Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AP0082

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tiddenunzja l-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Comoros (14423/2017 – C8-0447/2017 – 2017/0241(NLE))

    ĠU C 162, 10.5.2019, p. 142–142 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 162/143


    P8_TA(2018)0082

    Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE/Comoros: denunzja ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tiddenunzja l-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Comoros (14423/2017 – C8-0447/2017 – 2017/0241(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2019/C 162/25)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14423/2017),

    wara li kkunsidra l-ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Comoros (1),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0447/2017),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2018 (2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0058/2018),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għad-denunzja tal-ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni tal-Comoros.

    (1)  ĠU L 290, 20.10.2006, p. 7.

    (2)  Testi adottati, P8_TA(2018)0083.


    Top