EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8697

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8697 — APMH Invest/Mitsui/Maersk Product Tankers) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 73, 27.2.2018, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8697 — APMH Invest/Mitsui/Maersk Product Tankers)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 73/09)

1.

Fl-20 ta’ Frar 2018, -Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

APMH Invest A/S (“APMH Invest”, id-Danimarka)

Mitsui & Co., Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun)

Maersk Product Tankers A/S (“MPT”, id-Danimarka)

APMH Invest u Mitsui jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ MPT, li bħalissa hija proprjetà kollha kemm hi ta’ APMH Invest.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   APMH Invest: kumpanija azzjonarja b’interessi fil-qasam tal-banek, fl-infrastruttura u l-investimenti finanzjarji fid-dħul fiss u t-titoli.

—   Mitsui: grupp dinji li jfittex negozju li jvarja minn bejgħ ta’ prodotti sa loġistika u finanzjament mad-dinja kollha permezz tal-iżvilupp ta’ proġetti kbar tal-infastruttura u proġetti oħra.

—   MPT: attiva fis-settur tal-bastimenti marittimi tat-tagħbija li jivvjaġġaw minn port għal ieħor mingħajr rotta fissa għat-trasport ta’ prodotti ta’ likwidi bi kwantitajiet kbar, b’mod speċifiku prodotti taż-żejt raffinat u ċerti kimiċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8697 — APMH Invest/Mitsui/Maersk Product Tankers

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax:

+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top