Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M9041

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9041 — Hutchison/Wind Tre) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 253, 19.7.2018, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/46


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9041 — Hutchison/Wind Tre)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 253/11)

1.   

Fit-12 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CK Hutchison Holdings Limited (“Hutchison”, Ħong Kong),

Wind Tre S.p.A. (“Wind Tre”, l-Italja).

Hutchison takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Wind Tre.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għall-impriża Hutchison: portijiet u servizzi relatati, l-infrastruttura, il-bejgħ lil konsumaturi, l-enerġija, u t-telekomunikazzjoni.

—   għall-impriża Wind Tre: telekomunikazzjoni mobbli u fissi fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9041 — Hutchison/Wind Tre

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top