Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XC0811(11)

Avviż għall-persuni fiżiċi CHOE CHUN YONG (alias Ch’oe Ch’un-yo’ng), HAN JANG SU (alias Chang-Su Han), JANG SONG CHOL, JANG SUNG NAM, JO CHOL SONG (alias Cho Ch’o’l-so’ng), KANG CHOL SU, KIM MUN CHOL (alias Kim Mun-ch’o’l), KIM NAM UNG, PAK IL KYU (alias Pak Il-Gyu), JANG BOM SU (alias Jang Pom Su, Jang Hyon U) u JON MYONG GUK (alias Cho’n Myo’ng-kuk, Jon Yong Sang), u l-entitajiet FOREIGN TRADE BANK (FTB), KOREAN NATIONAL INSURANCE COMPANY (KNIC) (alias Korea Foreign Insurance Company), KORYO CREDIT DEVELOPMENT BANK (alias Daesong Credit Development Bank; Koryo Global Credit Bank; Koryo Global Trust Bank), MANSUDAE OVERSEAS PROJECT GROUP OF COMPANIES (alias Mansudae Art Studio), li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra persuni, entitajiet, u korpi nominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU f’konformità mal-paragrafu 8(d) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU 1718 (2006), u l-paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU 2094 (2013), jew li l-entrata tagħhom kienet emendata, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457

C/2017/5708

ĠU C 264, 11.8.2017, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 264/27


Avviż għall-persuni fiżiċi CHOE CHUN YONG (alias Ch’oe Ch’un-yo’ng), HAN JANG SU (alias Chang-Su Han), JANG SONG CHOL, JANG SUNG NAM, JO CHOL SONG (alias Cho Ch’o’l-so’ng), KANG CHOL SU, KIM MUN CHOL (alias Kim Mun-ch’o’l), KIM NAM UNG, PAK IL KYU (alias Pak Il-Gyu), JANG BOM SU (alias Jang Pom Su, Jang Hyon U) u JON MYONG GUK (alias Cho’n Myo’ng-kuk, Jon Yong Sang), u l-entitajiet FOREIGN TRADE BANK (FTB), KOREAN NATIONAL INSURANCE COMPANY (KNIC) (alias Korea Foreign Insurance Company), KORYO CREDIT DEVELOPMENT BANK (alias Daesong Credit Development Bank; Koryo Global Credit Bank; Koryo Global Trust Bank), MANSUDAE OVERSEAS PROJECT GROUP OF COMPANIES (alias Mansudae Art Studio), li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra persuni, entitajiet, u korpi nominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU f’konformità mal-paragrafu 8(d) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU 1718 (2006), u l-paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU 2094 (2013), jew li l-entrata tagħhom kienet emendata, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457

(2017/C 264/16)

1.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuni u l-entitajiet, kif indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bħala impenjati jew jipprovdu appoġġ għal, inkluż permezz ta’ mezzi illeċiti, il-programmi tal-RDPK relatati man-nukleari, relatati mal-missili ballistiċi jew programmi oħra relatati ma’ armi tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta’ mezzi illeċiti.

2.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 2371(2017), li jżid lill-persuni fiżiċi CHOE CHUN YONG (alias Ch’oe Ch’un-yo’ng), HAN JANG SU (alias Chang-Su Han), JANG SONG CHOL, JANG SUNG NAM, JO CHOL SONG (alias Cho Ch’o’l-so’ng), KANG CHOL SU, KIM MUN CHOL (alias Kim Mun-ch’o’l), KIM NAM UNG, PAK IL KYU (alias Pak Il-Gyu), JANG BOM SU (alias Jang Pom Su, Jang Hyon U) u JON MYONG GUK (alias Cho’n Myo’ng-kuk, Jon Yong Sang), u lill-entitajiet FOREIGN TRADE BANK (FTB), KOREAN NATIONAL INSURANCE COMPANY (KNIC) (alias Korea Foreign Insurance Company), KORYO CREDIT DEVELOPMENT BANK (alias Daesong Credit Development Bank; Koryo Global Credit Bank; Koryo Global Trust Bank), MANSUDAE OVERSEAS PROJECT GROUP OF COMPANIES (alias Mansudae Art Studio) mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Barra minn hekk, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU emenda l-entrati tal-persuni fiżiċi JANG BOM SU (alias Jang Pom Su, Jang Hyon U) u JON MYONG GUK (alias Cho’n Myo’ng-kuk, Jon Yong Sang).

Dawk ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fi kwalunkwe ħin lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006), flimkien ma’ kwalunkwe prova dokumentarja, biex id-deċiżjoniet li jiġu inklużi fil-lista tan-NU jerġgħu jiġu kkunsidrati. Dawn it-talbiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tista’ ssib aktar informazzjoni hawn: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/delisting

3.

Sabiex jiġu implimentati l-listi l-ġodda, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (2) skont dan.

L-individwi u l-entitajiet kkonċernati jistgħu jippreżentaw l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni li jiġu elenkati jew li jinżammu fuq il-lista, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, lill-Kummissjoni Ewropea f’dan l-indirizz:

European Commission

“Restrictive measures”

Rue de la Loi/Wetstraat 200,

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

4.

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

5.

Finalment, qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet elenkati għall-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati u r-riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


Top