Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0139

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni)

    COM/2018/0139 final - 2018/066 (COD)

    Brussell,14.3.2018

    COM(2018) 139 final

    2018/0066(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni)


    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    1.Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lissimplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

    Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati rregoli attwalment fis-seħħ.

    Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

    2.Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet 1 li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw ittesti li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li ddispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

    3.Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan 2 , filwaqt li saħqu fuq l-importanza talkodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.

    Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għalladozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

    Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, ilParlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

    4.L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tarRegolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2011 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn din il-ħtieġa 3 . IrRegolament ilġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih 4 ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali meħtieġa milleżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

    5.Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, f24 lingwi uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness IV tar-Regolament ikkodifikat.

    ê 539/2001 (adattat)

    2018/0066 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw Ö it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 77(2)(a) Õ tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    ê

    (1)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 6 , ġie emendat kemm-il darba 7 b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    ê2414/2001 Art. 1.1 (adattat)

    (2)Ö Dan ir-Regolament jipprovdi għal armonizzazzjoni sħiħa rigward il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa. Õ

    ê509/2014 premessa 2 (adattat)

    (3)Ö Id-deċiżjoni dwar il- Õ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għal, jew eżenti, mill-ħtieġa ta’ viża, għandha tkun imsejsa fuq valutazzjoni meqjusa skont ilkaż Ö ta' diversi kriterji Õ. Din il-valutazzjoni għandha ssir perjodikament u tista’ twassal għal proposti leġislattivi għall-emendament tal-Annessi I u II għal danirRegolament, minkejja l-possibilità li jsiru emendi Ö għal pajjiżi Õ speċifiċi lil dawk l-Annessi f’ċirkostanzi partikolari, pereżempju bħala riżultat ta’ proċess ta’ liberalizzazzjoni tal-viża jew bħala konsegwenza aħħarija tas-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni tal-viża.

    ê509/2014 premessa 3 (adattat)

    (4)Il-kompożizzjoni tal-listi ta’ pajjiżi terzi fl-Annessi I u II Ö jenħtieġ li Õ jkun, u Ö jenħtieġ li Õ jibqa’, konsistenti mal-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament. Irreferenzi għal pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom inbidlet is-sitwazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-kriterji, għandhom ikunu trasferiti minn Anness għall-ieħor.

    ê509/2014 premessa 8 (adattat)

    (5)Żviluppi fid-dritt internazzjonali li jġibu magħhom bidliet fl-istatus jew deskrizzjoni ta’ ċerti Stati jew entitajiet għandhom ikunu riflessi fl-Annessi I u II.

    ê539/2001 premessa 6 (adattat)

    (6)Minħabba li l-Ftehin dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeżenta ċ-ċittadini ta' lIslanda, Liechtenstein u tan-Norveġja mill-ħtieġa tal-viża, dawk il-pajjiżi Ö jenħtieġ li ma jkunux Õ inklużi fil-lista Ö ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa tal-viza Õ.

    ê453/2003 premessa 3 (adattat)

    (7)Minħabba li l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u lKonfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu ta' persuni, jippermetti moviment liberu mingħajr viżi għal ċittadini tal-Isvizzera u ta' l-Istati Membri, l-Isvizzera Ö jenħtieġ li ma tkunx inkluża fil-lista ta' pajjiżi terzi li ċċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa tal-visa Õ.

    ê539/2001 premessa 7 (adattat)

    (8)F'dak li jirrigwardja persuni mingħajr stat Ö (apolidi) Õ u refuġjati rikonoxxuti, mingħajr preġudizzju għall-obbligi skond ftehim internazzjonali iffirmati mill-Istati Membri u partikolarment il-Ftehim Ewropew dwar l-Abolizzjoni tal-Viżi għarRefuġjati, iffirmat fi Strasbourg fl-20 ta' April 1959, id-deċiżjoni rigward ilħtieġa jew l-eżenzjoni talviża Ö jenħtieġ li Õ tkun ibbażata fuq il-pajjiż terz li fih dawk ilpersuni Ö jirrisjedu Õ u li jkun ħareġ id-dokumenti tal-ivjaġġar. B'dana kollu, meqjusa d-differenzi filleġislazzjoni nazzjonali applikabbli għall-persuni mingħajr stat Ö (apolidi) Õ u għal refuġjati rikonoxxuti, l-Istati Membri Ö jenħtieġ li jkunu jistgħu Õ jiddeċiedu jekk dawn ilkategoriji ta' persuni Ö għandhomx ikunu eżenti Õ, meta l-pajjiż terz li fih dawn ilpersuni jkunu Ö jirrisjedu Õ u li joħroġ id-dokumenti għall-ivvjaġġar tagħhom ikun pajjiż terz li ċ-ċittadini tiegħu huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża.

    ê1932/2006 premessa 7 (adattat)

    (9)Ö Skont Õ ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u talKunsill 8  Ö jenħtieġ li Õ tkun stabbilita eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal detenturi ta' Ö permess Õ tat-traffiku tal-fruntiera lokali.

    ê1932/2006 premessa 5 (adattat)

    (10)Ö Għandu jkun possibbli għal Õ Stati Membri Ö biex Õ jipprovdu għal eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża għal detenturi ta’ ċerti passaporti minbarra passaporti ordinarji.

    ê539/2001 premessa 8 (adattat)

    (11)F'każi speċifiċi meta regoli speċjali tal-viża huma ġġustifikati, Ö għandu jkun possibbli għal Õ Stati Membri Ö biexÕ jeżentaw ċerti kategoriji ta' persuni millħtieġa tal-viża jew li jimponuha fuqhom skond il-liġi jew il-konswetudini pubblika internazzjonali.

    ê1932/2006 premessa 6 (adattat)

    (12)Ö Għandu jkun possibbli għal Õ Stati Membri Ö li Õ jeżentaw mill-ħtieġa talviża refuġjati rikonoxxuti, il-persuni kollha mingħajr stat Ö (apolidi) Õ, kemm dawk Ö koperti Õ mill-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Persuni Mingħajr Stat tat28 ta' Settembru 1954 kif ukoll dawk barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik ilKonvenzjoni, u studenti tal-iskola li jivjaġġaw f'ħarġiet ta' l-iskola fejn il-persuni ta' dawn il-kategoriji jkunu Ö jirrisjedu Õ f'pajjiż terz elenkat Ö fil-lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa tal-viża Õ.

    ê1932/2006 premessa 8 (adattat)

    (13)L-arranġamenti li jirregolaw l-eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża għandhom jirriflettu bis-sħiħ il-prattiki attwali. Ċerti Stati Membri jagħtu eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi Ö inklużi fil-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni talIstati Membri Õ li huma membri tal-forzi armati li jkunu qed jivjaġġaw fuq xogħol tanNATO jew tas-Sħubija għall-Paċi. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, dawn leżenzjonijiet, li huma bbażati fuq obbligi internazzjonali esterni għad-dritt Ö talUnjoni Õ, għandhom madankollu jissemmew Ö f'dan Õ ir-Regolament.

    ê1289/2013 premessa 3

    (14)Reċiproċità sħiħa tal-viżi hi objettiv li l-Unjoni għandha ssegwi b’mod proattiv firrelazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi, u b’hekk tikkontribwixxi biex tittejjeb ilkredibbiltà u l-konsistenza tal-politika esterna tal-Unjoni.

    ê539/2001 premessa 5, 1289/2013 premessa 1 (adattat)

    (15)Għandu jkun hemm disposizzjoni għal mekkaniżmu Ö tal-Unjoni Õ li jippermetti ilprinċipju ta' reċiproċità biex ikun implementat jekk wieħed mill-pajjiżi terzi inklużi Ö fil-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa tal-viża Õ jiddieċedi li jagħmel liċ-ċittadini ta' wieħed jew aktar Stati Membri suġġetti għallħtieġa tal-viża. Dak il-mekkaniżmu jeħtieġ li jipprovdi rispons mill-Unjoni bħala att ta’ solidarjetà, jekk Ö tali Õ pajjiżi terz Ö jimponi Õ ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ għall-anqas Stat Membru wieħed.

    ê1289/2013 premessa 2 (adattat)

    (16)Wara li jkunu rċevew notifika minn Stat Membru li pajjiż terz Ö inkluż fil-lista talpajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa tal-viża Õ Ö jimponi Õ ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru, l-Istati Membri kollha għandhom jirreaġixxu b’mod kollettiv, u b’hekk jipprovdu rispons mill-Unjoni għal sitwazzjoni li taffettwa lill-Unjoni fl-intier tagħha u li tagħmel iċ-ċittadini tagħha soġġetti għal trattamenti differenti.

    ê1289/2013 premessa 11 (adattat)

    (17)Sabiex jiġi żgurat l-involviment Ö xieraq Õ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-tieni fażi tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità, minħabba n-natura politika Ö partikolarment Õ sensittiva tas-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa talviża għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiż terz Ö inklużi fil-lista tal-pajjiżi terzi li ċċittadini tagħhom huma eżenti millħtieġa tal-viża Õ u limplikazzjonijiet orizzontali tagħha għall-Istati Membri, ilpajjiżi assoċjati ta' Schengen u l-Unjoni nnifisha, b'mod partikolari għarrelazzjonijiet esterni tagħhom u għall-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ('TFUE') fir-rigward ta' ċerti elementi tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità. L-għoti ta' tali setgħa lill-Kummissjoni jieħu kont tal-ħtieġa għal diskussjoni politika dwar il-politika tal-Unjoni rigward ilviżi fiż-żona Schengen. Dan jirrifletti wkoll il-ħtieġa li tiġi żgurata trasparenza Ö suffiċjenti Õ u ċertezza legali fl-applikazzjoni talmekkaniżmu ta' reċiproċità għaċċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat, b'mod partikolari permezz tal-emenda temporanja korrispondenti tal-Anness II għal dan irRegolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet Ö xierqa Õ matul Ö ix-xoghol tagħha ta' tħejjija Õ, inkluż fillivell tal-esperti, Ö u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità malprinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 9  Õ. Ö B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati Õ.

    ê 1289/2013 premessa 4 (adattat)

    (18)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovvdi mekkaniżmu għas-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal pajjiż terz inkluż fil-lista ta' pajjiżi terzi li ċċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa tal-viża ("il-mekkaniżmu ta' sospensjoni") f'sitwazzjoni ta' emerġenza, fejn risposta urġenti hija meħtieġa biex ikunu riżolti iddiffikultajiet li jkun qed jiffaċċja għall-anqas Stat Membru wieħed, u li jieħu in konsiderazzjoni l-impatt ġenerali tas-sitwazzjoni ta' emerġenza fuq l-Unjoni fl-intier tagħha.

    ê 1289/2013 (adattat)

    (19)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effiċjenti tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni u ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità u b'mod partikolari sabiex ikun jista' jittieħed kont adegwat tal-fatturi rilevanti kollha u l-implikazzjonijiet possibbli talapplikazzjoni Ö ta' dawk. Õ il-mekkaniżmi, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ikunu mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward Ö tal-għażla Õ talkategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li għandhom ikunu soġġetti għal sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità, u tad-durata korrispondenti ta' dik is-sospensjoni, kif ukoll is-setgħat biex jimplimentaw il-mekkaniżmu ta' sospensjoni. Dawk is-setgħat Ö jenħtieġ li Õ jkunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u talKunsill 10 . Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta' tali atti ta' implimentazzjoni.

    ê1289/2013 premessa 7 (adattat)

    (20)Hu meħtieġ li jiġi evitat u missielet kwalunke abbuż li jirriżulta Ö minb Õ eżenżjoni millħtieġa tal-viża għall-żjarat ta' soġġorn qasir għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz fejn dawn joħolqu theddida għall-ordni pubbliku (ordre public) u s-sigurtà interna tal-Istat Membru konċernat.

    ê 2017/371 premessa 2 (adattat)

    (21)Ö Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' sospensjoni jippermetti lill-Istati Membri li jinnotifikaw iċ-ċirkostanzi li jwasslu għal sospensjoni possibbli u li l-Kummissjoni tkun tista' tattiva l-mekkaniżmu ta’ sospensjoni fuq l- inizjattiva tagħha stess. Õ

    ê 2017/371 premessa 3 (adattat)

    (22)B’mod partikolari, jenħtieġ li l-użu tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni jkun iffaċilitat Ö permezz ta' Õ perijodi ta’ referenza u dati ta’ skadenza qosra, billi tkun permessa proċedura rapida u r-raġunijiet ta’ sospensjoni Ö possibli jkunu jinkludu Õ tnaqqis fil-kooperazzjoni fir-riammissjoni kif ukoll żieda sostanzjali fir-riskji għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dak it-tnaqqis filkooperazzjoni jkopri żieda sostanzjali fir-rata ta’ rifjut ta’ applikazzjonijiet għar-riammissjoni, inkluż għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li Ö jkunu Õ għaddew fi transitu mill-pajjiż terz ikkonċernat, fejn ftehim ta’ riammissjoni konkluż bejn l-Unjoni jew Stat Membru u dak il-pajjiż terz jipprovdi għal tali obbligu ta’ riammissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll il-possibbiltà li tattiva l-mekkaniżmu ta’ sospensjoni f’każ li l-pajjiż terz jonqos milli jikkoopera fir-riammissjoni, b’mod partikolari fejn ftehim ta’ riammissjoni jkun ġie konkluż bejn il-pajjiż terz ikkonċernat u l-Unjoni.

    ê 2017/371 premessa 4

    (23)Għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni, żieda sostanzjali tindika żieda li taqbeż il-limitu ta’ 50 %. Tista’ tindika wkoll żieda iktar baxxa jekk il-Kummissjoni tqis dan applikabbli fil-każ partikolari notifikat mill-Istat Membru kkonċernat.

    ê 2017/371 premessa 5

    (24)Għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni, rata baxxa ta’ rikonoxximent tindika rata ta’ rikonoxximent ta’ applikazzjonijiet għal asil ta’ madwar 3 jew 4 %. Tista’ tindika wkoll rata ogħla ta’ rikonoxximent jekk il- Kummissjoni jidrillha li dan huwa applikabbli fil-każ partikolari notifikat mill-Istat Membru kkonċernat.

    ê 2017/371 premessa 6 (adattat)

    (25)Jenħtieġ li jiġi evitat u Ö missielet Õ kwalunkwe abbuż tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża fejn dan iwassal għal żieda fil- pressjoni migratorja, li tirriżulta minn, pereżempju, żieda f’applikazzjonijiet għal asil mingħajr bażi, kif ukoll meta dan iwassal għal applikazzjonijiet mingħajr bażi għal permessi ta’ residenza.

    ê 2017/371 premessa 7 (adattat)

    (26)Bl-għan li jiġi żgurat li l-ħtiġijiet speċifiċi li ntużaw biex tiġi vvalutata Ö kemm hi adatta Õ l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża, mogħtija b’riżultat tal-konklużjoni b’suċċess ta’ djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża, jibqgħu ikunu sodisfatti matul iż-żmien, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddedika attenzjoni Ö partikolari Õ lejn is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil- pajjiżi terzi kkonċernati.

    ê 2017/371 premessa 8 (adattat)

    (27)Jenħtieġ lil-Kummissjoni tirrapporta b’mod regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tal-inqas darba fis-sena, għal perijodu ta’ seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tal-liberalizzazzjoni tal-viża għal pajjiż terz Ö partikolari Õ, kif ukoll wara dan il-perijodu kull meta l-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, jew fuq talba mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    ê 2017/371 premessa 9 (adattat)

    (28)Qabel ma tieħu xi deċiżjoni biex tissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ pajjiż terz, Ö jenħtieġ li l-Kummissjoni Õ tieħu in konsiderazzjoni s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż terz u lkonsegwenzi possibbli ta’ sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal dik issitwazzjoni.

    ê 2017/371 premessa 11

    (29)Jenħtieġ li s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tkopri ċerti kategoriji ta’ ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat, b’referenza għat-tipi rilevanti ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u, fejn ikun adatt, skont kriterji addizzjonali, bħalma huma persuni li jkunu qed jivvjaġġaw għall-ewwel darba lejn it-territorju tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l–att ta’ implimentazzjoni jistabbilixxi lkategoriji ta’ ċittadini li għalihom jenħtieġ li tapplika s- sospensjoni, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi nnotifikati minn Stat Membru wieħed jew minn diversi Stati Membri jew irrappurtati mill-Kummissjoni, u tal-prinċipju talproporzjonalità.

    ê 2017/371 premessa 12 (adattat)

    (30)(30) (à modifier) Sabiex jiġi żgurat l-involviment Ö xieraq Õ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni, minħabba n-natura politikament sensittiva ta’ sospensjoni ta’ eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċċittadini kollha ta’ pajjiż terz Ö inkluż fil-lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa tal-viża Õ u l-implikazzjonijiet orizzontali tagħha għall-Istati Membri u l-Unjoni nnifisha, b’mod partikolari għar-relazzjonijiet esterni tagħhom u għall-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar ilFunzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

    ê539/2001 premessa 9 (adattat)

    (31)Bil-għan li jkun assigurat li Ö s-sistema tal-viża Õ tkun amministrata apertament u li l-persuni ikkonċernati jkunu nfurmati, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw Ö lill-Kummissjoni Õ u Ö lill-Istati Membri l-oħra Õ il-miżuri li jiieħdu bissaħħa ta' dan ir-Regolament. Għall-istess raġunijiet, dik l-informazzjoni għandha wkoll tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Ö Unjoni Ewopeja Õ.

    ê539/2001 premessa 10 (adattat)

    (32)Il-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew il-ħruġ talviżi ma Ö għandhomx Õ jaffettwaw ir-regoli li jirregolaw ir-rikonoxximent talvalidità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar.

    ê539/2001 premessa 11 (adattat)

    (33)B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità Ö stabbilit Õ fl-Artikolu 5 tat-Trattat Ö dwar l-Unjoni Ewropeja Õ, Ö li tirrikorri għal Õ Regolament li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom pussess ta' viżi meta jaqsmu l-fruntieri esterni, u dawk li ċ-ċittadini tagħhom li huma eżenti minn dik il-ħtieġa, huwa mezz meħtieġ u xieraq li jassigura Ö li l-politika komuni tal-viża titħaddem b'effiċċjenza Õ.

    ê1289/2013 premessa 10 (adattat)

    (34)Ö Dan Õ ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni talftehimiet internazzjonali konklużi mill-Komunità Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ ' tar-Regolament Ö (KE) Nru 539/2001 Õ li Ö joħolqu Õ lħtieġa ta’ deroga Ö mill-politika komuni tal-viżi Õ, filwaqt li titqies ilġurisprudenza tal-Qorti talĠustizzja tal-Unjoni Ewropea.

    ê509/2014 premessa 9 (adattat)

    (35)Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp taddispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar lassoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u liżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 11 , li jaqgħu fl-ambitu msemmi punt (B) talArtikolu 1, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE 12 .

    ê509/2014 premessa 10 (adattat)

    (36)Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp taddispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn lUnjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar lassoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 13 , li jaqgħu fil-ambitu msemmi f'punt (B) u (C) talArtikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tadDeċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE 14 .

    ê509/2014 premessa 11 (adattat)

    (37)Fir-rigward ta’ Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp taddispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn lUnjoni Ewropea, il-Kommunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn lUnjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar lassoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 15 , li jaqgħu fil-qasam imsemmi punt (B) u (C) talArtikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tadDeċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE 16 .

    ê509/2014 premessa 12 (adattat)

    (38)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni talKunsill 2000/365/KE 17 ; għalhekk, ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fladozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

    ê509/2014 premessa 13 (adattat)

    (39)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni talKunsill 2002/192/KE 18 ; għalhekk, l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    ê539/2001

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    ê 509/2014 Art. 1.1 (adattat)

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għal, jew eżenti, mill-ħtieġa tal-viża, abbażi ta’ valutazzjoni skont il-każ ta’ diversi kriterji relatati, inter alia, mal-immigrazzjoni irregolari, il-politika pubblika u s-sigurtà, il-benefiċċji ekonomiċi, partikolarment f’termini ta’ turiżmu u ta’ kummerċ barrani u r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi rilevanti, inklużi, partikolarment, konsiderazzjonijiet dwar id-drittijiet talbniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll l-implikazzjonijiet ta’ koerenza Ö reġjonali Õ u reċiproċità.

    ê 610/2013 Art. 4.2

    Artikolu 2

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “viża” tfisser viża kif definita fl-Artikolu 2(2)(a) tarRegolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 .

    ê 539/2001 (adattat)

    Artikolu 3

    1. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi i Ö elenkati fl-Anness I Õ għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom il-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

    ê 1932/2006 Art. 1.1(a) emendat bir-Rettifika, ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10 (adattat)

    2. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li joħorġu mill-Ftehim Ewropew dwar it-Tneħħija talViżi għar-Refuġjati ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta’April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) għandhom ikun meħtieġa li jkollhom viża meta jaqsmu lfruntieri esterni ta’ l-Istati Membri jekk il-pajjiż terz Ö fejn Õ huma residenti u li ħarġilhom iddokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom huwa pajjiż terz elenkat fl-Anness I ta' dan irRegolament.

    ê 539/2001 (adattat)

    è1 610/2013 Art. 4.1

    Artikolu 4

    1. è1 Ċittadini ta' pajjiżi terzi Ö elenkati Õ fl-Anness II għandhom ikunu eżenti millħtieġa stabbilita fl-Artikolu 3(1) għal soġġorni ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. ç

    ê 1932/2006 Art. 1.1(b) emendat bir-Rettifika , ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10 (adattat)

    2. Dawn li ġejjin għandhom ukoll jiġu eżenti mill-ħtieġa tal-viża:

    (a)iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li huma detenturi ta’ Ö permess Õ tat-traffiku tal-fruntieri lokali maħruġa mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 1936/2006 meta dawn id-detenturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom fil-kuntest tar-reġim tat-Traffiku tal-Fruntieri Lokali;

    (b)studenti tal-iskola li huma ċittadini ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I għal dan irRegolament u li joqogħdu fi Stat Membru li japplika d-Deċiżjoni talKunsill 94/795/ĠAI 20 u Ö li Õ jkunu qed jivvjaġġaw fil-kuntest ta’ ħarġa skolastika bħala membri ta’ grupp ta’ studenti tal-iskola akkumpanjati minn għalliem milliskola konċernata;

    (ċ)refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) u persuni oħra li m'għandhomx iċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe pajjiż li joqogħdu fi Stat Membru u huma detenturi ta' dokument ta' l-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru.

    ê 539/2001 (adattat)

    Artikolu 5

    Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ġodda li preċedentament kienu parti mill-pajjiżi Ö terzi elenkati Õ fl-Annessi I u II għandhom ikunu suġġetti rispettivament għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3 u 4 sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor permezz tal-proċedura stabbilita fid-dispożizzjoni relevanti Ö tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ.

    Artikolu 6

    ê 1289/2013 Art. 1.3(a) (adattat)

    1. Stat Membru jista’ jipprovdi eċċezzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża previst fl-Artikolu 3 jew mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża kif previst fl-Artikolu 4, f'dak li jirrigwarda:

    (a)id-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' passaporti ta’ servizz/passaporti uffiċjali jew ta' passaporti speċjali;

    (b)il-membri tal-ekwipaġġ Ö ċivili Õ ta’ titjiriet Ö bl-ajru Õ u tat-tbaħħir fittwettiq ta' dmirijiethom;

    (ċ)il-membri tal-ekwipaġġ Ö ċivili Õ tat-tbaħħir , meta jmorru fuq l-art, li jkollhom dokument ta' identità ta’ baħħara maħruġ skont il-Konvenzjonijiet talOrganizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol Nru 108 tat-13 ta' Mejju 1958 jew Nru 185 tas-16 ta' Ġunju 2003 jew il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali tad-9 ta' April 1965;

    (d)l-ekwipaġġ u l-membri tal-missjonijiet ta' emerġenza jew ta' Ö salvataġġ Õ fil-każ ta' diżastru jew inċident;

    (e)l-ekwipaġġ ċivili ta' vapuri li jbaħħru f'ibħra interni internazzjonali;

    (f)id-detenturi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġin minn organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali li tagħhom huwa membru għall-anqas Stat Membru wieħed jew minn entitajiet oħra rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat bħala suġġetti tad-dritt internazzjonali, għall-uffiċjali ta' dawk l-organizzazzjonijiet jew entitajiet.

    ê 1932/2006 Art. 1.3(b) emendat bir-Rettifika ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10

    2. Stat Membru jista’ jeżenta mill-ħtieġa tal-viża:

    (a)student tal-iskola li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I li hu residenti f’pajjiż terz elenkat fl-Anness II jew fl-Iżvizzera u Liechtenstein u li jkun qed jivvjaġġa fil-kuntest ta’ ħarġa skolastika bħala membru ta’ grupp ta’ studenti taliskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;

    (b)refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) jekk il-pajjiż terz fejn joqogħdu u li jkun ħareġ id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom ikun wieħed millpajjiżi terzi elenkati fl-Anneess II;

    (ċ)membri tal-forzi armati li jkunu qed jivvjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tasSħubija għall-Paċi u detenturi ta’ ordnijiet ta’ identifikazzjoni u moviment previsti fil-Ftehim tad-19 ta’ Ġunju 1951 bejn il-Partijiet' tal-Organizzazzjoni tatTrattat tat-Tramuntana ta’ l-Atlantiku dwar l-istatus tal-forzi tagħhom;

    ê 1289/2013 Art. 1.3(b)

    (d)mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Ftehim Ewropew dwar itTneħħija tal-Viżi għar-Refuġjati ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta’April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) u persuni oħra li m'għandhom ċittadinanza tal-ebda pajjiż li jirrisjedu fir-Renju Unit jew fl-Irlanda u li huma detenturi ta' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ mir-Renju Unit jew l-Irlanda, li huwa rikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat.

    ê 539/2001 (adattat)

    3. Stat Membru jista jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Ö msemmija Õ fl-Artikolu 4 f'dak li jirrigwardja l-persuni li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn tagħhom.

    ê 1289/2013 Art. 1.1(a) (adattat)

    Artikolu 7

    Fejn pajjiż terz elenkat fl-Anness II jimponi ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ għall-anqas Stat Membru wieħed, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

    (a)fi żmien 30 jum mill-implimentazzjoni mill-pajjiż terz tal-ħtieġa tal-viża, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika b'dan lill-Parlamet Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub.

    Dik in-notifika Ö għandha Õ:

    (i)tispeċifika d-data ta’ implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati;

    (ii)tinkludi spjegazzjoni dettaljata tal-miżuri preliminari li l-Istat Membru kkonċernat ħa bil-ħsieb li jiżgura l-ivvjaġġar mingħajr viża mal-pajjiż terz ikkonċernat u għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha.

    L-informazzjoni dwar dik in-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-informazzjoni dwar id-data tal-implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta' dokumenti talivvjaġġar u viżi kkonċernati.

    Jekk il-pajjiż terz jiddeċiedi li jneħħi l-ħtieġa tal-viża qabel it-tmiem tal-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, in-notifika m'għandhiex issir jew inkella għandha tkun rtirata u l-informazzjoni m'għandhiex tiġi ppubblikata;

    (b)il-Kummissjoni għandha, immedjatament wara d-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tieħu passi mal-awtoritajiet tal-pajjiż terz kkonċernat, b'mod partikolari fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u kummerċjali, sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid jew introdott livvjaġġar mingħajr viża u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien b'dawk il-passi;

    (ċ)jekk fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u minkejja l-passi kollha meħudin skont il-punt (b), il-pajjiż terz ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tissospendi l-eżenzjoni mil-ħtieġa tal-viża għal ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' dak ilpajjiż terz. Meta Stat Membru jagħmel tali talba, għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha;

    (d)Il-Kummissjoni għandha, meta tqis passi ulterjuri skont il-punt (e), (f) jew (h), tieħu kont tal-eżitu tal-miżuri meħudin mill-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jiġi żgurat vjaġġar mingħajr viża mal-pajjiż terz ikkonċernat, il-passi meħudin skont ilpunt (b) u l-konsegwenzi tas-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għarrelazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiż terz ikkonċernat;

    (e)jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fittielet subparagrafu tal-punt (a) u sussegwentement f'intervalli li ma jaqbżux sitt xhur f'perijodu totali li ma jistax jestendi lil hinn mid-data li fiha l-att delegat imsemmi fil-punt (f) jidħol fis-seħħ jew jiġi oġġezzjonat:

    (i)tadotta, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq inizjattiva tagħha stess, att ta' implimentazzjoni li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċerti kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu Ö jistabilixxi Õ data, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li fiha ssospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tieħu effett b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli fil-konsulati tal-Istati Membri. Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni sussegwenti, il-Kummissjoni tista' testendi l-perijodu ta' dik is-sospensjoni b'aktar perijodi ta' mhux aktar minn sitt xhur u tista' timmodifika l-kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li għalihom leżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6, matul il-perijodi ta' sospensjoni l-kategoriji kollha ta' ċittadini tal-pajjiż terz imsemmi fl–att ta' implimentazzjoni għandhom ikunu meħtieġa li jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri; jew

    (ii)tippreżenta lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 11(1) rapport li jevalwa ssitwazzjoni u li jsemmi r-raġunijiet għaliex hija ddeċidiet li ma tissospendix l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża u tinforma lill-Parlament Ewropew u lillKunsill b'dan.

    F'dak ir-rapport għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, bħal dawk imsemmijin fil-punt (d). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jista' jkollhom diskussjoni politika abbażi ta' dak ir-rapport;

    (f)Jekk fi żmien 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt(a), il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, ilKummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 10 li jissospendi b'mod temporanju Ö l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Õ għal perijodu ta' 12-il xahar għaċċittadini ta' dak il-pajjiż terz. L-att delegat għandu Ö jistabilixxi Õ data, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li fiha s-sospensjoni Ö tal-eżenzjoni millħtieġa tal-viża Õ għandha tieħu effett, b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli filkonsulati tal-Istati Membri u għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ. Dik l-emenda għandha ssir billi ħdejn l-isem tal-pajjiż terz ikkonċernat tiddaħħal nota f'qiegħ il-paġna li tindika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz u li tispeċifika l-perijodu ta' dik is-sospensjoni.

    Mid-data meta s-sospensjoni Ö tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Õ għaċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat Ö ikollha effett Õ jew meta oġġezzjoni għall-att delegat tiġi espressa skont l-Artikolu 10(5), kwalunkwe att ta' implimentazzjoni adottat skont ilpunt (e) fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz għandu jiskadi.

    Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġislattiva kif imsemmi fil-punt (h), il-perijodu ta' sospensjoni Ö tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Õ msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt għandu jiġi estiż b'sitt xhur. In-nota ta' qiegħ il-paġna li hemm referenza għaliha f'dak issubparagrafu għandha tiġi emendata kif xieraq.

    Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6, matul il-perijodi ta' dik issospensjoni ċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-att delegat għandhom ikunu meħtieġa li jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri;

    (g)kwalunkwe notifika sussegwenti magħmula minn Stat Membru ieħor skont ilpunt (a) dwar l-istess pajjiż terz matul il-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri adottati skont il-punt (e) jew (f) fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz għandha tiġi amalgamata filproċeduri li għaddejjin mingħajr ma jkunu estiżi l-iskadenzi jew ilperijodi stipulati f'dawk il-punti;

    (h)jekk fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-punt (f), il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dan ir-Regolament sabiex ir-referenza għall-pajjiż terz tiġi trasferita mill-Anness II għall-Anness I;

    (i)il-proċeduri msemmijin fil-punti(e), (f) u (h) m'għandhomx jaffettwaw id-dritt talKummissjoni li tippreżenta fi kwalunkwe ħin proposta leġislattiva li temenda dan ir-Regolament sabiex tiġi trasferita r-referenza għall-pajjiż terz ikkonċernat millAnness II għall-Anness I;

    (j)fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ineħħi l-ħtieġa tal-viża, l-Istat Membru kkonċernat għandu minnufih jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'dan. In-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'IlĠurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Kwalunkwe att ta' implimentazzjoni jew delegat adottat skont il-punt (e) jew (f) dwar il-pajjiż terz ikkonċernat Ö għandu Õ jiskadi sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni msemmija flewwel subparagrafu ta' dan il-punt. Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ikun introduċa ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' żewġ Stati Membri jew aktar, l-att ta' implimentazzjoni jew delegat li jikkonċerna lil dak il-pajjiż terz għandu jiskadi sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni tan-notifika dwar l-aħħar Stat Membru kkonċernat li ċċittadini tiegħu kienu soġġetti għall-ħtieġa tal-viża minn dak il-pajjiż terz. In-nota ta' qiegħ il-paġna msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt (f) għandha titħassar meta jiskadi l-att delegat ikkonċernat. L-informazzjoni dwar dik l-iskadenza għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ineħħi l-ħtieġa tal-viża mingħajr ma l-Istat Membru kkonċernat jinnotifikah skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, il-Kummissjoni għandha fuq inizjattiva tagħha stess tipproċedi mingħajr dewmien bil-pubblikazzjoni msemmija f'dak is-subparagrafu u t-tieni subparagrafu ta' dan il-punt għandu japplika.

    ê 2017/371 Art. 1.1 (adattat)

    Artikolu 8

    1. B’deroga mill-Artikolu 4, l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness II għandha tiġi sospiża temporanjament, abbażi ta’ data rilevanti u oġġettiva, f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

    2. Stat Membru jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni jekk jiġi kkonfrontat, fuq perijodu ta’ xahrejn, meta mqabbel mal- istess perijodu fis-sena preċedenti jew mal-aħħar xahrejn qabel l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness II, b’waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    (a)żieda sostanzjali fl-għadd ta’ ċittadini ta’ dak il-pajjiż terz li jiġu rrifjutati milli jidħlu jew li jiġu skoperti li jkunu qed joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru mingħajr id-dritt għal dan;

    (b)żieda sostanzjali fl-għadd ta’ applikazzjonijiet għal asil miċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż terz li għalih ir-rata ta’ rikonoxximent hija baxxa;

    (c)tnaqqis fil-kooperazzjoni fir-riammissjoni ma’ dak il-pajjiż terz, issostanzjat minn data adegwata, b’mod partikolari żieda sostanzjali fir-rata ta’ rifjut ta’ applikazzjonijiet għar-riammissjoni ppreżentati mill-Istat Membru lil dak il- pajjiż terz għaċ-ċittadini tiegħu stess jew, fejn ftehim ta’ riammissjoni konkluż bejn lUnjoni jew dak l-Istat Membru u dak il-pajjiż terz jipprovdi għal dan, għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu għaddew bi transitu minn dak il-pajjiż terz;

    (d)żieda fir-riskju jew theddida imminenti għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tal-Istati Membri, b’mod partikolari żieda sostanzjali ta’ reati kriminali serji, relatati ma’ ċittadini ta’ dak il-pajjiż terz, sostanzjata minn informazzjoni u data oġġettiva, konkreta u rilevanti pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

    In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssemmi r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata u għandha tinkludi data u statistika rilevanti kif ukoll spjegazzjoni dettaljata talmiżuri preliminari li jkun ħa l-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jirrimedja s-sitwazzjoni. Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jispeċifika l-kategoriji ta’ ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li għandhom ikunu koperti b’att ta’ implimentazzjoni taħt il-punt (a) tal-paragrafu 6, filwaqt li jindika r-raġunijiet dettaljati għal dan. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih dwar tali notifika.

    3. Fejn il-Kummissjoni, b’kont meħud tad-data, rapporti u statistika rilevanti, ikollha informazzjoni konkreta u affidabbli Ö li Õ ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 2, Ö qed Õ jokkorru fi Stat Membru jew aktar, jew li l-pajjiż terz ma jkunx qed jikkoopera fir-riammissjoni, b’mod partikolari fejn ftehim ta’ riammissjoni jkun ġie konkluż bejn dak il-pajjiż terz u l-Unjoni, pereżempju Ö il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih bl-analiżi tagħha, u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6 Õ.

    Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, in-nuqqas ta' kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni tista' tikkonsisti, perezempju:

    f'li jiġi rifjutat il-proċessar ta’, jew ma’ jiġux ipproċessati, applikazzjonijiet ta’ riammissjoni fiż-żmien dovut,

    f'li ma jinħarġux id-dokumenti tal-ivvjaġġar fiż-żmien dovut għall-finijiet ta' ritorn fi żmien l-iskadenzi speċifikati fil-ftehim ta’ riammissjoni jew ma jiġux aċċettati dokumenti tal-ivvjaġġar Ewropej maħruġa wara Ö t-tmiem Õ tal-iskadenzi speċifikati fil-ftehim ta’ riammissjoni, jew

    f'li jiġi terminat jew sospiż il-ftehim ta’ riammissjoni,

    4. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja Ö l-konformità Õ kontinwa mal-ħtiġijiet speċifiċi, li huma bbażati fuq l-Artikolu 1 u li ntużaw biex jiġi vvalutat Ö kemm hu xieraq Õ l-għoti tal-liberalizzazzjoni tal-viża, mill-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom saru eżenti mill-ħtieġa talviża meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Istati Membri bħala riżultat tal-konklużjoni b’suċċess ta’ djalogu dwar liberalizzazzjoni tal-viża li jkun sar bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mill-inqas darba kull sena, għal perijodu ta’ seba’ snin wara d-data tad-dħul fisseħħ tal-liberalizzazzjoni tal-viża għal dak il-pajjiż terz, kif ukoll wara dan il-perijodu Ö kull Õ meta l-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, jew fuq talba mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Ir-rapport għandu jiffoka fuq il-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis li, abbażi ta’ informazzjoni konkreta u affidabbli, Ö ma għadhomx jikkonformaw ma' Õ ċerti ħtiġijiet.

    Għandu japplika l-paragrafu 6 fejn rapport tal-Kummissjoni juri li wieħed jew aktar mill-ħtiġijiet speċifiċi ma għadhomx jiġu sodisfatti fir-rigward ta’ pajjiż terz partikolari.

    5. Il-Kummissjoni għandha teżamina kull notifika magħmula skont il-paragrafu 2, filwaqt li tikkunsidra Ö dan li ġej Õ:

    (a)jekk Ö teżisti Õ xi waħda Ö miċ-ċirkostanzi Õ deskritti fil-paragrafu 2;

    (b)l-għadd ta’ Stati Membri affettwati minn xi waħda Ö miċ-ċirkostanzi msemmija Õ fil-paragrafu 2;

    (c)l-impatt Ö ġenerali Õ taċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tassitwazzjoni migratorja fl-Unjoni kif tkun tidher mid-data pprovduta mill-Istati Membri jew disponibbli lill-Kummissjoni;

    (d)ir-rapporti mħejjija mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil jew l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija oħra tal-Unjoni jew xi organizzazzjoni internazzjonali kompetenti fil-materji koperti minn dan irRegolament, jekk iċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan fil-każ speċifiku;

    (e)Ö l-informazzjoni Õ li l-Istat Membru kkonċernat jista’ jkun ta fin-notifika tiegħu b’rabta ma’ miżuri possibbli taħt il- punt (a) tal-paragrafu 6;

    (f)il-kwistjoni ġenerali tal-ordni pubblika u s-sigurtà interna, f’konsultazzjonijiet mal-Istat Membru kkonċernat.

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-eżami tagħha.

    6. Fejn, abbażi tal-analiżi msemmija fil-paragrafu 3, tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4, jew tal-eżami msemmi fil-paragrafu 5, u b’kont meħud tal-konsegwenzi ta’ sospensjoni tależenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiż terz ikkonċernat, filwaqt li taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ dak ilpajjiż terz biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi fit-tul, il-Kummissjoni tiddeċiedi li hija meħtieġa azzjoni, jew fejn maġġoranza sempliċi ta’ Stati Membri jkunu nnotifikaw lillKummissjoni bl-eżistenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) talparagrafu 2, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a)Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perijodu ta’ disa’ xhur. Is-sospensjoni għandha tapplika għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat, skont it-tipi rilevanti ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u, fejn ikun xieraq, skont kriterji addizzjonali. Meta tiddetermina għal liema kategoriji s-sospensjoni Ö għandha Õ tapplika, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, tinkludi kategoriji li jkunu Ö wiesgħa Õ biżżejjed sabiex jikkontribwixxu b’mod effiċjenti biex iċ-ċirkostanzi msemmija filparagrafi 2, 3 u 4 f’kull każ speċifiku jiġu indirizzati, filwaqt li jiġi rrispettat ilprinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att ta’ implimentazzjoni fi żmien xahar minn meta:

    (i)tkun irċeviet in-notifika msemmija fil-paragrafu 2;

    (ii)tkun saret konxja tal-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 3;

    (iii)tkun ippreżentat ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4; jew

    (iv)tkun irċeviet in-notifika minn maġġoranza sempliċi ta’ Stati Membri bleżistenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil- punt (a), (b), (c) jew (d) talparagrafu 2.

    Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Huwa għandu Ö jistabilixxi Õ d-data li fiha għandha ssir effettiva s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża.

    Matul il-perijodu ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi djalogu msaħħaħ mal-pajjiż terz ikkonċernat bil-għan li jiġu rrimedjati ċ-ċirkostanzi inkwistjoni.

    (b)Fejn iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 jippersistu, il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma jiskadi l-perijodu ta’ disa’ xhur imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, att delegat skont l-Artikolu 10, li jissospendi temporanjament l-applikazzjoni tal-Anness II għal perijodu ta’ 18il xahar għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat. L-att delegat għandu jsir effettiv mid-data ta’ skadenza tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ. Dik l-emenda għandha ssir billi tiddaħħal nota ta’ qiegħ il-paġna ħdejn l-isem tal-pajjiż terz inkwistjoni, li tindika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz u li tispeċifika l-perijodu ta’ dik is-sospensjoni.

    Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġiżlattiva skont il-paragrafu 7, il-perijodu ta’ sospensjoni Ö tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Õ previst fl-att delegat għandu jiġi estiż b’sitt xhur. In-nota ta’ qiegħ il-paġna għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

    Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6, matul il-perijodu ta’ sospensjoni, iċċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernati għandhom ikunu obbligati li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

    Stat Membru li, skont l-Artikolu 6, jipprovdi għal eżenzjonijiet ġodda mill-ħtieġa tal-viża għal kategorija ta’ ċittadini tal- pajjiż terz kopert mill-att li jissospendi l-eżenzjoni mill-ħtieġa talviża għandu jikkomunika dawk il-miżuri skont l-Artikolu 12.

    7. Qabel tmiem il-perijodu ta’ validità tal-att delegat adottat skont il-punt (b) tal-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendar ta’ dan ir-Regolament sabiex ir-referenza għall-pajjiż terz ikkonċernat tiġi trasferita mill- Anness II għall-Anness I.

    8. Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġiżlattiva skont il-paragrafu 7 hija tista’ testendi l-validità tal-att ta’ implimetazzjoni adottat skont il-paragrafu 6 b’perijodu li ma jaqbiżx 12-il xahar. Id-deċiżjoni biex tiġi estiża l-validità tal-att ta’ implimetazzjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

    ê 2017/371 Art. 1.2 (adattat)

    Artikolu 9

    1. Sal-10 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l- effettività tal-mekkaniżmu ta’ reċiproċità previst flArtikolu 7 u għandha, jekk meħtieġ, tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-emendar ta’ dan ir-Regolament. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu fuq Ö kwalunkwe proposta bħal din Õ permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    ê 2017/371 Art. 1.3

    2. Sad-29 ta' Marzu 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l- effettività tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni previst flArtikolu 8 u għandha, jekk meħtieġ, tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-emendar ta’ dan ir-Regolament. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu fuq tali proposta permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    ê 2017/371 Art. 1.4 (adattat)

    Artikolu 10

    1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 7 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mid-9 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża Ö awtomatikament Õ għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

    3. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8(6) hija Ö mogħtija Õ lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-28 ta' Marzu 2017. IlKummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża Ö awtomatikament Õ għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

    4. Id-delega tas-setgħa msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 7 u fil-punt (b) tal-Artikolu 8(6) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

    5. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

    6. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lillParlament Ewropew u lill-Kunsill.

    7. Att delegat adottat skont il-punt (f) tal-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien erba’ xhur minnotifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak ilperijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva talParlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    8. Att delegat adottat skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ’fi żmien’ xahrejn minnotifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak ilperijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw.

    ê 1289/2013 Art. 1.4

    Artikolu 11

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tarRegolament (UE) Nru 182/2011.

    3. Meta l-Kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu jkun applikabbli t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tarRegolament (UE) Nru 182/2011.

    ê 539/2001 (adattat)

    Artikolu 12

    1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni ilmiżuri li ħadu skont l-Artikolu 6 fi żmien ħames Ö ġranet ta' xogħol Õ mill-adozzjoni ta' dawk ilmiżuri.

    2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-miżuri ikkommunikati skont il-paragrafu 1 filĠurnal Uffiċjali Ö tal-Unjoni t Ewropea Õ għal skopijiet ta' informazzjoni.

    Artikolu 13

    Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kompetenza tal-Istati Membri f'dak li jirrigwardja rrikonoxximent ta' Stati u unitajiet territorjali u l-passaporti, id-dokumenti tal-ivjaġġar u talidentità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.

    Artikolu 14

    ê (adattat)

    Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 huwa mħassar.

    Kwalunkwe referenza għar-Regolament mħassar għandhom Ö jinftiehmu Õ bħala referenza għal dan ir-Regolament u għandu jinqara skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

    ê 2414/2001 Art. 1.3 (adattat)

    Artikolu 15

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ Ö fl-għoxrin Õ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali Ö tal-Unjoni Ewropea Õ.

    ê 539/2001 (adattat)

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri Ö skont itTrattati. Õ

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    (1)    COM(87) 868 PV.
    (2)    Ara l-Anness 3 għall-Parti A tal-Konklużjonijiet.
    (3)    Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv għal 2017.
    (4)    Ara l-Anness III għal din il-proposta.
    (5)    ĠU C […], […], p. […].
    (6)    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2011 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċċittadini tagħhom huma eżenti minn din il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).
    (7)    Ara l-Anness III.
    (8)    Regolament (KE ) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 1).
    (9)    ĠU L 123, 12.5.2016, p.1
    (10)    Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
    (11)    ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
    (12)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għallapplikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u rRenju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, lapplikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
    (13)    ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
    (14)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp talacquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
    (15)    ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
    (16)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u lPrinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat malabolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
    (17)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
    (18)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
    (19)    Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
    (20)    Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill abbażi ta' lArtikolu K.3.2.b tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea rigward faċilitajiet ta' l-ivvjaġġar għal tfal ta' l-iskola minn pajjiżi terzi li joqogħdu fi Stat Membru (ĠU L 327, 19.12.1994, p. 1).
    Top

    Brussell, 14.3.2018

    COM(2018) 139 final

    ANNESSI

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni)


    ê 539/2001 (adattat)

    ANNESS I

    Lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom Ö meta jaqsmu Õ l-fruntieri esterni tal-Paiiżi Membri

    1.STATI

    l-Afganistan

    ê 539/2001 (adattat)

    l-Afrika t'Isfel

    l-Alġerija

    l-Angola

    l-Arabja Sawdija

    l-Armenja

    l-Ażerbajġan

    il-Baħrain

    il-Bangladesh

    il-Belarussja

    il-Belize

    il-Benin

    il-Bhutan

    ê Rettifika, ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10

    il-Bolivja

    ê 539/2001 (adattat)

    il-Botswana

    il-Burkina Faso

    il-Burundi

    Cape Verde

    iċ-Chad

    iċ-Ċina

    Ö Comoros Õ

    il-Djibouti

    l-Eġittu

    ê 453/2003 Art. 1.1(b)

    l-Ekwador

    ê 539/2001 (adattat)

    l-Eritrea

    l-Etjopja

    il-Fiġi

    il-Filippini

    il-Ġamajka

    il-Ġordan

    il-Gabon

    Gambja

    il-Ghana

    il-Guinea

    il-Guinea-Bissau

    il-Guinea Ekwatorjali

    il-Guyana

    Haïti

    l-Indja

    l-Indoneżja

    l-Iran

    l-Iraq

    il-Jemen

    il-Kambodja

    il-Kamerun

    il-Każakistan

    il-Kenja

    il-Kirġiżstan

    il-Kongo

    il-Korea ta' Fuq

    il-Kosta tal-Avorju

    Kuba

    il-Kuwajt

    il-Laos

    il-Lesoto

    il-Libanu

    il-Liberja

    il-Libja

    Madagascar

    il-Malawi

    il-Maldivi

    il-Mali

    il-Marokk

    il-Mauritanja

    il-Mongolja

    il-Możambique

    il-Mjanmar/Burma

    in-Namibja

    in-Nepal

    in-Niġer

    in-Niġerja

    l-Oman

    il-Pakistan

    Papua New Guinea

    il-Qatar

    ir-Repubblika Domenicana

    ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    ir-Russja

    ir-Rwanda

    São Tomé u Príncipe

    is-Senegal

    Sierra Leone

    is-Sirja

    is-Somalja

    is-Sri Lanka

    is-Sudan

    ê 509/2014 Art. 1.2(a)

    is-Sudan t’Isfel

    ê 539/2001 (adattat)

    is-Surinam

    Swaziland

    it-Taġikistan

    it-Tanzanija

    it-Tajlandja

    it-Togo

    it-Tuneżija

    it-Turkija

    it-Turkmenistan

    l-Uganda

    l-Ukrajna

    l-Użbekistan

    il-Vjetnam

    iż-Żambja

    iż-Żimbabwe

    2.L-ENTITAJIET U L-AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX RIKONOXXUTI BĦALA STATI MINN TAL-ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED

    l-Awtorità Palestinjana

    ê 1244/2009 Art. 1.1 (b) (adattat)

    il-Kosovo kif definita mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tanNazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Gunju 1999

    ______________

    ê 539/2001 (adattat)

    ANNESS II

    Ö Lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa li jkollhom viza meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' Membri Stati għal soġġorni ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum Õ

    1.STATI

    ê 1091/2010 Art. 1.2 (adattat)

    l-Albanija Ö  1  Õ

    ê 539/2001

    l-Andorra

    ê Rettifika, ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10 (adattat)

    Antigua u Barbuda

    ê 539/2001

    l-Arġentina

    l-Awstralja

    ê Rettifika, ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10

    il-Baħamas

    Barbados

    ê 1091/2010 Art. 1.2 (adattat)

    il-Bożnija-Ħerzegovina Ö  2  Õ

    ê 539/2001

    il-Brażil

    ê Rettifika, ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10 (adattat)

    il-Brunei

    ê 539/2001

    iċ-Ċili

    i-Costa Rika

    ê 509/2014 Art. 1.3 (a) (adattat)

    Dominica 3

    ê 1244/2009 Art. 1. 2 (adattat)

    l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja Ö  4  Õ

    ê 539/2001 (adattat)

    Ö El Salvador Õ

    ê 509/2014 Art. 1.3 (a) (adattat)

    l-Emirati Għarab Magħquda 5

    ê 539/2001

    il-Ġappun

    ê 2017/372 Art. 1 (b)

    il-Georġja 6

    ê 509/2014 (adattat)

    Grenada 7

    ê 539/2001

    il-Gwatemala

    ê 509/2014 Art. 1.3 (a) (adattat)

    il-Gżejjer Marshall 8

    il-Gżejjer Solomon

    ê 539/2001

    il-Honduras

    l-Istati Uniti

    Iżrael

    il-Kanada

    ê 509/2014 Art. 1.3 (a) (adattat)

    Kiribati 9

    Kolombja

    ê 539/2001

    il-Korea t'Isfel

    il-Malasja

    ê Rettifika, ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10 (adattat)

    Mauritius

    ê 539/2001

    il-Messiku

    ê 509/2014

    il-Mikroneżja 10

    ê 259/2014 Art. 1.2 (adattat)

    Moldova Ö  11  Õ

    ê 539/2001

    Monaco

    ê 1244/2009 Art. 1.2 (adattat)

    il-Montenegro 12

    ê 509/2014 Art. 1.3 (a)

    Nauru 13

    ê 539/2001

    New Zealand

    in-Nikaragwa

    ê 509/2014

    Palau 14

    ê 539/2001

    il-Panama

    il-Paragwaj

    ê 509/2014 Art. 1.3 (a) (adattat)

    il-Perù 15

    ê Rettifika, ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10

    Saint Kitts u Nevis

    ê 509/2014 Art. 1.3 (a)

    Saint Luċia 16

    Saint Vincent u l-Grenadini 17

    Samoa

    ê 539/2001

    San Marino

    is-Santa Sede

    ê 1244/2009 Art. 1.2 (adattat)

    is-Serbja (esklużi d-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (bil-lingwa Serba: Koordinaciona uprava))Ö  18  Õ

    ê Rettifika, ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10 (adattat)

    Seychelles

    ê 539/2001

    Singapore

    ê 509/2014 Art. 1.3. (a)

    Timor-Leste 19

    Tonga 20

    Trinidad u Tobago

    Tuvalu 21

    ê 2017/850 Art. 1 (b)

    Ukraine 22

    ê 539/2001

    l-Urugwaj

    ê 509/2014 Art. 1.3. (a)

    Vanuatu 23

    ê 539/2001 (adattat)

    Il-Venezwela

    2.IR-REĠJUNI AMMINISTRATTIVI SPEĊJALI TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

    Hong Kong SAR Ö  24  Õ

    Il-Macao SAR Ö  25  Õ

    ê 509/2014

    3.ĊITTADINI BRITTANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TALGRAN BRITTANJA U TAL-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TALLIĠI TAL-UNJONI

    Ċittadini Britanniċi (barra mill-pajjiż)

    Ċittadini Brittaniċi tat-territorji barra l-pajjiż (BOTC)

    Ċittadini Britanniċi barra l-pajjiż (BOC)

    Persuni Britanniċi protetti (BPP)

    Soġġetti Brittaniċi (BS)

    ê 1211/2010 (adattat)

    4.ENTITAJIET U AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX RIKONOXXUTI BĦALA STATI MINN TAL-ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED

    It-Tajwan Ö  26  Õ

    ______________

    ANNESS III

    Ir-Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001
    (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2414/2001
    (ĠU L 327, 12.2.2001, p. 1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 453/2003
    (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 10)

    Att ta' Adeżjoni tal-2003, Anness II, punt 18(B)

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2005
    (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3)

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006
    (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)

    Il-ħdax inċiż biss tal-Artikolu 1(1) fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 539/2001, u punt 11 (B) (3) tal-Anness

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006
    (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 23)

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009
    (ĠU L 336, 18.12.2009, p. 1)

    Regolament (UE) Nru 1091/2010
    tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 329, 14.12.2010, p. 1)

    Regolament (UE) Nru 1211/2010
    tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 6)

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013
    (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1)

    L-Artikolu 1(1)(k) biss, ir-raba' inċiż, u punt 13 (B) (2) tal-Anness

    Regolament (UE) Nru 610/2013
    tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1)

    L-Artikolu 4 biss

    Regolament (UE) Nru 1289/2013
    tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 74)

    Regolament (UE) Nru 259/2014
    tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 105, 8.4.2014, p. 9)

    Regolament (UE) Nru 509/2014
    tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67)

    Regolament (UE) 2017/371
    tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
    (ĠU L 61, 8.3.2017, p. 1)

    Regolament (UE) 2017/372
    tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 61, 8.3.2017, p. 7)

    Regolament (UE) 2017/850
    tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
    (ĠU L 133, 22.5.2017, p. 1)

    ______________

    ANNESS IV

    Tabella ta' Korrelazzjoni

    Regolament (KE) Nru 539/2001

    Dan ir-Regolament

    Artikolu -1

    Artikolu 1

    Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 1(1), it-tieni subpargrafu

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, kliem ta' introduzzjoni

    Artikolu 4(2), kliem ta' introduzzjoni

    Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, lewwel inċiż

    Artikolu 4(2)(a)

    Artikolu 1(2), it-tieni subpargarfu, ittieni inċiż

    Artikolu 4(2)(b)

    Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, ittielet inċiż

    Artikolu 4(2)(c)

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 5

    Artikolu 1(4)

    Artikolu 7

    Artikolu 1a(1) and (2)

    Artikolu 8(1) u (2)

    Artikolu 1a (2a)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 1a (2b)

    Artikolu 8(4)

    Artikolu 1a (3)

    Artikolu 8(5)

    Artikolu 1a (4)

    Artikolu 8(6)

    Artikolu 1a (5)

    Artikolu 8(7)

    Artikolu 1a (6)

    Artikolu 8(8)

    Artikolu 1b

    Artikolu 9

    Artikolu 1c

    Artikolu 9(2)

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 4

    Artikolu 6

    Artikolu 4a

    Artikolu 11

    Artikolu 4b (1) and (2)

    Artikolu 10 (1) u (2)

    Artikolu 4b (2a)

    Artikolu 10(3)

    Artikolu 4b (3)

    Artikolu 10(4)

    Artikolu 4b (3a)

    Artikolu 10(5)

    Artikolu 4b (4)

    Artikolu 10(6)

    Artikolu 4b (5)

    Artikolu 10(7)

    Artikolu 4b (6)

    Artikolu 10(8)

    Artikolu 5

    Artikolu 12

    Artikolu 6

    Artikolu 13

    Artikolu 7

    Artikolu 14

    Artikolu 8

    Artikolu 15

    Anness I

    Anness I

    Anness II

    Anness II

    Anness III

    Anness IV

    _____________

    (1)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża Ö għandha Õ tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti bijometriċi.
    (2)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża Ö għandha Õ tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti bijometriċi.
    (3)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (4)    L-eżenzjoni Ö mill-ħtieġa tal-viża għandha Õ tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċi.
    (5)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (6)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċ maħruġa mill-Georġja skont l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).
    (7)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (8)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (9)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (10)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (11)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tkun limitata għad-detenturi tal-passaporti biometriċi maħruġa skont l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).
    (12)    L-eżenzjoni Ö mill-ħtieġa tal-viża għandha Õ tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċi.
    (13)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (14)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (15)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (16)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (17)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (18)    L-eżenzjoni Ö mill-ħtieġa tal-viża għandha Õ tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċi.
    (19)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (20)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (21)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (22)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċ maħruġa mill-Ukrajna skont l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).
    (23)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
    (24)    L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża a Ö għandha Õ tapplika biss għad-detenturi ta' passaport “Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong”.
    (25)    L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża Ö għandha Õ tapplika biss għad-detenturi ta' passaport “Região Administrativa Especial de Macau”.
    (26)    L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ viża Ö għandha Õ tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti maħruġa mit-Tajwan li jinkludu numru tal-karta ta’ identità.
    Top