Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8742

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8742 — IBM/Maersk/GTD JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 88, 8.3.2018, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 88/22


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8742 — IBM/Maersk/GTD JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 88/10)

    1.

    Fit-28 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    International Business Machines Corporation (“IBM”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    A.P. Møller Mærsk A/S (“Maersk”, id-Danimarka).

    IBM u Maersk jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV), GTD Operations LLC (il-“JV”, l-Istati Uniti tal-Amerka). Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   IBM: korporazzjoni multinazzjonali attiva madwar id-dinja kollha fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ varjetà wiesgħa ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni (“IT”), li jikkonsistu f’software, sistemi (bħas-servers u sistemi ta’ ħażna), u servizzi (bħas-servizzi ta’ konsulenza lin- negozji u servizzi ta’ infrastruttura tal-IT).

    —   Maersk: grupp internazzjonali b’attivitajiet fil-ġarr tal-containers bil-baħar, servizzi ta’ terminals tal-containers, rmonk fil-portijiet, loġistika kif ukoll diviżjoni separata tal-enerġija (b’mod partikolari t-tiftix għaż-żejt u l-gass, it-tħaffir, u t-tħaddim ta’ tankers).

    —   il-JV: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ soluzzjoni ta’ diġitalizzazzjoni kummerċjali għall-katina dinjija tal-provvista ta’ bastimenti li se jipprovdu viżibbiltà tal-bastimenti minn tarf sa tarf u ġestjoni ta’ dokumenti għall-kummerċ dinji.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.8742 — IBM/Maersk/GTD JV

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email:

    COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks

    +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top