Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8992

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8992 — Maritime Holdings/Zeaborn/Zeamarine JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 267, 30.7.2018, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8992 — Maritime Holdings/Zeaborn/Zeamarine JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 267/04)

1.   

Fl-20 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Maritime Holdings (Delaware), LLC (“Maritime Holdings”, l-Istati Uniti tal-Amerika) ikkontrollata minn New Mountain Capital (l-Istati Uniti tal-Amerika);

Zeaborn Chartering Management GmbH (“Zeaborn”, il-Ġermanja);

Zeamarine Zeamarine GmbH (“Zeamarine JV”, il-Ġermanja).

Maritime Holdings u Zeaborn jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Zeamarine JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Maritime Holdings: tbaħħir tal-merkanzija fl-oċean;

—   Zeaborn: servizzi tat-trasport marittimu tal-merkanzija bi skopijiet multipli;

—   Zeamarine JV: trasport ta’ merkanzija bi skopijiet multipli (liner/semi-liner u mhux regolari).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8992 — Maritime Holdings/Zeaborn/Zeamarine JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top