EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XC0124(02)

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba ta’ Stat Membru

ĠU C 23, 24.1.2017, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/10


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba ta’ Stat Membru

(2017/C 23/10)

Fit-2 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni waslitilha talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien it-3 ta’ Novembru 2016.

Din it-talba tar-Repubblika Ċeka tikkonċerna attivitajiet fis-suq bl-imnut tal-elettriku u tal-gass fir-Repubblika Ċeka.

L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jistipula li “l-kuntratti maħsuba biex jippermettu li titwettaq l-attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettqet fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet tad-disinn li huma organizzati biex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva.” Il-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha żmien stipulat ta’ 105 ijiem tax-xogħol li jibda jgħodd mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq, biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba. Għalhekk dan il-perjodu jiskadi fis-6 ta’ April 2017.

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, it-talbiet il-ġodda rigward il-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u tal-gass fir-Repubblika Ċeka li jitressqu qabel jiskadi l-perjodu previst għal din it-talba, ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda, iżda għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.


Top