EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AP0205

P8_TA(2018)0205 Il-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar Baltiku ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 f'dak li għandu x'jaqsam mal-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar Baltiku (COM(2017)0774 – C8-0446/2017 – 2017/0348(COD)) P8_TC1-COD(2017)0348 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Mejju 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 f'dak li għandu x'jaqsam mal-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar Baltiku

ĠU C 76, 9.3.2020, p. 215–216 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 76/215


P8_TA(2018)0205

Il-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar Baltiku ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 f'dak li għandu x'jaqsam mal-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar Baltiku (COM(2017)0774 – C8-0446/2017 – 2017/0348(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 76/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0774),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0446/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Frar 2018 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tat-8 ta’ Mejju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0149/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2017)0348

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Mejju 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 f'dak li għandu x'jaqsam mal-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar Baltiku

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2018/976.)


Top