Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8974

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8974 — Procter & Gamble/Merck consumer healthcare business) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 267, 30.7.2018, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/6


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8974 — Procter & Gamble/Merck consumer healthcare business)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 267/05)

    1.   

    Fl-20 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    The Procter & Gamble Company (“P & G”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

    In-negozju Merck KGaA fil-kura tas-saħħa għall-konsumaturi (“Merck OTC Business”, il-Ġermanja).

    P&G takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju għall-konsumaturi ta’ Merck.

    Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma u assi.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   P&G: attiva fil-livell dinji fil-provvista ta’ oġġetti tal-konsumaturi, inklużi dawk għall-kura tad-drapp u l-kura domestika, grooming, il-kura tas-saħħa, u prodotti tat-trabi, għan-nisa u l-kura tal-familja.

    —   Merck OTC Business: attiva fil-livell dinji fil-provvista ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa għall-konsumaturi, inklużi vitamini u minerali, prodotti respiratorji, prodotti għas-serħan mill-uġigħ, prodotti diġestivi u għall-kura tal-ġilda.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

    M.8974 — Procter & Gamble/Merck consumer healthcare business

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top