Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XC1215(01)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-aġġornament tad-dejta użata biex jiġu kkalkolati s-somma f’daqqa u l-pagamenti ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċedimenti ta’ ksur

C/2017/8720

ĠU C 431, 15.12.2017, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/3


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

L-aġġornament tad-dejta użata biex jiġu kkalkolati s-somma f’daqqa u l-pagamenti ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċedimenti ta’ ksur

(2017/C 431/02)

I.   INTRODUZZJONI

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat tal-KE (1) (issa l-Artikolu 260(1) u (2) TFUE) stabbiliet il-bażi li fuqha l-Kummissjoni tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (ħlasijiet ta’ somma f’daqqa jew inkella ta’ penali) li hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tapplika meta tressaq każ quddiem il-Qorti skont l-Artikolu 260(2) TFUE, fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ ksur kontra Stat Membru.

F’Komunikazzjoni sussegwenti tal-2010 (2) dwar l-aġġornament tad-dejta użata għal dan il-kalkolu, il-Kummissjoni stabbiliet li din id-dejta makroekonomika tkun suġġetta għal reviżjoni kull sena, biex tqis l-andament tal-inflazzjoni u tal-PDG.

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-2011 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) TFUE (3) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-2017 “Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar” (4) jenfasizzaw li l-istess metodu kif stabbilit permezz tal-Komunikazzjoni tal-2005 japplika għall-kalkolu tas-sanzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tapplika skont l-Artikolu 260(3) TFUE.

L-aġġornament ta’ kull sena pprovdut f’din il-Komunikazzjoni huwa bbażat fuq l-iżviluppi fl-inflazzjoni u fil-PDG ta’ kull Stat Membru (5). Ir-rata rilevanti tal-inflazzjoni u l-istatistiċi tal-PDG li għandhom jintużaw huma dawk stabbiliti sentejn qabel l-aġġornament (“ir-regola t-2”), billi l-perjodu minimu meħtieġ għall-ġbir ta’ dejta makroekonomika relattivament stabbli huwa ta’ sentejn. Din il-Komunikazzjoni hija għalhekk ibbażata fuq id-dejta ekonomika għall-PDG nominali u d-deflatur tal-PDG għall-2015 (6) u fuq il-ponderazzjoni attwali tad-drittijiet tal-vot tal-Istati Membri fil-Kunsill.

II.   L-ELEMENTI TAL-AĠĠORNAMENT

Il-lista ta’ kriterji ekonomiċi li għandhom jiġu riveduti hija kif ġej:

l-ammont standard b’rata fissa għall-pagament ta’ penali (7), li bħalissa huwa stabbilit għal EUR 680 kuljum, li għandu jiġi rivedut skont l-inflazzjoni;

l-ammont standard b’rata fissa għall-ħlas ta’ somma f’daqqa, (8) li bħalissa huwa ta’ EUR 230 kuljum, li għandu jiġi rivedut skont l-inflazzjoni;

il-fattur speċjali “n” (9), li għandu jiġi rivedut f’konformità mal-PDG tal-Istat Membru inkwistjoni wara li jitqies l-għadd tad-drittijiet tal-vot li dan ikollu fil-Kunsill; il-fattur “n” huwa identiku għall-kalkolu tal-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa u ta’ penali għal kull ġurnata;

il-ħlasijiet minimi ta’ somma f’daqqa (10), li għandhom jiġu riveduti f’konformità mal-inflazzjoni.

III.   AĠĠORNAMENTI

Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati segwenti biex tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (ħlasijiet ta’ somma f’daqqa jew inkella ta’ penali) meta tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260(2) u (3) TFUE:

(1)

l-ammont standard b’rata fissa għall-kalkolu tal-pagament ta’ penali huwa stabbilit għal EUR 700 kuljum,

(2)

ir-rata fissa standard għall-ħlas ta’ somma f’daqqa hija stabbilita għal EUR 230 kuljum.

(3)

Il-fattur speċjali “n” u s-somma f’daqqa minima għat-28 Stat Membru tal-UE huma stabbiliti kif ġej:

Stat Membru

fattur speċjali “n”

Somom f’daqqa minimi

(EUR 1 000 )

Il-Belġju

4,85

2 799

Il-Bulgarija

1,47

848

Ir-Repubblika Ċeka

3,09

1 783

Id-Danimarka

3,01

1 737

Il-Ġermanja

20,50

11 832

L-Estonja

0,62

358

L-Irlanda

2,92

1 685

Il-Greċja

3,17

1 830

Spanja

11,78

6 799

Franza

17,43

10 060

Il-Kroazja

1,21

698

L-Italja

15,10

8 715

Ċipru

0,58

335

Il-Latvja

0,68

392

Il-Litwanja

1,12

646

Il-Lussemburgu

1,00

577

L-Ungerija

2,51

1 449

Malta

0,36

208

In-Netherlands

6,48

3 740

L-Awstrija

4,03

2 326

Il-Polonja

7,45

4 300

Il-Portugall

3,21

1 853

Ir-Rumanija

3,27

1 887

Is-Slovenja

0,86

496

Is-Slovakkja

1,62

935

Il-Finlandja

2,65

1 529

L-Iżvezja

4,62

2 666

Ir-Renju Unit

18,90

10 908

(4)

Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati għad-deċiżjonijiet li tieħu biex tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260 TFUE b’seħħ mill-adozzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni.


(1)  SEG(2005) 1658 (ĠU C 126, 7.6.2007, p. 15).

(2)  SEG(2010) 923/3. Din il-Komunikazzjoni ġiet aġġornata fl-2011 (SEC(2011) 1024 final), fl-2012 (C(2012) 6106 final), fl-2013 (C(2013) 8101 final) u fl-2014 (C(2014) 6767 final), fl-2015 (C(2015)5511 final) u fl-2016 (C(2016)5091 final) għall-adattament ta’ kull sena tad-dejta ekonomika.

(3)  ĠU C 12 ta’ 15.1.2011, p. 1.

(4)  ĠU C 18 ta’ 19.1.2017, p. 10.

(5)  Skont ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet tal-2005 u tal-2010.

(6)  Id-deflatur tal-prezz tal-PDG jintuża bħala kejl tal-inflazzjoni. L-ammonti uniformi għall-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa u ta’ penali huma aġġustati għall-eqreb multiplu ta’ għaxra. Is-somom f’daqqa minimi huma aġġustati għall-eqreb elf. Il-fattur “n” huwa aġġustat sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

(7)  L-ammont b’rata fissa standard jew uniformi għall-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum huwa definit bħala l-ammont bażiku fiss li għalih jiġu applikati ċerti koeffiċjenti tal-korrezzjoni multiplikaturi. Il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni huma l-koeffiċjenti tal-gravità u d-dewmien tal-ksur, u l-fattur speċjali “n” li jikkorrispondi għall-Istat Membru kkonċernat li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu ta’ pagament ta’ penali ta’ kuljum.

(8)  L-ammont b’rata fissa jrid jiġi applikat meta tiġi kkalkolata s-somma f’daqqa. Fir-rigward tal-Artikolu 260(2) TFUE, is-somma f’daqqa tirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ ammont ta’ kuljum (li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont standard b’rata fissa għall-ħlasijiet ta’ somom f’daqqa bil-koeffiċjenti tal-gravità u r-riżultat ta’ dan il-kalkolu jiġi mmultiplikat bil-fattur speċjali “n”) bin-numru ta’ jiem għal kemm il-ksur idum għaddej bejn id-data tal-ewwel sentenza u d-data li fiha jintemm il-ksur jew id-data ta’ meta tingħata s-sentenza skont l-Artikolu 260(2) TFUE. Fir-rigward tal-Artikolu 260(3) TFUE, skont il-punt 28 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Implementation of Article 260(3) of the Treaty” (SEC (2010)1371 final; ĠU C 12, 15.1.2011, p. 1), is-somma f’daqqa tirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ ammont ta’ kuljum (li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont standard b’rata fissa għall-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa bil-koeffiċjenti tal-gravità u r-riżultat ta’ dan il-kalkolu jiġi mmultiplikat bil-fattur speċjali “n”) bin-numru ta’ jiem mill-għada tal-iskadenza għat-traspożizzjoni stabbilita fid-Direttiva sa dakinhar li jintemm il-ksur jew sad-data tal-ewwel sentenza skont l-Artikoli 258 u 260(3) TFUE. Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi hawn fuq jaqbeż is-somma f’daqqa minima, għandha tapplika s-somma f’daqqa kkalkulata abbażi tal-ammont ta’ kuljum.

(9)  Il-fattur speċjali “n” iqis il-kapaċità tal-Istati Membri li jħallsu (il-prodott domestiku gross (PDG)) u n-numru ta’ voti li jkollhom fil-Kunsill.

(10)  Il-ħlas tas-somma f’daqqa fissa minima huwa ddeterminat għal kull Stat Membru skont il-fattur speċjali “n”. Is-somma f’daqqa fissa minima se tiġi proposta lill-Qorti meta t-total tal-ħlasijiet tas-somma f’daqqa ta’ kuljum ma jaqbiżx is-somma sħiħa f’daqqa minima.


Top