EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8744

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8744 — Daimler/BMW/Car Sharing JV) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 344, 26.9.2018, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8744 — Daimler/BMW/Car Sharing JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 344/06)

1.   

Fis-17 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bayerische Motoren Werke Aktiengesellschaft (inklużi s-sussidjarji tagħha; “BMW”, il-Ġermanja),

Daimler AG (inklużi s-sussidjarji tagħha; “Daimler”, il-Ġermanja).

BMW u Daimler jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3 (1) (b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ sitt impriżi konġunti li se jkunu attivi fil-qasam ta’ servizzi ta’ mobbiltà, jiġifieri s-servizzi tal-kondiviżjoni tal-karozzi (DriveNow u car2go), servizzi ta’ notifikar tar-rikba (Intelligent Apps GmbH inkluża mytaxi), servizzi ta’ parkeġġ (Parkmobile/ParkNow), servizzi ta’ imposti (ChargeNow) kif ukoll servizzi ta’ mobbiltà oħra (fuq talba) (ReachNow u moovel).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   BMW: mal-marki tad-ditti BMW, Rolls Royce u MINI, il-manifattura ta’ karozzi tal-passiġġieri u muturi fid-dinja kollha kif ukoll fornitur ta’ servizzi primjum fil-qasam tal-mobbiltà individwali li għandha l-kwartieri ġenerali fi Munich, il-Ġermanja.

—   Daimler: bid-diviżjonijiet tagħha Mercedes-Benz Cars, Daimler Trucks, Mercedes-Benz Vans, Daimler Buses u Daimler Financial Services, l-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-karozzi, l-aktar karozzi tal-passiġġieri, trakkijiet, vannijiet u karozzi tal-linja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8744 — Daimler/BMW/Car Sharing JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top