Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M9010

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9010 — JAB/Pret A Manger) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 277, 7.8.2018, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/21


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9010 — JAB/Pret A Manger)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 277/08)

    1.   

    Fil-31 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    JAB Holdings B.V., li hija kkontrollata minn JAB Holding Company S.à r.l. (“JAB”, il-Lussemburgu),

    PAM Group Limited (“Pret”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn fondi ġestiti minn Bridgepoint Advisers Limited.

    JAB takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Pret kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   JAB: JAB għandha interessi f’marki tat-te, marki tal-kafè (inklużi Jacobs, Douwe Egberts u Tassimo) u negozji tal-ħobż, kafè, xarbiet mhux alkoħoliċi u doughnuts. JAB għandha interessi ta’ kontroll fil-kumpaniji li ġejjin attivi fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel u x-xorb fiż-ŻEE: Krispy Kreme doughnuts, Espresso House, Baresso, Balzac Kafè, Coffee Company u 12oz Coffee Joint. JAB hija wkoll attiva fil-provvista bl-ingrossa ta’ kafè u xarbiet oħra sħan fiż-ŻEE kollha.

    —   Pret: Pret hija bejjiegħ tal-ikel u x-xorb li toffri għażla wiesgħa ta’ ikel u xorb inklużi sandwiches, ikel sħun, insalati, sopop, prodotti moħmija, snacks, frott frisk, meraq tal-frott u kafè organiċi. Pret għandha ħwienet fir-Renju Unit, Franza, id-Danimarka, in-Netherlands u barra ż-ŻEE.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

    M.9010 — JAB/Pret A Manger

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top