Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0352

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd

    COM/2018/352 final - 2018/0183 (NLE)

    Brussell, 29.5.2018

    COM(2018) 352 final

    2018/0183(NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Is-soltu, dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati diversi drabi fil-perjodu li matulu jkunu fis-seħħ.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Il-miżuri proposti huma mfassla skont l-għanijiet u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Il-miżuri proposti huma konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-politiki fil-qasam tal-ambjent.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    L-obbligi tal-Unjoni għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jirriżultaw mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku l-ġdid tal-PKS.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

    Proporzjonalità

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: il-PKS hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, l-adozzjoni ta’ miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd hija r-responsabbiltà tal-Kunsill.

    Għażla tal-istrument

    L-istrument propost: regolament.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Mhux applikabbli

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Il-proposta tqis ir-rispons tal-partijiet ikkonċernati, tal-Kunsilli Konsultattivi, tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Il-proposta hija bbażata fuq il-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

    Valutazzjoni tal-impatt

    Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd huwa ċirkoskritt bl-Artikolu 43(3) tat-Trattat.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Mhux applikabbli.

    Drittijiet fundamentali

    Mhux applikabbli.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-miżuri proposti mhu se jkollhom l-ebda implikazzjoni għall-baġit.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jimmodifikaw ir-Regolament (UE) 2018/120 kif deskritt hawn taħt.

    Kelb il-baħar baliena

    Fit-12-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta’ Speċijiet ta’ Annimali Selvaġġi Migratorji, inżdied il-kelb il-baħar baliena (Rincodon typus) mal-Appenix I tal-Konvenzjoni. Għalhekk jenħtieġ li din l-ispeċi tiddaħħal fil-listi ta’ speċijiet ipprojbiti.

    Megrims

    Sakemm il-parir xjentifiku jindika li l-megrims fis-subżona 7 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES huma l-istess stokkijiet bijoloġiċi, huwa xieraq li tkun prevista flessibbiltà bejn iż-żoni ta’ 25 % mis-subżona 7 tal-ICES sad-diviżjoniet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES għall-Istati Membri li għandhom kwota għal dawk l-ispeċijiet fiż-żewġ żoni.

    Gamblu tat-Tramuntana

    Fis-26 ta’ Marzu 2018, l-ICES ħareġ parir dwar il-qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant (Skagerrak, Kattegat, u t-Tramuntana tal-Baħar tat-Tramuntana fin-Norwegian Deep). Wara l-konsultazzjonijiet man-Norveġja, ġie deċiż li l-allokazzjoni tal-gamblu tat-Tramuntana għall-UE fi Skagerrak għandha tkun ta’ 3 327 tunnellata.

    Laċċa kaħla

    Fit-12 ta’ April l-ICES ipprovda l-parir annwali tiegħu dwar il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar tat-Tramuntana. Skont il-parir tal-ICES, jenħtieġ li l-qabdiet tal-laċċa kaħla fil-Baħar tat-Tramuntana ma jkunux aktar minn 177 545 tunnellata fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019. Għalhekk jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla jiġu ffissati skont dan.

    Aringa tal-Baħar Ċeltiku

    Il-parir tal-ICES jiddeskrivi li l-istokk tal-aringa tal-Baħar Ċeltiku mhuwiex fil-limiti bijoloġiċi sikuri. Għalhekk jenħtieġ li titħassar ir-referenza għall-Artikolu 7(2).

    Merluzz tan-Norveġja

    Fil-11 ta’ April 2018 l-ICES aġġorna l-parir tiegħu ta’ Ottubru tal-2017 dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2017 sal-31 ta’ Ottubru 2018. Għalhekk jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja jiġu emendati skont dan, biex iqisu wkoll skambju ma’ pajjiżi terzi.

    Skampu

    B’konformità mal-parir tal-ICES, jekk ma jkunx jista’ jsir stħarriġ televiżiv ta’ taħt wiċċ l-ilma (UWTV), jista’ jiġi stabbilit sajd sentinell sabiex tinġabar id-dejta dwar is-serje tal-qabda għal kull unità tal-isforz (CPUE) għall-iskampu fl-unità funzjonali 25 tad-diviżjoni 8c tal-ICES. L-opportunitajiet tas-sajd huma emendati sabiex jipprevedu dan is-sajd sentinell.

    Traspożizzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE fiż-żona tal-SPRFMO

    Fis-sitt laqgħa annwali tagħha fl-2018, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (l-SPRFMO) stabbiliet l-opportunitajiet tas-sajd magħmula minn qabda totali permissibli (TAC) għas-sawrell ta’ 35 186 tunnellata. Din it-TAC għandha tkun inkluża fir-Regolament.

    2018/0183 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 1 jistabbilixxi għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

    (2)Fit-12-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta’ Speċijiet ta’ Annimali Selvaġġi Migratorji, inżdied il-kelb il-baħar baliena (Rincodon typus) mal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni. Għalhekk jenħtieġ li din l-ispeċi tiddaħħal fil-listi ta’ speċijiet ipprojbiti.

    (3)Il-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) jindika li l-megrims fis-subżona 7 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES huma l-istess stokkijiet bijoloġiċi. Għalhekk jixraq li tiġi prevista flessibbiltà bejn iż-żoni ta’ 25 % mis-subżona 7 tal-ICES sad-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES għall-Istati Membri li għandhom kwota għal dawk l-ispeċijiet fiż-żewġ żoni.

    (4)Fis-26 ta’ Marzu 2018, l-ICES ħareġ parir dwar qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant (Skagerrak, Kattegat, u t-Tramuntana tal-Baħar tat-Tramuntana fin-Norwegian Deep). Fuq il-bażi ta’ dak il-parir u wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, jixraq li s-sehem tal-Unjoni tal-gamblu tat-Tramuntana fi Skagerrak jiġi ffissat għal 3 327 tunnellata.

    (5)Skont il-parir tal-ICES tat-12 ta’ April 2018, jenħtieg li l-qabdiet tal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar tat-Tramuntana ma jkunux aktar minn 177 545 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla jiġu stabbiliti skont dan.

    (6)Fil-11 ta’ April 2018, l-ICES ħareġ parir rivedut għall-merluzz tan-Norveġja għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2017 sal-31 ta’ Ottubru 2018. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla jiġu stabbiliti skont dan.

    (7)L-ICES ħareġ parir li jekk ma jkunx jista’ jsir stħarriġ televiżiv ta’ taħt wiċċ l-ilma, jista’ jiġi stabbilit sajd sentinell sabiex tinġabar id-dejta dwar il-qabda għal kull unità ta’ sforz għall-iskampu fl-unità funzjonali 25 fis-subżona 8c tal-ICES. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati sabiex jipprevedu dan is-sajd sentinell.

    (8)Fis-sitt laqgħa annwali tagħha fl-2018, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) stabbiliet qabda totali permissibli (TAC) għas-sawrell. Dik il-miżura jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

    (9)Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2018/120 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2018. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti,

    (10)Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/120 jiġi emendat skont dan.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) 2018/120 huwa emendat kif ġej:

    (a)Fl-Artikolu 13(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

    “kelb il-baħar baliena (Rhincodon typus) fl-ilmijiet kollha;”.

    (b)fl-Artikolu 45(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

    “kelb il-baħar baliena (Rhincodon typus) fl-ilmijiet tal-Unjoni;”.

    (c)L-Annessi IA u IJ huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018, għajr il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1 li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).
    Top

    Brussell,29.5.2018

    COM(2018) 352 final

    ANNESS

    ta’ [...]

    PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd


    ANNESS

    1.L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2018/120 huwa emendat kif ġej:

    (1)it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-megrims f’7 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Speċijiet:

    Megrims

     

     

    Żona:

    7

     

     

     

    Lepidorhombus spp. 

     

     

    (LEZ/07.)

     

     

    Il-Belġju

     

    333

    (1)

    TAC analitika

     

     

    Spanja

    3 693

    (2)

    Japplika l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament

    Franza

    4 481

    (2)

    Japplika l-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament

    L-Irlanda

    2 038

    (1)

    Ir-Renju Unit

    1 765

    (1)

    L-Unjoni

    12 310

    TAC

    12 310

    (1)

    5 % minn din il-kwota tista’ tintuża f’8a, 8b, 8d u 8e (LEZ/*8ABDE) għall-qabdiet aċċessorji tas-sajd dirett għal-lingwata.

    (2)

    25 % minn din il-kwota tista’ tinqabad f’8a, 8b, 8d u 8e (LEZ/*8ABDE).

    ”;

    (2)it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fi 3a hija sostitwita b’dan li ġej:

    Speċijiet:

    Gamblu tat-Tramuntana

     

    Żona:

    3a

     

     

     

    Pandalus borealis 

     

    (PRA/03A.)

     

    Id-Danimarka

     

    2 162

    TAC ta’ prekawzjoni

     

     

    L-Iżvezja

    1 165

    Japplika l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament

    L-Unjoni

    3 327

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    TAC

    6 230

    ”;

    (3)it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta’ 2a u 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Speċijiet:

    Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ 2a u 4

     

     

    Sprattus sprattus

     

     

    (SPR/2AC4-C)

     

     

    Il-Belġju

     

    1 911

    (1)(2)

    TAC analitika

     

     

    Id-Danimarka

    155 660

    (1)(2)

    Il-Ġermanja

    1 911

    (1)(2)

    Franza

    1 911

    (1)(2)

    In-Netherlands

    1 911

    (1)(2)

    L-Iżvezja

    1 330

    (1) (2)(3)

    Ir-Renju Unit

    1 911

    (1)(2)

    L-Unjoni

    166 545

    (1)

    In-Norveġja

    10 000

    (1)

    Il-Gżejjer Faroe

    1 000

    (1)(4)

    TAC

    177 545

    (1)

    (1)

    Din il-kwota tal-Unjoni tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019.

    (2)

    Sa 2 % tal-kwota tista’ tkun qabdiet aċċessorji tal-merlangu (OTH/ *2AC4C). Il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu għandhom jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

    (3)

    Inkluż iċ-ċiċċirell.

    (4)

    Jista’ jkun fihom sa 4 % ta’ qabdiet aċċessorji ta’ aringi.

     

     

     

     

    ”;

    (4)fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni ta’ 7g, 7h, 7j u 7k, titħassar ir-referenza “Japplika l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament”;

    (5)it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fi 3a u fl-ilmijiet tal-Unjoni ta’ 2a u 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Speċijiet:

    Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati

    Żona:

    3a; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ 2a u 4

     

    Trisopterus esmarki

     

     

    (NOP/2A3A4.)

     

    Id-Danimarka

    85 186

    (1)

    TAC analitika

    Il-Ġermanja

    16

    (1) (2)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    In-Netherlands

    63

    (1) (2)

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Unjoni

    85 265

    (1) (3)

    In-Norveġja

    15 000

    (4)

    Il-Gżejjer Faroe

    6 000

    (5)

    TAC

    mhux rilevanti

    (1)

    Sa 5 % tal-kwota tista’ tkun qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu għandhom jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

    (2)

    Il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.

    (3)

    Il-kwota tal-Unjoni tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Novembru 2017 sal-31 ta’ Ottubru 2018.

    (4)

    Għandha tintuża tabella ta’ klassifikazzjoni.

    (5)

    Għandha tintuża tabella ta’ klassifikazzjoni. Li tinkludi massimu ta’ 15 % tal-qabdiet aċċessorji inevitabbli (NOP/*2A3A4), li għandhom jingħaddu ma’ din il-kwota.

    ”;

    (6)it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-iskampu f’8c hija sostitwita b’dan li ġej:

    Speċijiet:

    Skampu

     

    Żona:

    8c

     

     

     

    Nephrops norvegicus

     

    (NEP/08C.)

     

     

    Spanja

     

    2

    (1)

    TAC ta’ prekawzjoni

     

     

    Franza

    0

    L-Unjoni

    2

    (1)

    TAC

    2

    (1)

    (1)

    Esklussivament għall-qabdiet meħuda bħala parti minn sajd sentinell li jiġbor il-qabda għal kull unità ta’ sforz (CPUE) fl-unità funzjonali 25 matul ħames vjaġġi kull xahar f’Awwissu u Settembru b’bastimenti li jġorru abbord lill-osservaturi.

    ”;

    2.Fl-Anness IJ tar-Regolament (UE) 2018/120, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO hija sostitwita b’dan li ġej:

    Speċijiet:

    Sawrell

    Żona:

    Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

     

    Trachurus murphyi

     

    (CJM/SPRFMO)

    Il-Ġermanja

    8 849,28

    TAC analitika

    In-Netherlands

    9 591,70

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Il-Litwanja

    6 157,56

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Il-Polonja

    10 587,46

    L-Unjoni

    35 186

    TAC

    Mhux relevanti

     

     

     

     

     

    ”.

    Top