Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M9096

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9096 — Vallourec Tubes/Bpifrance Group/Vallourec Umbilicals) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 347, 28.9.2018, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 347/24


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9096 — Vallourec Tubes/Bpifrance Group/Vallourec Umbilicals)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 347/12)

    1.   

    Fl-20 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Bpifrance Investissement (Franza),

    Vallourec Tubes (Franza),

    Vallourec Umbilicals (Franza), ikkontrollata minn Vallourec Tubes.

    Bpifrance Investissement u Vallourec Tubes jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Vallourec Umbilicals.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   Bpifrance Investissement: fond ta’ investiment li jipprovdi fondi u jagħmel investimenti diretti għal proġetti industrijali,

    —   Vallourec Tubes: manifattura ta’ tubi tal-azzar mingħajr saldatura u soluzzjonijiet ta’ tubi għas-swieq tal-enerġija u tal-industrija,

    —   Vallourec Umbilicals: manifatura ta’ tubi rromblati wweldjati tal-azzar li ma jissaddadx maħsuba għal kejbils umbiliċi.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

    M.9096 — Vallourec Tubes/Bpifrance Group/Vallourec Umbilicals

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top