EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0141

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

COM/2018/0141 final - 2018/067 (NLE)

Brussell, 21.3.2018

COM(2018) 141 final

2018/0067(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-Unjoni Ewropea (l-UE) u l-Istati Uniti tal-Amerka (l-Istati Uniti) ilhom sħab strateġiċi fil-qasam tar-riċerka sa mill-1998. L-ewwel “Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka” 1 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li kien Ftehim bilaterali, ġie ffirmat fil-5 ta’ Diċembru 1997 f’Washington DC u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Ftehim ġie estiż tliet darbiet, jiġifieri fl-2003 2 , fl-2008 3 u fl-2013 4 , għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin kull darba. It-tieni estensjoni tiegħu kienet tinkludi wkoll emenda, li kienet iż-żieda tar-riċerka dwar is-sigurtà u dwar l-ispazju fil-lista tas-setturi għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni (jiġifieri emenda tal-Artikolu 4).

L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim igħid hekk: “Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Suġġett għar-reviżjoni mill-Partijiet fl-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiż, b’emendi possibbli, wara dan għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet.”.

Il-Ftehim attwali jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2018.

Is-servizzi tal-Kummissjoni vvalutaw kif il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti qed tevolvi u kif din tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-istrateġija għall-kooperazzjoni internazzjonali. Din il-valutazzjoni turi biċ-ċar li l-Ftehim jipprovdi qafas importanti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti f’oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija li huma ta’ prijorità għat-tnejn li huma, u li dan iwassal għal benefiċċji reċiproki. L-istrument ewlieni għall-kooperazzjoni huwa l-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

L-UE għandha relazzjoni ferm eqreb mal-Istati Uniti fil-qasam tax-xjenza, tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni milli mal-pajjiżi l-oħrajn kollha li mhumiex fl-Ewropa. Minn fost il-pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati, s’issa l-Istati Uniti huwa biċ-ċar l-iktar pajjiż attiv fil-Programm “Orizzont 2020”. Dan jgħodd għall-ammont ta’ investiment reċiproku fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp, għall-flussi tax-xjenzati, għall-għadd ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni u għall-għadd ta’ pubblikazzjonijiet u privattivi b’iktar minn awtur wieħed. Dawn ir-rabtiet fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni juru r-rabta b’saħħitha u mill-qrib tagħna mal-Istati Uniti. Jekk l-Istati Uniti u l-UE jkunu jistgħu jsibu modi kif jiżviluppaw l-isforzi konġunti tagħhom b’mod utli, ir-riżultati jwasslu għal tkabbir ekonomiku u għal iktar impjiegi, għal kwalità tal-ħajja aħjar u għal soluzzjonijiet konġunti għall-isfidi dinjin.

Fost il-ħafna kisbiet kbar li saru permezz tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija nsibu l-iffirmar tad-Dikjarazzjoni ta’ Galway f’Mejju tal-2013 u t-tnedija tal-Alleanza tar-Riċerka tal-Oċean Transatlantiku. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka dwar il-baħar u dwar l-Artiku qed tkompli dejjem tikber u tikseb ir-rikonoxximent internazzjonali. Id-diversi gruppi ta’ ħidma tal-Alleanza tar-Riċerka tal-Oċean Transatlantiku wasslu għal riżultati ta’ kwalità għolja ferm f’diversi oqsma ta’ kooperazzjoni, bħall-ħolqien ta’ mapep ta’ qiegħ il-baħar, is-sistemi ta’ osservazzjoni, l-akkwakultura, l-għarfien dwar l-oċeani, is-saħħa tal-oċeani u l-fatturi li jikkawżaw stress għall-oċeani.

Għalhekk huwa fl-interess tal-UE li l-“Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka” jiġi estiż għal perjodu ieħor ta’ ħames snin.

Waqt il-laqgħa tal-Grupp Konġunt Konsultattiv bejn l-UE u l-Istati Uniti stabbilit bil-Ftehim, li saret fit-23 ta’ Ottubru 2017, iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw li kien beħsiebhom jestendu l-Ftehim u qablu li jkomplu jikkooperaw bejniethom abbażi tas-suċċess li qed ikun hemm fl-allinjament tal-programmi tagħhom. Iż-żewġ Partijiet jirrikonoxxu li r-riċerka u l-innovazzjoni għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien tal-impjiegi u fit-tkabbir ekonomiku u li l-kooperazzjoni trans-Atlantika fil-qasam tar-riċerka ilha iktar minn seklu sservi ta’ sors ewlieni għal teknoloġiji ġodda u twassal għal sejbiet xjentifiċi.

Kif ġie diskuss u miftiehem mal-kontropartijiet mill-Istati Uniti, il-kontenut tal-Ftehim estiż għandu jkun l-istess bħal dak tal-Ftehim attwali.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din l-inizjattiva tikkonforma għalkollox mal-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni 5 , li fiha l-Istati Uniti huma sieħeb strateġiku tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. L-istrateġija tal-UE ssemmi biċ-ċar li l-ftehimiet fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija huma strumenti importanti biex jiġu ddefiniti pjanijiet direzzjonali pluriennali għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE u biex dawn jiġu implimentati. Il-Ftehim iservi wkoll ta’ mezz biex tiġi implimentata l-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, li titlob li r-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE jsiru iktar internazzjonali u jinfetħu iktar.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-istrateġija globali tal-UE għall-politika estera u ta’ sigurtà tikkonferma li l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka hija aspett importanti tal-politika estera tal-UE u tqis li l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka hija element essenzjali għal rabtiet soċjoekonomiċi iktar b’saħħithom.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Is-setgħa tal-UE li taġixxi fil-livell internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku hija bbażata fuq l-Artikolu 186 tat-TFUE. Il-bażi ġuridika proċedurali ta’ din il-proposta hija l-punt (a)(v) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 218(6) tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom kompetenzi paralleli fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku skont l-Artikolu 4(3) tat-TFUE. Għalhekk, l-azzjonijiet tal-Unjoni ma jistgħux jiġu sostitwiti b’azzjonijiet tal-Istati Membri.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din l-inizjattiva ma tiffurmax parti mill-aġenda tar-REFIT.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Hemm bżonn biss ta’ riżorsi umani u riżorsi amministrattivi, u dawn huma stipulati fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill:

- japprova, f’isem l-Unjoni u bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, l-estensjoni tal-“Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka” għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin (jiġifieri mill-14 ta’ Ottubru 2018 sat-13 ta’ Ottubru 2023);

- jawtorizza lill-President tal-Kunsill jaħtar lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jgħarrfu lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa biex jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim imġedded.

2018/0067 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)Permezz tad-Deċiżjoni 98/591/KE 6 , il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat fil-5 ta’ Diċembru 1997 f’Washington DC u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998.

(2)Skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim, il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Suġġett għar-reviżjoni mill-Partijiet fl-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiż, b’emendi possibbli, wara dan għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet.

(3)Permezz tad-Deċiżjonijiet 2004/756/KE 7 , 2009/306/KE 8 u 2014/240/UE 9 , il-Kunsill approva l-estensjoni tal-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin kull darba. Il-Ftehim attwali jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2018.

(4)Il-valutazzjoni li wettqu s-servizzi tal-Kummissjoni turi li l-Ftehim jipprovdi qafas importanti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka f’oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija ta’ prijorità komuni u li dan iwassal għal benefiċċji reċiproki. Għalhekk huwa fl-interess tal-Unjoni li l-Ftehim jiġi estiż għal perjodu ieħor ta’ ħames snin.

(5)Iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw li kien beħsiebhom jestendu l-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin mingħajr ma jagħmlulu emendi.

(6)Jenħtieġ li l-estensjoni tal-Ftehim tiġi approvata f’isem l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin b’dan hija approvata f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jgħarrfu lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka, f’isem l-Unjoni, li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa biex jiġi estiż dan il-Ftehim skont l-Artikolu 12 tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 10  

L-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika, b’mod partikulari tad-Direttorati Ġenerali li ġejjin: id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni, id-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali, id-DĠ Azzjoni Klimatika, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, id-DĠ Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport u Kultura, id-DĠ Enerġija, id-DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs, id-DĠ Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija, id-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd u d-DĠ Mobilità u Trasport.

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Din l-inizjattiva se tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess komuni.

1.4.2.Għan/għanijiet speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru 

Din id-Deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom u jiżviluppaw sħubija iktar strateġika billi jżidu d-daqs u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kooperazzjoni eżistenti u jittrattaw l-isfidi dinjin billi jippromwovu l-aċċess reċiproku għall-programmi u għall-finanzjament tagħhom. 

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Din id-Deċiżjoni se tippermetti kemm lill-Unjoni kif ukoll lill-Istati Uniti jiksbu benefiċċji reċiproki mill-progress xjentifiku u tekniku li jinkiseb permezz tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jkunu għaddejjin. Hija se tippermetti li jiġi skambjat għarfien speċifiku u li jiġi ttrasferit l-għarfien espert għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, tal-industrija u taċ-ċittadini taż-żewġ Partijiet.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Il-Kummissjoni se timmonitorja b’mod regolari l-azzjonijiet kollha li jsiru fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, inklużi l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni. Fost l-oħrajn, din l-evalwazzjoni se tkopri l-affarijiet li ġejjin:

(a) l-indikaturi tal-kooperazzjoni — analiżi tal-għadd ta’ entitajiet tal-Istati Uniti li jipparteċipaw fi programmi ffinanzjati mill-UE u tat-tip ta’ parteċipazzjoni tagħhom (pereżempju l-għadd ta’ proposti, l-għadd ta’ ftehimiet tal-għotja ffirmati, ir-rabtiet ta’ kollaborazzjoni ewlenin, it-temi ewlenin ittrattati u r-riżultati ġġenerati) u viċeversa (kull meta d-dejta tkun disponibbli);

(b) l-indikaturi tal-prestazzjoni — ir-rata ta’ suċċess tal-entitajiet tal-Istati Uniti li jipparteċipaw fi programmi qafas tal-UE meta mqabbla ma’ dik ta’ entitajiet ta’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE u ma’ dik ta’ entitajiet ta’ Stati Membri jew ta’ pajjiżi assoċjati ma’ programm qafas għar-riċerka; analiżi tal-kwalità tal-parteċipazzjoni (pereżempju l-għadd ta’ universitajiet ikklassifikati fl-aqwa postijiet li jkunu qed jieħdu sehem fil-programm u l-għadd ta’ privattivi u ta’ pubblikazzjonijiet li jkunu qed joħorġu mill-proġetti ta’ kollaborazzjoni);

(c) il-ġbir tad-dejta dwar l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u r-rabtiet li jmorru lil hinn mill-programmi rispettivi ta’ finanzjament tar-riċerka, kif ukoll il-valutazzjoni tal-impatt ta’ dawk l-attivitajiet, bħall-parteċipazzjoni f’inizjattivi u fi gruppi ta’ ħidma multilaterali.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

Din id-Deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet ikomplu jtejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess reċiproku.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kompliet tissaħħaħ b’mod kostanti fis-snin li għaddew. L-involviment tal-UE jippermetti li jsiru attivitajiet fuq skala ikbar u b’kamp ta’ applikazzjoni usa’ għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha. L-estensjoni ta’ dan il-Ftehim se tippermetti lill-UE jkollha aċċess iktar faċli għall-għarfien xjentifiku li joħroġ mill-Istati Uniti u tieħu sehem f’iktar attivitajiet ta’ kooperazzjoni, u b’hekk se twassal għal iktar skambju tal-għarfien u tat-teknoloġiji.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Abbażi tal-esperjenza li kien hemm s’issa fil-qasam tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, jitqies li huwa ta’ benefiċċju reċiproku li titkompla l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka mal-Istati Uniti, bħala sieħeb strateġiku tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-estensjoni tal-Ftehim mal-Istati Uniti titqies li hija konsistenti għalkollox mal-qafas ġenerali tal-politika għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni (COM(2012) 497 final).

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-14 ta’ Ottubru 2018 sat-13 ta’ Ottubru 2023

   Impatt finanzjarju mill-14 ta’ Ottubru 2018 sat-13 ta’ Ottubru 2023

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 11  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-parteċipazzjoni tal-entitajiet mill-Istati Uniti fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u f’attivitajiet ta’ kooperazzjoni oħrajn fil-kuntest tal-Ftehim se tiġi segwita b’mod regolari permezz tal-laqgħat tal-Grupp Konġunt Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 6(b) tal-Ftehim.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Isiru laqgħat u kuntatti bilaterali b’mod regolari u dan jippermetti li jkun hemm kondiviżjoni sistematika tal-informazzjoni u kontroll sistematiku. Ma ġew identifikati l-ebda riskji fis-sistema ta’ kontroll.

2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Meta jkun hemm bżonn jintużaw kuntratturi esterni jew jingħata kontribut finanzjarju lil partijiet terzi biex jiġi implimentat il-programm qafas, il-Kummissjoni se twettaq awditi finanzjarji, meta dan ikun xieraq, b’mod partikulari meta jkollha raġunijiet tiddubita min-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti dwar l-attività.

L-awditi finanzjarji tal-Unjoni se jsiru jew mill-persunal tagħha stess jew minn esperti fil-kontabbiltà li jkunu ġew approvati skont il-liġi tal-parti li jkun qed isirilha l-awditu. L-Unjoni għandha l-libertà tagħżel lil dawn l-esperti, filwaqt li tevita kull riskju ta’ kunflitt ta’ interess li tista’ tkun indikatilha l-parti li jkun qed isirilha l-awditu. Barra minn hekk, hija u twettaq l-attivitajiet tar-riċerka, il-Kummissjoni se tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi jitwettqu verifiki effettivi u billi jkun hemm miżuri u penali proporzjonati li jservu ta’ deterrent meta jiġu nnutati l-irregolaritajiet.

Sabiex jinkiseb dan il-għan, fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-programm qafas se jiġu inkorporati regoli dwar il-verifiki, il-miżuri u l-penali b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, għar-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 u għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

B’mod partikulari, il-kuntratti jridu jipprevedu l-affarijiet li ġejjin:

- iż-żieda ta’ klawżoli speċifiċi fihom sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE huma u jitwettqu l-verifiki u l-kontrolli b’rabta max-xogħol imwettaq;

- it-twettiq ta’ verifiki amministrattivi bħala parti mill-miżuri ta’ kontra l-frodi, skont ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96, ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (EURATOM) Nru 1074/1999;

- l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għall-irregolaritajiet kollha fl-implimentazzjoni tal-kuntratti li jsiru bi ħsieb jew minħabba negliġenza, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, li huwa r-Regolament qafas, inkluż mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ lista ta’ kumpaniji pprojbiti;

- il-fatt li l-ordnijiet ta’ rkupru li jista’ jkun hemm f’każ ta’ irregolarità jew ta’ frodi jridu jkunu jistgħu jiġu infurzati skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, il-persunal tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni) responsabbli għal dan se jwettaq, bħala miżura ta’ rutina, programm ta’ verifiki b’rabta mal-aspetti xjentifiċi u baġitarji tal-kooperazzjoni. L-Unità tal-Verifika Interna tad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni se twettaq awditu intern u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri se twettaq spezzjonijiet fuq il-post.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

 
Intestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi

Diff./Mhux diff. 12

mill-pajjiżi tal-EFTA 13

mill-pajjiżi kandidati 14

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1a

08.01.05

Mhux diff.

IVA

IVA

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

1a

“Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi”

DĠ: RTD

Sena
2018 15

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1)

Pagamenti

(2)

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 16  

Numru tal-linja baġitarja

08.01.05

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ RTD

Impenji

=1+1a +3

0.024

0.060

0.060

0.060

0.060

0.036

0.298

Pagamenti

=2+2a

+3

0.024

0.060

0.060

0.060

0.060

0.036

0.298






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0.024

0.060

0.060

0.060

0.060

0.036

0.298

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA <1a>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0.024

0.060

0.060

0.060

0.060

0.036

0.298

Pagamenti

=5+ 6

0.024

0.060

0.060

0.060

0.060

0.036

0.298

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena 2022

Sena 2023

TOTAL

DĠ: RTD

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

0.0048

0.012

0.012

0.012

0.012

0.0072

0.060

TOTAL TAD-DĠ RTD

Approprjazzjonijiet

0.0048

0.012

0.012

0.012

0.012

0.0072

0.060

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0.0048

0.012

0.012

0.012

0.012

0.0072

0.060

f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2018 17

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0.0286

0.0715

0.0715

0.0715

0.0715

0.0429

0.358

Pagamenti

0.0286

0.0715

0.0715

0.0715

0.0715

0.0429

0.358

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 18

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 19 ...

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2018 20

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

0.0048

0.012

0.012

0.012

0.012

0.0072

0.060

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0.0048

0.012

0.012

0.012

0.012

0.0072

0.060

Barra mill-INTESTATURA 5 21
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0.024

0.060

0.060

0.060

0.060

0.036

0.298

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0.024

0.060

0.060

0.060

0.060

0.036

0.298

TOTAL

0.0286

0.0715

0.0715

0.0715

0.0715

0.0429

0.358

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
2018

Sena
2019

Sena

2020

Sena

2021

Sena

2022

Sena

2023

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

08 01 05 01 (Riċerka indiretta)

0.2

0.5

0.5

0.5

0.5

0.3

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 22

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  23

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

0.2

0.5

0.5

0.5

0.5

0.3

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Tħejjija u ġestjoni tal-laqgħat tal-Grupp Konġunt Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 6(b) tal-Ftehim, kif ukoll segwitu tal-funzjonament u tal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Il-kalkoli jsiru b’mod proporzjonat skont id-durata tal-Ftehim.

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 24

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    ĠU L 284, 22.10.1998, p. 37.
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/756/KE (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 5).
(3)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE (ĠU L 90, 2.4.2009, p. 20).
(4)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/240/UE (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 43).
(5)    Intejbu u niffukaw il-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni: Approċċ strateġiku (COM(2012) 497 final).
(6)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284, 22.10.1998, p. 37).
(7)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/756/KE tal-4 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li jġedded il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 5).
(8)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat-30 ta’ Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 90, 2.4.2009, p. 20).
(9)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/240/UE tal-14 ta’ April 2014 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 43).
(10)    ABM: Activity-Based Management (immaniġġjar ibbażat fuq l-attività); ABB: Activity-Based Budgeting (ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività).
(11)    Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(12)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(13)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(14)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(15)    L-2018 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(16)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(17)    L-2018 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(18)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(19)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan/għanijiet speċifiku/speċifiċi…”.
(20)    L-2018 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(21)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(22)    AC = Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JED = Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjonijiet.
(23)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(24)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.
Top