Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XC0304(02)

    Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

    ĠU C 69, 4.3.2017, p. 6–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 69/6


    Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1)

    (2017/C 69/06)

    Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

    Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

    IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA

    Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 210 tas-26.6.2015

    LISTA TA' PERMESSI TA' RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI

    Permessi ta' residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen:

    I.   Permessi ta' residenza maħruġa skont il-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002

    Permess ta' residenza bi “prova ta' stabbiliment” fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2005)

    Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005)

    Permessi ta' residenza li jaqgħu taħt “awtorizzazzjoni għall-istabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru tal-familja” (Familienangehörigen), “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EU), “residenza permanenti — membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger), kif ukoll “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung), fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2006)

    Il-permess ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih ikun inħareġ.

    Il-permess “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jista' jinħareġ għall-iskopijiet li ġejjin: ħaddiem b'rotazzjoni tax-xogħol, ħaddiem barrani kkollokat, persuni li jaħdmu għal rashom, artisti, każijiet speċjali ta' impjieg, tifel tal-iskola, studenti, fornituri ta' servizzi soċjali, riċerkaturi, riunifikazzjoni tal-familja.

    Il-permess ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jista' jinħareġ mingħajr iktar dettalji jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti.

    Permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) kienu maħruġa fl-Awstrija sat-30 ta' Ġunju 2011 għall-kategoriji ta' ħaddiema ewlenin, illimitati u limitati.

    Permessi ta' “Residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EG) u ta' “residenza permanenti — membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) inħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013.

    Permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) permessi għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] inħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013.

    Il-“kard aħmar-abjad-aħmar” (Rot-Weiß-Rot-Karte), il-“kard plus aħmar-abjad-aħmar” (Rot-Weiß-Rot-Karte plus) u l-“kard blu tal-UE” (Blaue Karte EU) fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Lulju 2011).

    Permessi ta' “Residenza permanenti -UE” (Daueraufenthalt- EG) bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014).

    Permessi ta'“Dritt ta' residenza plus” (Aufenthaltsberechtigung plus) maħruġa skont it-Taqsima 55(1) jew it-Taqsima 56(1) tal-Att ta' Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 100/2005 huwa skont id-dispożizzjonijiet preċedenti tat-Taqsimiet 41(a)(9) u 43(3) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbilita fil-Federal Law Gazette I No 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014.

    Permess ta'“dritt ta' residenza” (Aufenthaltsberechtigung) maħruġ skont it-Taqsima 55(2) jew it-Taqsima 56(2) tal-Att ta' Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 100/2005 jikkorrispondi għall-permess preċedenti ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” maħruġ skont it-Taqsimiet 43(3) u 43(4) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 38/2011. Maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014.

    Il-Permess “tad-dritt ta' residenza għal raġunijiet ta' protezzjoni speċjali” maħruġ skont it-Taqsima 57 tal-Att ta' Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 100/2005 jittrasponi ulterjorment fl-Awstrija d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni preċedenti kienet it-Taqsima 69(a)(1) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbilita fil-Federal Law Gazette I No 38/2011. Maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014.

    II.   Permessi ta' residenza li, skont id-Direttiva 2004/38/KE, ma jridux jinħarġu f'format uniformi

    Il-permess ta' residenza skont id-dritt ta' residenza fl-Unjoni ta' iktar minn tliet xhur għal membri ta' familja ta' ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz

    Il-kard ta' residenza permanenti skont id-dritt ta' residenza fl-Unjoni ta' iktar minn tliet xhur għal membri ta' familja ta' ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma tikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz

    Dokumenti oħrajn li jippermettu lil detentur li jgħix fl-Awstrija jew biex jerġa' jidħol l-Awstrija skont l-Artikolu 2(16)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen:

    Dokument ta' identità b'ritratt għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar u blu, maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin

    Dokument ta' identità b'ritratt b'format ta' kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar, blu, aħdar, kannella, griż u oranġjo maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin

    “Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 7 tal-Att ta' Asil tal-1997 kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 105/2003 (mogħtija sal-31 ta' Diċembru 2005) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006)

    “Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 3 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew permezz ta' kard għal persuni li għandhom dritt għall-asil skont it-Taqsima 51(a) tal-Att dwar l-Asil tal-2005

    Persuna li għandha “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att ta' Asil tal-1997 kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 105/2003 (mogħti sal-31 ta' Diċembru 2005) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006)

    Persuna li għandha “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew permezz ta' kard għal persuni li għandhom “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 52 tal-Att dwar l-Asil tal-2005

    Lista ta' parteċipanti fi vjaġġ skolastiku fl-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta rigward faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi residenti fi Stat Membru

    “Permess għall-impjieg” skont l-Att dwar l-Impjieg tal-Barranin, validu għal perjodu sa sitt xhur, flimkien ma' dokument tal-ivvjaġġar validu

    Permess ta' residenza indefinit — maħruġ fil-forma ta' viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att tal-Barranin tal-1992 [FrG] (maħruġ sal-31 ta' Diċembru 1992 mill-Awtoritajiet domestiċi Awstrijaċi u l-uffiċċji rappreżentativi barra ‘l pajjiż fil-forma ta' timbru)

    Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar sa Nru 790.000

    Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar u abjad minn Nru 790.001 'il quddiem

    Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/11/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 1996, il-Ġurnal Uffiċjali L 7 tal-10.1.1997, li tikkonċerna format uniformi ta' permessi għal residenza (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2004)

    Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti

     

    ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1.

     

    ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5.

     

    ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11.

     

    ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14.

     

    ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31.

     

    ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14.

     

    ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12.

     

    ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13.

     

    ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5.

     

    ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15.

     

    ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9.

     

    ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2.

     

    ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15.

     

    ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20.

     

    ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5.

     

    ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26.

     

    ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8.

     

    ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6.

     

    ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5.

     

    ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1.

     

    ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26.

     

    ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7.

     

    ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5.

     

    ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7.

     

    ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4.

     

    ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6.

     

    ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8.

     

    ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4.

     

    ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9.

     

    ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59.

     

    ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3.

     

    ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12.

     

    ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5.

     

    ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3.

     

    ĠU C 151, 28.4.2016, p. 4.

     

    ĠU C 16, 18.1.2017, p. 5.


    (1)  Ara l-lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta' dan l-aġġornament.

    (2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


    Top