This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M8824
Prior notification of a concentration (Case M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 122, 9.4.2018, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 122/06)
1. |
Fit-3 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
MRCE u Siemens jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ workshop ta’ manutenzjoni għal lokomottivi fiż-żona tal-port ta’ Rotterdam. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal MRCE: il-kiri operattiv ta’ vetturi ferrovjarji, l-akkwisti u l-finanzjament ta’ lokomottivi, — għal Siemens: attiva prinċipalment fid-diviżjonijiet Elettriku u Gass, Servizzi tal-Ġenerazzjoni tal-Elettriku, Ġestjoni tal-Enerġija, Teknoloġiji tal-Kostruzzjoni, Mobbiltà, Fabbrika Diġitali, Industriji tal-Ipproċessar u Drives, Siemens Healthineers u Siemens Gamesa Renewable Energy. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.