This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M8951
Prior notification of a concentration (Case M.8951 — Suzano Papel e Celulose/Fibria Celulose) (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8951 — Suzano Papel e Celulose/Fibria Celulose) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8951 — Suzano Papel e Celulose/Fibria Celulose) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 374, 16.10.2018, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8951 — Suzano Papel e Celulose/Fibria Celulose)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 374/05)
1.
Fid-9 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Suzano Papel e Celulose S.A. (“Suzano”, il-Brażil), |
— |
Fibria Celulose S.A. (“Fibria”, il-Brażil). |
Suzano tikseb, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Fibria kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Suzano hija attiva fil-produzzjoni ta’ polpa tal-injam u prodotti tal-karta. Il-polpa tal-injam tagħha hija użata biex tipproduċi diversi gradi ta’ karta użata fl-ippakkjar, l-istampar u l-kitba, speċjalitajiet u karti assorbenti. Il-portafoll tal-prodotti tal-karta ta’ Suzano jikkonsisti f’karta miksija u mhux miksija għall-istampar u għall-kitba, kartun u karti assorbenti. Suzano tipproduċi wkoll volumi żgħar ta’ polpa tal-fluff. Il-faċilitajiet tal-produzzjoni ta’ Suzano jinsabu fil-Brażil u l-prodotti tagħha huma esportati mad-dinja kollha. |
— |
Fibria hija produttur tal-polpa tal-injam. Il-polpa tal-injam tagħha hija użata biex tipproduċi diversi gradi ta’ karta użata fl-ippakkjar, l-istampar u l-kitba, speċjalitajiet u karti assorbenti. L-unitajiet industrijali tagħha jinsabu fil-Brażil u l-polpa tal-injam tagħha hija esportata mad-dinja kollha. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8951 — Suzano Papel e Celulose/Fibria Celulose
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).