EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0209

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi

COM/2018/209 final - 2018/0103 (COD)

Strasburgu,17.4.2018

COM(2018) 209 final

2018/0103(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi

{SWD(2018) 104 final}

{SWD(2018) 105 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Prekursuri tal-isplussivi huma sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw għal skopijiet leġittimi, iżda jistgħu jintużaw ukoll ħażin għall-manifattura ta’ splussivi. Bil-għan li tiġi impedita l-manifattura illeċita ta’ splussivi, ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi 1 (“ir-Regolament”) jillimita t-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi partikolari għall-pubbliku ġenerali u jistabbilixxi regoli dwar ir-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi.

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament fl-1 ta’ Marzu 2013 2 , l-ammont ta’ prekursuri tal-isplussivi disponibbli fis-suq għall-konsum pubbliku naqas. L-Istati Membri rrapportaw ukoll żieda fl-għadd ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serqiet irrapportati. Madankollu, il-prekursuri tal-isplussivi għadhom qegħdin jintużaw għall-manifattura illeċita ta’ splussivi. Dawn l-“isplussivi artiġjanali” intużaw fil-maġġoranza kbira tal-attakki terroristiċi fl-UE, inklużi dawk f’Madrid fl-2004, f’Londra fl-2005, f’Pariġi fl-2015, fi Brussell fl-2016, kif ukoll f’Manchester u f’Parsons Green fl-2017. Barra minn hekk matul l-aħħar deċennji l-maġġoranza kbira tal-vittmi ta’ tali attakki kienu kawża ta’ attakki bi splussivi artiġjanali.

Ir-Regolament jistabbilixxi restrizzjonijiet u kontrolli fil-livell tal-Unjoni, bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji kollha kkonċernati. Madankollu, ir-Regolament irnexxielu jilħaq biss parti minn dan l-għan, minħabba li jippermetti livelli differenti ta’ restrizzjonijiet fost l-Istati Membri. Dan ma jiżgurax l-ogħla grad ta’ uniformità possibbli għall-operaturi ekonomiċi. Barra minn hekk, ma jiggarantixxix livell suffiċjenti ta’ protezzjoni għas-sigurtà tal-pubbliku ġenerali. Hemm rapporti li l-kriminali qed ifittxu li jakkwistaw prekursuri tal-isplussivi fi Stati Membri b’restrizzjonijiet inqas ibsin, jew online, fejn ir-Regolament ma jiġix dejjem jiġi applikat.

Ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli eżistenti wrew li mhumiex biżżejjed biex jimpedixxu l-manifattura illeċita ta’ splussivi artiġjanali. Pereżempju, ir-rekwiżit li t-tranżazzjonijiet jiġu reġistrati ma jiskoraġġixxix jew iwaqqaf lill-kriminali milli jakkwistaw prekursuri tal-isplussivi. Anke persuni ġuridiċi jistgħu jiksbu prekursuri tal-isplussivi minkejja li ma jkollomx bżonn professjonali għalihom. Mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, anke t-theddida nbidlet. It-terroristi qed jużaw tattiċi ġodda u jiżviluppaw riċetti u tekniki ġodda għall-manifattura tal-bombi, li – talanqas parzjalment – huma intiżi biex jevitaw ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli eżistenti.

Barra minn hekk, ir-Regolament ma fihx dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw il-konformità u l-infurzar. Dan jikkontribwixxi għal għadd ta’ nuqqasijiet sistemiċi tul il-katina tal-provvista: mhux l-atturi kollha huma konxji mill-obbligi tar-Regolament u mhux l-operaturi ekonomiċi kollha jwettqu kontrolli biex jiżguraw il-konformità. Barra minn hekk l-ispezzjonijiet ma jsirux b’mod sistematiku fl-Istati Membri kollha. Fl-aħħar nett, ir-Regolament mhuwiex ċar biżżejjed f’dak li għandu x’jaqsam mad-diversi obbligi li jimponi, inklużi dawk li jfittxu li jiżguraw it-trażmissjoni ta’ informazzjoni tul il-katina tal-provvista. L-għan ta’ din il-proposta għal Regolament huwa li permezz tat-tisħiħ u l-iċċarar tar-Regolament jiġu indirizzati l-problemi msemmija hawn fuq. B’mod parallel, il-Kummissjoni ser tkompli l-ħidma mhux leġiżlattiva tagħha bil-għan li jonqos l-użu ħażin ta’ prekursuri tal-isplussivi u jitneħħew l-ostakoli għall-moviment liberu ta’ tali sustanzi fis-suq intern, b’mod partikolari permezz tat-tkomplija tal-ħidma li saret fil-Kumitat Permanenti dwar il-Prekursuri u l-irfinar u l-aġġornament tal-linji gwida, kif obbligat mir-Regolament.

Din l-inizjattiva taqa’ fi ħdan il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT). Opinjoni dwar il-pjattaforma REFIT irrikonoxxiet il-problemi msemmija hawn fuq bħala riżultat tal-applikazzjoni diverġenti tar-Regolament u ssuġġeriet li jiġu esplorati opportunitajiet biex tiġi żgurata l-applikazzjoni unifikata tiegħu, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ kundizzjonijiet u kriterji komuni għal-liċenzji kif ukoll jiġu ċċarati l-ambigwitajiet fir-rigward tar-rekwiżiti għall-atturi fil-katina tal-provvista.

Sfond istituzzjonali tal-proposta

Ir-regolamentazzjoni tad-disponibbiltà ta’ prekursuri tal-isplussivi fis-suq kienet identifikata bħala prijorità politika fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE tal-2008 dwar it-Titjib tas-Sigurtà tal-Isplussivi 3 . Wara l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni Ewropea waqqfet Kumitat Permanenti dwar il-Prekursuri, grupp ta’ esperti li jġib flimkien esperti minn awtoritajiet tal-Istati Membri u partijiet interessati mill-industrija tal-kimika u mis-settur tal-bejgħ bl-imnut. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prekursuri u l-eżiti ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-għażliet possibbli 4 , fl-2010 il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar il-prekursuri tal-isplussivi 5 . Fil-15 ta’ Jannar 2013, ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (“ir-Regolament”).

L-importanza ta’ dawn ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli għat-tfixkil tal-attivitajiet ta’ netwerks terroristiċi billi jagħmluha aktar diffiċli għat-terroristi biex jattakkaw bersalli u li jaċċessaw u jużaw sustanzi perikolużi reġgħet ġiet enfasizzata fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà 6 , li ġiet adottata mill-Kummissjoni f’April 2015.

Wara l-attakki f’Pariġi fit-13 ta’ Novembru 2015 u fi Brussell fit-22 ta’ Marzu 2016, fil-Pjan ta’ Azzjoni kontra t-traffikar u l-użu illeċitu tal-armi tan-nar u l-isplussivi 7 u fil-Komunikazzjoni dwar it-twettiq tal-aġenda tal-UE dwar is-sigurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu 8 l-Kummissjoni enfasizzat li l-prekursuri tal-isplussivi xorta għadhom wisq faċilment disponibbli u li għandhom jissaħħu l-kontrolli eżistenti.

Fi Frar 2017, il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament 9 . Ir-rapport iddeskriva sensiela ta’ sfidi li l-Istati Membri u l-katina tal-provvista jiffaċċjaw fl-implimentazzjoni tar-Regolament u l-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità ta’ dawk kollha involuti fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tar-restrizzjonijiet u tal-kontrolli. Ir-rapport ippreżenta l-limitazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni marbuta mas-sensibilizzazzjoni fil-katina tal-provvista, u l-ammont kbir ta’ reġimi differenti madwar l-UE, li joħloq lakuni importanti għas-sigurtà kif ukoll sfidi għall-atturi fil-katina tal-provvista li jwettqu attivitajiet kummerċjali fl-UE.

F’Ottubru 2017 ġiet adottata Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-passi immedjati sabiex jiġi pprevenut l-użu ħażin tal-prekursuri tal-isplussivi 10 . L-Istati Membri ġew imħeġġa jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa taħt ir-Regolament eżistenti biex jimpedixxu lit-terroristi milli jkollhom aċċess għal sustanzi ristretti u ġew mistiedna jwettqu valutazzjoni bir-reqqa tas-sistemi ta’ projbizzjoni, ta’ liċenzjar jew ta’ reġistrazzjoni li kienu waqqfu.

Fis-7 ta’ Diċembru 2017 il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea laqa’ r-Rakkomandazzjoni u talab lill-Istati Membri biex jillimitaw id-disponibbiltà ta’ prekursuri tal-isplussivi għall-pubbliku ġenerali 11 . Il-Parlament Ewropew esprima wkoll it-tħassib tiegħu dwar id-disponibbiltà wiesgħa ta’ armi tan-nar u ta’ prekursuri tal-isplussivi fuq netwerks moħbija u r-rabtiet dejjem akbar bejn it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata 12 .

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Is-sustanzi u t-taħlitiet li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ splussivi illeċiti huma wkoll soġġetti għal diversi strumenti legali oħra tal-UE. Bħal din il-proposta, l-għan ta’ dawn l-istrumenti huwa li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Kollha għandhom objettiv ieħor ukoll, normalment relatat mas-saħħa pubblika, mas-sigurtà u mal-ambjent. B’kuntrast, l-objettiv sekondarju ta’ dan ir-Regolament propost huwa orjentat lejn is-sigurtà, jiġifieri d-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-manifattura illeċita tal-isplussivi.

Restrizzjonijiet dwar sustanzi kimiċi għal raġunijiet ta’ sigurtà jistgħu jinstabu wkoll fir-Regolament (KE) Nru 1259/2013 13 u (KE) Nru 273/2004 14 , li jindirizzaw il-kummerċ f’prekursuri tad-droga bejn l-UE u pajjiżi terzi, u fl-UE rispettivament. Diversi prekursuri tal-isplussivi jistgħu jintużaw ukoll bħala prekursuri tad-droga. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 15 jipprevedi regoli komuni ta’ kontroll tal-UE u lista komuni tal-UE ta’ oġġetti b’użu doppju, li jinkludu xi prekursuri tal-isplussivi.

Bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (Regolament CLP) 16 jistabbilixxi kriterji madwar l-UE kollha sabiex jiġi determinat jekk sustanza kimika jew taħlita li tiġi manifatturata jew importata fis-suq Ewropew għandhiex tiġi kklassifikata bħala perikoluża. Imbagħad il-fornituri għandhom jikkomunikaw il-perikli identifikati ta’ dawn is-sustanzi jew taħlitiet lill-klijenti tagħhom, inkluż lill-konsumaturi. L-aktar għodda komuni għall-komunikazzjoni tal-perikli hija t-tikkettar fuq is-sustanza jew fuq it-taħlita ppakkjata, iżda anke fuq l-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà li tingħata lill-atturi ’l isfel fil-katina tal-provvista.

Bil-għan li jiġu mħarsa s-saħħa pubblika, l-ambjent u l-aspetti ta’ sigurtà, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) 17 jinkludi proċedura ta’ reġistrazzjoni għas-sustanzi kimiċi u jelenka restrizzjonijiet dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ċerti sustanzi, taħlitiet u oġġetti perikolużi. Dan jinkludi l-prekursur tal-isplussivi n-nitrat tal-ammonju. Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 dwar il-fertilizzanti 18 jistabbilixxi regoli preċiżi dwar miżuri ta’ sigurtà u ta’ kontroll għall-fertilizzanti li fihom in-nitrat tal-ammonju.

Din il-proposta għal Regolament ma teħtieġ ebda klassifikazzjoni jew reġistrazzjoni minn qabel tas-sustanzi kimiċi. L-approċċ ta’ dan ir-Regolament propost huwa li kull sustanza kimika tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni, inkluż tal-pubbliku ġenerali, sakemm dan ir-Regolament (jew dritt ieħor tal-Unjoni) ma jistabbilixxix mod ieħor (ara l-Artikolu 4).

Id-Direttiva 2014/28/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi ċivili 19 tittratta l-isplussivi, filwaqt li dan ir-Regolament propost jittratta l-prekursuri tal-isplussivi, jiġifieri sustanzi li jistgħu jintużaw għall-manifattura illeċita tal-isplussivi. Barra minn hekk din il-proposta għal Regolament ma tkoprix oġġetti pirotekniċi. It-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ tali oġġetti huwa rregolat fid-Direttiva 2013/29/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi 20 li tikkategorizza oġġetti pirotekniċi skont it-tip ta’ użu tagħhom, jew l-iskop u l-livell ta’ periklu tagħhom. L-aktar kategorija perikolużi ta’ logħob tan-nar (F4) hija għall-użu professjonali biss.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta tikkumplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE tal-2017 għat-titjib tal-Istat ta’ Tħejjija kontra riskji ta’ sigurtà Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari 21 , u b’mod partikolari l-miżuri f’dak il-pjan ta’ azzjoni għas-settur kimiku, bħal ħidma dwar l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni ta’ theddid minn sustanzi kimiċi, bħall-identifikazzjoni mill-awtoritajiet doganali, jew dwar il-prevenzjoni ta’ theddid minn ġewwa għal faċilitajiet kimiċi. Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE tal-2017 għall-appoġġ tal-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi 22 jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni u għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri dwar theddid terroristiku, inklużi dawk relatati mal-isplussivi artiġjanali.

Ir-Regolament propost ser jikkumplimenta l-qafas legali kriminali stabbilit mid-Direttiva 2017/541 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu 23 , b’mod partikolari fejn ir-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi skont din il-proposta jista’ jwassal għal investigazzjoni fuq il-bażi ta’ suspett ta’ reat terroristiku. Fejn kontenut online jipprovoka pubblikament it-twettiq ta’ reati terroristiċi bi splussivi artiġjanali, dik id-Direttiva teżiġi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex ineħħu tali kontenut.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 114 tat-TFUE, li jippermetti li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja biex jadottaw miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b’regolamenti jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-ħtieġa għal azzjoni mill-UE kienet diġà ġiet rikonoxxuta bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 98/2013, li jistabbilixxi regoli madwar l-Unjoni kollha dwar ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli ta’ prekursuri tal-isplussivi. Filwaqt li l-qafas legali eżistenti stabbilixxa approċċ komuni fl-UE, il-valutazzjoni tiegħu wriet ukoll diverġenza sinifikanti fuq livell leġiżlattiv u dak operattiv. Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 ma jippermettix biss li l-Istati Membri jistabbilixxu tipi ta’ restrizzjonijiet differenti, iżda jħalli wkoll lok għal interpretazzjonijiet diverġenti u gradi diverġenti ta’ applikazzjoni prattika.

Ir-regoli u l-prattiki differenti jaffettwaw lill-operaturi ekonomiċi madwar l-UE kollha, b’mod partikolari meta jbiegħu jew jixtru prodotti ġewwa l-UE. Din hija problema tas-suq intern, li tillimita l-libertà tal-moviment ta’ prekursuri tal-isplussivi fl-UE. Il-problema ma tistax tissolva permezz ta’ azzjonijiet unilaterali tal-Istati Membri, minħabba li l-ostakoli u l-inċertezzi huma riżultat tad-differenzi bejn il-liġijiet u l-proċeduri tal-Istati Membri. Bl-istess mod, l-inċertezzi dwar il-qafas eżistenti tal-UE jitolbu soluzzjoni fil-livell tal-UE, minħabba li miżuri nazzjonali jwasslu biss għal interpretazzjonijiet differenti tar-Regolament.

Ir-regoli u l-prattiki differenti jistgħu jiġu sfruttati biex il-prekursuri tal-isplussivi jiġu akkwistati illegalment. Il-fatt li persuni kriminali jistgħu jiksbu prekursuri tal-isplussivi fi Stati Membri b’inqas restrizzjonijiet u/jew b’livelli aktar baxxi ta’ kontroll, qed ikollu impatt fuq is-sigurtà ta’ kull Stat Membru u jqajjem tħassib dwar is-sigurtà fil-livell tal-UE. L-intervent tal-UE huwa neċessarju minħabba li din il-prattika tista’ tiġi evitata biss jekk l-Istati Membri jarmonizzaw is-sistemi ta’ kontroll tagħhom u kollha kemm huma jinfurzaw ir-regoli kif suppost.

Ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli għandhom jiġu allinjati mat-theddida li qed tevolvi. Fin-nuqqas ta’ livell xieraq ta’ restrizzjonijiet u ta’ kontrolli f’ċerti Stati Membri, oħrajn jistgħu jqisu l-ħtieġa li jadottaw miżuri fuq livell nazzjonali li jmorru lil hinn mill-mandat ta’ dan ir-Regolament. Dan ikollu effett negattiv fuq il-moviment liberu tal-persuni u ta’ oġġetti u servizzi fl-Unjoni kollha.

Għalhekk il-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni jwassal għal restrizzjonijiet u kontrolli aktar armonizzati fir-rigward tal-prekursuri tal-isplussivi, b’konsegwenza li titjieb is-sigurtà u jiġi ffaċilitat il-moviment liberu ta’ tali sustanzi.

Proporzjonalità

Il-valutazzjoni tal-impatt ta’ akkumpanjament ppreferiet l-approċċ meħud minn din il-proposta fuq azzjonijiet mhux leġiżlattivi mmirati lejn żieda fl-applikazzjoni tar-Regolament, kif ukoll fuq reviżjoni leġiżlattiva aktar sinifikanti tal-qafas attwali. Din il-proposta ssaħħaħ u tiċċara l-qafas legali eżistenti mingħajr ma tmiss il-karatteristiċi essenzjali tiegħu. Filwaqt li l-proposta għandha tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sigurtà u għall-funzjonament tas-suq intern, mhijiex ser tkun sproporzjonata fid-dawl tal-impatti limitati mistennija tal-miżuri fuq is-suq, f’termini ta’ piż u ta’ kostijiet ta’ implimentazzjoni jew ta’ infurzar.

Iż-żieda fir-restrizzjonijiet armonizzati ser taffettwa lill-kumpaniji li jispeċjalizzaw fil-provvista ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti (konċentrati ħafna) aktar milli lil dawk li joffru firxa ferm usa' ta’ prodotti, inklużi alternattivi għall-prekursuri tal-isplussivi ristretti. Madankollu, filwaqt li dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-konsum u d-domanda għall-prodotti ristretti, min-naħa l-oħra jistgħu jżidu l-konsum u d-domanda għal konċentrazzjonijiet aktar baxxi li għandhom l-istess effett, jew għal prodotti alternattivi li ser ikomplu jiġu żviluppati. Dan jista’ jnaqqas il-kummerċ għall-kumpaniji li jipproduċu jew li jbiegħu oġġetti ristretti iżda jista’ joħloq opportunitajiet ġodda għall-kumpaniji li jipproduċu jew li jbiegħu oġġetti alternattivi u konċentrazzjonijiet aktar baxxi u huwa ta’ inċentiv għall-kumpaniji innovattivi. Għalhekk, kollox ma’ kollox, mhux ser ikun hemm impatt sinifikanti fuq il-fatturat tas-settur kimiku inġenerali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

F’konformità mal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2018 li jipprevedi reviżjoni possibbli tar-Regolament, ġie kkummissjonat studju biex janalizza s-sitwazzjoni attwali, jidentifika lakuni u kwistjonijiet, u jivvaluta l-impatt ta’ tibdil possibbli fil-politika. L-istudju għen lill-Kummissjoni fl-eżaminar ta’ modi biex titjieb l-effikaċja u l-effiċjenza tar-restrizzjonijiet u tal-kontrolli tal-UE li jillimitaw id-disponibbiltà ta’ prekursuri tal-isplussivi u biex jiġi żgurat ir-rapportar xieraq ta’ tranżazzjonijiet suspettużi tul il-katina tal-provvista.

L-istudju wera li minħabba t-theddid terroristiku kontinwu fl-Ewropa l-objettivi ġenerali tar-Regolament għadhom rilevanti għall-ħtiġijiet attwali u li r-Regolament kien ġeneralment effettiv biex jgħin biex tiġi limitata d-disponibbiltà ta’ prekursuri tal-isplussivi għall-pubbliku ġenerali. Ir-Regolament ikkontribwixxa għall-isforzi nazzjonali għat-titjib tad-detezzjoni permezz ta’ żieda fl-iskambju ta’ informazzjoni u ż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar it-theddida emerġenti relatata ma’ prekursuri tal-isplussivi billi ta viżibilità wiesgħa lit-theddida ta’ prekursuri tal-isplussivi, u ħoloq il-momentum politiku biex jiġu avvanzati sforzi għall-adozzjoni immedjata ta’ miżuri restrittivi nazzjonali.

Il-valutazzjoni indikat ukoll għadd ta’ kwistjonijiet u oqsma għal titjib fil-qafas attwali. Speċifikament, l-analiżi wriet li r-Regolament ma jkoprix u ma jipprovdix definizzjoni ċara tal-prekursuri tal-isplussivi u tal-partijiet interessati kkonċernati rilevanti kollha. L-applikazzjoni u l-infurzar tar-Regolament huma mxekkla min-nuqqas ta’ kontrolli uniformi u l-modi diversi li bihom ġew implimentati l-kontrolli. Il-frammentazzjoni tar-reġimi ta’ kontroll madwar l-UE ħolqot sfidi għall-konformità tal-operaturi ekonomiċi u toħloq tħassib għas-sigurtà. L-armonizzazzjoni ulterjuri tas-sistema ta’ restrizzjonijiet u ta’ kontrolli, l-iċċarar tal-obbligu ta’ tikkettar, u proċedura aktar mgħaġġla u aktar flessibbli tal-UE biex tinbidel il-lista ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti ġew identifikati bħala possibilitajiet għal simplifikazzjoni u għal iffrankar tal-ispejjeż.

Konsultazzjonijiet ma’ partijiet interessati

Bi tħejjija għall-valutazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-qafas legali eżistenti, il-Kummissjoni organizzat għadd ta’ konsultazzjonijiet ma’ gruppi ta’ partijiet interessati differenti, bħal membri tal-pubbliku ġenerali, awtoritajiet nazzjonali kompetenti, operaturi ekonomiċi, inklużi manifatturi, distributuri u bejjiegħa bl-imnut. Il-partijiet interessati ewlenin ikkonsultati kienu jinkludu l-Kumitat Permanenti tal-Kummissjoni dwar il-Prekursuri, li jġib flimkien esperti minn awtoritajiet tal-Istati Membri u partijiet interessati mill-industrija tal-kimika u mis-settur tal-bejgħ bl-imnut.

Bejn is-6 ta’ Diċembru 2017 u l-14 ta’ Frar 2018 saret konsultazzjoni pubblika dwar reviżjoni possibbli tal-qafas legali eżistenti. It-83 kumment li waslu kienu fil-biċċa l-kbira mingħand rappreżentanti ta’ negozji jew assoċjazzjonijiet marbuta mal-produzzjoni, mad-distribuzzjoni, mal-bejgħ jew mal-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi. Il-maġġoranza wieġbu li s-sistema ta’ kontrolli u ta’ restrizzjonijiet attwali dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi tinvolvi spejjeż relattivament baxxi iżda tiżgura biss parzjalment is-sigurtà tal-pubbliku ġenerali. Sostnew ukoll li r-Regolament ma jikkontribwixxix sostanzjalment għall-armonizzazzjoni tal-kontrolli fl-Istati Membri kollha. Fl-aħħar nett, il-maġġoranza wieġbu li d-disponibbiltà ta’ ċerti sustanzi mhux regolati, iżda potenzjalment perikolużi fis-suq kif ukoll il-bejgħ online ta’ prekursuri tal-isplussivi joħolqu tħassib dwar is-sigurtà.

Dawk li wieġbu għall-konsultazzjoni pubblika wrew l-appoġġ tagħhom għal titjib tal-qafas legali fil-ġejjieni, b’mod partikolari permezz ta’ kjarifika tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas fir-rigward tal-bejgħ online, l-applikazzjoni aktar armonizzata fost l-Istati Membri kollha u t-trażmissjoni aħjar ta’ informazzjoni tul il-katina tal-provvista. Din il-proposta ħadet dawn is-suġġerimenti kollha inkunsiderazzjoni. Il-maġġoranza vasta tal-membri tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prekursuri u tar-rappreżentanti tal-industrija tal-manifatturi u d-distributuri esprimew appoġġ għall-miżuri biex jitjieb il-qafas legali eżistenti, kif ippreżentat f’din il-proposta. Issuġġerew ukoll li din il-proposta tkun akkumpanjata minn għadd ta’ azzjonijiet mhux leġiżlattivi identifikati fil-valutazzjoni tal-impatt.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-Valutazzjoni tal-Impatt insostenn ta’ din il-proposta rċeviet opinjoni pożittiva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, bi ftit suġġerimenti għal titjib 24 . Wara din l-opinjoni, il-valutazzjoni tal-impatt ġiet emendat sabiex jiġi spjegat b’mod aktar ċar kif ġew imfassla l-għażliet politiċi differenti, u r-raġuni għall-għażla ta’ dawn l-għażliet partikolari. Ingħatat ukoll attenzjoni speċifika lill-bejgħ online, kemm taħt il-qafas attwali u taħt l-għażliet politiċi differenti. Il-valutazzjoni tal-impatt kompliet tiġi emendata biex jissemmew b’mod espliċitu l-kriterji li ntużaw għad-determinazzjoni tar-restrizzjonijiet u tal-kontrolli xierqa u biex jiġu riflessi aħjar l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar l-għażliet u l-miżuri speċifiċi. Fl-aħħar nett, żdiedet taqsima bid-dettalji tal-azzjonijiet ta’ infurzar meħuda mill-Kummissjoni.

Minbarra x-xenarju bażi (Għażla 0) ġew ikkunsidrati tliet għażliet politiċi oħra. L-Għażla Politika 1 (Mhux leġiżlattiva) issaħħaħ l-applikazzjoni tar-Regolament b’miżuri mhux leġiżlattivi. L-Għażla Politika 2 (Leġiżlattiva – reviżjoni tal-qafas eżistenti) iżżid l-effikaċja u l-effiċjenza tar-restrizzjonijiet, l-infurzar mill-awtoritajiet pubbliċi, u l-konformità mill-katina tal-provvista u finalment, l-Għażla Politika 3 (Leġiżlattiva – reviżjoni maġġuri tal-qafas attwali) tintroduċi aktar kontrolli tul il-katina tal-provvista.

Wara li analizzat u qabblet l-għażliet differenti, l-Għażla Politika 2 ġiet identifikata bħala l-għażla politika ppreferuta. Din l-għażla tindirizza kemm il-problemi identifikati u tikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali u speċifiċi identifikati. Barra minn hekk, il-miżuri proposti ser isaħħu u jiċċaraw il-qafas legali eżistenti, mingħajr ma jmissu l-karatteristiċi essenzjali. Peress li r-Regolament eżistenti diġà laħaq, għalkemm b’mod parzjali, l-objettivi ewlenin tiegħu, ma jidhirx li hemm bżonn ta’ reviżjoni maġġuri.

Il-kostijiet ewlenin tal-għażla ppreferuta huma marbuta mal-kostijiet ta’ infurzar għall-awtoritajiet pubbliċi u profitt mitluf għall-kumpaniji minħabba r-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali. Dan jista’ jaffettwa wkoll kemxejn negattiv is-suq tax-xogħol. Madankollu, kollox ma’ kollox, l-għażla ppreferuta għandha tnaqqas il-kostijiet ta’ konformità u l-piżijiet amministrattivi minħabba l-armonizzazzjonijiet u l-kjarifiki tal-obbligi eżistenti. Il-Valutazzjoni tal-Impatt stmat li wara l-introduzzjoni l-kostijiet għan-negozji madwar l-Unjoni kollha ser ilaħħqu bejn €5 u €25 miljun, segwiti minn kostijiet annwali ta’ bejn €24 u €83 miljun. Għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, dawn il-kostijiet ġew stmati li ser ilaħħqu madwar €5 miljuni mal-introduzzjoni u bejn €8 u €18-il miljun fis-sena. Il-benefiċċji ewlenin huma marbuta mal-iffrankar tal-ispejjeż ta’ konformità, stmati li jlaħħqu bejn €25 u €75 miljun fis-sena kif ukoll tnaqqis fil-kriminalità, inklużi attakki terroristiċi, potenzjalment sa €500 miljun.

Idoneità u simplifikazzjoni regolatorja

Peress li din hija reviżjoni ta’ leġiżlazzjoni eżistenti li taqa’ taħt il-Programm tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni REFIT, il-Kummissjoni eżaminat opportunitajiet għas-simplifikazzjoni u għat-tnaqqis tal-piżijiet. In-natura ta’ din il-leġiżlazzjoni tfisser li tapplika għan-negozjanti kollha, u għalhekk din il-proposta ma tagħmel l-eżenzjoni għall-mikrointrapriżi.

Fil-qafas tal-Pjattaforma REFIT, il-partijiet interessati rrakkomandaw lill-Kummissjoni biex tesplora possibiltajiet biex tiġi faċilitata l-applikazzjoni unifikata tar-Regolament fl-Istati Membri bħat-twaqqif ta’ kundizzjonijiet u kriterji komuni għal-liċenzji kif ukoll l-iċċarar tal-ambigwitajiet. Intlaħaq qbil ukoll dwar il-ħtieġa li jiġu ċċarati r-rekwiżiti għall-atturi fil-katina tal-provvista 25 .

Din il-proposta ser tiċċara u ttejjeb l-effiċjenza tal-miżuri ta’ kontroll attwalment applikati. Il-valutazzjoni tal-impatt stmat li dan ser iwassal għal tnaqqis ta’ madwar 10% (€25 u 75 miljun fis-sena) tal-kostijiet attwali tal-kumpaniji biex jikkonformaw mar-Regolament. Din il-proposta ser tillimita d-diverġenzi fir-restrizzjonijiet dwar il-prekursuri tal-isplussivi madwar l-UE kollha, li għandu jissimplifika l-qafas legali u jkun aktar ċar u aktar faċli li jitħarsu r-regoli. Dan huwa speċjalment utli għall-kumpaniji li joperaw madwar l-UE, li bħalissa jridu jadattaw għal reġimi differenti.

Ir-Regolament propost jistabbilixxi qafas aktar armonizzat għat-tqegħid ta’ prekursuri tal-isplussivi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ kundizzjonijiet aktar komuni għal-liċenzjar u permezz tat-tneħħija tar-reġim ta’ reġistrazzjoni mir-Regolament (KE) Nru 98/2013. Il-proposta għal Regolament tagħmilha ċara li tapplika online ukoll, u tipprovdi direzzjonijiet dwar kif ir-Regolament jista’ jiġi applikat online. Id-distinzjoni bejn utent professjonali, li għalih prekursuri tal-isplussivi ristretti jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni u membru tal-pubbliku ġenerali, li għalih ma jistgħux, ser tiġi ffaċilitata bl-introduzzjoni ta’ definizzjoni taż-żewġ kunċetti. Il-proposta tindirizza l-konfużjoni dwar l-obbligu ta’ tikkettar, billi tiċċara li kull attur fil-katina tal-provvista ser ikollu l-oneru li jgħarraf lill-attur sussegwenti li l-prodott fornut huwa soġġett għar-restrizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Dan jista’ jsir permezz ta’ tikketta, iżda anke permezz tal-użu ta’ għodod eżistenti bħall-iskeda ta’ data ta’ sigurtà skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Attwalment, f’dan ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u fir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi hemm dispożizzjonijiet dwar in-nitrat tal-ammonju. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, huwa pprojbit li n-nitrat tal-ammonju f’konċentrazzjoni stabbilita jew ogħla ta’ nitroġenu jitqiegħed fis-suq ħlief għall-provvista lill-utenti downstream, lid-distributuri, lill-bdiewa għall-użu f’attivitajiet agrikoli u lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti f’attivitajiet professjonali. Ir-Regolament (UE) 98/2013 jagħmel il-provvista tan-nitrat tal-ammonju soġġetta għal mekkaniżmu ta’ rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, u jippermetti wkoll li l-Istati Membri, permezz ta’ klawsola ta’ salvagwardja, jistabbilixxu restrizzjonijiet ulterjuri jekk ikun hemm raġunijiet motivati għal dan.

Kif identifikat mill-Kummissjoni fl-2015, 26 il-qafas regolatorju ser jiġi ssimplifikat permezz tat-trasferiment tar-restrizzjonijiet rilevanti orjentati lejn is-sigurtà dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tan-nitrat tal-ammonju mir-Regolament (KE) 1907/2006 għal dan ir-Regolament. Dan għandu jikkumplimenta r-restrizzjonijiet dwar in-nitrat tal-ammonju f’ammont li jaqbeż it-28% skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Dan it-trasferiment għandu jagħmel il-qafas legali aktar koerenti u għalhekk aktar probabbli li jiġi rispettat u infurzat.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta għandha impatt kemxejn negattiv fuq il-libertà ta’ intrapriża, minħabba li tespandi r-restrizzjonijiet li huma applikabbli madwar l-UE kollha dwar id-disponibbiltà ta’ prekursuri tal-isplussivi għall-pubbliku ġenerali. Madankollu l-impatt huwa wieħed marġinali, minħabba li dan huwa suq żgħir ħafna. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-konsum u fid-domanda għall-prodotti ristretti jista’ jkun akkumpanjat minn żieda fil-konsum u fid-domanda għal konċentrazzjonijiet aktar baxxi li għandhom l-istess effett, jew għal prodotti alternattivi li ser ikomplu jiġu żviluppati.

Din il-proposta ma tbiddilx b’mod sinifikanti l-impatt fuq il-protezzjoni tad-data personali li diġà teżisti taħt il-qafas legali attwali. Min-naħa waħda, din il-proposta għandha l-għan li tintemm ir-reġistrazzjoni ta’ tranżazzjonijiet mill-pubbliku ġenerali. Min-naħa l-oħra, din il-proposta tobbliga lill-kumpaniji sabiex jivverifikaw il-legalità ta’ kull tranżazzjoni, li tirrikjedi l-ġbir u l-ipproċessar ta’ data personali. Għalhekk, b’mod ġenerali, jista’ ikun hemm żieda żgħira fl-ammont ta’ data li tinġabar u li tiġi proċessata. L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġu minimizzati l-interferenzi mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali billi tistabbilixxi regoli ċari dwar il-limitazzjoni tal-iskop għall-ipproċessar u għall-ġbir ta’ data, u fil-każ ta’ verifika waqt il-bejgħ, perjodu ta’ żamma massimu ta’ sena.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta leġislattiva ma għandhiex impatt fuq il-baġit tal-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ valutazzjoni u ta’ rapportar

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-miżuri previsti, u jiġu mmonitorjati r-riżultati tagħha, il-Kummissjoni ser tkompli taħdem mill-qrib mal-Kumitat Permanenti dwar il-Prekursuri, kif ukoll ma’ kull parti interessata rilevanti oħra mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, mill-katina tal-provvista tas-sustanzi kimiċi, u mal-aġenziji u l-istituzzjonijiet l-UE.

Il-Kummissjoni ser tadotta programm ta’ monitoraġġ għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistabbilixxi l-mezzi li permezz tagħhom u l-intervalli li fihom ser tinġabar id-data u l-evidenza oħra meħtieġa. Sena wara l-bidu tal-applikazzjoni u sussegwentement fuq bażi annwali, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni informazzjoni li hija meqjusa essenzjali għall-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ħafna minn din l-informazzjoni ser tinġabar mill-awtoritajiet kompetenti matul il-qadi ta’ dmirijiethom u għalhekk mhux ser tirrikjedi sforzi addizzjonali ta’ ġbir ta’ data. Permezz tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prekursuri, il-Kummissjoni ser timmira wkoll li tiġbor data u informazzjoni mill-operaturi ekonomiċi tul il-katina tal-provvista.

Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-qafas legali riżultanti, mhux qabel sitt snin wara l-bidu tal-applikazzjoni sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed data relatata mal-applikazzjoni tar-Regolament. Il-valutazzjoni għandha tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati sabiex jinġabru r-reazzjonijiet dwar l-effetti tat-tibdil leġiżlattiv u l-miżuri mhux vinkolanti implimentati. Il-punt ta’ riferiment li kontrih ser jitkejjel il-progress huwa s-sitwazzjoni fil-linja bażi meta jidħol fis-seħħ l-att leġislattiv.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Artikolu 1: Suġġett  Is-suġġett tar-Regolament propost huwa identiku għal dak tar-Regolament (UE) 98/2013. Ir-Regolament propost jistabbilixxi regoli armonizzati dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ sustanzi jew ta’ taħlitiet li jistgħu jintużaw ħażin għall-manifattura illeċita ta’ splussivi bil-għan li tiġi limitata d-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali. Barra minn hekk, jipprovdi regoli biex jiġi żgurat ir-rapportar adatt ta’ tranżazzjonijiet suspettużi tul il-katina tal-provvista.

Artikolu 2: Kamp ta’ applikazzjoni – Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi li s-sustanzi jew it-taħlitiet koperti mir-regoli armonizzati ta’ dan ir-Regolament huma dawk elenkati fl-Anness I u II. Din il-proposta għal Regolament tagħmel xi tibdil f’dawk l-Annessi meta mqabbel mar-Regolament (UE) 98/2013, li huma dettaljati fl-ispjegazzjonijiet dwar l-Artikoli 3 u 5 hawn taħt.

Bħar-Regolament (UE) Nru 98/2013, din il-proposta għal Regolament teskludi “oġġetti” fis-sens tal-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ukoll oġġetti u tagħmir pirotekniċi speċifikati, kapsuli ta’ perkussjoni għall-ġugarelli u prodotti mediċinali speċifikati.

Artikolu 3: Definizzjonijiet – Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi definizzjonijiet ta’ kunċetti li jintużaw fir-Regolament propost. Filwaqt li ħafna mid-definizzjonijiet baqgħu l-istess bħal fir-Regolament (UE) 98/2013, din id-dispożizzjoni tintroduċi xi definizzjonijiet ulterjuri u temenda dawk eżistenti, kif spjegat hawn taħt.

Ir-Regolament propost iżomm id-definizzjoni ta’ “prekursur tal-isplussivi ristrett”, li ma jistax jitqiegħed għad-dispożizzjoni, jiġi introdott, possedut jew użat minn membri tal-pubbliku ġenerali (ara l-Artikolu 5(1)). Il-kunċett ta’ “prekursur tal-isplussivi ristrett” jinkludi kemm sustanzi u taħlitiet, iżda jeskludi “oġġetti” (ara wkoll l-Artikolu 2(2), il-punt (a)). Il-prekursuri tal-isplussivi elenkati fl-Anness I huma “ristretti” minn limitu ta’ konċentrazzjoni ogħla minn jew, fil-każ tan-nitrat tal-ammonju, f’konċentrazzjoni ugwali għal jew ogħla minn dik speċifikata fil-kolonna 2 fih.

Il-kriterji għad-determinazzjoni ta’ liema miżuri għandhom japplikaw għal liema prekursuri tal-isplussivi jinkludu l-livell ta’ theddida assoċjat mal-prekursur tal-isplussivi kkonċernat, il-volum ta’ kummerċ fil-prekursur tal-isplussivi kkonċernat, u l-possibbiltà li jiġi stabbilit livell ta’ konċentrazzjoni li taħtu l-prekursur tal-isplussivi jista’ xorta jintuża għall-għanijiet leġittimi li għalihom ikun qiegħed jitqiegħed għad-dispożizzjoni u huwa ferm inqas probabbli li jkun jista’ jintuża għall-manifattura illeċita tal-isplussivi (ara l-premessa 5).

L-Anness I jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “prekursuri tal-isplussivi ristretti” meta mqabbel mar-Regolament (UE) Nru 98/2013 fi tliet modi. L-ewwel nett, din il-proposta għal Regolament tintroduċi l-aċidu sulfuriku fl-Anness I. L-isplussivi illeċiti li ntużaw f’diversi attakki terroristiċi li saru fl-UE fis-snin riċenti ġew manifatturati bl-aċidu sulfuriku. It-tqegħid fis-suq tal-aċidu sulfuriku huwa diġà rregolat fl-UE minħabba l-karatteristiċi perikolużi tiegħu bħala sustanza kimika korrużiva għall-ġilda (l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008). Taħt il-limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ 15% w/w stabbilit fil-kolonna 2 tal-Anness I, huwa ferm aktar diffiċli li jiġu manifatturati splussivi illeċiti bl-aċidu sulfuriku, filwaqt li xorta jista’ jintuża għall-iskopijiet leġittimi li għalihom huwa disponibbli. Għalkemm il-volum tal-kummerċ fl-aċidu sulfuriku fl-UE huwa wieħed sinifikanti, huwa stmat li madwar 0.5% biss ta’ dak l-aċidu sulfuriku huwa disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali.

It-tieni nett, meta mqabbel mar-Regolament (UE) Nru 98/2013, din il-proposta għal Regolament tbaxxi l-limitu ta’ konċentrazzjoni għan-nitrometan fl-Anness I minn 30% w/w għal 16% w/w. Taħt il-limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ 16% w/w, huwa ferm aktar diffiċli li jiġu manifatturati splussivi illeċiti bin-nitrometan, filwaqt li xorta jista’ jintuża għall-iskopijiet leġittimi li għalihom huwa disponibbli. Il-volum tal-kummerċ fin-nitrometan fl-UE huwa żgħir, l-istess bħall-proporzjon ta’ nitrometan li huwa disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali.

It-tielet nett, ir-restrizzjoni li tittratta n-nitrat tal-ammonju b’piż ta’ nitroġenu li jaqbeż is-16% relattivament għan-nitrat tal-ammonju diġà teżisti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Anness XVII) u ġiet trasferita f’dan ir-Regolament (Anness I, ara wkoll l-Artikolu 5(2) u 18). L-inklużjoni ta’ dawn ir-restrizzjonijiet dwar in-nitrat tal-ammonju hija aktar xierqa f’dan ir-Regolament li jindirizza r-riskji għas-sigurtà, minflok fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li l-għan tiegħu huwa li jiġi żgurat il-ħarsien tas-saħħa pubblika, tal-ambjent u s-sigurtà 27 . 

It-trasferiment ma jaffettwax il-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni eżistenti. Għal dik ir-raġuni, l-Artikolu 5(2) jgħid li l-bdiewa ser jibqa’ jkollhom aċċess għan-nitrat tal-ammonju b’piż ta’ nitroġenu ta’ aktar minn 16% relattivament għan-nitrat tal-ammonju għall-attivitajiet agrikoli. Għalhekk, bħala parti mit-trasferiment, dan ir-Regolament propost jintroduċi wkoll id-definizzjoni ta’ “attività agrikola” kif previst fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Ir-Regolament propost jintroduċi definizzjoni ta’ “prekursur tal-isplussivi regolat” li ma tkoprix biss il-prekursuri tal-isplussivi ristretti elenkati fl-Anness I, iżda anke l-prekursuri tal-isplussivi (rapportabbli) elenkati fl-Anness II. Meta mqabbel mar-Regolament (UE) Nru 98/2013, din il-proposta għal Regolament tneħħi r-referenzi għall-aċidu sulfuriku u għan-nitrat tal-ammonju fl-Anness II, minħabba li issa ġew inklużi fl-Anness I. L-Artikolu 9 jeżiġi li l-operaturi ekonomiċi jirrapportaw tranżazzjonijiet suspettużi li jikkonċernaw il-prekursuri tal-isplussivi regolati elenkati fl-Anness I jew II.

Id-definizzjoni ta’ “operatur ekonomiku” f’dan ir-Regolament saret aktar speċifika biex tkopri biss dawk l-entitajiet li jpoġġu prekursuri tal-isplussivi regolati fis-suq jew servizzi relatati ma’ prekursuri tal-isplussivi regolati. Barra minn hekk, ġie ċċarat li “operatur ekonomiku” jinkludi wkoll entitajiet li joperaw online, inklużi swieq diġitali li jippermettu lill-konsumaturi u/jew lin-negozjanti li jikkonkludu tranżazzjonijiet ma’ xulxin fuq l-istess sit web tas-suq online jew fuq is-sit web ta’ xi ħaddieħor li juża servizzi tal-informatika pprovduti mis-suq online.

Id-definizzjoni ta’ “membru tal-pubbliku ġenerali” ġiet estiża sabiex tinkludi wkoll “persuni ġuridiċi” u ġiet introdotta definizzjoni ta’ “utent professjonali”. Id-distinzjoni bejn utent professjonali, li għalih prekursuri tal-isplussivi ristretti jistgħu jsiru disponibbli, u membru tal-pubbliku ġenerali, li għalih ma jistgħux, tiddependi fuq jekk il-persuna għandhiex l-intenzjoni li tuża dak il-prekursur tal-isplussivi għal skopijiet marbuta man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni speċifiċi tagħha.

Il-karatteristika distintiva ta’ utent professjonali hija li operatur ekonomiku jagħmel prekursur tal-isplussivi ristrett disponibbli għal persuna oħra filwaqt li utent professjonali ma jagħmilx dan. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel prekursur tal-isplussivi disponibbli għal persuna oħra għandha titqies bħala operatur ekonomiku u trid tikkonforma mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4: Moviment liberu – Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-prinċipju ta’ moviment liberu fir-rigward tal-prekursuri tal-isplussivi regolati mir-Regolament propost. Din id-dispożizzjoni takkomoda restrizzjonijiet oħra bbażati fuq id-dritt tal-Unjoni dwar il-prekursuri tal-isplussivi, bħal pereżempju r-regoli tal-Unjoni dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ ta’ dawn is-sustanzi. Id-dispożizzjoni tvarja mid-dispożizzjoni korrispondenti fir-Regolament (UE) Nru 98/2013 f’żewġ modi. L-ewwel nett, il-prinċipju ta’ moviment liberu japplika għall-prekursuri tal-isplussivi ristretti f’kull konċentrazzjoni, u mhux biss għal dawk li ma jaqbżux il-limitu ta’ konċentrazzjoni. It-tieni nett, minħabba r-referenza aktar ġenerika għall-eċċezzjonijiet għall-moviment liberu “prevista f’dan ir-Regolament”, ma hemmx bżonn ta’ referenza għal dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament, kif kien il-każ fir-Regolament (UE) Nru 98/2013.

Artikolu 5: It-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu – Din id-dispożizzjoni tipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu l-valuri limitu stabbiliti fil-kolonna 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Il-Paragrafu 2 jipprevedi eċċezzjoni għal din il-projbizzjoni għan-nitrat tal-ammonju għal skopijiet agrikoli, f’konformità mar-restrizzjonijiet eżistenti fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Sakemm ma jkunux diġà koperti bid-definizzjoni ta’ “utenti professjonali”, il-bdiewa jistgħu jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu u jużaw, għal skopijiet agrikoli, in-nitrat tal-ammonju b’piż ta’ nitroġenu li jaqbeż is-16% relattivament għan-nitrat tal-ammonju.

L-eċċezzjoni għall-projbizzjoni prevista mir-Regolament (UE) Nru 98/2013, li tgħid li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jistabbilixxu reġim ta’ reġistrazzjoni li jippermetti li ċerti prekursuri tal-isplussivi ristretti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, jew ikunu pposseduti jew użati minn, membri tal-pubbliku ġenerali jekk l-operatur ekonomiku li jqiegħdhom għad-dispożizzjoni jirreġistra t-tranżazzjoni, tneħħiet taħt din il-proposta għal Regolament.

B’kuntrast, il-paragrafu 3 ta’ din il-proposta jipprovdi salvagwardja għall-possibbiltà li jinżamm jew li jiġi stabbilit reġim ta’ liċenzjar. Dan jippermetti lill-membri tal-pubbliku ġenerali li jiksbu, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw prekursuri tal-isplussivi ristretti ’l fuq mil-limitu ta’ konċentrazzjoni stabbilit fil-kolonna 2 tal-Anness I għal skopijiet leġittimi jekk ikollhom liċenzja biex jagħmlu dan.

Din il-proposta għal Regolament tissikka l-parametri eżistenti għal-liċenzjar f’żewġ modi. L-ewwel nett, fil-każ ta’ ċerti prekursuri tal-isplussivi ristretti ’l fuq mil-limitu ta’ konċentrazzjoni previst minn dan ir-Regolament ma jeżisti l-ebda użu leġittimu minn membri tal-pubbliku ġenerali. Għalhekk, qed jiġi propost li jitwaqqaf il-liċenzjar tal-klorat tal-potassju, tal-perklorat tal-potassju, tal-klorat tas-sodju u tal-perklorat tas-sodju. Jistgħu jintalbu biss liċenzji għal għadd limitat ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti li għalihom jeżisti użu leġittimu sostanzjali minn membri tal-pubbliku ġenerali, jiġifieri sempliċiment id-diġà ristretti perossidu tal-idroġenu, nitrometan u aċidu nitriku u l-aċidu sulfuriku li għadu kif ġie propost.

It-tieni nett, taħt ir-Regolament propost, il-liċenzji jistgħu jingħataw biss għall-imsemmija sustanzi f’konċentrazzjonijiet li ma jaqbżux limitu massimu stabbilit fil-kolonna 3 tal-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. ’Il fuq minn dak il-limitu massimu, ir-riskju fir-rigward tal-manifattura illeċita tal-isplussivi jegħleb l-użu leġittimu negliġibbli ta’ dawn il-prekursuri tal-isplussivi mill-pubbliku ġenerali, li fil-kas tagħhom hemm alternattivi jew konċentrazzjonijiet aktar baxxi li jistgħu jilħqu l-istess effett. Dan huwa diġà rifless fir-Regolament (UE) Nru 98/2013, li jistabbilixxi l-istess limiti massimi f’reġimi ta’ reġistrazzjoni għall-akkwist tal-perossidu tal-idroġenu, tan-nitrometan u tal-aċidu nitriku. Fil-kas tal-aċidu sulfuriku li għadu kif ġie propost, il-limitu massimu ġie ffissat għal 40%, peress li l-perikolożità tal-aċidu sulfuriku tiżdied b’mod proporzjonali ma’ konċentrazzjonijiet ogħla minn din, inkluż għall-manifattura ta’ splussivi. L-użu leġittimu tal-aċidu sulfuriku f’konċentrazzjoni għolja mill-pubbliku ġenerali huwa insinifikanti, u jeżistu biżżejjed alternattivi.

Skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni l-prekursuri tal-isplussivi ristretti li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru jipprovdi reġim ta’ liċenzjar, li l-Kummissjoni għandha tippubblika skont il-paragrafu 5.

Artikolu 6: Liċenzji – Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-kriterji u l-proċeduri għall-ħruġ u għall-għoti ta’ liċenzji. Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 jeżiġi li l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, u b’mod partikolari l-leġittimità tal-użu maħsub. Ir-Regolament propost jispeċifika ulterjorment liema ċirkostanzi rilevanti oħra għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, jiġifieri d-disponibbiltà ta’ konċentrazzjonijiet aktar baxxi jew sustanzi alternattivi li jiksbu effett simili, l-arranġamenti ta’ ħżin proposti biex jiġi żgurat li l-prekursur tal-isplussivi ristrett jinżamm b’mod sikur u informazzjoni ġenerali dwar l-individwu li jkun qiegħed japplika għal liċenzja, inklużi r-rekords kriminali tiegħu jew tagħha.

L-informazzjoni dwar rekords kriminali għandha tiġi skambjata skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 28 . L-użu ta’ din is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) biex tinkiseb informazzjoni dwar kundanni preċedenti ser jiżgura li meta joħorġu liċenzji, l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma jqisux biss il-kundanni li jkunu ngħataw fl-Istat Membru tagħhom, iżda anke dawk li jkunu ngħataw fi Stati Membri oħrajn. Dan għandu jiżgura li qabel tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti jew le ta’ liċenzja titqies l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli dwar kundanni preċedenti. Barra minn hekk, id-dispożizzjoni tiżgura l-obbligu li kull Stat Membru jwieġeb għal talbiet għal tali informazzjoni, irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tagħhom dwar dan il-punt.

Il-liċenzji maħruġa minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 jitilfu l-validità tagħhom wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament minħabba li mhux neċessarjament iqisu ċ-ċirkostanzi kollha identifikati minn dan ir-Regolament. Madankollu, fuq talba tad-detentur ta’ liċenzja individwali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkonfermaw, li jġeddu jew li jestendu tali liċenzji maħruġa f’dak l-Istat Membru jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-kriterji kollha ta’ dan ir-Regolament ikunu sodisfatti fir-rigward tal-liċenzja inkwistjoni.

Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 ta mandat lill-Kummissjoni sabiex, f’konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti dwar il-Prekursuri, twaqqaf linji gwida dwar id-dettalji tekniċi tal-liċenzji sabiex jiġi faċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tagħhom, inkluż abbozz ta’ format għal tali liċenzja. Il-format stabbilit fl-2014 huwa inkluż fl-Anness III tar-Regolament propost sabiex jiġi faċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji bejn l-Istati Membri li japplikaw reġim ta’ liċenzjar.

Artikolu 7: L-infurmar tal-katina tal-provvista – L-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li titjieb l-applikazzjoni prattika tar-Regolament billi tikkodifika l-aħjar prattiki relatati mat-trasferiment ta’ informazzjoni. Il-Paragrafu 1 ser jiżgura li kull attur fil-katina tal-provvista jkun konxju li l-prodott li qiegħed jiġġestixxi huwa soġġett għar-restrizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Skont ir-Regolament (UE) Nru 98/2013, operatur ekonomiku li jkollu l-intenzjoni li jqiegħed prekursuri tal-isplussivi ristretti għad-dispożizzjoni ta’ membru tal-pubbliku ġenerali, għandu jiżgura, jew billi jwaħħal tikketta adatta jew billi jivverifika li twaħħlet tikketta adatta, li l-imballaġġ jindika b’mod ċar li l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta’ dak il-prekursur tal-isplussivi ristrett minn membri tal-pubbliku ġenerali huwa soġġett għal restrizzjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) 98/2013. Din id-dispożizzjoni wasslet għal inċertezza dwar min huwa responsabbli għat-tikkettar tal-prekursuri tal-isplussivi, jiġifieri dawk li jimmanifatturaw jew dawk li jbiegħu l-prodott rilevanti, bir-riżultat li ħafna prodotti ma jiġux tikkettati.

L-applikazzjoni xierqa tar-Regolament tirrikjedi li fil-livell tal-bejgħ bl-imnut kif ukoll bl-ingrossa jkun magħruf sew li l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta’ prodott speċifiku mill-pubbliku ġenerali huwa ristrett. L-operatur ekonomiku fl-aħjar pożizzjoni biex jiddetermina jekk il-prodott jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huwa l-operatur ekonomiku li jimmanifattura jew li jippakkja l-prodott. Tikketta mhijiex dejjem l-aktar mezz xieraq ta’ tagħrif, għaliex din tista’ tgħin lill-persuni kriminali fix-xiri tagħhom. L-operaturi ekonomiċi fis-settur kimiku huma mdorrijin jinfurmaw lil xulxin tul il-katina tal-provvista permezz ta’ mezzi oħra, bħal billi jinkludu informazzjoni fl-Iskeda ta’ Data ta’ Sigurtà kkumpilata skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għal dawn ir-raġunijiet, ir-Regolament propost jissostitwixxi d-dispożizzjoni dwar it-tikkettar b’dispożizzjoni aktar ġenerika li teżiġi li kull operatur ekonomiku jinforma lill-operatur ekonomiku riċeventi li l-prodott huwa soġġett għal restrizzjonijiet skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

Il-paragrafu 2 jintroduċi rekwiżit aktar speċifiku dwar il-persunal involut fil-bejgħ ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti. Malli jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-bejjiegħa bl-imnut u bl-ingrossa għandhom jiżguraw li l-persunal tagħhom involut fil-bejgħ huwa konxju mill-prodotti li joffru u li fihom prekursuri tal-isplussivi, u li dan il-persunal ikun ingħata struzzjonijiet dwar l-obbligi tar-Regolament. Dan jista’ pereżempju jiġi ffaċilitat b’mod awtomatiku, bħal permezz tal-inklużjoni ta’ din l-informazzjoni fuq barcodes, iżda anke billi tranżazzjonijiet li jinvolvu prekursuri tal-isplussivi ristretti jitħalla jsir biss minn persunal tal-bejgħ speċjalizzat.

Artikolu 8: Verifika waqt il-bejgħ – Din id-dispożizzjoni tintroduċi obbligu espliċitu fuq l-operaturi ekonomiċi biex jivverifikaw li mhumiex iwettqu tranżazzjonijiet li jiksru l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament. Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 jitlob lill-operaturi ekonomiċi jivverifikaw il-liċenzja meta jagħmlu prekursuri tal-isplussivi ristretti disponibbli għal membru tal-pubbliku ġenerali skont ir-reġim ta’ liċenzjar kif imsemmi fl-Artikolu 5(3). Il-paragrafu 1 iżid li f’każijiet bħal dawn, l-operaturi ekonomiċi għandhom jivverifikaw l-identità tal-klijent prospettiv.

Membru tal-pubbliku ġenerali ma għandux ikun jista’ jakkwista prekursuri tal-isplussivi ristretti billi jgħid li huwa utent professjonali. Il-paragrafu 2 jikkodifika l-aħjar prattika għall-operaturi ekonomiċi li teżiġi li għal kull tranżazzjoni jivverifikaw li l-klijent prospettiv tabilħaqq għandu bżonn prekursur tal-isplussivi ristrett għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tiegħu, f’konformità mad-definizzjoni ta’ “utent professjonali” stabbilita fil-punt (8) tal-Artikolu 3.

Ir-Regolament propost jistabbilixxi li l-klijent prospettiv għandu talanqas jiġi mistoqsi dwar il-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tiegħu u dwar l-użu intenzjonat tal-prekursuri tal-isplussivi ristretti. F’każ li l-operatur ekonomiku jissuspetta li l-klijent prospettiv ma għandux bżonn professjonali għall-prekursur tal-isplussivi ristrett rikjest, it-tranżazzjoni għandha tiġi rrifjutata u tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 9 jekk ikun hemm raġunijiet fondati biex jissuspetta li s-sustanza jew it-taħlita hija maħsuba għall-manifattura illeċita ta’ splussivi.

Artikolu 9: Rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq – Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi rekwiżiti dwar ir-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq. Din id-dispożizzjoni tirristruttura r-rekwiżit eżistenti mir-Regolament (UE) Nru 98/2013 sabiex ikun aktar ċar u kronoloġiku u tispeċifika li r-rapporti jsiru “għall-fini tal-iskoperta u l-prevenzjoni tal-manifattura illeċita ta’ splussivi”.

L-għan tar-Regolament propost huwa li jiżdied il-livell ta’ skoperta tal-manifattura illeċita ta’ splussivi billi jeżiġi li l-operaturi ekonomiċi jkollhom proċeduri fis-seħħ għad-detezzjoni ta’ tranżazzjonijiet suspettużi. Il-proċeduri għandhom ikunu mmirati lejn l-ambjent li fih jiġu offruti l-prekursuri tal-isplussivi regolati, bħal online jew offline u mmirati lejn il-pubbliku ġenerali, lejn utenti professjonali jew lejn operaturi ekonomiċi oħra.

Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 jeżiġi li l-operaturi ekonomiċi jirrapportaw tranżazzjonijiet suspettużi b’mod partikolari meta l-klijent prospettiv ikun biħsiebu jixtri prekursuri tal-isplussivi regolati fi kwantitajiet, kombinazzjonijiet jew konċentrazzjonijiet li mhumiex komuni għall-użu “privat”. Madankollu, anke utenti professjonali jistgħu jkunu klijenti prospettivi u t-tranżazzjonijiet tagħhom ma jsirux suspettużi sempliċiment għaliex ikunu biħsiebhom jużaw il-prekursur tal-isplussivi regolat għal finijiet li mhumiex “privati”. Għalhekk f’din il-proposta għal Regolament, tranżazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala suspettużi meta l-klijent prospettiv ikun biħsiebu jixtri prekursuri tal-isplussivi regolati fi kwantitajiet, kombinazzjonijiet jew konċentrazzjonijiet li mhumiex komuni għall-użu “leġittimu”.

Jekk l-operaturi ekonomiċi jkollhom biżżejjed raġunijiet biex jissuspettaw li s-sustanza jew it-taħlita tkun maħsuba għall-manifattura illeċita ta’ splussivi, għandhom jirrapportaw dan lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali eżistenti msemmija fil-paragrafu 5, li skont dan ir-Regolament propost għandhom ikunu disponibbli fuq bażi ta’ erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Minħabba li ż-żmien huwa ta’ importanza essenzjali biex jiġu evitati attakki terroristiċi possibbli, ir-rapport għandu jsir fi żmien 24 siegħa.

Skont ir-Regolament (UE) Nru 98/2013, l-operaturi ekonomiċi għandhom jirrapportaw għajbien u serq sinifikanti ta’ prekursuri tal-isplussivi regolati lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-għajbien jew is-serq. Ir-Regolament propost jestendi dan l-obbligu għall-utenti professjonali (paragrafu 3) u sa fejn ikun hemm prekursuri tal-isplussivi ristretti involuti, għall-membri tal-pubbliku ġenerali li jkunu akkwistaw prekursuri tal-isplussivi ristretti b’liċenzja.

Artikolu 10: Taħriġ u sensibilizzazzjoni – Din id-dispożizzjoni tintroduċi obbligi fuq l-Istati Membri biex jorganizzaw attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ sensibilizzazzjoni. Il-paragrafu 1 jeżiġi li t-taħriġ jingħata lill-dawk inkarigati mill-infurzar tal-liġi, lill-persuni li joffru l-ewwel intervent u lill-awtoritajiet doganali sabiex ikunu kapaċi jgħarrfu s-sustanzi u t-taħlitiet li huma prekursuri tal-isplussivi regolati waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u jkunu jistgħu jirreaġixxu f’ħin opportun u b’mod adegwat f’każ ta’ attività suspettuża. Skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw, talanqas darbtejn fis-sena, attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, immirati lejn l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur differenti li juża prekursuri tal-isplussivi regolati.

Artikolu 11: Awtoritajiet nazzjonali ta’ spezzjoni – Din id-dispożizzjoni tintroduċi r-rekwiżit għall-Istati Membri li jkollhom awtoritajiet kompetenti stabbiliti biex jispezzjonaw u jikkontrollaw l-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 2, dawn l-awtoritajiet għandu jkollhom is-setgħat investigattivi meħtieġa biex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni xierqa tal-kompiti tagħhom.

Artikolu 12: Linji Gwida – Din id-dispożizzjoni tobbliga lill-Kummissjoni sabiex, wara li tkun ikkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Prekursuri, taġġorna l-linji gwida eżistenti fuq bażi regolari u testendihom fir-rigward ta’ tliet oqsma ġodda. L-ewwel nett, bl-introduzzjoni tal-obbligu tat-twaqqif ta’ awtoritajiet ta’ spezzjoni, ser jiġu stabbiliti linji gwida dwar kif għandhom jitmexxew dawn l-ispezzjonijiet u f’liema intervalli.

It-tieni nett, il-prekursuri tal-isplussivi qegħdin jiġu dejjem aktar offruti online. Dan ir-Regolament itenni li r-restrizzjonijiet tiegħu japplikaw ukoll għal kunsinni li jiġu ordnati mill-bogħod u għalhekk jagħmilha ċara li l-operaturi ekonomiċi għandhom jikkonformaw mal-obbligi tar-Regolament anke meta joperaw online (ara l-Artikolu 3). Il-linji gwida ser jindirizzaw kwistjonijiet prattiċi bħala riżultat ta’ ordnijiet mill-bogħod, bħall-mod kif għandhom isiru l-verifiki meħtieġa skont l-Artikolu 8 u għad-detezzjoni ta’ tranżazzjonijiet suspettużi skont l-Artikolu 9.

It-tielet nett, hemm diversi oqfsa legali fis-seħħ li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw informazzjoni dwar tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien, serq, u inċidenti jew applikazzjonijiet għal-liċenzji suspettużi oħra, meta jkun jidher li hemm element transfruntier 29 . Il-prattikanti enfasizzaw li l-ostaklu ewlieni fl-iskambju ta’ informazzjoni f’każijiet transfruntiera jittratta kwistjonijiet prattiċi bħall-metodu tal-iskambju, li ser jiġi indirizzat fil-linji gwida.

Artikolu 13: Penali – Din id-dispożizzjoni żżomm ir-regola eżistenti fir-Regolament (KE) 98/2013 li għandu jkun hemm penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fis-seħħ f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14: Klawsola ta’ salvagwardja – Din id-dispożizzjoni żżomm il-klawsola ta’ salvagwardja mir-Regolament (UE) Nru 98/2013 li tippermetti lill-Istati Membri jintroduċu restrizzjonijiet addizzjonali billi jintroduċu sustanzi taħt ir-reġim tal-Anness I jew II jew billi jbaxxu l-limiti ta’ konċentrazzjoni fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jagħtu r-raġunijiet tagħhom għat-tali restrizzjonijiet addizzjonali, li l-Kummissjoni għandha teżamina minnufih. Il-Kummissjoni hija diġà intitolata temenda jew tipproponi emendi għall-Annessi bħala riżultat tal-eżami. Barra minn hekk din il-proposta għal Regolament tipprovdi lill-Kummissjoni bl-awtorità li tiddeċiedi, wara li tkun ikkonsultat mal-Istat Membru kkonċernat, jekk il-miżura meħuda mill-Istat Membru tkunx ġustifikata u jekk le titlob lill-Istat Membru jirtiraha.

Artikolu 15: Emendi għall-Annessi – Din id-dispożizzjoni tippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar iż-żieda ta’ sustanzi fl-Anness I u II u t-tibdil tal-valuri limiti fl-Anness I sakemm dan ikun meħtieġ biex jiġu akkomodati żviluppi fil-użu ħażin ta’ sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi, jew fuq il-bażi ta’ riċerka u ttestjar. Skont ir-Regolament (UE) Nru 98/2013, il-Kummissjoni ma tistax tadotta atti delegati biex iżżid sustanzi fl-Anness I tar-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mit-tħejjija tal-atti delegati, tagħmel ħilitha biex tikkonsulta mal-partijiet interessati rilevanti, b’mod partikolari l-industrija kimika u s-settur tal-bejgħ bl-imnut. Għal kull tibdil fl-Anness, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat, wara li tkun ikkonsultat mal-partijiet ikkonċernati kollha u abbażi ta’ analiżi li turi li l-emenda mhijiex probabbli li twassal għal piżijiet sproporzjonati fuq l-operaturi ekonomiċi jew fuq il-konsumaturi, b’kont debitament meħud tal-objettivi segwiti.

Artikolu 16: Eżerċizzju tad-delega – Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ atti delegati f’konformità mal-prinċipji stabbiliti għal tali adozzjoni fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016, li meta mqabbel mar-Regolament (KE) 98/2013 tintroduċi obbligu fuq il-Kummissjoni sabiex tikkonsulta ma’ esperti maħtura minn kull Stat Membru.

Artikolu 17: Proċedura ta’ urġenza – Din id-dispożizzjoni tippermetti proċedura aktar mgħaġġla għall-adozzjoni ta’ atti delegati jekk, skont l-Artikolu 15(1), ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

Artikolu 18: Emenda tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Din id-dispożizzjoni tiffinalizza t-trasferiment tar-restrizzjonijiet fir-rigward tan-nitrat tal-ammonju b’piż ta’ nitroġenu li jaqbeż is-16% relattivament għan-nitrat tal-ammonju taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għal dan ir-Regolament propost permezz tat-tneħħija tal-paragrafu 2 mill-entrata 58 fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-paragrafu 3 fl-entrata 58 ippermetta eċċezzjoni għar-restrizzjoni sal-1 ta’ Lulju 2014 u għalhekk tħassar ukoll.

Artikolu 19: Tħassir tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 – Din id-dispożizzjoni tħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 b’effett mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament propost u tistabbilixxi li r-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 98/2013 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 20: Rapportar – Din id-dispożizzjoni teżiġi li l-Istati Membri jirrapportaw informazzjoni speċifika relatata mal-applikazzjoni tar-Regolament, bil-għan li l-Kummissjoni tiġi megħjuna fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha skont l-Artikoli 21 u 22. 

Artikolu 21: Monitoraġġ – Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 22: Valutazzjoni – Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar regolamentazzjoni aħjar u l-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Artikolu 23: Dħul fis-seħħ — Din id-dispożizzjoni tistipula d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Minħabba l-urġenza biex jiġu indirizzati t-theddidiet eżistenti, ir-Regolament għandu japplika sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Dan il-perjodu jagħti lill-Istati Membri u lill-operaturi ekonomiċi żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex jikkonformaw mal-qafas legali l-ġdid.

2018/0103 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 30 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 31 stabbilixxa regoli armonizzati dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu użati ħażin għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, bil-għan li tiġi limitata d-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali, u jiġi żgurat rapportar adegwat ta’ tranżazzjonijiet suspettużi tul il-katina tal-provvista.

(2)Għalkemm ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 ikkontribwixxa għat-tnaqqis tat-theddida ppreżentata mill-prekursuri tal-isplussivi fl-Unjoni, hemm bżonn li tissaħħaħ is-sistema ta’ kontrolli fir-rigward ta’ splussivi artiġjanali. Minħabba l-għadd ta’ tibdiliet meħtieġa, għal raġunijiet ta’ ċarezza huwa xieraq li r-Regolament (UE) Nru 98/2013 jiġi sostitwit.

(3)Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 illimita l-aċċess u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi mill-membri tal-pubbliku ġenerali. Minkejja din il-projbizzjoni, l-Istati Membri xorta setgħu jiddeċiedu li jagħtu lill-pubbliku ġenerali aċċess għal dawn is-sustanzi permezz ta’ sistema ta’ liċenzji u ta’ reġistrazzjoni. Għalhekk ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli fuq il-prekursuri tal-isplussivi fl-Istati Membri kienu diverġenti u setgħu jikkawżaw ostakli għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, u b’hekk jostakolaw il-funzjonament tas-suq intern. Barra minn hekk, ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli eżistenti ma kinux qed jiżguraw livell suffiċjenti ta’ sigurtà pubblika peress li ma kinux qed iwaqqfu b’mod adegwat lill-kriminali milli jakkwistaw prekursuri tal-isplussivi. It-theddida ppreżentata minn splussivi artiġjanali baqgħet għolja u kompliet tevolvi.

(4)Għalhekk is-sistema għall-prevenzjoni tal-manifattura illeċita tal-isplussivi għandha tkompli tiġi msaħħa u armonizzata fid-dawl tat-theddida li qed tevolvi għas-sigurtà pubblika kkawżata mit-terroriżmu u minn attivitajiet kriminali serji oħra. Dan għandu jiżgura wkoll il-moviment liberu ta’ prekursuri tal-isplussivi fis-suq intern, u jippromwovi wkoll il-kompetittività bejn l-operaturi ekonomiċi u jħeġġeġ l-innovazzjoni, billi pereżempju jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ sustanzi kimiċi aktar siguri sabiex jieħdu post il-prekursuri tal-isplussivi.

(5)Il-kriterji għad-determinazzjoni ta’ liema miżuri għandhom japplikaw għal liema prekursuri tal-isplussivi jinkludu l-livell ta’ theddida assoċjat mal-prekursur tal-isplussivi kkonċernat, il-volum ta’ kummerċ fil-prekursur tal-isplussivi kkonċernat, u l-possibbiltà li jiġi stabbilit livell ta’ konċentrazzjoni li taħtu l-prekursur tal-isplussivi jista’ xorta jintuża għall-għanijiet leġittimi li għalihom ikun disponibbli u huwa ferm inqas probabbli li jkun jista’ jintuża għall-manifattura illeċita ta’ splussivi.

(6)Il-membri tal-pubbliku ġenerali ma għandhomx ikunu jistgħu jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw dawk il-prekursuri tal-isplussivi f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu ċerti valuri limitu. Madankollu, huwa xieraq li jkun hemm provvediment sabiex il-membri tal-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw ċerti prekursuri tal-isplussivi f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni, biss jekk ikollhom liċenzja biex jagħmlu dan.

(7)Il-liċenzji jistgħu jinħarġu biss għal sustanzi f’konċentrazzjonijiet li ma jaqbżux il-limitu massimu stabbilit b’dan ir-Regolament. ’Il fuq minn dak il-limitu massimu, ir-riskju fir-rigward tal-manifattura illeċita tal-isplussivi jegħleb l-użu leġittimu negliġibbli ta’ dawn il-prekursuri tal-isplussivi mill-pubbliku ġenerali, li fil-kas tagħhom hemm alternattivi jew konċentrazzjonijiet aktar baxxi li jistgħu jilħqu l-istess effett. Dan ir-Regolament għandu jiddetermina wkoll liema ċirkostanzi l-awtoritajiet kompetenti għandhom, bħala minimu, jieħdu inkunsiderazzjoni meta jkunu qed jikkunsidraw jagħtux liċenzja. Flimkien mal-formola annessa ma’ dan ir-Regolament, dan għandu jiffaċilita r-rikonoxximent ta’ liċenzji fi Stati Membri oħra li japplikaw reġim ta’ liċenzjar.

(8)Sabiex japplikaw ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli ta’ dan ir-Regolament, dawk l-operaturi ekonomiċi li jbiegħu lil utenti professjonali jew lil membri tal-pubbliku ġenerali b’liċenzja għandhom joqogħdu fuq l-informazzjoni li tkun disponibbli upstream fil-katina tal-provvista. Għalhekk kull operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista għandu jinforma lir-riċevitur tal-prekursur tal-isplussivi ristrett li t-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess jew l-użu ta’ dak il-prekursur tal-isplussivi ristrett minn membri tal-pubbliku ġenerali huwa soġġett għal restrizzjoni kif stabbilit f’dan ir-Regolament, pereżempju billi jwaħħal tikketta adatta jew billi jivverifika li tkun twaħħlet tikketta adatta jew billi jinkludi din l-informazzjoni fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà kkumpilata skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 .

(9)Id-differenza bejn operatur ekonomiku u utent professjonali hija li l-operatur ekonomiku jagħmel prekursur tal-isplussivi ristrett disponibbli għal persuna oħra, filwaqt li utent professjonali jakkwista jew jintroduċi prekursur tal-isplussivi ristrett unikament għall-użu propju. L-operaturi ekonomiċi li jbiegħu lill-utenti professjonali jew lill-membri tal-pubbliku ġenerali b’liċenzja għandhom jiżguraw li l-persunal tagħhom involut fil-bejgħ tal-prekursuri tal-isplussivi huwa konxju mill-prodotti li l-operatur ekonomiku joffri u li fihom prekursuri tal-isplussivi, pereżempju billi jinkludu din l-informazzjoni fil-barcode tal-prodott.

(10)Id-distinzjoni bejn utent professjonali, li għalih prekursuri tal-isplussivi ristretti jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, u membru tal-pubbliku ġenerali, li għalih ma jistgħux, tiddependi fuq jekk il-persuna għandhiex l-intenzjoni li tuża dak il-prekursur tal-isplussivi għal skopijiet marbuta man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni speċifiċi tagħha. Għalhekk l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx iqiegħdu prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tkun professjonalment attiva f’qasam fejn it-tendenzi hi li dak il-prekursur tal-isplussivi speċifiku ristrett ma jintużax għal skopijiet professjonali.

(11)L-obbligi ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal kumpaniji li joperaw online, inklużi swieq online. Għalhekk, anke l-operaturi ekonomiċi online għandhom iħarrġu lill-persunal tagħhom u jkollhom proċeduri xierqa fis-seħħ biex jiġu identifikati tranżazzjonijiet suspettużi. Barra minn hekk, ma għandhomx iqiegħdu prekursuri tal-isplussivi ristretti għad-dispożizzjoni ta’ membru tal-pubbliku ġenerali fi Stati Membri għajr dawk li jżommu jew li jistabbilixxu reġim ta’ liċenzjar f’konformità ma’ dan ir-Regolament u biss wara li jkunu vverifikaw li dak il-membru tal-pubbliku ġenerali għandu liċenzja. Wara li jkun ivverifika l-identità tal-klijent prospettiv, pereżempju permezz tal-mekkaniżmi msemmija fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 , l-operatur ekonomiku għandu jivverifika li l-liċenzja li tkun inħarġet tkun għat-tranżazzjoni intenzjonata, pereżempju permezz ta’ spezzjoni fiżika tal-liċenzja fil-ħin tal-kunsinna jew, bil-kunsens tal-klijent prospettiv, billi jikkuntattja lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri li jippermettu li jiġu kkonsultati dwar il-liċenzji li jkunu ħarġu. Barra minn hekk kumpaniji li joperaw online, bħal dawk li joperaw offline, għandhom jitolbu l-utenti professjonali jipprovdu dikjarazzjonijiet dwar l-użu finali.

(12)Sa fejn is-swieq online jaġixxu bħala sempliċi intermedjarji bejn l-operaturi ekonomiċi fuq in-naħa l-waħda, u l-membri tal-pubbliku ġenerali, l-utenti professjonali u l-bdiewa fuq in-naħa l-oħra, huma ma għandhomx ikunu meħtieġa li jagħtu struzzjonijiet lill-persunal tagħhom involut fil-bejgħ ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti jew li jivverifikaw l-identità u, fejn xieraq, il-liċenzja ta’ klijent prospettiv jew li jitolbu informazzjoni oħra mingħand il-klijent prospettiv. Madankollu, minħabba r-rwol ċentrali tas-swieq online li jaġixxu bħala intermedjarju fi tranżazzjonijiet ekonomiċi online, inkluż fir-rigward tal-bejgħ ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti, huwa xieraq li dawn għandhom jinformaw, b’mod ċar u effettiv, l-utenti li għandhom l-għan li jirrendu disponibbli l-prekursuri tal-isplussivi ristretti permezz tal-użu tas-servizzi tagħhom tal-obbligi skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa xieraq li l-iswieq online li jaġixxu bħala intermedjarji jadottaw miżuri biex jgħinu sabiex jiġi żgurat li l-utenti tagħhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-verifika, pereżempju billi joffru għodod biex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-liċenzji. Kull tali obbligi fuq swieq online li jaġixxu bħala intermedjarji skont dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 .

(13)Biex titjieb l-applikazzjoni prattika tar-Regolament, kemm l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jipprovdu taħriġ adegwat dwar l-obbligi ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom iwaqqfu awtoritajiet ta’ spezzjoni u jorganizzaw attivitajiet regolari ta’ sensibilizzazzjoni, immirati lejn l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur differenti, u jżommu djalogu permanenti mal-katina tal-provvista, inkluż ma’ dawk li joperaw online.

(14)L-għażla tas-sustanzi li jintużaw mill-kriminali għall-manifattura illeċita tal-isplussivi tista’ tinbidel malajr. Għandu għalhekk ikun possibbli li jiddaħħlu sustanzi addizzjonali taħt ir-reġim previst minn dan ir-Regolament, fejn ikun meħtieġ b’urġenza. Sabiex jiġu akkomodati l-iżviluppi fl-użu ħażin ta’ sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex telenka sustanzi addizzjonali li ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali, biex temenda l-valuri limitu ta’ konċentrazzjonijiet ta’ ċerti sustanzi ristretti taħt dan ir-Regolament li meta jinqabżu ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali, u biex telenka sustanzi addizzjonali li fir-rigward tagħhom għandhom jiġu rapportati tranżazzjonijiet suspettużi. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 35 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(15)Sabiex jiġu indirizzati s-sustanzi li mhumiex diġà ristretti minn dan ir-Regolament iżda li fir-rigward tagħhom Stat Membru jiskopri raġunijiet fondati biex jemmen li dawn jistgħu jintużaw għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, qed tiġi pprovduta klawżola ta’ salvagwardja għal proċedura adegwata tal-Unjoni. Barra minn hekk, fid-dawl tar-riskji speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati f’dan ir-Regolament, huwa opportun li jkun permess li l-Istati Membri, f’ċerti ċirkostanzi, jadottaw miżuri ta’ salvagwardja, inkluż fir-rigward ta’ sustanzi li jkunu diġà soġġetti għal miżuri taħt dan ir-Regolament.

(16)Il-qafas regolatorju ser jiġi ssimplifikat permezz tat-trasferiment tar-restrizzjonijiet rilevanti orjentati lejn is-sigurtà dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tan-nitrat tal-ammonju mir-Regolament (KE) 1907/2006 għal dan ir-Regolament. Għal dik ir-raġuni, il-paragrafi 2 u 3 tal-entrata 58 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jitħassru.

(17)Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 għandu jitħassar.

(18)Dan ir-Regolament jirrikjedi l-ipproċessar ta’ data personali u l-iżvelar ulterjuri tagħha lil persuni terzi f’każ ta’ tranżazzjonijiet suspettużi. Dak l-ipproċessar u l-iżvelar jimplikaw interferenza mad-drittijiet fundamentali għall-ħajja privata u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Għaldaqstant, għandu jiġi żgurat li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali ta’ individwi li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun debitament protett. Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 jirregola l-ipproċessar ta’ data personali li jsir fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-ipproċessar ta’ data personali bħala riżultat tal-liċenzjar u ta’ rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inklużi l-prinċipji ġenerali relatati mal-protezzjoni tad-data ta’ legalità, ġustizzja u trasparenza, limitazzjoni tal-iskop, minimizzazzjoni tad-data, preċiżjoni, limitazzjoni tal-ħżin, integrità u kunfidenzjalità u r-rekwiżit li jintwera rispett dovut lejn id-drittijiet tas-suġġett tad-data.

(19)Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta’ dan ir-Regolament ibbażata fuq il-ħames kriterji ta’ effikaċja, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE u għandha tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri oħra possibbli. L-informazzjoni għandha tinġabar fuq bażi regolari sabiex tgħin fil-valutazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(20)Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-impożizzjoni ta’ limitu fuq l-aċċess tal-pubbliku ġenerali għal prekursuri tal-isplussivi, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-limitazzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati li jikkonċernaw it-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu użati ħażin għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, bil-għan li tiġi limitata d-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali, u jiġi żgurat ir-rapportar adegwat ta’ tranżazzjonijiet suspettużi tul il-katina tal-provvista.

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn aktar stretti tad-dritt tal-Unjoni dwar is-sustanzi elenkati fl-Anness I u II.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.Ir-Regolament japplika għas-sustanzi elenkati fl-Anness I u II u għat-taħlitiet u s-sustanzi li fihom dawn is-sustanzi.

2.Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)oġġetti kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(b)oġġetti pirotekniċi kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3    tad-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 ;

(c)oġġetti pirotekniċi intenzjonati għall-użu mhux kummerċjali, skont il-liġi nazzjonali, mill-forzi armati, mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew mid-dipartiment tat-tifi tan-nar;

(d)tagħmir pirotekniku li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 ;

(e)oġġetti pirotekniċi intenzjonati għall-użu fl-industrija tal-ajruspazju;

(f)kapsuli ta’ perkussjoni intenzjonati għall-ġugarelli;

(g)prodotti mediċinali mqiegħda b’mod leġittimu għad-dispożizzjoni ta’ membru tal-pubbliku ġenerali abbażi ta’ preskrizzjoni medika skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)‘sustanza’ tfisser sustanza fis-sens tal-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(2)‘taħlita’ tfisser taħlita fis-sens tal-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(3)‘oġġett’ tfisser oġġett fis-sens tal-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(4)‘tqegħid għad-dispożizzjoni’ tfisser kwalunkwe provvista, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas;

(5)‘introduzzjoni’ tfisser l-att li bih tinġieb sustanza fit-territorju ta’ Stat Membru kemm jekk minn Stat Membru ieħor kif ukoll jekk minn pajjiż terz;

(6)‘użu’ tfisser kwalunkwe pproċessar, formulazzjoni, ħżin, trattament jew taħlit, inkluż fil-produzzjoni ta’ oġġett, jew kwalunkwe użu ieħor;

(7)‘membru tal-pubbliku ġenerali’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha bżonn prekursur tal-isplussivi ristrett għal skopijiet li mhumiex marbuta mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħha;

(8)‘utent professjonali’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha bżonn dimostrabbli għal prekursur tal-isplussivi ristrett għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħha li jeskludi t-tqegħid tal-prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra.

(9)‘operatur ekonomiku’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta’ tali persuni u/jew korpi li jfornu prekursuri tal-isplussivi regolati jew servizzi relatati ma’ prekursuri tal-isplussivi regolati, fis-suq, sew jekk offline jew online u inklużi swieq online;

(10)“suq online li jaġixxi bħala intermedjarju” tfisser fornitur ta’ servizz intermedjarju li jippermetti l-operaturi ekonomiċi fuq in-naħa l-waħda, u l-membri tal-pubbliku ġenerali, l-utenti professjonali u l-bdiewa fuq in-naħa l-oħra, jikkonkludu transazzjonijiet fir-rigward ta’ prekursuri tal-isplussivi regolati permezz ta’ bejgħ online jew kuntratti ta’ servizzi ma’ operaturi ekonomiċi jew fuq is-sit web tas-suq online jew fuq is-sit web tal-operatur ekonomiku li juża’ servizzi tal-informatika pprovduti mis-suq online;

(11)‘prekursur tal-isplussivi ristrett’ tfisser sustanza elenkata fl-Anness I, f’konċentrazzjoni ogħla, jew fil-każ tan-nitrat tal-ammonju, f’konċentrazzjoni ugwali jew ogħla mill-valur limitu stabbilit fil-kolonna 2 fih u li tinkludi taħlita jew sustanza oħra li fiha tkun preżenti tali sustanza elenkata f’konċentrazzjoni ogħla, jew fil-każ tan-nitrat tal-ammonju, f’konċentrazzjoni ugwali jew ogħla mill-valur limitu korrispondenti;

(12)‘prekursur tal-isplussivi regolat’ tfisser sustanza elenkata fl-Anness I jew II u tinkludi taħlita jew sustanza oħra li fiha jkun hemm preżenti sustanza elenkata f’dawk l-Annessi;

(13)‘attività agrikola’ tfisser il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta’ prodotti agrikoli inkluż il-ħsad, it-taħlib, it-tnissil tal-annimali u ż-żamma ta’ annimali għal skopijiet agrikoli, jew iż-żamma tal-art fi stat agrikolu u ambjentali tajjeb kif stabbilit skont l-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 ;

(14)‘bidwi’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun x’ikun l-istatus legali mogħti lil tali grupp u lill-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li l-impriża tiegħu/tagħhom taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif definit fl-Artikolu 52 tat-TUE, flimkien mal-Artikoli 349 u 355 tat-TFUE, u li jeżerċita/jeżerċitaw attività agrikola;

Artikolu 4

Moviment liberu

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament jew f’atti legali oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu d-disponibbiltà ta’ prekursur tal-isplussivi regolat.

Artikolu 5

Tqegħid għad-dispożizzjoni, introduzzjoni, pussess u użu

1.Prekursuri tal-isplussivi ristretti ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’, jew jiġu introdotti, posseduti jew użati minn membri tal-pubbliku ġenerali.

2.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għan-nitrat tal-ammonju (CAS RN 6484-52-2) li jitqiegħed għad-dispożizzjoni, li jiġi introdott, possedut jew użat mill-bdiewa għal attività agrikola, kemm jekk full-time jew part-time u mhuwiex neċessarjament relatat mad-daqs tal-erja tal-art.

3.Stat Membru jista’ jżomm jew jistabbilixxi reġim ta’ liċenzjar li jippermetti li prekursuri tal-isplussivi ristretti f’konċentrazzjonijiet li ma jaqbżux il-valuri limitu korrispondenti stabbiliti fil-kolonna 3 tal-Anness I jitqiedu għad-dispożizzjoni, jew li jiġu introdotti, posseduti jew użati minn membri tal-pubbliku ġenerali.

Taħt dan ir-reġim, membru tal-pubbliku ġenerali għandu jikseb, u, jekk jintalab, jippreżenta liċenzja għall-akkwist, għall-introduzzjoni, għall-pussess u għall-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti, maħruġ skont l-Artikolu 6 minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn dak il-prekursur tal-isplussivi ristrett ser jiġi akkwistat, introdott, possedut jew użat.

4.L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-miżuri kollha li jieħdu sabiex jimplimentaw ir-reġim ta’ liċenzjar previst fil-paragrafu 3. In-notifika għandha tistabbilixxi l-prekursuri tal-isplussivi ristretti li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru jipprevedi reġim ta’ liċenzjar skont il-paragrafu 3.

5.Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli lista ta’ miżuri nnotifikati mill-Istati Membri skont il-paragrafu 4.

Artikolu 6

Liċenzji

1.Kull Stat Membru li joħroġ liċenzji lil membri tal-pubbliku ġenerali b’interess leġittimu li jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw prekursuri tal-isplussivi ristretti għandu jistabbilixxi regoli għall-għoti tal-liċenzja kif previst fl-Artikolu 5(3). Meta tkun qiegħda tikkunsidra tagħtix liċenzja jew le, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tqis iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, b’mod partikolari:

(a)il-leġittimità tal-użu maħsub tas-sustanza;

(b)id-disponibbiltà ta’ konċentrazzjonijiet aktar baxxi jew ta’ sustanzi alternattivi li jiksbu effett simili;

(c)informazzjoni ġenerali dwar l-applikant, inkluża informazzjoni dwar kundanni kriminali preċedenti tal-applikant fi kwalunkwe post fl-Unjoni;

(d)l-arranġamenti ta’ ħżin proposti biex jiġi żgurat li l-prekursur tal-isplussivi ristrett jinżamm b’mod sikur;

2.Il-liċenzja għandha tiġi rifjutata jekk ikun hemm raġunijiet fondati sabiex wieħed jiddubita l-leġittimità tal-użu maħsub jew l-intenzjonijiet tal-utent biex jużah għal għan leġittimu.

3.L-awtorità kompetenti tista’ tagħżel kif tillimita l-validità tal-liċenzja, billi tippermetti l-użu uniku jew multiplu għal perjodu li ma jaqbiżx tliet snin. L-awtorità kompetenti tista’ tobbliga lid-detentur tal-liċenzja biex juri, sal-iskadenza indikata tal-liċenzja, li l-kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat il-liċenzja għadhom sodisfatti. Il-liċenzja għandha ssemmi l-prekursuri tal-isplussivi ristretti li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet.

4.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-applikanti jħallsu tariffa għall-applikazzjoni ta’ liċenzja. Tali tariffa ma għandhiex taqbeż il-kost tal-ipproċessar tal-applikazzjoni.

5.L-awtorità kompetenti tista’ tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja kull fejn ikun hemm raġunijiet fondati biex temmen li l-kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat il-liċenzja ma għadhomx sodisfatti.

6.L-appelli kontra kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità kompetenti, u tilwim li jittratta l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-liċenzji, għandhom jinstemgħu minn korp adatt li jkun responsabbli skont il-liġi nazzjonali.

7.Stat Membru b’reġim ta’ liċenzjar imsemmi fl-Artikolu 5(3) jista’ jirrikonoxxi liċenzji mogħtija minn Stati Membri oħra.

L-Istati Membri jistgħu jużaw il-format għall-ħruġ ta’ liċenzja previst fl-Anness III.

8.L-informazzjoni dwar kundanni kriminali preċedenti fi Stati Membri oħra kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c), għandha tinkiseb permezz tas-sistema stabbilita mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI 40 . L-awtoritajiet ċentrali msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas għandhom iwieġbu għal talbiet għal tali informazzjoni fi żmien 20 jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tat-talba.

9.Il-liċenzji maħruġa minn Stat Membru skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 98/2013 li jkunu għadhom validi fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] jitilfu l-validità tagħhom f’dik id-data. Fuq talba tad-detentur ta’ liċenzja, kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jikkonferma, li jġedded jew li jestendi tali liċenzji maħruġa f’dak l-Istat Membru jekk il-prekursuri tal-isplussivi ristretti jistgħu jkunu soġġetti għal liċenzja skont il-valuri limitu stabbiliti fil-kolonna 3 tal-Anness I u jekk l-awtorità kompetenti tqis li r-rekwiżiti għall-għoti tal-liċenzja kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikunu sodisfatti. Tali konferma, tiġdid jew estensjoni għandha tirrispetta l-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Infurmar lill-katina tal-provvista

1.Operatur ekonomiku li jqiegħed prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta’ operatur ekonomiku ieħor għandu jinforma lil dak l-operatur ekonomiku li l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta’ dak il-prekursur tal-isplussivi ristrett minn membri tal-pubbliku ġenerali huwa soġġett għal restrizzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) u (3).

2.Operatur ekonomiku li jqiegħed prekursuri tal-isplussivi ristretti għad-dispożizzjoni ta’ utent professjonali jew ta’ membru tal-pubbliku ġenerali skont l-Artikolu 5(3) għandu jassigura u għandu jkun jista’ juri lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11 li l-persunal tiegħu involut fil-bejgħ ta’ prekursuri tal-isplussivi regolati:

(a)huwa konxju mill-fatt li prodotti li joffru fihom prekursuri tal-isplussivi regolati;

(b)ikun imħarreġ dwar l-obbligi skont l-Artikolu 5 u 9 ta’ dan ir-Regolament.

3.Suq online li jaġixxi bħala intermedjarju għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-utenti tiegħu, meta jkunu qed jirrendu disponibbli xi prekursuri tal-isplussivi ristretti permezz tas-servizzi tiegħu, għandhom ikunu infurmati dwar l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Verifika waqt il-bejgħ

1.Operatur ekonomiku li jqiegħed prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta’ membru tal-pubbliku ġenerali skont l-Artikolu 5(3) għandu, għal kull tranżazzjoni, jivverifika l-identità u l-liċenzja skont ir-reġim stabbilit mill-Istat Membru fejn il-prekursur tal-isplussivi ristrett jitqiegħed għad-dispożizzjoni.

2.Sabiex jiġi verifikat li klijent prospettiv huwa utent professjonali jew bidwi, operatur ekonomiku li jqiegħed prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta’ utent professjonali jew ta’ bidwi għandu jitlob dan li ġej għal kull tranżazzjoni:

(a)il-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tal-klijent prospettiv;

(b)l-użu maħsub tal-prekursuri tal-isplussivi ristretti mill-klijent prospettiv.

3.Sabiex tiġi verifikata l-konformità ma’ dan ir-Regolament u tiġi identifikata u evitata l-manifattura illeċita tal-isplussivi, l-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu d-data msemmija fil-paragrafu 2, flimkien mal-isem u l-indirizz tal-klijent, għal sena mid-data tat-tranżazzjoni. Matul dak il-perjodu, id-data għandha tkun disponibbli għal ispezzjoni fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti ta’ spezzjoni jew tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

4.Suq online li jaġixxi bħala intermedjarju għandu jieħu miżuri biex jgħin jiżgura li l-utenti tiegħu, meta jkunu qed jirrendu disponibbli xi prekursuri tal-isplussivi ristretti permezz tas-servizz tiegħu, jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq

1.Għall-fini tad-detezzjoni u tal-prevenzjoni tal-manifattura illeċita tal-isplussivi, l-operaturi ekonomiċi għandhom jirrapportaw tranżazzjonijiet dwar prekursuri tal-isplussivi regolati inklużi tranżazzjonijiet li jinvolvu utenti professjonali, fejn ikun hemm raġunijiet fondati biex jissuspettaw li s-sustanza jew it-taħlita tkun maħsuba għall-manifattura illeċita tal-isplussivi.

L-operaturi ekonomiċi għandhom jirrapportaw dawn it-tranżazzjonijiet suspettużi wara li jqisu ċ-ċirkostanzi kollha u b’mod partikolari fejn il-klijent prospettiv jippreżenta karatteristika waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)jidher inċert dwar l-użu intenzjonat tal-prekursuri tal-isplussivi regolati;

(b)jidher li ma jkunx familjari mal-użu intenzjonat tal-prekursuri tal-isplussivi regolati jew ma jistax jispjegah b’mod kredibbli;

(c)biħsiebu jixtri prekursuri tal-isplussivi regolati fi kwantitajiet, kombinazzjonijiet jew konċentrazzjonijiet li mhumiex komuni għal użu leġittimu;

(d)ma jkunx irid jagħti prova tal-identità, tal-post ta’ residenza jew, fejn xieraq, tal-istatus bħala utent professjonali jew operatur ekonomiku;

(e)jinsisti li juża metodi insoliti ta’ pagament, inklużi ammonti kbar ta’ flus.

2.L-operaturi ekonomiċi, apparti mis-swieq online li jaġixxu bħala intermedjarju, għandu jkollhom proċeduri fis-seħħ għad-detezzjoni ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, immirati lejn l-ambjent li fih jiġu offruti l-prekursuri tal-isplussivi regolati.

3.Operaturi ekonomiċi jistgħu jirrifjutaw it-tranżazzjoni suspettuża u għandhom jirrapportaw it-tranżazzjoni suspettuża jew it-tranżazzjoni li ppruvat issir fi żmien 24 siegħa, inklużi jekk possibbli l-identità tal-klijent, lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun ġiet konkluża jew ippruvat issir it-tranżazzjoni suspettuża.

4.Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt jew punti ta’ kuntatt nazzjonali b’numru tat-telefon faċilment identifikabbli u indirizz elettroniku għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom ikunu disponibbli fuq bażi ta’ erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.

5.Operaturi ekonomiċi u utenti professjonali għandhom jirrapportaw għajbien u serq sinifikanti ta’ prekursuri tal-isplussivi regolati lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-għajbien jew is-serq. Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar is-sinifikanza ta’ għajbien jew serq, għandhom iqisu jekk l-ammont huwiex insolitu f’kull ċirkostanza tal-każ.

6.Membri tal-pubbliku ġenerali li jkunu kisbu prekursuri tal-isplussivi ristretti skont l-Artikolu 5(3) għandhom jirrapportaw għajbien u serq sinifikanti ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-għajbien jew is-serq.

Artikolu 10

Taħriġ u sensibilizzazzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, lill-persuni li joffru l-ewwel intervent u lill-awtoritajiet doganali, sabiex ikunu kapaċi jagħrfu sustanzi u taħlitiet li huma prekursuri tal-isplussivi waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u jirreaġixxu f’ħin opportun u b’mod adegwat f’każ ta’ attività suspettuża.

2.L-Istati Membri għandhom jorganizzaw, talanqas darbtejn fis-sena, attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, immirati lejn l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur differenti li juża prekursuri tal-isplussivi regolati.

Artikolu 11

Awtoritajiet nazzjonali ta’ spezzjoni

1.Kull Stat Membru għandu jiżgura li jkun hemm awtoritajiet kompetenti stabbiliti għal spezzjonijiet u kontrolli tal-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament.

2.Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 jkollhom is-setgħat investigattivi meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni xierqa tal-kompiti tagħhom.

3.Kull Stat Membru għandu jqiegħed riżorsi adegwati għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 sabiex, flimkien ma’ kwalunkwe riżorsa oħra disponibbli, ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament b’mod effiċjenti u fil-ħin.

Artikolu 12

Linji Gwida

1.Wara li tkun ikkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Prekursuri, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-linji gwida fuq bażi regolari sabiex tgħin lill-katina tal-provvista kimika u, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi faċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi. Il-linji gwida għandhom, b’mod partikolari, jipprovdu:

(a)informazzjoni dwar kif għandhom isiru l-ispezzjonijiet;

(b)informazzjoni dwar kif għandhom jiġu applikati r-restrizzjonijiet u l-kontrolli tar-Regolament għal prekursuri tal-isplussivi regolati li jiġu ordnati mill-bogħod minn membri tal-pubbliku ġenerali jew minn utenti professjonali;

(c)informazzjoni dwar il-miżuri possibbli li għandhom jiġu adottati minn swieq online li jaġixxu bħala intermedjarji biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament;

(d)informazzjoni dwar kif għandha tiġi skambjata informazzjoni rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali u bejn l-Istati Membri;

(e)informazzjoni oħra li tista’ titqies utli.

2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-linji gwida previsti fil-paragrafu 1 jiġu ċċirkolati fuq bażi regolari b’mod li jitqies bħala adegwat mill-awtoritajiet kompetenti skont l-objettivi tal-linji gwida.

Artikolu 13

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 14

Klawsola ta’ salvagwardja

1.Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet fondati biex jemmen li sustanza speċifika li ma tkunx elenkata fl-Anness I jew II tista’ tintuża għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, dan jista’ jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni, il-pussess u l-użu ta’ dik is-sustanza, jew ta’ kwalunkwe taħlita jew sustanza li fiha dik is-sustanza, jew jista’ jipprovdi li s-sustanza tkun soġġetta għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi f’konformità mal-Artikolu 9.

2.Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet fondati biex jemmen li sustanza speċifika li ma tkunx elenkata fl-Anness I tista’ tintuża għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, f’konċentrazzjoni aktar baxxa mill-valuri limitu stabbiliti fil-kolonna 2 jew 3 tal-Anness I, dan jista’ jirrestrinġi jew jipprojbixxi ulterjorment it-tqegħid għad-dispożizzjoni, il-pussess u l-użu ta’ dik is-sustanza billi jimponi valur limitu ta’ konċentrazzjoni li jkun aktar baxx.

3.Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet fondati biex jistabbilixxi valur limitu ta’ konċentrazzjoni li meta jinqabeż minn sustanza elenkata fl-Anness II, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet li japplikaw għal prekursuri tal-isplussivi ristretti, dan jista’ jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni, il-pussess u l-użu ta’ dik is-sustanza billi jimponi konċentrazzjoni massima permessa.

4.Stat Membru li jirrestrinġi jew jipprojbixxi sustanzi f’konformità mal-paragrafu 1, 2 jew 3 għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b’dan, u jagħti r-raġunijiet tiegħu għal dan.

5.Fid-dawl tal-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha teżamina minnufih jekk tħejjijx emendi għall-Annessi f’konformità mal-Artikolu 15(1) jew jekk tħejjijx proposta leġislattiva biex jiġu emendati l-Annessi. L-Istat Membru kkonċernat għandu, fejn ikun il-każ, jemenda jew iħassar il-miżuri nazzjonali tiegħu sabiex jieħu kont ta’ kwalunkwe emenda bħal din fl-Annessi.

6.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru u, jekk xieraq, ma’ partijiet terzi, tiddeċiedi li l-miżura meħuda mill-Istat Membru mhijiex ġustifikata u titlob lill-Istat Membru jirtiraha.

Artikolu 15

Emendi għall-Annessi

1.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 dwar iż-żieda ta’ sustanzi fl-Anness I u t-tibdil għall-valuri limitu fl-Anness I sa fejn meħtieġ biex jiġu akkomodati żviluppi fl-użu ħażin ta’ sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi, jew abbażi ta’ riċerka u ta’ ttestjar, kif ukoll dwar iż-żieda ta’ sustanzi fl-Anness II, fejn meħtieġ biex jiġu akkomodati żviluppi fl-użu ħażin ta’ sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi. Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mit-tħejjija ta’ atti delegati, tikkonsulta mal-partijiet interessati rilevanti, b’mod partikolari mal-industrija kimika u mas-settur tal-bejgħ bl-imnut.

Fejn, fil-każ ta’ tibdil f’daqqa fil-valutazzjoni tar-riskju f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu ħażin ta’ sustanzi għall-manifattura illeċita ta’ splussivi, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeżiġu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 17 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat għal kull żieda ta’ sustanza fl-Anness I u għal kull tibdil fil-valuri limitu fl-Anness I u għal kull sustanza ġdida li tiżdied fl-Anness II. Kull att delegat għandu jkun ibbażat fuq analiżi li turi li l-emenda mhijiex probabbli li twassal għal piżijiet sproporzjonati fuq l-operaturi ekonomiċi jew fuq il-konsumaturi, b’kont debitament meħud tal-objettivi segwiti.

Artikolu 16

Eżerċitar tad-delega

1.Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu..

2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [dħul fis-seħħ]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħat mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix għal din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 15 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Mal-adozzjoni ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew oġġezzjoni jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17

Proċedura ta’ urġenza

1.Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjona għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(6). F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 18

Emenda tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fl-entrata 58 tat-tabella li tistabbilixxi l-isem tas-sustanzi, tal-gruppi ta’ sustanzi u tat-taħlitiet u l-kundizzjonijiet tar-restrizzjoni, fil-kolonna 2, il-paragrafi 2 u 3 ġew imħassra.

Artikolu 19

Revoka tar-Regolament (UE) Nru 98/2013

1.Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 għandu jitħassar minn [data ta’ applikazzjoni].

2.Referenzi għar-Regolament (UE) Nru 98/2013 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Rapportar

1.    L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni [sena wara d-data tal-applikazzjoni] u sussegwentement fuq bażi annwali, l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-għadd ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq irrapportati rispettivament;

(b)l-għadd ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji riċevuti kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), kif ukoll l-għadd ta’ liċenzji mogħtija, u r-raġunijiet l-aktar komuni għar-rifjut tal-għoti ta’ liċenzji;

(c)informazzjoni dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10(2);

(d)informazzjoni dwar spezzjonijiet imwettqa kif imsemmi fl-Artikolu 11, inkluż l-għadd ta’ spezzjonijiet u operaturi ekonomiċi koperti.

2.    Meta jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a), (c) u (d) lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jiddistingwi liema rapporti, azzjonijiet u spezzjonijiet għandhom x’jaqsmu ma’ attivitajiet online u ma’ dawk offline.

Artikolu 21

Programm ta’ monitoraġġ

Sa mhux aktar tard minn [sena mid-data ta’ dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament.

Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistabbilixxi l-mezzi li permezz tagħhom u l-intervalli li fihom ser tinġabar id-data u evidenza oħra meħtieġa. Għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u fl-analiżi tad-data u ta’ evidenza oħra.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data u evidenza oħra meħtieġa lill-Kummissjoni għall-monitoraġġ

Artikolu 22

Valutazzjoni

Mhux qabel [sitt snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Il-valutazzjoni għandha ssir skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni aħjar.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-Rapport.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika [sena wara l-jum tad-dħul fis-seħħ tiegħu].

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)

   Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1).

(2)    Sar applikabbli fit-2 ta’ Settembru 2014.
(3)

   Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ‘Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar Titjib tas-Sigurtà tal-Isplussivi’, 8109/08.

(4)

   Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Sommarju tal-Valutazzjoni tal-Impatt Dokument li Jakkumpanja r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-Tqegħid fis-Suq u l-Użu tal-Prekursuri tal-Isplussivi, SEC(2010) 1041 finali tal-20.9.2010.

(5)

   Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-Tqegħid fis-Suq u l-Użu ta’ Prekursuri tal-Isplussivi, COM(2010)0473 final tal-20.9.2010.

(6)

   Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, COM(2015) 185 final tat-30.4.2015.

(7)

   Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill L-Implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà: pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar u l-użu illeċitu tal-armi tan-nar u l-isplussivi, COM(2015)624 final tat-2.12.2015.

(8)

   Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill Azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Siġurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta’ Sigurtà effettiva u ġenwina, COM(2016)230 final tal-20.4.2016.

(9)

   Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u d-delega tas-setgħa skont ir-Regolament (UE) 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prekursuri tal-isplussivi, COM(2017)103 final tat-28.2.2017.

(10)

   Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-passi immedjati sabiex jiġi pprevenut l-użu ħażin tal-prekursuri tal-isplussivi, C(2017) 6950 final tat-18.10.2017.

(11)

   Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tar-rispons tal-Unjoni Ewropea għar-riskji relatati mas-CBRN, it-tnaqqis tal-aċċess għall-prekursuri tal-isplussivi u l-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi’, 15648/17.

(12)

   Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità (2017/2068(INI)).

(13)

   Regolament (UE) Nru 1259/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli all-monitoraġġ tal-kummerċ fil-prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 30).

(14)    Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 47, 18.2.2004. p. 1).
(15)    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal- 5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (tfassil mill-ġdid)(ĠU L 134, 29.5.2009, p.1).
(16)

   Regolament (KE)Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(17)

   Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L396, 30.12.2006, p.1).

(18)

   Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003. p. 1).

(19)    Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi ċivili (riformulazzjoni) (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 1).
(20)

   Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (Riformulazzjoni) (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27).

(21)    COM(2017) 610 final tat-18.10.2017.
(22)    COM(2017) 612 final tat-18.10.2017.
(23)    Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(24)    Link mal-opinjoni tal-RSB fuq RegDoc.
(25)

   Opinjoni dwar il-Pjattaforma REFIT dwar il-preżentazzjoni minn Detailhandel Nederland u ċittadin (LTL 494) dwar ir-Regolament (UE) Nru 2013/98 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, 21.9.2017.

(26)

   Rapport skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jeżamina l-possibbiltajiet tat-trasferiment ta’ dispożizzjonijiet rilevanti dwar in-nitrat tal-ammonju mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, COM (2015) 122 final tat-12.3.2015.

(27)

   Rapport skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jeżamina l-possibbiltajiet tat-trasferiment ta’ dispożizzjonijiet rilevanti dwar in-nitrat tal-ammonju mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, COM (2015) 122 final tat-12.3.2015.

(28)    Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas- 26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).
(29)

   Pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI ta’ l- 20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni u l-koperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, p. 22) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82 tat-22.3.97, p.1).

(30)

   ĠU C , , p. .

(31)

   Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1).

(32)

   Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p.1).

(33)    Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(34)    Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1).
(35)    ĠU L123, 12.5. 2016, p1.
(36)

   Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(37)

   Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (Riformulazzjoni) (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27).

(38)

   Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).

(39)

   Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(40)    Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas- 26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).
Top

Strasburgu,17.4.2018

COM(2018) 209 final

ANNESSI

għall-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi

{SWD(2018) 104 final}

{SWD(2018) 105 final}


ANNESS I — PREKURSURI TAL-ISPLUSSIVI RISTRETTI

Is-sustanzi li ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, jiġu introdotti, detenuti jew użati minn membri tal-pubbliku ġenerali waħedhom, jew f’taħlitiet jew f’sustanzi li jinkluduhom, ħlief jekk il-konċentrazzjoni tkun ugwali jew aktar baxxa mill-valuri limitu stabbiliti fil-kolonna 2.

1. Isem tas-sustanza u n-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN)

2. Valur limitu

3. L-ogħla valur limitu għall-fini ta’ liċenzjar skont l-Artikolu 5(3)

4. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal kompost separat definit b’mod kimiku li jissodisfa r-rekwiżiti tan-Nota 1 tal-Kapitolu 28 jew 29 tan-NM, rispettivament ( 1 )

5. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal taħlita mingħajr kostitwenti (pereż. merkurju, metalli prezzjużi jew metalli rari jew sustanzi radjuattivi) li jiddeterminaw il-klassifika taħt kodiċi ieħor tan-NM ( 1 )

Aċidu nitriku (CAS RN 7697-37-2)

3 % w/w

10 % w/w

ex 2808 00 00

ex 3824 99 96

Perossidu tal-idroġenu (CAS RN 7722-84-1)

12 % w/w

35 % w/w

2847 00 00

ex 3824 99 96

Aċidu kubrit (CAS RN 7664-93-9)

15 % w/w

40 % w/w

ex 2807 00 00

ex 3824 99 96

Nitrometan (CAS RN 75-52-5)

16 % w/w

40 % w/w

ex 2904 20 00

ex 3824 99 92

Nitrat tal-ammonju (CAS 6484-52-2)

16 % fil-piż ta’ nitroġenu fir-rigward tan-nitrat tal-ammonju (2)

Mhux disponibbli

3102 30 10 (f’soluzzjoni milwiema)

3102 30 90 (oħrajn)

ex 3824 99 96

Klorat tal-potassju (CAS RN 3811-04-9)

40 % w/w

Mhux disponibbli

ex 2829 19 00

ex 3824 99 96

Perklorat tal-potassju (CAS RN 7778-74-7)

40 % w/w

Mhux disponibbli

ex 2829 90 10

ex 3824 99 96

Klorat tas-sodju (CAS RN 09/09/7775)

40 % w/w

Mhux disponibbli

2829 11 00

ex 3824 99 96

Perklorat tas-sodju (CAS RN 7601-89-0)

40 % w/w

Mhux disponibbli

ex 2829 90 10

ex 3824 99 96

(1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1925 tas-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 31.10.2014, p. 1). Jinħtieġ li l-emendi sussegwenti tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2658/87 jiġu kkonsultati fir-rigward tal-kodiċijiet NM.

(2) In-nitrat tal-ammonju (2) jista’ biss jitqiegħed għad-dispożizzjoni, jew jiġi introdott, detenut jew użati minn membri tal-pubbliku ġenerali waħidhom, jew f’taħlitiet jew f’sustanzi li jinkluduha f’konċentrazzjonijiet b’inqas minn 16 % fil-piż ta’ nitroġenu fir-rigward tan-nitrat tal-ammonju.

ANNESS II - PREKURSURI TAL-ISPLUSSIVI GĦAR-RAPPORTAR

Is-sustanzi waħedhom jew f’taħlitiet li fir-rigward tagħhom għandhom jiġu rrappurtati transazzjonijiet suspettużi

1. Isem tas-sustanza u n-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN)

2. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

3. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal taħlitiet mingħajr kostitwenti (pereż. merkurju, metalli prezzjużi jew metalli rari jew sustanzi radjuattivi) li jiddeterminaw il-klassifika taħt kodiċi ieħor tan-NM ( 1 )

Eżammina, (CAS RN 100-97-0)

ex 2933 69 40

ex 3824 99 93

Aċeton (CAS RN 67-64-1)

2914 11 00

ex 3824 99 92

Nitrat tal-potassju (CAS RN 7757-79-1)

2834 21 00

ex 3824 99 96

Sodju tal-potassju (CAS RN 7631-99-4)

3102 50 00

 

ex 3824 99 96

Kalċju tal-potassju (CAS RN 10124-37-5)

ex 2834 29 80

ex 3824 99 96

Kalċju tal-potassju tal-ammonju (CAS RN 15245-12-2)

ex 3102 60 00

ex 3824 99 96

Manjeżju, trabijiet (CAS RN 7439-95-4) (2) (3)

ex 8104 30 00

Nitrat tal-manjeżju eżaidrat (CAS RN 13446-18-9)

ex 2834 29 80

ex 3824 99 96

Aluminju, trabijiet (CAS RN 7429-90-5) (2) (3)

7603 10 00

ex 7603 20 00

(1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1925 tas-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 31.10.2014, p. 1). Jinħtieġ li l-emendi sussegwenti tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2658/87 jiġu kkonsultati fir-rigward tal-kodiċijiet NM.

(2) b'daqs tal-partiċella inqas minn 200 μm.

(3) bħala sustanza jew f'taħlitiet li jkun fihom 70 % jew iktar, skont il-piż, ta' aluminju u / jew manjeżju.

ANNESS III — FORMAT GĦAL LIĊENZJA

Il-format għal dokument li jipprova l-pussess ta’ liċenzja għal membru tal-pubbliku ġenerali biex jakkwista, jintroduċi, jippossjedi u juża’ prekursuri tal-isplussivi ristretti, kif imsemmi fl-Artikolu 6(7).

1. Membru tal-pubbliku ġenerali (Isem u indirizz)

Isem:

Numru tad-Dokument ta’ Identifikazzjoni:

Indirizz:

Pajjiż:

Telefown:

Posta elettronika:

2. Numru tal-Liċenzja:

3. Liċenzja għal użu uniku jew użu multiplu jekk jogħġbok immarka

( ) ix-xiri uniku, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ prekursur ristrett

isem tal-prekursur(i):

ammont massimu:

konċentrazzjoni massima:

użu liċenzjat:

( ) ix-xiri multiplu, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ prekursur ristrett

isem tal-prekursur(i):

ammont massimu detenut f’kull ħin:

konċentrazzjoni massima:

użu liċenzjat:

4. Jekk differenti mill-kaxxa 1 u huwa meħtieġ mil-liġi nazzjonali, l-indirizz fejn se ssir il-ħażna tal-prekursur(i)

will be stored

Indirizz:

5. Jekk differenti mill-kaxxa 1 u huwa meħtieġ mil-liġi nazzjonali, l-indirizz fejn se jintuża(w) il-prekursur(i):

will be used:

Indirizz:

6. Il-kunsens bil-miktub qabel l-akkwist, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ prekursur(i) ristrett(i) fil-kaxxa 3 minn [isem il-pajjiż]:

L-isem tal-awtorità kompetenti:

Validu minn: ________ sa: _______________

Rekwiżiti speċjali applikabbli għal din il-liċenzja:

( ) iva, din il-liċenzja hija valida biss bir-rekwiżiti speċjali mehmuża ma’ din

il-liċenzja

( ) Le

Timbru u / jew firma:

Top