Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M9075

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9075 — Continental/Aviation Industry Corporation of China/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 366, 10.10.2018, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 366/14


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9075 — Continental/Aviation Industry Corporation of China/JV)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 366/07)

    1.   

    Fit-3 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Continental Automotive Holding Co., Ltd (“Continental Automotive”, iċ-Ċina), li tappartjeni għal Continental AG (il-Ġermanja),

    Sichuan Chengfei Integration Technology Corp., Ltd (“CITC”, iċ-Ċina), li tappartjeni għal Aviation Industry Corporation of China (iċ-Ċina),

    Continental CALB Battery Power System Co., Ltd (“JV”, iċ-Ċina), ikkontrollata minn Continental Automotive u CITC.

    Continental Automotive u CITC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-join venture (JV).

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Continental Automotive hija kumpanija azzjonarja b’investiment barrani, proprjetà indiretta kollha kemm hi ta’ Continental AG, grupp Ġermaniż tal-manifattura tal-karozzi li prinċipalment jispeċjalizza fi prodotti għall-industriji tal-karozzi u tat-trasport,

    CITC hija attiva fit-tfassil u l-manifattura ta’ batteriji u sistemi ta’ enerġija permezz tas-sussidjarja tagħha, China Aviation Lithium Battery Co., Ltd. CITC hija direttament proprjetà ta’ Aviation Industry Corporation of China (“AVIC”), intrapriża li tappartjeni għall-istat,

    Il-JV se tiżviluppa, tipproduċi u tbigħ sistemi ta’ batteriji għal vetturi elettriċi ibridi. Il-portafoll tal-prodotti se jkun jinkludi sistemi ta’ batteriji b’vultaġġ baxx, software ta’ applikazzjoni tas-sistema tal-batteriji, ċelloli tal-batteriji u sistemi għall-ġestjoni tal-batteriji, kif ukoll il-ġestjoni tal-katina tal-provvista ta’ sistemi ta’ batteriji.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9075 — Continental/Aviation Industry Corporation of China/JV

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top