EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8755

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8755 — PAI/bcIMC/Refresco) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 33, 30.1.2018, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8755 — PAI/bcIMC/Refresco)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 33/12)

1.

Fit-23 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PAI Partners SAS (PAI) (Franza) hija kumpanija indipendenti li tiġġestixxi fondi ta’ ekwità privata speċjalizzati u li tipprovdi pariri dwarhom.

British Columbia Investment Management Corporation (bcIMC) (il-Kanada) huwa investitur istituzzjonali Kanadiż.

Refresco Group NV (Refresco) (in-Netherlands) hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata, inkorporata skont il-liġijiet tan-Netherlands.

PAI u bcIMC jakkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Refresco.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-25 ta’ Ottubru 2017.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   PAI: ġestjoni ta’ fondi ta’ ekwità privata speċjalizzati u li tipprovdi pariri dwarhom u li tikkontrolla kumpaniji li huma attivi f’ħames setturi ewlenin, jiġifieri s-servizzi tan-negozju (pereż. servizzi tekniċi awdjoviżivi, servizzi tal-IT, kiri ta’ tagħmir tad-dawl, servizzi ta’ assistenza fuq l-art), ikel u prodotti tal-konsumatur (pereż. ħut affumikat, foie gras u spreadables; gallettini u ikel ħafif; ġelati; magni tal-kafè; nuċċalijiet), l-industrija (pereż. materjal tal-bini, l-imballaġġ, karozzi u kimiċi), il-kura tas-saħħa u l-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni (pereż. lbies, servizzi fast-fit tal-karozzi, ħwienet ħielsa mid-dazju).

—   bcIMC: investimenti f’isem klijenti tas-settur pubbliku f’investimenti bi dħul fiss, ipoteki, ekwità pubblika u privata, proprjetà immobbli, infrastruttura u riżorsi rinnovabbli.

—   Refresco: manifattura ta’ meraq tal-frott, luminati u ilma minerali. Refresco tippakkja wkoll fil-laned birra, sidru u xi xarbiet imħallta alkoħoliċi kif ukoll xi xarbiet karbonizzati alkoħoliċi fil-PET.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8755 — PAI/bcIMC/Refresco

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top