Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XC1031(01)

    Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

    C/2017/7319

    ĠU C 370, 31.10.2017, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 370/2


    Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

    (2017/C 370/02)

    Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

    Fil-paġna 372:

    9018 90 84

    Oħrajn

    Għandu jiddaħħal dan it-test wara t-test eżistenti:

    “Din is-subintestatura ma tkoprix l-hekk imsejħin “tourniquets”. Ġeneralment, dawn jikkonsistu f’sistema ta’ ċinga u bokkla. Dawn jintużaw billi tiġi ssikkata ċ-ċinga biex tiġi kkontrollata ċ-ċirkulazzjoni tad-demm lejn xi waħda mill-estremitajiet għal perjodu qasir. Tipi oħra ta’ tourniquets jistgħu jkollhom, pereżempju, virga għall-issikkar. Minħabba s-sempliċità tal-kostruzzjoni u l-materjali użati, ma humiex simili għal strumenti u tagħmir kopert mill-intestatura attwali, minkejja li jissodisfaw skop mediku (ġeneralment klassifikati skont il-materjal kostitwenti taċ-ċinga). Ara, b’mod partikolari, ir-raba’ paragrafu tan-Nota ta’ Spjega tas-SA għall-intestatura 9018.

    Image


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

    (2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


    Top