This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018IP0117
European Parliament resolution of 18 April 2018 on the integrity policy of the Commission, in particular the appointment of the Secretary-General of the European Commission (2018/2624(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-politika tal-integrità tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (2018/2624(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-politika tal-integrità tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (2018/2624(RSP))
ĠU C 390, 18.11.2019, p. 63–68
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 390/63 |
P8_TA(2018)0117
Il-politika tal-Kummissjoni dwar l-integrità, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-politika tal-integrità tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (2018/2624(RSP))
(2019/C 390/08)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-12 ta' Marzu 2018 dwar il-politika tal-integrità tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra t-tweġibiet mogħtija mill-Kummissjoni fit-25 ta' Marzu 2018 għall-mistoqsijiet bil-miktub magħmula minn membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u fl-okkażjoni tas-seduta ta' smigħ li saret minn dak il-Kumitat fis-27 ta' Marzu 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 14(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 7 u 29 ta' dawn ir-Regolamenti, |
— |
wara li kkunsidra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi huwa fundamentali li l-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Gwardjana tat-Trattati, taġixxi f'konformità mal-forma u s-sustanza tar-regoli, |
B. |
billi l-fiduċja fil-proġett Ewropew u fl-Unjoni Ewropea se tinżamm biss jekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jaġixxu bħala mudelli tar-rwol tal-istat tad-dritt, tat-trasparenza u tal-amministrazzjoni tajba, u jagħtu prova li jkollhom sistema ta' kontrokontrolli biżżejjed biex jirreaġixxu b'mod xieraq kulmeta dawn il-prinċipji fundamentali jiġu mhedda, |
C. |
billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, skont it-Trattati, għandhom awtonomija fi kwistjonijiet marbuta mal-organizzazzjoni tagħhom u mal-politika tagħhom tal-persunal, inkluż fl-għażla tal-ogħla uffiċjali tagħhom fuq il-bażi tal-mertu, l-esperjenza u l-fiduċja, f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta' proċedura rispettivi tagħhom, |
D. |
billi l-pożizzjonijiet ippubblikati esternament ta' spiss jirriżultaw fl-għażla ta' kandidati interni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti biex japplikaw taħt ir-regoli interni u b'hekk jevitaw il-progressjoni regolari tal-karriera; |
E. |
billi l-ħatriet għal pożizzjonijiet ta' livell għoli bħalma hi dik ta' Segretarju Ġenerali għandhom isiru b'mod indipendenti minn ħatriet oħra, biex b'hekk jiġi evitat kwalunkwe suspett ta' ftehimiet mhux trasparenti jew kompromessi bbażati fuq informazzjoni privileġġjata; |
F. |
billi l-Ombudsman Ewropew bħalissa qed tmexxi inkjesta dwar il-proċedura tal-ħatra kkonċernata; jinsab kunfidenti li l-Ombudsman se tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Parlament bil-fehmiet tagħha u bi kwalunkwe każ ta' amministrazzjoni ħażina possibbli li hija tkun skopriet, li jkun jeħtieġ jiġi segwit; |
G. |
billi l-Kummissjoni rrikonoxxiet nuqqasijiet fil-komunikazzjoni tagħha marbuta mal-ħatra u għarfet il-ħtieġa li ssaħħaħ l-isforzi tal-komunikazzjoni tagħha; |
H. |
billi l-kumitati tal-persunal, bħala rappreżentanti eletti tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, talbu proċeduri trasparenti għall-ħatra għall-pożizzjonijiet maniġerjali kollha; |
1. |
Jiddispjaċih li l-proċedura għall-ħatra tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea fil-21 ta' Frar 2018 tmexxiet b'mod li pprovoka irritazzjoni u diżapprovazzjoni mifruxa ħafna fl-opinjoni pubblika, fost il-Membri tal-Parlament Ewropew u fi ħdan is-servizz pubbliku Ewropew; jinnota li r-riżultat ta' din il-proċedura jikkostitwixxi riskju tar-reputazzjoni mhux biss għall-Kummissjoni Ewropea iżda għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li din il-proċedura u l-komunikazzjoni dwarha indirizzata lill-midja, lill-Parlament u lill-pubbliku ġenerali influwenzaw b'mod negattiv ir-reputazzjoni tagħha stess; |
L-elementi fattwali
2. |
Jinnota li:
|
L-evoluzzjoni tal-karriera tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid
3. |
Jinnota li:
|
4. |
Jisħaq fuq il-karriera estremament rapida tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid li f'perjodu ta' ftit iktar minn 13-il sena, avvanza mill-grad ta' AD6 għall-grad ta' AD15, li minnhom huwa qatta' 8 snin f'kabinetti differenti (wara l-ewwel kabinett huwa ġie promoss mill-grad ta' AD10 għall-grad ta' AD14; wara t-tieni tal-kabinett ġie promoss mill-grad ta' AD14 għall-grad ta' AD15); |
L-evoluzzjoni tal-karriera tas-Segretarji Ġenerali preċedenti
5. |
Jenfasizza li, skont il-Kummissjoni, it-tliet Segretarji Ġenerali preċedenti saru Direttur, Direttur Ġenerali u Kap ta' Kabinett qabel ma ġew ittrasferiti għall-funzjoni ta' Segretarju Ġenerali, filwaqt li s-Segretarju Ġenerali l-ġdid ma wettaq l-ebda kompitu maniġerjali fis-servizzi tal-Kummissjoni; jirrimarka, b'mod partikolari, li fil-21 ta' Frar 2018 ma kienx qed iwettaq il-funzjoni ta' Deputat Segretarju Ġenerali; u serva inqas minn 14-il xahar fil-grad bażiku ta' AD15; |
Il-proċedura ta' ħatra
6. |
Jinnota li skont il-Kummissjoni, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ġie trasferit fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal u li dik il-pożizzjoni ma ġietx ippubblikata minħabba li l-pożizzjoni ma kenitx meqjusa vakanti; għalhekk, l-ebda uffiċjal ma seta' japplika peress li l-proċedura kienet organizzata permezz ta' assenjazzjoni mill-ġdid mal-pożizzjoni aktar milli bħala trasferiment fis-sens strett b'pubblikazzjoni xierqa tal-pożizzjoni vakanti; |
7. |
Jinnota li l-Kummissjoni użat l-istess proċedura ta' trasferiment skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal għat-tliet Segretarji Ġenerali preċedenti (trasferiment mal-pożizzjoni u mhux trasferiment fis-sens strett); madankollu jenfasizza li l-ebda wieħed mis-Segretarji Ġenerali preċedenti ma nħatru Viċi Segretarju Ġenerali u Segretarju Ġenerali suċċessivament waqt l-istess laqgħa tal-Kulleġġ; jenfasizza wkoll li t-tliet Segretarji Ġenerali preċedenti ġew proposti lill-Kulleġġ fl-istess laqgħa tal-Kulleġġ li fiha l-predeċessuri rispettivi tagħhom ġew trasferiti għal pożizzjoni differenti jew ħabbru l-irtirar tagħhom; |
8. |
Jenfasizza li l-ħatra permezz ta' trasferiment ġiet mibdija mill-President tal-Kummissjoni Ewropea bi qbil mal-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani u wara konsultazzjoni mal-Ewwel Viċi President (li ġie kkonsultat dwar l-isem tal-kandidat iżda definittivament mhux dwar il-proċedura); |
9. |
Jirrikonoxxi li mhijiex il-prattika tal-Kummissjoni li tittrasferixxi diretturi li huma fil-grad ta' AD15 għal pożizzjonijiet ta' Direttur Ġenerali iżda jinnota li l-Kummissjoni tqis li, legalment, il-Kulleġġ seta' jiddeċiedi li jittrasferixxi konsulent prinċipali għall-pożizzjoni ta' Segretarju Ġenerali; |
10. |
Jistaqsi għaliex il-Kummissjoni użat proċeduri differenti biex taħtar Viċi Segretarju Ġenerali u Segretarju Ġenerali għall-istess kandidat u waqt l-istess laqgħa tal-Kulleġġ; |
Is-sejbiet
11. |
Jenfasizza li t-tweġibiet mogħtija mill-Kummissjoni juru li l-President u l-Kap ta' Kabinett tiegħu kien ilhom mill-2015 jafu bl-intenzjoni tal-ex Segretarju Ġenerali li jirtira ftit wara l-1 ta' Marzu 2018, li hu kkonferma mill-ġdid kmieni fl-2018; jissottolinja li dan l-għarfien kien jippermetti proċedura regolari għall-ħatra tas-suċċessur tiegħu permezz ta' waħda miż-żewġ proċeduri pubbliċi previsti mir-Regolamenti tal-Persunal: (1) ħatra mill-Kulleġġ wara l-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni u proċedura tal-għażla skont l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal; jew, (2) trasferiment fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal, bl-istess mod wara l-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni sabiex tippermetti lil kwalunkwe uffiċjal interessat japplika għal dan it-trasferiment; |
12. |
Jieħu nota tal-fehma tal-Kummissjoni li l-pubblikazzjoni ta' pożizzjoni ma għandhiex titqies li hija r-regola skont ir-Regolamenti tal-Persunal, b'mod partikolari fir-rigward tal-pożizzjoni tas-Segretarju Ġenerali li tirrikjedi mhux biss esperjenza speċjali iżda wkoll livell partikolari ta' fiduċja mill-President u mill-Kulleġġ tal-Kummissarji; |
13. |
Jissottolinja li bl-għażla tal-proċedura ta' trasferiment skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal f'forma ta' assenjament mill-ġdid tad-Deputat Segretarju Ġenerali li kien għadu kif inħatar mill-pożizzjoni tiegħu għal dik ta' Segretarju Ġenerali, ma kienx meħtieġ li tiġi ppubblikata l-pożizzjoni tal-ex Segretarju Ġenerali li rtira; jinnota li l-istess proċedura intużat għall-ħatriet ta' Segretarji Ġenerali preċedenti li qabel kienu jokkupaw pożizzjonijiet ta' Diretturi Ġenerali b'responsabilità baġitarja u ta' maniġment ta' livell għoli; jenfasizza, madankollu, li din it-tradizzjoni li ma jkunx hemm pubblikazzjoni laħqet il-limiti tagħha peress li din ma tikkorrispondix għall-istandards moderni tat-trasparenza, li l-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE għandhom jirrispettaw; |
14. |
Jinnota l-prattika mifruxa ħafna tal-Kummissjoni li timla l-pożizzjonijiet permezz ta' trasferimenti interni fil-forma ta' assenjament mill-ġdid mal-pożizzjoni, anke fir-rigward ta' pożizzjonijiet ta' livell għoli; filwaqt li jirrikonoxxi l-marġni wiesgħa ta' diskrezzjoni li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istituzzjonijiet f'dan ir-rigward, jinsab imħasseb li din tista' timmina l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u l-għażla tal-aktar kandidati kwalifikati; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jimlew il-pożizzjonijiet permezz ta' trasferimenti bħal dawn unikament wara notifika xierqa lill-persunal, f'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u jagħtu preferenza lil proċeduri miftuħa u trasparenti li għandhom l-għan li jagħżlu l-aħjar kandidati kwalifikati; |
15. |
Jissottolinja li kienu biss il-President, il-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, l-Ewwel Viċi President u s-Segretarju Ġenerali preċedenti kif ukoll dak ġdid li kienu jafu minn qabel li waqt il-laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-21 ta' Frar 2018 kienet se ssir il-proposta għall-ħatra immedjata tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid; |
16. |
Jiddikjara li din il-proċedura tidher li kienet ta' sorpriża għall-membri l-oħra kollha tal-Kulleġġ u ġie evitat li jsir dibattitu fost il-Kummissarji, peress li l-ħatra ta' Segretarju Ġenerali ġdid ma kinetx fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-21 ta' Frar 2018; |
17. |
Jinsab imħasseb bil-kbir dwar il-fatt li l-mod ta' kif saret il-ħatra tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid jista' jixħet dubju fuq il-proċedura preċedenti tal-ħatra ta' Deputat Segretarju Ġenerali peress li din mill-bidu setgħet ma kellhiex l-għan li timla l-post vakanti, iżda aktar kellha l-għan li tippermetti t-trasferiment ta' din il-pożizzjoni għall-pożizzjoni ta' Segretarju Ġenerali skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr il-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni; iqis li, għalkemm dan il-mod ta' kif tmexxiet il-proċedura jista' jissodisfa rekwiżiti purament formali, huwa jmur kontra l-ispirtu tar-Regolamenti tal-Persunal u jimpedixxi kwalunkwe kompetizzjoni għall-pożizzjoni minn persunal ieħor eliġibbli; |
Il-konklużjonijiet
18. |
Jinsab diżappuntat dwar il-fatt li lanqas biss Kummissarju wieħed ma jidher li qajjem dubji dwar din il-ħatra ta' sorpriża, talab għall-posponiment ta' din id-deċiżjoni ta' ħatra jew talab diskussjoni ta' prinċipju dwar ir-rwol ta' Segretarju Ġenerali futur fil-Kummissjoni, u dwar il-fehim ta' dak ir-rwol, filwaqt li jirrimarka li l-punt ma kienx fuq l-aġenda; |
19. |
Ifakkar li d-Diretturi Ġenerali tal-istituzzjonijiet Ewropej huma responsabbli għal mijiet ta' membri tal-persunal u għall-implimentazzjoni ta' baġits sostanzjali bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni, kif ukoll għandhom l-obbligu li jiffirmaw dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni fir-rapport annwali tal-attività tagħhom fit-tmiem ta' kull sena finanzjarja; iqajjem dubji, għalhekk, dwar l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li l-Kapijiet ta' Kabinett tal-President jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali, f'dawk li huma responsabilitajiet ta' ġestjoni u baġitarji, mingħajr qatt ma jkunu okkupaw tali pożizzjoni, kif kien il-każ fir-rigward tas-Segretarji Ġenerali preċedenti tal-Kummissjoni; jirrimarka li l-Komunikazzjoni interna tal-President lill-Kummissjoni, tal-1 ta' Novembru 2014, li tirregola l-kompożizzjoni tal-uffiċċji privati tal-Membri tal-Kummissjoni u tas-servizz tal-Kelliem ma tissostitwix jew timmodifa r-Regolamenti tal-Persunal; |
20. |
Jiddikjara li n-nomina f'żewġ stadji tas-Segretarju Ġenerali tista' titqies bħala azzjoni simili għal kolp li ġebbdet u possibilment anke qabżet il-limiti tal-liġi; |
21. |
Jenfasizza li l-Parlament ma jistax isib "sitwazzjoni serja u urġenti", kif ġie spjegat mis-servizz legali tal-Parlament, li tiġġustifika l-użu tal-proċedura ta' assenjament mill-ġdid skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr il-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni; |
L-azzjoni meħtieġa
22. |
Jinsab konxju tal-fatt li revoka ta' att amministrattiv favorevoli ġeneralment mhijiex possibbli minħabba restrizzjonijiet legali, madankollu jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid il-proċedura tal-ħatra tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid sabiex tagħti l-possibilità lil kandidati oħra possibbli fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika Ewropea li japplikaw, u b'hekk, li jkun jista' jkun hemm għażla usa' fost kandidati potenzjali għall-istess grupp ta' funzjonijiet u grad; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-futur tmexxi proċeduri ta' applikazzjoni miftuħa u trasparenti; |
23. |
Jirrimarka li sabiex jinżamm servizz pubbliku Ewropew eċċellenti u indipendenti, leali u motivat, ir-Regolamenti tal-Persunal jeħtieġ li jiġu applikati b'rispett għall-forma u s-sustanza: b'mod partikolari dan jirrikjedi li l-Artikoli 4, 7 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal jeħtieġ li jiġu rispettati kompletament sabiex "postijiet vojta [kollha] f'istituzzjoni għandhom ikunu notifikati lill-persunal ta' dik l-istituzzjoni hekk kif l-awtorità tal-ħatra tiddeċiedi li l-post għandu jimtela"u li dan l-obbligu ta' trasparenza jeħtieġ ukoll li jiġi rrispettat fir-rigward tat-trasferimenti skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal, minbarra każijiet tassew eċċezzjonali u debitament motivati, kif rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja; |
24. |
Ifakkar li huwa biss permezz ta'l-pubblikazzjoni xierqa tal-pożizzjonijiet vakanti li huwa possibbli li tiġi żgurata għażla wiesgħa tal-kandidati l-aktar kwalifikati, ibbilanċjata bejn is-sessi u li tippermetti deċiżjonijiet infurmati u tal-aħjar ħatra; jenfasizza li proċeduri ta' pubblikazzjoni li għandhom l-unika fini li jissodisfaw ir-rekwiżit formali ta' pubblikazzjoni, għandhom jiġu evitati mill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej kollha; |
25. |
Jirrakkomanda li l-proċessi u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ tal-Kummissarji jeħtieġ li jissaħħu sabiex tiġi evitata kwalunkwe approvazzjoni indiskriminata ta' ħatriet jew deċiżjoni importanti oħra u li għalhekk huwa meħtieġ li dawn il-punti kollha jiġu inklużi fl-abbozz ta' aġenda; |
26. |
Jistieden, f'dan il-kuntest, lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kollha tal-Unjoni Ewropea jtemmu wkoll il-prattika ta' "tfigħ f'pożizzjoni preċiża"(parachuting), li tirriskja li tikkomprometti l-proċeduri u b'hekk il-kredibilità tal-UE; jenfasizza li l-influwenza politika ma tridx timmina l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal; huwa tal-fehma li l-pożizzjonijiet vakanti kollha għandhom jiġu ppubblikati fl-interess tat-trasparenza, l-integrità u l-opportunitajiet indaqs; madankollu, f'każ li l-istituzzjonijiet jiddeċiedu li għandhom jiddevjaw minn dan il-prinċipju, huma għandhom jagħmlu dan biss fi ħdan marġini limitati ħafna stabbiliti mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
27. |
Jipproponi li uffiċjali minn korpi rappreżentanti tal-persunal ikunu fuq il-kumitati tal-għażla tal-maniġment superjuri tal-Parlament; |
28. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha tal-UE kkonċernati jirrevokaw deċiżjonijiet li permezz tagħhom huma jqisu l-funzjoni ta' Kap ta' Kabinett tal-President bħala ekwivalenti għall-funzjoni ta' Direttur Ġenerali u l-funzjoni ta' Kap ta' Kabinett ta' Kummissarju bħala ekwivalenti għall-funzjoni ta' Direttur; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tiżgura li r-reviżjoni li jmiss tar-Regolamenti tal-Persunal skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tiddisponi għal għażliet ta' karriera siewja, kemm għall-uffiċjali li jkunu segwew il-perkors ta' karriera tradizzjonali u kemm għall-membri tal-kabinetti:
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami, qabel tmiem l-2018, tal-proċedura amministrattiva tagħha għall-ħatra ta’ uffiċjali għolja bl-objettiv li jiġi żgurat għalkollox li jintgħażlu l-aħjar kandidati f’qafas ta’ trasparenza massima u opportunitajiet indaqs, u b’hekk anke tkun ta’ eżempju għall-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra; |
30. |
Jirrikonoxxi li l-Artikolu 17 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni jattribwixxi responsabilitajiet ta’ ġestjoni partikolari lis-Segretarju Ġenerali li għandu jkollu firxa wiesgħa ta’ esperjenza maniġerjali u l-fiduċja tal-President; jara l-ħtieġa li dawn ir-Regoli jiġu aġġornati u ċċarati sabiex jiggarantixxu rwol newtrali tas-Segretarju Ġenerali f’ambjent politiku (tal-partiti); jistenna li jkun informat dwar tali aġġornament sa Settembru 2018. |
o
o o
31. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Istituzzjonijiet Ewropej kollha.s |