Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DP0012

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssirx oppożizzjoni għal abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni (D054274-02 – 2017/3013(RPS))

    ĠU C 458, 19.12.2018, p. 76–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 458/76


    P8_TA(2018)0012

    L-ebda oppożizzjoni għal miżura ta' implimentazzjoni: l-istabbiliment ta' Reġistru tal-Unjoni

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssirx oppożizzjoni għal abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni (D054274-02 – 2017/3013(RPS))

    (2018/C 458/09)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni (D054274-02),

    wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 12 u 19 tagħha,

    wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-30 ta' Novembru 2017 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) tad-direttiva msemmija hawn fuq,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2017, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhuwiex se jopponi l-abbozz ta' regolament,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tal-11 ta' Jannar 2018,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 106(4)(d) u l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra li l-ebda oppożizzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fis-17 ta' Jannar 2018,

    A.

    billi sabiex titħares l-integrità ambjentali tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (''EU ETS''), l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u operaturi oħra fl-EU ETS huma pprojbiti milli jużaw kwoti li jinħarġu minn Stat Membru u li fir-rigward tagħhom jeżistu obbligi għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru u operaturi oħra, u għal dak il-għan, għandhom jiġu adottati il-miżuri ta' salvagwardja meħtieġa;

    B.

    billi l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta miżuri rigward sistema standardizzata u sikura ta' reġistri, skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS);

    C.

    billi fit-8 ta' Diċembru 2017 il-Kummissjoni ppreżentat formalment lill-Parlament l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni (''l-abbozz ta' miżura RPS''), u b'hekk beda l-perjodu ta' skrutinju ta' tliet xhur għall-Parlament biex jopponi għal dak l-abbozz ta' att;

    D.

    billi l-miżuri ta' salvagwardja fl-abbozz ta' miżura RPS għandhom jidħlu fis-seħħ b'urġenza sabiex il-miżuri jsiru applikabbli, biex b'hekk il-kwoti jkunu jistgħu jiġu allokati mingħajr ħlas, jinkisbu bi skambju għal krediti internazzjonali jew irkantati fl-2018, u billi l-użu sħiħ tal-perjodu ta' skrutinju ta' tliet xhur disponibbli lill-Parlament ma jippermettix ħin biżżejjed biex l-abbozz ta' miżura RPS tidħol fis-seħħ qabel ma joħorġu l-kwoti għall-2018;

    1.

    Jiddikjara li ma jopponix l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill.

    (1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

    (2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


    Top