EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XC0811(12)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers. Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU C 267, 11.8.2017, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers. Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 267/01)

ESO (1)

Ir-referenza u t-titlu tal-istandard

(u d-dokument ta’ referenza)

L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit

Nota 1

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

CEN

EN 30-2-1:2015

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass – Parti 2-1: Użu razzjonali ta’ enerġija – Ġenerali

12.4.2017

 

 

CEN

EN 15181:2017

Metodu kif jitkejjel il-konsum ta’ enerġija ta’ fran li jaħdmu bil-gass

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

 

 

Il-klawsola 9 dwar l-inċertezza u l-proċeduri ta’ verifika mhix parti miċ-ċitazzjoni preżenti.

Cenelec

EN 60350-1:2013

Apparati domestiċi għal tisjir bl-elettriku – Parti 1: Galis, fran, fran li jaħdmu bil-fwar u grillijiet – Metodi għall-kejl tal-operat

IEC 60350-1:2011 (Modifikat)

10.7.2015

 

 

 

EN 60350-1:2013/A11:2014

10.7.2015

Nota 3

 

Cenelec

EN 60350-1:2016

Apparati domestiċi għal tisjir bl-elettriku – Parti 1: Stufi bl-ifran, fran li jaħdmu bil-fwar u grillijiet – Metodi għall-kejl tal-operat

IEC 60350-1:2016 (Modifikat)

12.4.2017

EN 60350-1:2013

+ A11:2014

Nota 2.1

4.11.2019

Cenelec

EN 60350-2:2013

Apparati domestiċi għal tisjir bl-elettriku – Parti 20: Hobs – Metodi għall-kejl tal-operat

IEC 60350-2:2011 (Modifikat)

12.4.2017

 

 

 

EN 60350-2:2013/A11:2014

12.4.2017

Nota 3

 

Cenelec

EN 61591:1997

Għata domestiku li jgħatti s-superfiċji u estratturi oħra ta’ dħaħen tat-tisjir – Metodi ta’ kejl tal-operat

IEC 61591:1997

10.7.2015

 

 

 

EN 61591:1997/A2:2011

IEC 61591:1997/A2:2010

10.7.2015

Nota 3

 

 

EN 61591:1997/A1:2006

IEC 61591:1997/A1:2005

10.7.2015

Nota 3

 

 

EN 61591:1997/A12:2015

14.10.2016

Nota 3

 

 

EN 61591:1997/A11:2014

14.10.2016

Nota 3

 

Dan l-istandard jeħtieġlu jkun komplut biex jiġu indikati b’mod ċar dawk ir-rekwiżiti legali mmirati li jiġu koperti.

Nota 1:

Ġeneralment id-data li fiha tintemm il-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għal dawk il-prodotti jew dawk is-servizzi li jaqgħu fl-ambitu tal-istandard ġdid. Ma tiġix effettwata preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għall-prodotti jew is-servizzi li xorta jaqgħu fil-ambitu tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fl-ambitu tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit jikkonsisti f’EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, li l-lista tagħhom hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 (2).

L-istandards jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-CENELEC jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Ir-referenzi għall-Corrigenda “…/AC:YYYY” jiġu ppubblikati biss għall-informazzjoni. Corrigendum ineħħi l-iżbalji tal-istampar, dawk lingwistiċi jew żbalji simili mit-test ta' standard u jista' jkun jirreferi għal verżjoni ta' lingwa waħda jew iktar (bl-Ingliż, bil-Franċiż u/jew bil-Ġermaniż) ta' standard kif adottat minn xi organizzazzjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati u standards oħra Ewropej tinsab fl-Internet fuq

http://ec.europa.eu/growth/single-market/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni:

CEN: Avenue Marnix 17, B-1000, Brussels, Tel. +32 2 5500811; faks + 32 2 5500819 (http://www.cen.eu)

CENELEC: Avenue Marnix 17, B-1000, Brussels, Tel. +32 2 5196871; faks + 32 2 5196919 (http://www.cenelec.eu)

ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, Tel. +33 492 944200; faks +33 493 654716, (http://www.etsi.eu)

(2)  ĠU C 338, 27.9.2014, p. 31.


Top