għandu jiġi adottat mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni (l-Artikolu 7 tat-Trattat).

2.2.Sussidjarjetà

Il-problema indirizzata mill-programm Euratom tapplika għall-UE kollha għaliex il-kwistjonijiet tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari ma jafux fruntieri, u għaliex l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni jitlob għal sforzi tar-riċerka fuq skala kbira ħafna. Għalkemm nofs l-Istati Membri biss joperaw impjanti tal-enerġija nukleari bħala parti mit-taħlita tal-enerġija nazzjonali, ħafna aktar joperaw reatturi għal skopijiet ta’ riċerka jew għall-produzzjoni ta’ isotopi radjuattivi. Minħabba l-fatt li aċċident nukleari jista’ jaffettwa diversi Stati Membri, irrispettivament mill-fruntieri, il-pajjiżi tal-UE kollha għandhom interess fis-sikurezza nukleari anke jekk huma stess ma joperawx reatturi.

L-Istati Membri kollha jużaw ir-radjazzjoni għal skopijiet mediċi u fl-applikazzjonijiet industrijali (agrikoltura, irradjazzjoni tal-ikel, metroloġija, eċċ.). Filwaqt li l-importanza relattiva tal-kwistjoni tista’ tvarja madwar l-UE, kollha kemm huma għalhekk għandhom interess fis-sikurezza u r-radjazzjoni nukleari, u kollha kemm huma jipproduċu kwantitajiet li jvarjaw ta’ skart radjuattiv li jirrikjedi l-ipproċessar u eventwalment ir-rimi. L-istandards armonizzati imposti mid-diversi Direttivi u l-implikazzjonijiet relatati tar-riċerka jissottolinjaw b’mod ċar il-ħtieġa li l-kwistjonijiet tekniċi u ta’ taħriġ jiġu indirizzati b’mod uniformi madwar l-UE.

Għalkemm is-sigurtà nukleari hija responsabbiltà nazzjonali, l-azzjonijiet diretti tal-Programm jgħinu jwieġbu għal xi wħud mill-isfidi tas-sigurtà li taffaċċa l-UE u għad-dimensjonijiet globali tagħhom fil-qasam tad-detezzjoni nukleari, il-forensika nukleari u t-taħriġ relatat.

2.3.Proporzjonalità

Il-miżuri se jittieħdu fil-livell tal-UE biex isaħħu l-qafas ġenerali tar-riċerka u l-innovazzjoni u jikkoordinaw l-isforzi tar-riċerka tal-Istati Membri sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, tinżamm il-massa kritika f’oqsma ewlenin, u jiġi żgurat l-aħjar użu tal-finanzjament pubbliku. Tali miżuri jistgħu jingranaw investimenti pubbliċi u privati addizzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni. Huma meħtieġa wkoll sabiex jappoġġaw it-tfassil tal-politika tal-UE kif ukoll il-kisba tal-għanijiet stabbiliti fil-politiki tal-UE. Il-miżuri proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet tal-Komunità.

2.4.Għażla tal-istrument

L-att legali huwa fil-forma ta’ Regolament, għaliex joħloq drittijiet u obbligi għall-benefiċjarji li huma vinkolanti fl-intier tagħhom u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-UE u l-pajjiżi assoċjati mal-programm.

3.Riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post, tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u tal-valutazzjonijiet tal-impatt

3.1.Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjoni interim tal-programm Euratom 2014-2018 15 ikkonkludiet li huwa rilevanti ħafna fir-rigward tal-attivitajiet kollha mwettqa, inkluż s-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-enerġija mill-fużjoni. Fir-rigward tal-effiċjenza u l-effettività tal-programm, l-evalwazzjoni identifikat għadd ta’ oqsma li jirrikjedu azzjoni mill-Kummissjoni u/jew mill-benefiċjarji. Ikkonkludiet li jenħtieġ li jittieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:

tkompli tiġi appoġġata r-riċerka nukleari, li tiffoka fuq is-sikurezza, is-salvagwardji, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-iskart, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-fużjoni nukleari;

ikomplu jittejbu, flimkien mal-benefiċjarji, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Programmi Konġunti Ewropej fil-qasam nukleari;

ikomplu u jissaħħu l-miżuri ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ Euratom, sabiex jiġu żviluppati l-għarfien u l-ħiliet rilevanti li fuqhom huma msejsa l-aspetti kollha tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari;

jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn il-programm Euratom u oqsma tematiċi oħra tal-Programm Qafas tal-Unjoni, li jindirizzaw aspetti trażversali bħall-applikazzjonijiet mediċi tar-radjazzjoni, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà u l-istat ta’ tħejjija għall-emerġenzi, u l-kontribuzzjoni għax-xjenza nukleari;

jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-programm Euratom.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt fiha spjegazzjoni iktar dettaljata dwar kif din il-prposta tindirizza dawn il-kwistjonijiet.

3.2.Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu l-konsultazzjonijiet li ġejjin: konsultazzjoni ġenerali dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) u l-kapitolu dwar il-“Kompetittività” li jinkludi r-riċerka (Jannar - Marzu 2018), konsultazzjoni mmirata dwar xi wħud mill-attivitajiet tal-Programm ibbażata fuq kwestjonarju fuq l-internet (Jannar - Frar 2018), u workshop mal-partijiet ikkonċernati tar-riċerka li sar fil-21 ta’ Frar 2018 fi Brussell. Il-konsultazzjonijiet koprew l-oqsma ewlenin rilevanti għall-valutazzjoni tal-impatt, inkluż ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, l-implimentazzjoni u l-valur miżjud tal-UE. Diversi partijiet ikkonċernati tar-riċerka ssottomettew ukoll dokumenti ta’ pożizzjoni dwar aspetti differenti tar-riċerka ta’ Euratom lill-Kummissjoni. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tagħti sommarju tal-input li rċeviet u kif dan tqis fil-proposta.

3.3.Ġbir u użu tal-għarfien espert

Matul it-tħejjija tal-proposta tagħha, il-Kummissjoni ġabret l-input u bbażat fuq l-għarfien espert minn għadd ta’ sorsi. Fl-2017, il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (STC) ta’ Euratom ippreżenta opinjoni dwar il-programm Euratom tal-futur, u żewġ gruppi esperti indipendenti pproduċew rapporti dwar l-evalwazzjoni interim tal-azzjonijiet diretti u indiretti mwettqa skont il-programm Euratom 2014-2018 16 . Fl-2016, panel separat ta’ esperti wettaq reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm konġunt Ewropew dwar ir-riċerka tal-fużjoni, kif implimentat mill-konsorzju EUROfusion. Il-Valutazzjoni tal-Impatt fiha dettalji dwar l-għarfien espert li rċeviet u kif dan tqis fil-proposta.

3.4.Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta hija appoġġata minn valutazzjoni tal-impatt li dwarha l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ppubblika opinjoni pożittiva.

Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tiffoka fuq l-eżitu tal-evalwazzjoni interim tal-Programm Euratom u tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. Tidentifika l-bidliet meħtieġa fil-kamp ta’ applikazzjoni, l-għanijiet u l-metodu ta’ implimentazzjoni tal-Programm u tqis l-għanijiet trażversali ġodda tal-QFP il-ġdid (flessibbiltà; fokus fuq il-prestazzjoni, il-koerenza u s-sinerġiji; u simplifikazzjoni). Tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tat-twettiq ta’ evalwazzjoni ex ante għall-proposta ta’ Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ ta’ Euratom għal 2021-2025.

3.5.Simplifikazzjoni

Il-Programm se jiġi implimentat billi jintużaw l-istrumenti u r-regoli ta’ parteċipazzjoni applikabbli għall-Programm Qafas Orizzont Ewropa. Il-miżuri ta’ simplifikazzjoni proposti f’Orizzont Ewropa se jkunu applikabbli għall-applikanti u l-benefiċjarji tal-programm Euratom. Filwaqt li jiżguraw il-ħtieġa għall-kontinwità, fejn xieraq, ir-regoli proposti huma mistennija li jkomplu jnaqqsu l-piż amministrattiv, billi jissoktaw bil-proċess ta’ simplifikazzjoni użat mill-programmi attwali. Il-programm se jkompli jiġi simplifikat fil-fatt li se jipproponi lista unika ta’ għanijiet għall-azzjonijiet diretti u indiretti. L-impatti probabbli fuq is-simplifikazzjoni u fuq il-piż amministrattiv huma esplorati f’iktar dettall fil-valutazzjoni tal-impatt.

3.6.Drittijiet fundamentali

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.Implikazzjonijiet baġitarji

Il-baġit għal din il-proposta juża l-prezzijiet attwali. Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża mal-proposta tistabbilixxi l-implikazzjonijiet f’termini tal-baġit u tar-riżorsi umani u amministrattivi.

5.Aspetti oħrajn

5.1.Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jimplimentaw il-Programm. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, jekk dan jidher xieraq, li tiddelega l-implimentazzjoni ta’ ċerti partijiet tal-Programm, kif previst fl-Artikolu 10 tat-Trattat Euratom, lill-Istati Membri, persuni jew impriżi, jew lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

L-evalwazzjonijiet se jitwettqu b’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 17 , fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u tal-politika eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-opzjonijiet għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-programm fir-realtà abbażi tal-indikaturi/miri tal-programm u analiżi dettaljata tal-grad sa fejn il-Programm jista’ jiġi meqjus rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħrajn tal-UE. Se jinkludu l-lezzjonijiet mitgħallma għall-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe nuqqas/problema jew kwalunkwe potenzjal biex ikomplu jitjiebu l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u biex jgħinu jimmassimizzaw l-isfruttament/impatt tagħhom.

Is-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, kondiviża ma’ Orizzont Ewropa, tipprevedi mogħdiji tal-impatt ewlenin, li se jgħinu r-rapportar dwar il-progress lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Programm. Dawn jidħlu f’erba’ kategoriji tal-impatt kumplimentari (impatti xjentifiċi, soċjali, innovattivi u ta’ politika), li jirriflettu n-natura tal-investimenti tar-R&I. Għal kull waħda mill-kategoriji tal-impatt, se jintużaw l-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress fit-terminu ta’ żmien qasir, medju u aktar fit-tul. L-azzjonijiet diretti u indiretti se jkunu soġġetti għal evalwazzjoni interim komuni.

5.2.Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta se tbiddel il-programm Euratom eżistenti kif ġej:

Struttura tal-għanijiet speċifiċi (l-Artikolu 3 u l-Anness I): l-att bażiku jintroduċi sett uniku ta’ għanijiet speċifiċi kemm għall-azzjonijiet diretti kif ukoll dawk indiretti. Dan se jippermetti lill-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji l-programmi ta’ ħidma, li tipproponi l-kombinazzjoni ta’ strumenti u assi bħall-infrastruttura tar-riċerka tagħha stess u l-bażi tal-għarfien tal-JRC. Dan l-approċċ huwa mfassal li jissodisfa wieħed mill-għanijiet trażversali tal-MFF: simplifikazzjoni u kisba tas-sinerġiji.

Reviżjoni tal-għanijiet speċifiċi (l-Artikolu 3 u l-Anness I):

·Tnaqqis fl-għadd ta’ għanijiet speċifiċi minn 13 fil-programm 2014-18 għal erbgħa, kemm għall-azzjonijiet diretti kif ukoll indiretti.

·Introduzzjoni ta’ għan speċifiku dwar l-appoġġ għall-politika tal-UE dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari.

·Definizzjoni tal-appoġġ għar-riċerka għad-dekummissjonar: il-miżuri eliġibbli jinkludu riċerka li tappoġġa l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ teknoloġiji għad-dekummissjonar u għar-rimedju ambjentali tal-installazzjonijiet nukleari, u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-għarfien. Il-fokus fuq id-dekummissjonar jirrifletti d-domanda li qed tiżdied għal tali servizzi, il-prinċipju tar-rimedju ambjentali, u l-ħafna reatturi nukleari li se jingħalqu b’mod permanenti.

·Reviżjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-riċerka għall-protezzjoni mir-radjazzjoni, li hija maħsuba li tikkontribwixxi għall-użu sikur tal-applikazzjonijiet tax-xjenza u t-teknoloġija nukleari tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż il-provvista u l-użu siguri u sikuri tal-użu tal-isotopi radjuattivi. L-applikazzjonijiet mediċi, industrijali, spazjali u tar-riċerka huma wħud mill-opzjonijiet.

·L-għan speċifiku uniku tar-riċerka tal-fużjoni jirrifletti ċaqliqa lejn id-disinn tal-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur. L-għan ġdid għar-riċerka tal-fużjoni jikkombina tliet għanijiet speċifiċi mill-programm attwali.

·Għan speċifiku uniku għall-miżuri kollha meħtieġa sabiex jinżammu u jkomplu jiġu żviluppati aktar l-għarfien espert u l-eċċellenza fl-UE. Dan jinkludi miżuri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, appoġġ għall-mobbiltà, aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka, trasferiment tat-teknoloġija u ġestjoni u disseminazzjoni tal-għarfien (il-programm attwali għandu għanijiet separati għal dawn il-miżuri).

Ftuħ tal-Azzjonijiet ‘Marie Skłodowska-Curie Actions (MSCA)’ għar-riċerkaturi nukleari: id-dispożizzjonijiet ġodda proposti għal Orizzont Ewropa u l-Programm Euratom se jagħmlu lill-istudenti u lir-riċerkaturi fil-qasam nukleari eliġibbli għall-MSCA. Billi juża strument stabbilit sewwa sabiex jappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Ewropa, il-Programm il-ġdid huwa mfassal biex jissodisfa wieħed mill-għanijiet trażversali tal-QFP: il-kisba tas-sinerġiji bejn l-istrumenti ta’ finanzjament.

Dispożizzjonijiet legali li jiffaċilitaw is-sinerġiji bejn il-Programm Euratom u Orizzont Ewropa (l-Anness 1 għall-att bażiku għal Orizzont Ewropa): iż-żewġ atti bażiċi se jipprovdu għal sinerġiji, li d-dettalji tagħhom se jiġu deċiżi fil-programmi ta’ ħidma, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri.

Għall-Programm Euratom il-ġdid, bħal dawk preċedenti, il-kriterji tal-għotja se jkunu l-eċċellenza, l-impatt u l-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni.

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni ta’ Orizzont Ewropa se jkunu applikabbli għall-Programm Euratom.

Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni se tiġi assisstita minn Kumitat (ara l-Artikolu 16) fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Dan jiltaqa’ f’żewġ konfigurazzjonijiet (fissjoni u fużjoni), skont is-suġġett li jkun se jiġi diskuss.

2018/0226 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 18 ,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 19 ,

Billi:

(1)Wieħed mill-għanijiet tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Komunità”) huwa li tikkontribwixxi għaż-żieda fl-istandard tal-għajxien fl-Istati Membri inkluż billi tippromwovi u tiffaċilita r-riċerka nukleari fl-Istati Membri u tikkumplimentaha billi twettaq programm ta’ riċerka u taħriġ tal-Komunità.

(2)Ir-riċerka nukleari tista’ tikkontribwixxi għall-benesseri soċjali, il-prosperità ekonomika u s-sostenibbiltà ambjentali billi ttejjeb is-sikurezza u s-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari. Ir-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni wasslet għal titjib fit-teknoloġiji mediċi li minnhom jibbenefikaw bosta ċittadini u dik ir-riċerka issa tista’ twassal għal titjib f’setturi oħra bħall-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà. Daqstant importanti huwa l-kontribut potenzjali tar-riċerka nukleari għad-dekarbonizzazzjoni fuq perjodu fit-tul tas-sistema tal-enerġija b’mod sikur, effiċjenti u sigur.

(3)Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tar-riċerka nukleari fil-livell tal-Komunità, hemm bżonn li jiġi stabbilit il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2025 (il-“Programm”). Il-Programm jenħtieġ li jkompli jwettaq l-attivitajiet ta’ riċerka ewlenin tal-programmi preċedenti, filwaqt li jintroduċi għanijiet speċifiċi ġodda, u juża l-istess mod ta’ implimentazzjoni.

(4)Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ ta’ Euratom 2014-18 (COM(2017) 697 final) jipprovdi sett ta’ prinċipji gwida għall-Programm. Dawn jinkludu: li tkompli tiġi appoġġata r-riċerka nukleari ffokata fuq is-sikurezza, is-salvagwardji, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-iskart, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-fużjoni nukleari; li jkomplu jittejbu, flimkien mal-benefiċjarji, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Programmi Konġunti Ewropej fil-qasam nukleari; li jkomplu u jissaħħu l-azzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ Euratom sabiex jiġu żviluppati l-kompetenzi rilevanti li fuqhom huma msejsa l-aspetti kollha tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari; li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn il-programm Euratom u oqsma tematiċi oħrajn tal-Programm Qafas tal-Unjoni; u li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-programm Euratom.

(5)Il-kunċett u d-disinn tal-Programm huwa determinat skont il-ħtieġa li tiġi stabbilita massa kritika tal-attivitajiet appoġġati. Dan jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta’ għadd limitat ta’ għanijiet speċifiċi ffokati fuq l-użu sikur tal-fissjoni nukleari għall-applikazzjonijiet tal-potenza elettrika u mhux tal-potenza elettrika, iż-żamma u l-iżvilupp tal-għarfien espert neċessarju, it-trawwim tal-enerġija mill-fużjoni u appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari

(6)Ir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni qed tiġi implimentata b’konformità mal-Pjan Direzzjonali Ewropew għall-Fużjoni, li jispjega r-riċerka u l-iżviluppi meħtieġa għall-forniment tal-bażi għal impjant tal-enerġija mill-fużjoni li jiġġenera l-elettriku. Matul il-perjodu ta’ żmien qasir għal medju, il-pass ewlieni huwa l-kostruzzjoni u l-isfruttament ta’ ITER u programm vigoruż tar-riċerka dwar il-fużjoni għandu jikkumplimenta l-attivitajiet Ewropej dwar ITER sabiex jappoġġa l-operazzjonijiet ITER tal-futur u t-tħejjija għal DEMO.

(7)Billi jappoġġa r-riċerka nukleari, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta’ Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“Orizzont Ewropa”) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20  u jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2030 u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(8)    Il-Programm jenħtieġ li jfittex sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa u programmi oħrajn tal-Unjoni, mid-disinn u l-ippjanar strateġiku tagħhom, għall-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġett, għall-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza. Bil-ħsieb li jiġu evitati t-trikkib u d-duplikazzjoni u jiżdied l-ingranaġġ tal-finanzjament tal-UE, jistgħu jseħħu trasferimenti minn programmi oħrajn tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ Orizzont Ewropa. F’tali każijiet dawn isegwu r-regoli ta’ Orizzont Ewropa.    

(9)L-azzjonijiet tal-Programm jenħtieġ li madankollu jintużaw biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, f’mod proporzjonat, mingħajr duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat u jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. Dan se jiżgura konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-programm u regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE, filwaqt li jevita distorsjonijiet mhux dovuti tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

(10)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ ta’ Euratomli għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarju, fi ħdan it-tifsira ta’ [referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(11)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 (ir-‘Regolament Finanzjarju’) jenħtieġ li japplika għall-Programm, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(12)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u jrendu riżultati, filwaqt li jqisu b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Għall-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta’ unità.

(13)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE u tal-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għaliex ir-rispett lejn l-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament effettiv tal-Komunità.

(14)L-għanijiet ta’ politika ta’ dan il-Programm jistgħu jiġu indirizzati wkoll permezz ta’ strumenti finanzjarji skont l-opportunità ta’ politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Fond InvestEU. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża biex jindirizza n-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, f’mod proporzjonat u l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jidduplikawx jew jeskludu l-finanzjament privat jew ifixxklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(15)Sabiex tiġi żgurata l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli u jinkiseb qafas koerenti, komprensiv u trasparenti għall-benefiċjarji, il-parteċipazzjoni fil-Programm, u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-regoli rilevanti ta’ Orizzont Ewropa b’ċerti adattamenti jew eċċezzjonijiet. Id-definizzjonijiet u t-tipi ewlenin tal-azzjoni stipulati f’Orizzont Ewropa jenħtieġ li japplikaw għall-Programm.

(16)Il-fond ta’ garanzija tal-parteċipanti stabbilit skont Orizzont 2020 u ġestit mill-Kummissjoni ta prova li huwa mekkaniżmu ta’ salvagwardja importanti li jimmitiga r-riskji assoċjati mal-ammonti dovuti u li ma jiġux rimborżati mill-parteċipanti inadempjenti. Għalhekk, jenħtieġ li jitkompla u l-Mekkaniżmu ta’ Assigurazzjoni Reċiproka (“il-Mekkaniżmu”) stabbilit skont Orizzont Ewropa jenħtieġ li jkopri l-azzjonijiet ukoll skont dan ir-Regolament.

(17)Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) jenħtieġ li jkompli jipprovdi lill-politiki tal-Unjoni b’evidenza xjentifika u appoġġ tekniku indipendenti xprunati mill-klijenti matul iċ-ċiklu ta’ politika kollu. L-azzjonijiet diretti tal-JRC jenħtieġ li jiġu implimentati f’mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet rilevanti tal-utenti tal-JRC u l-ħtiġijiet tal-politiki tal-Unjoni, u jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-JRC jenħtieġ li jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali. 

(18)B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 23 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 24 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193 25 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod skorrett u, fejn ikun xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jipprosekwixxi każijiet ta’ frodi u attivitajiet kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 . B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(19)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont il-Programm, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 .

(20)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa ta’ evalwazzjoni ta’ dan il-Programm abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi miżurabbli, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fir-realtà.

(21)Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-“JRC”), stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom 28 , ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-azzjonijiet diretti tal-JRC.

(22)Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku ta’ Euratom.

(23)Għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt, ir-Regolament (Euratom) Nru […] jenħtieġ li jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett 

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2025 (il-“Programm”) u r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’azzjonijiet indiretti skont dan il-Programm.

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2025, il-forom ta’ finanzjament tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Komunità”) u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Orizzont Ewropa”) 29 japplikaw. Ir-referenzi fid-definizzjonijiet għall-Unjoni u l-programm għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Komunità u dan il-Programm. Permezz ta’ deroga, “programm ta’ ħidma” tfisser id-dokument adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm b’konformità mal-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm 

1.Il-Programm għandu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

(a)li jiżvolġi attivitajiet tar-riċerka u t-taħriġ nukleari biex jappoġġa t-titjib kontinwu tas-sikurezza, sigurtà u protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari;

(b)li potenzjalment jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b’mod sikur, effiċjenti u sigur.

2.Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)li jtejjeb l-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u tal-applikazzjonijiet mhux ta’ potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv sikuri, nukleari;

(b) li jżomm u jiżviluppa aktar l-għarfien espert u l-kompetenza fil-Komunità;

(c)li jrawwem l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-fużjoni;

(d) li jappoġġa l-politika tal-Komunità dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari.

3.L-għanijiet elenkati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu implimentati b’konformità mal-Anness I.

Artikolu 4

Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta’ EUR 1 675 000 000 fil-prezzijiet attwali.

2.Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

(a)EUR 724 563 000 għar- riċerka u l-iżvilupp tal-fużjoni;

(b)EUR 330 930 000 għall-fissjoni, sikurezza u protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari;

(c)EUR 619 507 000 għall-azzjonijiet diretti mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

Il-Kummissjoni ma tistax tiddevja, fil-proċedura tal-baġit annwali, mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 2(c) ta’ dan l-Artikolu.

3.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż għat-tħejjija, il-monitoraġġ, il-kontroll, l-awditjar, l-evalwazzjoni u attivitajiet u nfiq ieħor neċessarji għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż in-nefqa amministrattiva, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista’ jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, il-laqgħat tal-esperti, l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll l-ispejjeż marbuta ma’ netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b’rabta mal-ġestjoni tal-Programm.

4.Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2025 sabiex ikopru l-ispejjeż previsti fil-paragrafu 3, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet mhux lesti sal-31 ta’ Diċembru 2027.

5.L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.

6.Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta’ ħidma tista’ tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021.

7.Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża u trasferibbli b’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) XX […Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] jistgħu, fuq talba tagħhom, jiġi trasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament b’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament b’konformità mal-punt (c) ta’ dak l-Artikolu. Fejn possibbli, dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru konċernat.

 

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

1.Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-assoċjazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Komunità stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-ftehimiet bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi;

(b)pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Komunità stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-ftehimiet bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi;

(c)pajjiżi terzi u territorji li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

kapaċità tajba fix-xjenza, fit-teknoloġija u fl-innovazzjoni;

impenjati lejn ekonomija orjentata lejn is-suq ibbażata fuq ir-regoli, inkluż trattament ġust u ekwitabbli fid-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali, appoġġat mill-istituzzjonijiet demokratiċi;

promozzjoni attiva tal-politiki sabiex jittejbu l-benesseri ekonomika u soċjali taċ-ċittadini.

L-assoċjazzjoni mal-Programm ta’ kull wieħed mill-pajjiżi terzi skont il-punt (c) għandha tkun b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe Programm tal-Komunità jew tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-Programm;

jistipula l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-Programm, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-Programm u l-kostijiet amministrattivi tiegħu. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul b’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju;

ma jagħtux lill-pajjiż terz setgħa ta’ deċiżjoni dwar il-Programm;

jiggarantixxu d-drittijiet tal-Unjoni sabiex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

2.Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kull pajjiż terz fil-Programm għandha tqis l-għan ta’ xprunar tat-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni permezz tal-innovazzjoni. Għalhekk, bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, għal pajjiż speċifiku partijiet tal-Programm jistgħu jiġu esklużi minn ftehim ta’ assoċjazzjoni.

3.Il-ftehim ta’ assoċjazzjoni għandu, fejn xieraq, jipprevedi l-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni fi programmi ekwivalenti tal-pajjiżi assoċjati b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fih.

4.Il-kundizzjonijiet li jiddeterminaw il-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għandhom jiżguraw korrezzjoni awtomatika ta’ kwalunkwe żbilanċ sinifikanti meta mqabbel mal-ammont li l-entitajiet stabbiliti fil-pajjiż assoċjat jirċievu permezz tal-parteċipazzjoni fil-Programm, b’kont meħud tal-kostijiet fil-ġestjoni, l-eżekuzzjoni u l-operat tal-Programm.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta b’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew permezz ta’ ġestjoni indiretta ma’ korpi ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 61(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament għall-kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Jista’ jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta’ taħlit.

3.It-tipi ewlenin ta’ azzjoni li għandhom jintużaw skont il-Programm huma stabbiliti u definiti fl-Anness II ta’ Orizzont Ewropa.

4.Il-Programm għandu jappoġġa wkoll azzjonijiet diretti mwettqa mill-JRC.

Artikolu 7

Sħubiji Ewropej

1.Partijiet mill-Programm jistgħu jiġu implimentati permezz ta’ Sħubiji Ewropej.

2.L-involviment tal-Komunità fis-Sħubiji Ewropej jista’ jkun fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a)parteċipazzjoni fi sħubijiet stabbiliti abbażi ta’ memoranda ta’ qbil jew arranġamenti kuntrattwali bejn il-Kummissjoni u sħab pubbliċi jew privati li jispeċifikaw l-għanijiet tas-sħubija, l-impenji relatati għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji u/jew in natura tas-sħab, indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u tal-impatt, u l-outputs li għandhom jiġu ppreżentati. Jinkludu l-identifikazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni komplimentari li huma implimentati mis-sħab u mill-Programm (Sħubiji Ewropej koprogrammati);

(b)parteċipazzjoni fi, u kontribuzzjoni finanzjarja, għal programm ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, ibbażat fuq l-impenn tas-sħab għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura u l-integrazzjoni tal-attivitajiet rilevanti tagħhom permezz tal-użu ta’ azzjoni tal-Programm kofinanzjata (Sħubiji Ewropej kofinanzjati).

3.Is-Sħubiji Ewropej għandhom:

(a)Ikunu stabbiliti f’każijiet fejn dawn jiksbu b’mod aktar effettiv l-għanijiet tal-Programm milli l-Komunità waħedha.

(b)Jaderixxu mal-prinċipji tal-valur miżjud tal-Unjoni, it-trasparenza, il-ftuħ, l-impatt, l-effett ta’ ingranaġġ, l-impenn finanzjarju fit-tul tal-partijiet kollha involuti, il-flessibbiltà, il-koerenza u l-komplementarjetà mal-inizjattivi tal-Unjoni, lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali.

(c)Ikunu limitati fiż-żmien u għandhom jinkludu kundizzjonijiet għat-twaqqif f’fażijiet tal-finanzjament tal-Programm.

4.Id-dispożizzjonijiet u l-kriterji għall-għażla, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u t-twaqqif f’fażijiet tagħhom huma stabbiliti fl-Anness III ta’ Orizzont Ewropa.

Artikolu 8

Aċċess miftuħ u xjenza miftuħa

Id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess miftuħ u x-xjenza miftuħa stabbiliti f’Orizzont Ewropa għandhom japplikaw għall-Programm.

Artikolu 9

Azzjonijiet tal-eliġibbiltà u regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka

1.Huma eliġibbli għall-finanzjament l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 biss.

2.Soġġett għat-tielet u għar-raba’ paragrafi ta’ dan l-Artikolu, it-Titolu II dwar ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ Orizzont Ewropa għandhom japplikaw għal azzjonijiet appoġġati skont il-Programm. Ir-referenzi fih għall-Unjoni u għall-Programm għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Komunità u dan il-Programm, fejn xieraq. Ir-referenzi fih għar-“regoli tas-sigurtà” għandhom jinkludu l-interessi tad-difiża tal-Istati membri fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 24 tat-Trattat Euratom.

3.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 36(4) ta’ Orizzont Ewropa, id-dritt għal oġġezzjoni jista’ jiġi estiż għal għotijiet ta’ liċenzji mhux esklużivi.

4.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 37(5) ta’ Orizzont Ewropa, benefiċjarju li jkun irċieva finanzjament tal-Komunità għandu jagħti aċċess għar-riżultati tiegħu lill-istituzzjonijiet tal-Komunità, il-korpi ta’ finanzjament jew l-impriża konġunta Fużjoni għall-Enerġija għall-iskop ta’ żvilupp, implimentazzjoni u monitoraġġ tal-politiki u l-programmi tal-Komunità jew l-obbligi skont il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Drittijiet ta’ aċċess bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt biex partijiet terzi jiġu awtorizzati jużaw ir-riżultati fl-akkwist pubbliku u d-dritt ta’ sottoliċenzjar u għandhom ikunu limitati għal użu mhux kummerċjali u mhux kompetittiv u għandhom jingħataw fuq bażi ta’ mingħajr royalty.

5.Il-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka stabbilit skont Orizzont Ewropa għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta’ rkupru tas-somom dovuti mill-benefiċjarji lill-Kummissjoni jew lill-korpi ta’ finanzjament skont dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Finanzjament kumulattiv, kumplimentarju u kkombinat

1.    Il-Programm għandu jiġi implimentat f’sinerġija ma’ programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni oħrajn, sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Programm u jiġu indirizzati l-isfidi komuni għall-Programm u għal Orizzont Ewropa, l-attivitajiet li jittrażversaw l-għanijiet stabbiliti fil-Programm jew dawk li jimplimentaw Orizzont Ewropa, jew it-tnejn, jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. B’mod partikolari, il-Programm jista’ jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) sabiex jappoġġa attivitajiet rilevanti għar-riċerka nukleari.

2.    Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm tal-Unjoni ieħor tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni skont il-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta’ kull programm tal-Unjoni li jikkontribwixxi għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata b’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

3.    Azzjonijiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi u komparattivi li ġejjin:

(a)    ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti skont il-Programm;

(b)    jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;

(c)    ma jistgħux jiġu ffinanzjati skont dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet tal-baġit, 

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew+ jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [Finanzjament, ġestjoni u monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], sakemm tali azzjonijiet huma konsistenti mal-għanijiet tal-programm konċernat. Ir-regoli tal-Fond li jipprovdi appoġġ għandhom japplikaw.

KAPITOLU II

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 11

Programmi ta’ ħidma

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami skont l-Artikolu 16(4). Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.

2.Minbarra r-rekwiżiti fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, il-programmi ta’ ħidma għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni;

(b)għall-għotjiet, il-prijoritajiet, il-kriterji tal-għażla u tal-għotja u l-piż relattiv tal-kriterji differenti tal-għotja u r-rata massima ta’ finanzjament tal-kostijiet totali eliġibbli;

(c)kwalunkwe obbligu addizzjonali għall-benefiċjarji, b’konformità mal-Artikoli 35 u 37 ta’ Orizzont Ewropa.

3.Għall-programm ta’ ħidma pluriennali dwar l-azzjonijiet diretti mwettaq mill-JRC, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC b’konfomrità mad-Deċiżjoni 96/282/Euratom.

Artikolu 12

Monitoraġġ u rapportar

1.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stipulati fl-Anness II fil-mogħdiji ta’ impatt.

2.Sabiex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, inkluż permezz ta’ emendi fl-Anness II biex tirrevedi u tikkumplimenta l-indikaturi tal-mogħdiji ta’ impatt fejn hemm bżonn u tistabbilixxi l-linji bażi u l-miri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura konsultattiva skont l-Artikolu 16(3).

3.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u r-riżultati jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dak il-fini, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonat fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Komunità u, fejn rilevanti, fuq l-Istati Membri.

Artikolu 13

Informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni u sfruttament

1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Programm għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Komunità (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-midja u l-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Komunità, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

3.    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll strateġija ta’ disseminazzjoni u sfruttament biex iżżid id-disponibbiltà u d-difużjoni tar-riżultati u l-għarfien tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Programm biex taċċellera l-isfruttament lejn l-użu mis-suq u tagħti spinta lill-impatt tal-Programm. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Komunità kif ukoll għall-attivitajiet ta’ informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità, disseminazzjoni u sfruttament sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 14

Evalwazzjoni

1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu fil-ħin sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-programm, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħrajn rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni.

2.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi Euratom preċedenti u għandha tifforma l-bażi għall-aġġustament tal-implimentazzjoni tal-programm, kif xieraq.

3.Fi tmiem tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi preċedenti.

4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 15

Awditi

1.Is-sistema ta’ kontroll għall-Programm għandha tiżgura bilanċ xieraq bejn il-fiduċja u l-kontroll, b’kont meħud tal-kostijiet amministrattivi u oħrajn tal-kontrolli fil-livelli kollha, speċjalment għall-benefiċjarji.

2.L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament konġunt minn programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu awditjati darba biss, u jkopru l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.

3.Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jistgħu joqgħodu fuq reviżjonijiet kombinati tas-sistemi fil-livell tal-benefiċjarju. Dawk ir-reviżjonijiet kombinati għandhom ikunu fakultattivi għal ċerti tipi ta’ benefiċjarji u għandhom jikkonsistu f’awditu tas-sistemi u tal-proċess, ikkumplimentat b’awditu tat-tranżazzjonijiet, imwettaq minn awditur kompetenti indipendenti kwalifikat sabiex iwettaq awditi statutorji tad-dokumenti kontabilistiċi b’konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dawn jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni jew minn korp ta’ finanzjament sabiex jiddeterminaw l-assigurazzjoni ġenerali dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba tan-nefqa u għall-konsiderazzjoni mill-ġdid tal-livell tal-awditi u ċ-ċertifikati ex post dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

4.B’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jistgħu joqgħodu fuq l-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet tal-Komunità mwettqa minn persuni jew entitajiet oħra, inkluż minn oħrajn għajr dawk b’mandat mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni.

5.L-awditi jistgħu jitwettqu sa sentejn wara l-pagament tal-bilanċ.

Artikolu 16

Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Il-Kumitat għandu jiltaqa’ f’żewġ konfigurazzjonijiet differenti, li jittrattaw rispettivament aspetti relatati mal-fissjoni u aspetti relatati mal-fużjoni tal-Programm.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

5.Fejn l-opinjoni tal-Kumitat tkun trid tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, hekk jiġi deċiż mill-president tal-Kumitat jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Kumitat hekk titlob.

6.Il-Kummissjoni għandha tinforma b’mod regolari lill-Kumitat dwar il-progress ġenerali tal-implimentazzjoni tal-Programm u għandha tipprovdilu informazzjoni f’waqtha dwar l-azzjonijiet kollha proposti jew iffinanzjati taħt il-Programm kif speċifikat fl-Anness II.

Artikolu 17

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha, u l-Qorti tal-Awdituri, għandu jkollhom is-setgħa ta’ awditjar jew, fil-każ tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, is-setgħa ta’ verifika b’konformità mal-ftehimiet milħuqa magħhom, abbażi tad-dokumenti u fuq il-post, dwar il-benefiċjarji, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha tal-għotjiet, li rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

2.L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’konnessjoni mal-garanziji ta’ finanzjament jew baġitarji tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

3.L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jista’ jkunu wkoll meħtieġa jikkooperaw mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), b’konformità mal-Ftehimiet ta’ Assistenza Legali Reċiproka, meta jwettaq l-investigazzjonijiet dwar ir-reati kriminali li jidħlu fil-kompetenza tiegħu b’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939.

4.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u impenji legali oħrajn, kif ukoll il-ftehimiet li jistabbilixxi garanzija baġitarja, li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lil OLAG biex iwettqu tali awditi, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Dan għandu jinkludi dispożizzjonijiet biex jiżguraw li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jew ta’ operazzjoni ta’ finanzjament appoġġatta, bis-sħiħ jew parzjalment minn garanzija baġitarja jagħtu drittijiet ekwivalenti.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 18

Tħassir

Ir-Regolament [Nru: …li jistabbilixxi l-Programm Euratom 2019-2020] huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, skont ir-Regolament [il-Programm Euratom 2019-2020], li għandu jkompli japplika għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom. 

2.Fejn ikun meħtieġ, kwalunkwe kompitu li jifdal tal-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament [il-Programm Euratom 2019-2020] għandu jitwettaq mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16.

3.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont il-predeċessur tiegħu, [il-Programm Euratom 2019-2020].

4.Il-fondi minn operazzjonijiet preċedenti minn strumenti finanzjarji stabbiliti permezz tar-Regolament [il-Programm Euratom 2019-2020] jistgħu jiġu investiti fil-programm InvestEU stabbilit permezz tar-Regolament XX 30 .

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Stima tal-impatt fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Ir-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riċerka u Innovazzjoni tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) u li jikkumplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

01.03 Programm ta’ Riċerka u Taħriġ ta’ Euratom

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

X azzjoni ġdida

azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 31  

l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew dirottar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fit-terminu ta’ żmien qasir jew twil inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-użu ta’ applikazzjonijiet ta’ potenza elettrika u mhux ta’ potenza elettrika tal-enerġija nukleari jirrikjedi sforz kontinwu sabiex jitnaqqsu r-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà u sabiex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ teknoloġiji nukleari sikuri u siguri u protezzjoni ottima mir-radjazzjoni. Għadd dejjem jikber ta’ applikazzjonijiet differenti tar-radjazzjoni jonizzanti jirrikjedi l-protezzjoni tal-persuni u l-ambjent minn esponiment bla bżonn għar-radjazzjoni. It-teknoloġiji tar-radjazzjoni jonizzanti jintużaw kuljum fl-Ewropa f’għadd ta’ oqsma bħas-saħħa, l-industrija u r-riċerka, u jipprovdu benefiċċji kbar għaċ-ċittadini Ewropej u għall-ekonomija Ewropea. Ir-riċerka pubblika u privata fl-Istati Membri tista’ tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-forniment ta’ dawn il-benefiċċji u l-kompitu ta’ Euratom huwa li tikkumplimenta l-isforzi nazzjonali billi twettaq programm ta’ riċerka u taħriġ ibbażat fil-Komunità.

Ir-riċerka appoġġata minn Euratom jenħtieġ li tgħin lill-Istati Membri u lill-industrija jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Trattat Euratom u ta’ sensiela ta’ direttivi:

Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta’ Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari, li tintroduċi għan ta’ sikurezza nukleari ta’ livell għoli, għall-UE kollha, għall-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-evitar tar-rilaxxi radjuattivi barra installazzjoni nukleari. Din id-Direttiva tenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jużaw ir-riżultati tar-riċerka fl-implimentazzjoni tagħha u toħloq sistema ta’ reviżjonijiet bejn il-pari.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti.

Id-dispożizzjonijiet tar-rekwiżiti ta’ salvagwardji ta’ Euratom stabbiliti fil-Kapitolu 7 tat-Trattat Euratom u r-regolamenti relatati mal-applikazzjoni tagħhom.

Il-programm propost se jiġi implimentat mill-2021 għal 5 snin b’konformità mal-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom, bil-possibbiltà ta’ estensjoni għal sentejn sal-2027 b’konformità mad-durata ta’ Orizzont Ewropa u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

Il-programm propost se jkompli bl-attivitajiet ta’ riċerka ewlenin tal-programm Euratom li għaddej bħalissa (protezzjoni mir-radjazzjoni, sikurezza, sigurtà, ġestjoni tal-iskart, protezzjoni mir-radjazzjoni u enerġija mill-fużjoni nukleari), filwaqt li jżid l-enfasi fuq l-applikazzjonijiet mhux ta’ potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti u d-dekummissjonar.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Il-valur miżjud Ewropew ewlieni tal-Programm huwa l-mobilizzazzjoni ta’ ġabra usa’ ta’ eċċellenza, għarfien espert u multidixxiplinarjetà fir-riċerka dwar il-fissjoni u l-fużjoni milli huwa possibbli fil-livell ta’ Stati Membri individwali. It-teknoloġiji nukleari u tar-radjazzjoni jonizzanti jkomplu jagħqdu rwol importanti fil-ħajja taċ-ċittadini Ewropej, sew jekk dan jirrigwarda l-enerġija u s-sigurtà tal-provvista tagħha jew l-użu tar-radjazzjoni u tar-radjonuklidi f’applikazzjonijiet mediċi u industrijali. L-użu sikur u sigur ta’ dawn it-teknoloġiji huwa tal-akbar importanza u l-programmi ta’ riċerka jgħinu sabiex jinżammu l-ogħla standards ta’ sikurezza, sigurtà u salvagwardji f’dan il-qasam. Il-Programm jiffoka wkoll fuq l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni, sors ta’ enerġija potenzjalment mhux eżawribbli u li ma jagħmilx ħsara lill-klima.

Approċċ tal-UE kollha għas-sikurezza, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari huwa importanti sabiex jiġu żgurati l-ogħla standards għall-protezzjoni taċ-ċittadini u l-ambjent madwar l-Ewropa u lil hinn. Il-programm jippermetti wkoll koordinazzjoni aktar mifruxa tal-edukazzjoni u t-taħriġ madwar l-Ewropa, l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka u l-kooperazzjoni internazzjonali. Dan huwa ta’ benefiċċju partikolari għal Stati Membri iżgħar li jistgħu jieħdu vantaġġ mill-ekonomiji ta’ skala pprovduti mill-effett ta’ ġabra madwar l-Ewropa kollha. Il-programm jipprovdi, permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), parir xjentifiku indipendenti importanti b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politiki Ewropej fil-qasam tas-sikurezza, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, il-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, is-sigurtà, is-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni nukleari. Permezz tal-infrastruttura u l-laboratorji uniċi tiegħu, il-JRC għandu rwol kruċjali fir-riċerka u t-taħriġ nukleari fl-Ewropa. L-involviment tal-industrija Ewropea fl-attivitajiet ta’ riċerka dwar il-fużjoni jrawwem l-innovazzjoni, eż. permezz tal-iżvilupp ta’ prodotti sekondarji ta’ teknoloġija avvanzata f’setturi oħra bħall-mediċina u l-avjazzjoni.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (Euratom) Nru 1314/2013, il-Kummissjoni fl-2017 wettqet evalwazzjoni interim tal-programm Euratom 2014-2018. Ir-rapport tagħha (COM(2017) 697) jistabbilixxi ħarsa ġenerali strateġika tal-proċess ta’ evalwazzjoni u t-tweġibiet tagħha għar-rakkomandazzjonijiet tal-gruppi esperti indipendenti. Id-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ta’ akkumpanjament (SWD(2017) 426 u 427) jipprovdu aktar dettalji dwar l-evalwazzjoni fir-rigward tar-rilevanza, l-effiċjenza, l-effettività u l-valur miżjud Ewropew. Il-messaġġi ewlenin mill-evalwazzjoni huma kif ġej:

Tkompli tiġi appoġġata r-riċerka nukleari ffokata fuq is-sikurezza, is-salvagwardji, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-iskart, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-fużjoni nukleari

Jittejbu aktar, flimkien mal-benefiċjarji, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Programmi Konġunti Ewropej fil-qasam nukleari.

Ikomplu u jissaħħu l-azzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ Euratom sabiex jiġu żviluppati l-kompetenzi rilevanti li fuqhom huma msejsa l-aspetti kollha tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari.

Jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn il-programm Euratom u oqsma tematiċi oħra tal-Programm Qafas tal-UE sabiex jiġu indirizzati aspetti trażversali bħall-applikazzjonijiet mediċi tar-radjazzjoni, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà u l-istat ta’ tħejjija għall-emerġenzi u l-kontribut tax-xjenza nukleari

Jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-programm Euratom

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

Il-programm Euratom jikkumplimenta u jipprovdi sinerġiji mal-Programm ta’ Riċerka u Innovazzjoni Orizzont Ewropa f’oqsma bħas-saħħa (l-applikazzjonijiet mediċi tar-radjazzjoni jonizzanti), is-sigurtà, l-enerġija u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Il-programm ta’ riċerka dwar il-fużjoni ta’ Euratom se jitwettaq b’komplementarjetà u koordinazzjoni sħiħa mal-attivitajiet ta’ ITER. Il-programm se jkompli l-allinjament tal-programmi tal-Istati Membri dwar il-fużjoni, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv permezz tal-implimentazzjoni ta’ Programmi Konġunti Ewropej. Barra minn hekk, huma mistennija sinerġiji mal-Programmi ta’ Dekummissjonar ta’ Faċilitajiet Nukleari f’oqsma bħall-iżvilupp u l-ittestjar tat-teknoloġija, it-taħriġ u l-iskambju tal-aqwa prattiki.

Il-programm huwa konsistenti mal-politiki rilevanti kollha tal-Unjoni f’oqsma relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni b’mod ġenerali, u aspetti nukleari u dawk relatati mas-sikurezza b’mod partikolari. Għalhekk jappoġġa l-implimentazzjoni ta’:

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom;

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv;

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti.

Il-Kapitolu 7 tat-Trattat Euratom relatat mas-sistema ta’ salvagwardji nukleari tal-UE.

1.5.Durata u impatt finanzjarju

X durata limitata

X    fis-seħħ mill-01/01/2021 sal-31/12/2025.

X    Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2025 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2021 sal-2031 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 32  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:

pajjiżi terzi jew lill-korpi nominati minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tad-dritt pubbliku;

korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-punt li dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-programm se jiġi implimentat direttament mid-dipartimenti tal-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, jekk tqis li huwa xieraq, li tafda t-twettiq ta’ ċerti partijiet tal-programm lill-Istati Membri, lil persuni jew impriżi, jew lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’konformità mal-Artikolu 10 tat-Trattat Euratom.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ġew stabbiliti l-indikaturi tat-terminu ta’ żmien qasir, medju u twil abbażi tal-għadd ta’ mogħdiji ta’ impatt. Ir-regoli ta’ rapportar għall-parteċipanti ġew imfassla b’konsiderazzjoni ta’ dawn l-indikaturi, iżda wkoll b’intenzjoni konxja sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-parteċipanti. Kull fejn ikun possibbli se tinġabar id-data minn sorsi miftuħa.

Id-data kollha dwar il-proċessi ta’ ġestjoni (l-applikazzjonijiet, ir-rati ta’ suċċess, iż-żmien għall-għotja, it-tip ta’ benefiċjarji, eċċ.) se tinġabar u tinħażen, u tkun magħmula disponibbli fil-ħin reali permezz ta’ ħażna tad-data dedikata. Is-sistema ta’ referenza (CORDA) llum taħdem sew u hija disponibbli għall-Istati Membri u korpi interessati oħrajn.

Ir-rapport se jiġi prodott fejn jagħti informazzjoni dwar il-proċessi ta’ ġestjoni (mill-ewwel sena) u, progressivament, informazzjoni dwar l-outputs u r-riżultati. Huma ppjanati evalwazzjoni interim u evalwazzjoni finali.

Addizzjonalment, l-azzjonijiet tal-JRC huma vvalutati internament permezz ta’ evalwazzjoni interna annwali u esternament permezz ta’ reviżjoni bejn il-pari minn għadd ta’ esperti ta’ livell għoli magħżula f’konsultazzjoni mal-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Il-programm Euratom se jiġi implimentat b’mod ta’ ġestjoni diretta. Madankollu, il-Kummissjoni, tista’ tiddeċiedi, jekk tqis li huwa xieraq u effettiv, l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ Euratom permezz ta’ ġestjoni kondiviża u/jew indiretta.

L-istrateġija ta’ kontroll se tkun ibbażata fuq:

proċeduri għall-għażla tal-aħjar proġetti u biex jissarrfu fi strumenti legali;

ġestjoni tal-proġett u tal-kuntratt matul il-ħajja sħiħa ta’ kull proġett;

kontrolli ex ante fuq 100% tat-talbiet,

ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ogħla minn ċertu livell limitu;

awditi ex post fuq kampjun tat-talbiet imħallsa;

u evalwazzjoni xjentifika tar-riżultati tal-proġett.

L-ewwel indikazzjonijiet mill-awditi ta’ Orizzont 2020 (inkluż il-programm Euratom) huma li r-rati ta’ żball inżammew sew fi ħdan il-firxa mistennija (ara t-taqsima 2.2.2). Dan juri li, anke jekk jistgħu jkomplu jiġu żviluppati, il-miżuri ta’ simplifikazzjoni introdotti diġà kienu effettivi.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-mudell bażiku ta’ finanzjament sal-lum kien ir-rimborż tal-kostijiet eliġibbli. Kif irrimarkat b’mod konsistenti l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-aktar riċentement fir-Rapport Annwali tagħha tal-2016, “ir-riskju prinċipali għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet huwa li l-benefiċjarji jiddikjaraw spejjeż ineliġibbli li la jinqabdu u lanqas ma jiġu kkoreġuti qabel ir-[rimborż]. Dan ir-riskju huwa partikolarment għoli għas-Seba’ Programm Kwadru [u b’analoġija l-programm Euratom], li għandu regoli ta’ eliġibbiltà kumplessi u li spiss jiġu miżinterpretati mill-benefiċjarji (speċjalment dawk li huma inqas familjari mar-regoli, bħall-SMEs, dawk li jipparteċipaw għall-ewwel darba u entitajiet mhux tal-UE)”.

Il-Qorti rrikonoxxiet il-valur tas-simplifikazzjonijiet introdotti f’Orizzont 2020 [u għalhekk ukoll għall-programm Euratom 2014-2018]. Madankollu, fir-Rapport Annwali tagħha għall-2016, irrakkomandat l-użu aktar mifrux tal-Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati (SCOs). Tali SCOs diġà jintużaw f’partijiet tal-programm, jew għal tipi speċifiċi ta’ nefqa.

Għall-għotjiet, ir-rata ta’ żball rappreżentattiva stmata għas-Seba’ Programm Kwadru [inkluż Euratom] kienet ta’ 5%, b’rata ta’ żball “residwu” ta’ madwar 3%, wara li tqiesu l-irkupri u l-korrezzjonijiet kollha li ġew jew li se jiġu implimentati. Madankollu, ir-rati ta’ żball kienu aktar baxxi f’dawk il-partijiet tal-programm fejn kien possibbli li l-Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati (SCOs) jintużaw b’mod aktar estensiv u/jew fejn kienu involuti grupp żgħir u stabbli ta’ benefiċjarji.

L-ewwel riżultati ta’ Orizzont 2020 (inkluż il-programm Euratom) jissuġġerixxu rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ madwar 3%, b’rata ta’ żbalji residwi ta’ anqas minn 2.5%. Għandu jiġi nnotat, madankollu, li din hija stima bikrija li jenħtieġ li tintuża b’attenzjoni, għandha l-probabbiltà li tiżdied, forsi għal-livell ta’ 3-4% (il-livell ta’ żball previst mill-Kummissjoni għall-proposta tagħha dwar Orizzont 2020 u Euratom 2014-2018 kien ta’ 3.5%, għalkemm dan ma qiesx diversi kumplessitajiet addizzjonali miżjuda matul il-proċess leġiżlattiv). Ir-rata ta’ żbalji residwi jenħtieġ li tibqa xi ftit inqas minn 3%; għadu kmieni wisq biex wieħed jara hix se tinkiseb ir-rata ta’ 2%.

Xi żbalji jirriżultaw għaliex il-benefiċjarji ma jkunux fehmu r-regoli. Dawn l-iżbalji jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ simplifikazzjoni, għalkemm dejjem se tibqa’ xi kumplessità. Żbalji oħra jirriżultaw għaliex il-benefiċjarji ma jkunux segwew ir-regoli. Għalkemm din hija f’minoranza ta’ każijiet, is-simplifikazzjoni tar-regoli attwali mhix se ssolvihom.

Twettqet analiżi tar-rati ta’ żball 33 għal Orizzont 2020 (inkluż il-programm Euratom) u l-awditi li twettqu sa issa juru li:

- Madwar 63% tal-iżball jirrigwarda żbalji fl-iċċarġjar tal-kostijiet tal-persunal. Problemi regolari li ġew identifikati huma l-kalkolu ħażin tas-sigħat produttivi; ir-rati skorretti jew l-għadd żbaljat ta’ sigħat iċċarġjati.

- Madwar 22% tal-iżball jirrigwarda kostijiet diretti oħra (mhux tal-persunal). L-aktar żball regolari li ġie identifikat huwa n-nuqqas ta’ kejl dirett tal-kostijiet.

- Madwar 6% tal-iżball jirrigwarda l-kostijiet tas-sottokuntrattar, 4% l-kostijiet tal-ivvjaġġar u 5% kategoriji oħra. Għandu jiġi nnotat li l-kostijiet indiretti, 28% tal-iżball fis-Seba’ Programm Kwadru (inkluż Euratom), tnaqqas għal kważi żero bis-saħħa tal-introduzzjoni tar-rata fissa tal-kostijiet indiretti.

L-iżbalji identifikati waqt l-awditi ta’ Orizzont 2020 u tal-programm Euratom juru li xi wħud setgħu jiġu evitati permezz ta’ simplifikazzjonijiet u l-evitar ta’ formaliżmu mhux meħtieġ fir-regoli. Diġà saru xi bidliet f’Orizzont 2020 u f’Euratom (pereżempju regoli ġodda għall-fatturat intern u remunerazzjoni addizzjonali), u fejn possibbli se jsiru oħrajn f’Orizzont Ewropa u fil-programm Euratom 2021-2025. Madankollu, bidliet bħal dawn issa se jkunu limitati fl-effett tagħhom fuq ir-rata ta’ żball, billi ġeneralment jevitaw biss żbalji żgħar.

L-użu aktar mifrux ta’ SCOs bħar-rati fissi u l-kostijiet ta’ unità, kif ukoll it-tkomplija tas-simplifikazzjoni tar-regoli, se jassistu sabiex titnaqqas ir-rata futura ta’ żball, stmata għal 3-4% fuq bażi rappreżentattiva. Madankollu, il-problema sottostanti tal-iżbalji f’metodu ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-rimborż tal-kostijiet eliġibbli għadha hemm. F’tali sistema, ir-rata ta’ żball rappreżentattiva tista’ titnaqqas għal 2.5-3.5%, bir-rata ta’ żbalji residwi, wara l-korrezzjonijiet, mistennija li tkun madwar (iżda mhux neċessarjament anqas minn) 2%.

Orizzont 2020 ra l-introduzzjoni ta’ finanzjament ta’ somma f’daqqa għall-iskema tal-ewwel stadju għall-SMEs. Dan jippermetti l-pagament ta’ EUR 50 000 mal-preżentazzjoni ta’ riżultat tanġibbli xjentifiku sodisfaċenti. Ma hija meħtieġa l-ebda ġustifikazzjoni addizzjonali għal dan il-pagament, bħal fatturi, skedi tal-ħin, provi tal-pagament, eċċ. Ma hemmx żbalji finanzjarji.

Il-finanzjament ta’ somma f’daqqa kien propost għal Orizzont 2020 iżda kien ikkunsidrat mhux xieraq jew prematur. Madankollu, fil-Programm ta’ Ħidma ta’ Orizzont 2020 għall-2018, il-Kummissjoni qiegħda timplimenta skemi pilota bbażati fuq finanzjament ta’ somma f’daqqa. Fl-istess ħin hija wettqet għadd ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni biex tindirizza t-tħassib tal-partijiet ikkonċernati dwar din il-forma ta’ finanzjament.

L-iskema pilota trid tiġi evalwata, speċjalment biex jiġi stabbilit jekk tiksibx l-għanijiet kollha tal-Programm (mhux biss li tnaqqas ir-rata ta’ żball). Iżda, jidher ċar li, użu aktar mifrux tal-finanzjament b’rata fissa jnaqqas ir-rata ta’ żball. Madankollu, dan iċaqlaq ir-riskji għal stadji oħra tas-sistema tal-kontroll intern – l-evalwazzjoni se ssir aktar importanti, l-istess bħall-valutazzjoni tar-riżultat tanġibbli.

Il-proposta għall-programm Euratom tippermetti lill-Kummissjoni tuża l-mudell ta’ finanzjament ta’ somma f’daqqa u l-Kummissjoni beħsiebha tuża dan il-mudell ta’ finanzjament b’mod aktar estensiv. Madankollu, huwa kmieni wisq biex wieħed jgħid kemm jista’ jintuża b’mod estensiv. Dan se jiddependi mir-riżultati tal-iskemi pilota li għaddejjin bħalissa.

L-għadd ta’ tranżazzjonijiet involuti jfisser li livell għoli ta’ kontroll sistematiku ex ante jkun jiswa ħafna flus. L-istrateġija ta’ kontroll attwali għalhekk tibbaża fuq kontrolli ex ante bbażati fuq ir-riskju u kontrolli ex post sabiex jiġi valutat il-livell ta’ żball u sabiex jinstabu u jiġu rkuprati l-ammonti mhux eliġibbli. Billi r-rati ta’ żball baqgħu fil-medda stabbilita, din l-istrateġija ta’ kontroll hija meqjusa bħala effettiva. Huwa inkluż l-iżvilupp ulterjuri ta’ xi aspetti, pereżempju l-inklużjoni ta’ awditu tas-sistemi u l-proċessi, iżda mhix proposta bidla radikali.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagament u fl-għeluq)

L-istima tal-kostijiet tas-sistema ta’ kontroll (evalwazzjoni, għażla, ġestjoni tal-proġett, kontroll ex-ante u ex-post) hija fil-medda ta’ 3-4% fis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas preċedenti għall-2017 (inkluż kostijiet għall-ġestjoni tas-Seba’ Programm Kwadru u Orizzont 2020). Dan huwa kkunsidrat li huwa kost raġonevoli fid-dawl tal-isforzi meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-għanijiet jinkisbu u l-għadd ta’ tranżazzjonijiet.

Ir-riskju mistenni ta’ żball mal-pagament għall-għotjiet b’mudell ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-rimborż tal-kostijiet eliġibbli huwa ta’ 2.5-3.5%. Ir-rata ta’ żball mal-għeluq (wara l-effett tal-kontrolli u l-korrezzjonijiet) huwa madwar (iżda mhux neċessarjament inqas minn) 2%. Ir-riskju ta’ żball mistenni għall-għotjiet b’mudell ta’ finanzjament ibbażat fuq finanzjament ta’ somma f’daqqa huwa qrib iż-0% (mal-pagament u mal-għeluq). L-aspettattiva kumplessiva għar-rati ta’ żball se tiddependi mill-bilanċ bejn iż-żewġ metodi ta’ finanzjament (rimborż tal-kostijiet eliġibbli u somom f’daqqa). Il-Kummissjoni timmira li tapplika l-mudell ta’ finanzjament ta’ somma f’daqqa fejn xieraq. Madankollu, l-ixprun ewlieni għall-adozzjoni ta’ finanzjament ta’ somma f’daqqa mhux se jkun it-tnaqqis tar-rata ta’ żball, iżda l-kisba tal-għanijiet kollha tal-programm. Dan ix-xenarju huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-miżuri ta’ simplifikazzjoni ma humiex suġġetti għal modifiki sostanzjali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Nota: din it-taqsima tikkonċerna biss il-proċess ta’ ġestjoni tal-għotja, għan-nefqa amministrattiva u operattiva implimentata permezz tal-proċessi ta’ akkwist pubbliku, ir-riskju ta’ żball mal-pagament u mal-għeluq għandu jkun taħt it-2%.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Is-servizzi tal-Kummissjoni inkarigati mill-implimentazzjoni tal-programm Euratom huma determinati li jiġġieldu l-frodi f’kull stadju tal-proċess tal-ġestjoni tal-għotjiet. Żviluppaw, u qed jimplimentaw, strateġiji kontra l-frodi, inkluż użu mtejjeb tal-intelligence, speċjalment permezz tal-użu ta’ għodod tal-IT avvanzati, u taħriġ u informazzjoni għall-persunal. Dawn l-isforzi se jkomplu. B’mod ġenerali, il-miżuri proposti jenħtieġ li jkollhom impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi, speċjalment l-enfasi ikbar fuq l-awditu bbażat fuq ir-riskju u l-evalwazzjoni u l-kontroll xjentifiċi rinforzati.

L-Istrateġija Kontra l-Frodi attwali tas-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi Euratom preċedenti, li tkopri l-għotjiet, kif ukoll l-istrateġiji kontra l-frodi relatati ma’ nfiq ieħor, se jiġu aġġornati wara r-reviżjoni tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi fl-2018. Din se tkopri wkoll ir-riskji relatati mal-finanzjament ta’ somma f’daqqa, li għandu riskji differenti li jridu jiġu kkunsidrati.

Wieħed jenħtieġ li jinnota li l-frodi maqbuda kienet baxxa ħafna meta mqabbla mal-proporzjon tan-nefqa totali, madankollu d-Direttorati Ġenerali inkarigati bl-implimentazzjoni tal-baġit tar-riċerka xorta waħda huma impenjati li jiġġildulha.

Il-leġiżlazzjoni se tiżgura li jkunu jistgħu jitwettqu l-awditi u l-kontrolli fuq il-post mis-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż OLAF, billi jintużaw id-dispożizzjonijiet standard rakkomandati minn OLAF.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i ġdida/ġodda tan-nefqa proposta/i

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

1. Suq Uniku, Innovazzjoni u

Diġitali

Diff./Mhux diff 34 .

minn pajjiżi tal-EFTA 35

minn pajjiżi kandidati 36

minn pajjiżi terzi

fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

H1

01.010301 Nefqa relatata ma’ uffiċjali u persunal temporanju li jkunu qed jimplimentaw il-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni - programm Euratom

01.010302 Persunal estern fl-implimentazzjoni tal-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni - programm Euratom

01.010303 Nefqa ta’ ġestjoni oħra għar-riċerka u l-innovazzjoni - programm Euratom 

01.030100 Riċerka u żvilupp tal-fużjoni

01.030201 Fissjoni, sikurezza u protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari

01.030202 Azzjonijiet diretti mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka

Mhux diff.

Diff.

LE

IVA

IVA

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju 
pluriennali

1

Suq uniku, Innovazzjoni u Diġitali

2021

2022

2023

2024

2025

Wara l-2025

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsuma skont il-linji baġitarji elenkati taħt 3.1)

Impenji

(1)

202.364

205.998

210.531

214.085

219.475

1 052.453

Pagamenti

(2)

4.171

174.120

180.924

196.838

202.306

294.094

1 052.453

01 03 01 riċerka u żvilupp tal-fużjoni

Impenji

(1a)

130.964

133.300

136.249

138.523

142.054

 

681.089

Pagamenti

(2a)

 

125.000

128.000

132.000

135.000

161.089

681.089

01 03 02 01 fissjoni, sikurezza u protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari

Impenji

(1b)

59.815

60.882

62.229

63.268

64.881

 

311.074

Pagamenti

(2b)

 

40.000

42.000

53.000

55.000

121.074

311.074

01 03 02 02 azzjonijiet diretti mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC)

Impenji

(1c)

11.585

11.817

12.053

12.294

12.541

 

60.290

Pagamenti

(2c)

4.171

9.120

10.924

11.838

12.306

11.931

60.290

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 37  

Impenji = Pagamenti

(3)

119.636

122.002

124.469

126.915

129.525

 

622.547

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

322.000

328.000

335.000

341.000

349.000

1 675.000

Pagamenti

=2+3

123.807

296.122

305.393

323.753

331.831

294.094

1 675.000



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

Wara l-2025

TOTAL

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skontt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

Wara l-2025

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

322.000

328.000

335.000

341.000

349.000

1 675.000

Pagamenti

123.807

296.121

305.393

323.753

331.831

294.094

1 675.000

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 38
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani 39  

79.863

81.550

83.274

85.034

86.833

416.554

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva 40

39.773

40.452

41.195

41.881

42.692

205.993

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

119.636

122.002

124.469

126.915

129.525

622.547

TOTAL

119.636

122.002

124.469

126.915

129.525

622.547

L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet li diġà ġew assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew allokati mill-ġdid, flimkien jekk ikun meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji eżistenti.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

Delegazzjonijiet

Riċerka

556

556

556

556

556

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  41

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

185

185

185

185

185

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

741

741

741

741

741

Dawn iċ-ċifri jinkludu biss il-persunal awtorizzat fis-seħħ fl-2020 fid-Direttorati Ġenerali u ma jinkludux il-persunal addizzjonali mħallas mill-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati fil-futur kif ukoll il-persunal neċessarju fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi, jekk jitqies xieraq, li tafda t-twettiq ta’ ċerti partijiet tal-programm b’konformità mal-Artikolu 10 tat-Trattat Euratom.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie allokat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien jekk ikun meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Kompiti derivati mill-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ riċerka u taħriġ nukleari, b’mod partikolari relatati mal-ġestjoni tal-iskart nukleari, is-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, is-sigurtà u l-fużjoni nukleari.

Persunal estern

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/L-inizjattiva:

   ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

X    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati 42  

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

X    Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

X     fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa X    

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/inizjattiva

2021

2022

2023

2024

2025

Partita 6011

Partita 6012

Partita 6013

Partita 6031

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

01.03XX Approprjazzjonijiet akkumulati mill-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

Il-pajjiżi terzi jistgħu jikkontribwixxu għall-programm permezz ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni. Il-kundizzjonijiet li jiddeterminaw il-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja se jkunu stipulati fi ftehimiet ta’ assoċjazzjoni ma’ kull pajjiż u għandhom jiżguraw korrezzjoni awtomatika ta’ kwalunkwe żbilanċ sinifikanti meta mqabbel mal-ammont li l-entitajiet stabbiliti fil-pajjiż assoċjat jirċievu permezz tal-parteċipazzjoni fil-Programm, b’kont meħud tal-kostijiet fil-ġestjoni tal-Programm.

(1)    Il-limitu taż-żmien ta’ ħames snin huwa stabbilit fl-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom.
(2)    Dawn jinkludu s-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-enerġija mill-fużjoni nukleari.
(3)    Azzjonijiet diretti tfisser attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tagħha (il-“JRC”).
(4)    Azzjonijiet indiretti tfisser attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-parteċipanti li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
(5)

   Faċilità tar-riċerka li timmira li jiġu ppruvati l-prinċipji ewlenin ta’ impjant tal-enerġija mill-fużjoni fuq skala industrijali. ITER mhux se jipproduċi elettriku.

(6)    Wara ITER hemm imbassar impjant ta’ demostrazzjoni tal-enerġija mill-fużjoni – faċilità li turi l-elementi kollha ta’ impjant tal-enerġija mill-fużjoni inkluż il-produzzjoni tal-elettriku b’ċiklu tal-fjuwil magħluq.
(7)    Inkluż il-proposta għall-estensjoni tal-programm għal 2019-2020 (COM (2017) 698).
(8)    Din l-inizjattiva tikkontribwixxi għall-prijoritajiet tal-Kummissjoni li ġejjin: L-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment; Is-Suq Uniku Diġitali; Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti li jkollha Politika Progressiva dwar it-Tibdil fil-Klima; Suq Intern Aktar Profond u Aktar Ġust b’Bażi Industrijali Msaħħa; L-UE bħala attur globali aktar b’saħħtu.
(9)     “Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-UE” , Ġunju 2016.
(10)    ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18.
(11)    ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42.
(12)    ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48.
(13)    ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1.
(14)    L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà COM(2015) 185 final; Il-Pjan ta’ Azzjoni CBRN COM(2017) 610 final
(15)    COM (2017) 697 u SWD(2017) 426 u 427.
(16)     https://ec.europa.eu/research/evaluations/index_en.cfm?pg=h2020evaluation  
(17)    Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14
(18)    Opinjoni ta’ ..... L-opinjoni ingħatat wara konsultazzjoni mhux obbligatorja.
(19)    ĠU C..... L-opinjoni ingħatat wara konsultazzjoni mhux obbligatorja.
(20)    Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] li jistabbilixxi l-FP9 tal-UE - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 (ĠU […]).
(21)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(22)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
(23)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.96, p. 2).
(24)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(25)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(26)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
(27)

   Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom tal-10 ta’ April 1996 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (ĠU L    107, 30.4.1996, p. 12).

(28)    Titolu sħiħ + referenza għall-ĠU
(29)    Kif jissemma fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(30)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(31)    % tal-valur f’EUR vs l-aġġustamenti kollha fil-kostijiet diretti favur il-baġit tal-UE
(32)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(33)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(34)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(35)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (preċedentament linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(36)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (preċedentament linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(37)    Dawn iċ-ċifri jinkludu biss il-persunal awtorizzat fis-seħħ fl-2020 fid-Direttorati Ġenerali u ma jinkludux il-persunal addizzjonali mħallas mill-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati fil-futur kif ukoll il-persunal neċessarju fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi, jekk jitqies xieraq, li tafda t-twettiq ta’ ċerti partijiet tal-programm b’konformità mal-Artikolu 10 tat-Trattat Euratom.
(38)    Dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw l-istima tan-nefqa amministrattiva massima meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-bażi legali.
(39)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (preċedentament linji “BA”).
(40)    Il-Ftehimiet Bilaterali ta’ Assoċjazzjoni għadhom ma ġewx stabbiliti. Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi assoċjati se jiżdiedu mal-ammonti ppreżentati f’din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.
Top

Brussell,7.6.2018

COM(2018) 437 final

ANNESSI

ta'

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni


ANNESS I

L-għanijiet speċifiċi elenkati skont l-Artikolu 3(2) eżerċitati tul il-Programm kollu, b’konformità mal-linji wiesgħa tal-attività deskritta f’dan l-anness. Permezz tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-għanijiet speċifiċi, il-Programm jappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ Euratom 1 u jirrinforza l-isforzi tar-riċerka tagħhom u dawk tas-settur privat.

Sabiex jikseb l-għanijiet speċifiċi, il-Programm se jappoġġa attivitajiet trażversali li jiżguraw sinerġija tal-isforzi tar-riċerka fir-risolviment ta’ sfidi komuni. Ir-rabtiet u l-interfaċċi xierqa, bħas-sejħiet konġunti, se jkunu żgurati ma’ Orizzont Ewropa. L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni relatati jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ finanzjarju fornut mill-Fondi skont ir-Regolament [Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] sa fejn ikunu konformi mal-għanijiet u r-regolamenti ta’ dawn il-Fondi.

L-attivitajiet elenkati f’dan l-Anness jinkludu kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni nukleari għal użi paċifiċi, ibbażati fuq miri kondiviżi u fiduċja reċiproka bil-għan li jipprovdu benefiċċji ċari u sinifikanti għall-Unjoni, iċ-ċittadini tagħha u l-ambjent. Dan jinkludi l-kooperazzjoni internazzjonali permezz ta’ oqfsa multilaterali (bħal IAEA, IEA, OECD, ITER, GIF). Il-JRC bħala l-Aġent ta’ Implimentazzjoni ta’ Euratom għall-Forum Internazzjonali Ġenerazzjoni IV (GIF) se jkompli jikkordina l-kontribuzzjoni tal-Komunità għal GIF.

Il-prijoritajiet tal-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-prijoritajiet ta’ politika tagħha, inputs minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u partijiet ikkonċernati tar-riċerka nukleari f’korpi jew oqfsa bħall-pjattaformi, l-assoċjazzjonijiet, l-inizjattivi u l-forums tekniċi Ewropej tat-teknoloġija għas-sistemi u s-sikurezza nukleari, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, il-fjuwil nukleari użat u l-protezzjoni mir-radjazzjoni/riskju ta’ doża baxxa, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, ir-riċerka fil-fużjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni jew forum rilevanti ta’ partijiet ikkonċernati nukleari.

Ir-riċerka u t-taħriġ fl-oqsma li ġejjin se jkunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Programm:

(a)Titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet mhux ta’ potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv sikuri, nukleari

(1)Sikurezza nukleari: sikurezza tas-sistemi nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil, fl-użu fil-Komunità jew, sa fejn huwa neċessarju sabiex jinżamm għarfien espert nukleari mifrux fil-Komunità, dawk it-tipi ta’ reatturi u ċikli tal-fjuwil, li jistgħu jintużaw fil-futur, li jiffokaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trażmutazzjoni.

(2)Fjuwil użat sikur u ġestjoni tal-iskart radjuattiv: ġestjoni u b’mod partikolari rimi ta’ skart radjuattiv u fjuwil nukleari użat intermedju, ta’ livell għoli u b’ħajja twila, u ta’ flussi u tipi ta’ skart radjuattiv ieħor li għalissa għadhom ma jeżistux proċessi ta’ maturazzjoni industrijali għalihom; Il-minimizzazzjoni tal-iskart radjuattiv u t-tnaqqis tar-radjutossiċità ta’ dan l-iskart; Ġestjoni u trasferiment tal-għarfien u tal-kompetenzi bejn il-ġenerazzjonijiet u fil-programmi tal-Istati Membri fil-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat.

(3)Dekummissjonar: riċerka għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji għad-dekummissjonar u r-rimedju ambjentali tal-faċilitajiet nukleari; appoġġ għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-għarfien dwar id-dekummissjonar.

(4)Applikazzjonijiet tax-xjenza nukleari u tar-radjazzjoni jonizzanti, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, it-tħejjija għal emerġenza:

L-applikazzjonijiet tax-xjenza nukleari u tat-teknoloġiji tar-radjazzjoni jonizzanti fl-oqsma mediċi, industrijali u tar-riċerka

Riskji minn dożi baxxi mill-esponiment industrijali, mediku jew ambjentali.

It-tħejjija għal emerġenza għal aċċidenti li jinvolvu r-radjazzjoni, u r-riċerka dwar ir-radjuekoloġija.

Provvista u użu ta’ iżotopi radjuattivi.

Ir-riċerka dwar il-mudelli għad-dispersjoni radjuloġika fl-ambjent, u l-appoġġ għall-iskambju tad-data, is-sistemi tal-allert u l-kooperazzjoni dwar it-tekniki tal-kejl 2 (li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ azzjonijiet diretti).

(5)Sigurtà, salvagwardji u nonproliferazzjoni nukleari (li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ azzjonijiet diretti):

Metodi u teknoloġija biex jappoġġaw u jsaħħu s-salvagwardji tal-Komunità u dawk internazzjonali.

Appoġġ u taħriġ operazzjonali għas-sistema ta’ salvagwardja ta’ Euratom.

Appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni fil-qasam tas-salvagwardji nukleari inkluż appoġġ għat-tisħiħ ta’ reġim ta’ kontroll tal-esportazzjoni tal-UE.

Appoġġ għall-qafas CBRN globali (Kimiku, Bijoloġiku, Radjoloġiku u Nukleari) u strateġiji relatati tal-Komunità.

Metodi u teknoloġija għad-detezzjoni tal-materjali nukleari u radjuattivi barra mill-kontroll regolatorju u l-prevenzjoni u r-rispons għal inċidenti li jinvolvu tali materjali inkluż forensika nukleari.

Appoġġ għall-bini tal-kapaċità dwar is-sigurtà nukleari permezz tal-użu taċ-Ċentru Ewropew ta’ Taħriġ dwar is-Sigurtà Nukleari.

(b)Żamma u żvilupp ulterjuri tal-għarfien espert u l-kompetenza fl-Unjoni

(1)Edukazzjoni, taħriġ u mobbiltà, inkluż l-iskemi ta’ edukazzjoni u taħriġ bħall-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA).

(2)Promozzjoni tal-innovazzjoni, ġestjoni tal-għarfien, disseminazzjoni u sfruttament tax-xjenza u t-teknoloġija nukleari

(3)Appoġġ għat-trasferiment tat-teknoloġija mir-riċerka għall-industrija.

(4)Appoġġ għat-tħejjija u l-iżvilupp ta’ kapaċità industrijali tal-fużjoni Ewropea kompetittiva.

(5)Appoġġ għall-forniment, id-disponibbiltà u l-aċċess xieraq għal infrastrutturi tar-riċerka Ewropej u internazzjonali, inkluż l-infrastrutturi tal-JRC 3 .

(6)Għat-trawwim tax-xjenza nukleari bħala bażi ta’ appoġġ għall-istandardizzazzjoni, l-azzjonijiet diretti se jipprovdu data, materjali u kejl ta’ referenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku relatati mas-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, kif ukoll applikazzjonijiet oħrajn bħall-mediċina nukleari.

(c)Trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni u kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-fużjoni

Sħubija Ewropea Kofinanzjata fir-riċerka tal-fużjoni se timplimenta l-pjan direzzjonali lejn il-mira tal-produzzjoni tal-elettriku mill-fużjoni sat-tieni nofs ta’ dan is-seklu. Dan jista’ jinkludi, fost l-oħrajn:

(1)Sfruttament ta’ faċilitajiet tal-fużjoni eżistenti u futuri. Għal dan il-fini l-għotjiet operattivi jistgħu jiġu allokati għall-infrastrutturi tar-riċerka tal-fużjoni fejn xieraq.

(2)It-tħejjija għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni futuri permezz tal-iżvilupp tal-aspetti kollha rilevanti inkluż il-materjali, it-teknoloġiji u d-disinn.

(3)L-implimentazzjoni ta’ programm ta’ edukazzjoni u taħriġ iffokat flimkien mal-attivitajiet skont (b)(1).

(4)Koordinazzjoni tal-attivitajiet komuni mal-Impriża Konġunta Fużjoni għall-Enerġija.

(5)Kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni ITER.

(6)Kollaborazzjoni xjentifika fil-qafas tal-ftehimiet internazzjonali ta’ Euratom.

Is-Sħubija Ewropea Kofinanzjata fil-fużjoni se tiġi implimentata permezz ta’ għotja li se tingħata lill-entitajiet legali stabbiliti jew maħtura mill-Istati Membri u kwalunkwe pajjiż terz assoċjat mal-Programm. L-għotja tista’ tinkludi riżorsi in natura mill-Komunità, jew l-issekondar tal-persunal tal-Kummissjoni.

(d)Appoġġ għall-politika tal-Komunità dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari 

L-azzjonijiet diretti se jappoġġaw lill-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti billi jipprovdu evidenza u għarfien espert xjentifiċi u tekniċi indipendenti.


ANNESS II

Indikaturi Ewlenin tal-Mogħdiji ta’ Impatt

Il-mogħdiji ta’ impatt, u indikaturi ewlenin tal-mogħdiji ta’ impatt relatati, għandhom jirristrutturaw il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Programm Euratom lejn l-għanijiet speċifiċi tiegħu. Il-mogħdiji ta’ impatt huma sensittivi għaż-żmien: jiddistingwu bejn it-terminu ta’ żmien qasir, medju u twil. L-indikaturi tal-mogħdiji ta’ impatt iservu ta’ indikaturi li jirrapportaw dwar il-progress li sar lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi. Id-data mikro fl-isfond tal-indikaturi ewlenin tal-mogħdiji ta’ impatt, li hija kondiviża ma’ Orizzont Ewropa se tinġabar f’mod ġestit u armonizzat ċentralment, b’piż tar-rapportar minimu fuq il-benefiċjarji. L-indikaturi tal-mogħdiji ta’ impatt jistgħu jiġu rfinuti matul l-implimentazzjoni tal-Programm.

Indikaturi xjentifiċi tal-mogħdiji ta’ impatt

Il-Programm huwa mistenni li jagħmel progress fir-rigward tal-għarfien għar-rinforz tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari; l-applikazzjonijiet sikuri tar-radjazzjoni jonizzanti; il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv; il-protezzjoni mir-radjazzjoni; u l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni. Il-progress f’dan il-qasam se jitkejjel permezz ta’ indikaturi li jikkonċernaw il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali għall-fużjoni, l-iżvilupp tal-għarfien espert u l-ħiliet, u l-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka.

Lejn l-impatti xjentifiċi

Terminu ta’ żmien qasir

Terminu ta’ żmien medju

Terminu ta’ żmien twil

 

Titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet mhux ta’ potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv sikuri, nukleari.

Pubblikazzjonijiet

għadd ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta’ Euratom riveduti bejn il-pari

Kwotazzjonijiet

Field-Weighted Citation Index tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta’ Euratom riveduti bejn il-parti

Xjenza ta’ livell dinji – Għadd u sehem ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi riveduti bejn il-parti mill-programm Euratom li huma kontribuzzjoni ewlenija għall-oqsma xjentifiċi

Għarfien kondiviż

Sehem tal-outputs tar-riċerka (data/pubblikazzjoni/software eċċ. miftuħa) kondiviżi permezz ta’ infrastruttura tal-għarfien miftuħa

Difużjoni tal-għarfien – Sehem tal-outputs tar-riċerka tal-aċċess miftuħ użati/ikkwotati b’mod attiv

Kollaborazzjonijiet ġodda – Sehem tal-benefiċjarji ta’ Euratom li jkunu żviluppaw kollaborazzjonijiet transdixxiplinarji/transsetorjali ġodda mal-utenti tal-outputs tar-R&I miftuħa ta’ Euratom tagħhom

Trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni

Progress fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-fużjoni

Il-perċentwal tal-passi importanti fil-pjan direzzjonali tal-fużjoni stabbilit għall-perjodu 2021-2025 milħuq mill-programm Euratom

Żamma u żvilupp ulterjuri tal-għarfien espert u l-eċċellenza fl-Unjoni

Ħiliet

Għadd ta’ riċerkaturi li bbenefikaw minn attivitajiet ta’ titjib tal-ħiliet tal-programm Euratom (permezz ta’ taħriġ, mobbiltà u aċċess għall-infrastruttura)

Karrieri

Għadd u sehem ta’ riċerkaturi li tejbu ħiliethom li għandhom influwenza ikbar fil-qasam tar-R&I tagħhom

Kundizzjonijiet tax-xogħol – 
Għadd u sehem ta’ riċerkaturi li tejbu ħiliethom li għandhom kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba

L-għadd ta’ riċerkaturi li għandhom aċċess għall-infrastruttura tar-riċerka permezz ta’ programm ta’ appoġġ

Il-materjali ta’ referenza mwassla u l-miżuri ta’ referenza inkorporati f’librerija

Għadd ta’ standards internazzjonali modifikati

Indikaturi tas-soċjetà tal-mogħdiji ta’ impatt

Il-Programm jgħin jindirizza l-prijoritajiet ta’ politika tal-UE li jikkonċernaw is-sikurezza u s-sigurtà nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjonijiet tar-radjazzjoni jonizzanti permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif muri fil-portafolli ta’ proġetti li jiġġeneraw outputs li jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi f’dawn l-oqsma. L-impatt tas-soċjetà jitkejjel ukoll f’termini ta’ żvilupp speċifiku fil-qasam tas-sigurtà u s-salvagwardji nukleari.

Lejn l-impatti tas-soċjetà

Terminu ta’ żmien qasir

Terminu ta’ żmien medju

Terminu ta’ żmien twil

Titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet mhux ta’ potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv sikuri, nukleari

Outputs
Għadd u sehem ta’ outputs immirati li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi tal-politika tal-UE

Soluzzjonijiet
Għadd u sehem ta’ innovazzjonijiet u riżultati xjentifiċi li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi tal-politika tal-UE

Benefiċċji
E
ffetti stmati aggregati mill-użu ta’ riżultati ffinanzjati minn Euratom, dwar l-indirizzar ta’ prijoritajiet ta’ politika speċifiċi tal-UE, inkluż kontribuzzjoni għaċ-ċiklu tal-politika u tat-tfassil tal-liġi

Għadd ta’ servizzi mwassla f’appoġġ għas-salvagwardji fl-UE

Għadd ta’ sistemi tekniċi fornuti u qed jintużaw

Għadd ta’ sessjonijiet ta’ ħidma mwassla lill-uffiċjali l-aktar esposti

Koħolqien
Għadd u sehem ta’ proġetti Euratom fejn iċ-ċittadini tal-UE u l-utenti aħħarin jikkontribwixxu
għall-koħolqien tal-kontenut tar-R&I

Involviment
Għadd u sehem ta’ entitajiet benefiċjarji ta’ Euratom li għandhom mekkaniżmi ta’ involviment taċ-ċittadini u l-utenti aħħarin wara proġett Euratom

Użu tas-soċjetà tar-R&I
Użu u sensibilizzazzjoni ta’ riż
ultati xjentifiċi u soluzzjonijiet tal-innovazzjoni maħluqa flimkien ta’ Euratom

Indikaturi tal-innovazzjoni tal-mogħdiji ta’ impatt

Il-Programm huwa mistenni li jwassal l-impatti tal-innovazzjoni li jappoġġaw il-progress lejn l-għanijiet speċifiċi tiegħu. Il-progress f’dan il-qasam se jitkejjel mill-indikaturi li jikkonċernaw id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (IPR), prodotti innovattivi, metodi u proċessi u l-użu tagħhom, flimkien mal-ħolqien tal-impjiegi.

Lejn impatt ekonomiku / tal-innovazzjoni

Terminu ta’ żmien qasir

Terminu ta’ żmien medju

Terminu ta’ żmien twil

Titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet mhux ta’ potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv sikuri, nukleari

Trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni

Żamma u żvilupp ulterjuri tal-għarfien espert u l-eċċellenza fl-Unjoni

Outputs innovattivi -

Għadd ta’ prodotti, proċessi jew metodi innovattivi mill-programm Euratom (skont it-tip ta’ innovazzjoni) u applikazzjonijiet tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (IPR)

Innovazzjonijiet

Għadd ta’ innovazzjonijiet mill-proġetti Euratom (skont it-tip ta’ innovazzjoni) inkluż mill-IPR mogħtija

Tkabbir ekonomiku

Ħolqien, tkabbir u sehem mis-suq ta’ kumpaniji li żviluppaw innovazzjonijiet iffinanzjati minn Euratom

Impjiegi appoġġati –

Għadd ta’ impjiegi FTE maħluqa u impjiegi miżmuma fl-entitajiet tal-benefiċjarji għall-proġett Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)

Impjiegi sostnuti

Żieda fl-impjiegi FTE fl-entitajiet tal-benefiċjarji wara proġett Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)

Total tal-impjiegi – Għadd ta’ impjiegi diretti u indiretti maħluqa jew miżmuma minħabba d-difużjoni tar-riżultati ta’ Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)

Ammont ta’ investiment pubbliku u privat mobilizzat permezz tal-investiment Euratom inizjali

Ammont ta’ investiment pubbliku u privat mobilizzat permezz ta’ sfruttament jew titjib tar-riżultati ta’ Euratom

Progress tal-UE lejn 3% ta’ PDG dovut għall-programm Euratom

Indikaturi ta’ politika tal-mogħdiji ta’ impatt

Il-Programm jipprovdi evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-appoġġ xjentifiku għal servizzi tal-Kummissjoni oħrajn, bħall-appoġġ għas-salvagwardji Euratom, jew għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttivi relatati mal-qasam nukleari u dak tar-radjazzjoni jonizzanti 4 .

Lejn l-impatt tal-politika

Terminu ta’ żmien qasir

Terminu ta’ żmien medju

Terminu ta’ żmien twil

Appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari



Għadd u sehem ta’ proġetti Euratom li jipproduċu sejbiet rilevanti għall-politika



Għadd ta’ outputs li għandhom impatt li jidher fuq il-politika tal-UE

Għadd u sehem ta’ sejbiet ta proġetti Euratom ikkwotati f’dokumenti ta’ politika/programmatiċi

Il-miri se jiġu definiti kemm għal azzjonijiet indiretti kif ukoll diretti biex jirriflettu r-riżultati mistennija għal kull parti tal-programm.

(1)    B’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta’ Lulju 2014; Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv; Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart radjuattiv u ta’ kombustibbli nukleari eżawrit bejn l-Istati Membri u fil-Komunità u barra minnha; Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom, id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika.
(2)    Artikoli 35, 36, 38 Euratom; Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom
(3)

   Abbażi tal-pjan ta’ investiment rikorrenti għall-infrastrutturi tal-JRC

(4)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta’ Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari; Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv; u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 302/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni ta’ salvagwardji tal-Euratom.

Top