Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017TA1212(05)

    Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta

    ĠU C 426, 12.12.2017, p. 31–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 426/31


    RAPPORT

    dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta

    (2017/C 426/05)

    WERREJ

     

    Paragrafu

    Paġna

    INTRODUZZJONI

    1-6

    32

    Stabbiliment tal-Impriża Konġunta F4E

    1-2

    32

    Governanza

    3-4

    32

    Objettivi

    5

    32

    Riżorsi

    6

    32

    OPINJONI

    7-29

    32

    Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

    8

    33

    Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

    9

    33

    Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

    10-20

    33

    Osservazzjonijiet

    11-20

    33

    Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

    21-23

    34

    Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

    24-28

    34

    ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA

    30

    35

    Implimentazzjoni tal-baġit għall-2016

    30

    35

    KONTROLLI INTERNI

    31-35

    35

    Monitoraġġ ta’ kuntratti operazzjonali ta’ akkwist u ta’ għotjiet

    31-34

    35

    Strateġija kontra l-frodi

    35

    36

    ANNESS -

    SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

    37

    INTRODUZZJONI

    Stabbiliment tal-Impriża Konġunta F4E

    1.

    L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER (1) u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (l-“Impriża Konġunta F4E”) twaqqfet f’Marzu 2007 (2) għal perjodu ta’ 35 sena. Filwaqt li l-faċilitajiet prinċipali ta’ fużjoni kellhom jiġu żviluppati f’Cadarache fi Franza, l-Impriża Konġunta tinsab f’Barċellona.

    2.

    Il-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Euratom, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-Euratom u l-Iżvizzera (li kkonkludiet ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Euratom).

    Governanza

    3.

    L-istruttura ta’ governanza tal-Impriża Konġunta F4E tinkludi l-Bord Amministrattiv, id-Direttur u korpi oħra. Il-Bord Amministrattiv huwa responsabbli mis-superviżjoni tal-Impriża Konġunta fl-insegwiment tal-objettivi tagħha. Id-Direttur huwa responsabbli mit-tmexxija ta’ kuljum tal-Impriża Konġunta.

    4.

    Il-korpi l-oħra ta’ governanza tal-Impriża Konġunta huma l-Bureau, il-Panel Konsultattiv Tekniku, il-Kumitat dwar l-Akkwisti u l-Kuntratti, il-Kumitat Amministrattiv u ta’ Ġestjoni, il-Kumitat tal-Awditjar u l-Panel għar-Rieżaminar Intern.

    Objettivi

    5.

    L-objettivi tal-Impriża Konġunta F4E huma:

    (a)

    li tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (ITER IO);

    (b)

    li tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Euratom għall-attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ mal-Ġappun għat-twettiq rapidu tal-enerġija mill-fużjoni;

    (c)

    li tħejji u tikkoordina programm ta’ attivitajiet bi tħejjija għall-kostruzzjoni ta’ reattur dimostrattiv tal-enerġija mill-fużjoni u ta’ faċilitajiet relatati, inkluża l-Faċilità Internazzjonali ta’ Irradjazzjoni ta’ Materjali ta’ Fużjoni.

    Riżorsi

    6.

    Fl-2016, il-baġit tal-pagamenti għall-Impriża Konġunta F4E kien ta’ EUR 720 miljun (2015: EUR 586 miljun) u l-baġit tal-impenji kien ta’ EUR 459 miljun (2015: EUR 467,9 miljun) (3). Fil-31 ta’ Diċembru 2016, l-Impriża Konġunta kellha 415-il membru tal-persunal impjegati magħha (2015: 383) (4).

    OPINJONI

    7.

    Aħna awditjajna:

    (a)

    il-kontijiet tal-Impriża Konġunta, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

    (b)

    il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet, kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

    8.

    Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Impriża Konġunta għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

    Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

    9.

    Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

    Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

    10.

    Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

    Osservazzjonijiet

    11.

    Mingħajr ma nixħtu dubju fuq l-opinjonijiet li jingħataw hawn fuq, nixtiequ niġbdu l-attenzjoni għal dan li ġej. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE adottati fis-7 ta’ Lulju 2010 (7) approvaw EUR 6,6 biljun (fil-valuri tal-2008) għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta għall-fażi ta’ kostruzzjoni tal-proġett ITER, li kienet inizjalment ippjanata li tkun ikkompletta fl-2020. Din iċ-ċifra ma kinitx tinkludi s-EUR 663 miljun proposti mill-Kummissjoni Ewropea fl-2010 biex ikopru kontinġenzi potenzjali (8).

    12.

    F’Novembru 2016, il-Kunsill tal-ITER (9) approva linja bażi ġdida (ambitu, skeda u spiża) għall-proġett ITER. L-iskeda kumplessiva għall-proġett (10) ġiet approvata mill-Membri kollha tal-ITER (11), u l-ispiża kumplessiva tal-proġett ġiet approvata ad referendum, li jfisser li kull Membru kellu jfittex li jikseb l-approvazzjoni għall-ispejjeż tal-proġett permezz tal-proċess baġitarju tal-gvern rispettiv tagħhom.

    13.

    L-iskeda l-ġdida li ġiet approvata mill-Kunsill tal-ITER stipulat approċċ f’erba’ stadji, fejn Diċembru 2025 huwa d-data ta’ skadenza għall-ilħuq tal-ewwel stadju importanti strateġiku tal-fażi ta’ kostruzzjoni tal-proġett (“L-Ewwel Plażma”) u Diċembru 2035 hija d-data stmata għall-ikkompletar tal-fażi kollha ta’ kostruzzjoni, dewmien ta’ 15-il sena meta mqabbel max-xenarju ta’ referenza oriġinali. L-għan tal-approċċ il-ġdid fi stadji huwa li l-implimentazzjoni tal-proġett tkun allinjata aħjar mal-prijoritajiet u r-restrizzjonijiet tal-Membri kollha tal-ITER IO.

    14.

    Wara l-approvazzjoni tax-xenarju ta’ referenza l-ġdid għall-proġett ITER, l-Impriża Konġunta F4E ssettjat l-iskeda ta’ żmien il-ġdida u kkalkulat mill-ġdid l-ispiża relatata, mal-ikkompletar (“EAC”), tal-kontribuzzjoni mill-Impriża Konġunta għall-fażi ta’ kostruzzjoni tal-proġett.

    15.

    Ir-riżultati, li ġew ippreżentati lill-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta f’Diċembru 2016, indikaw rekwiżit mistenni ta’ finanzjament għall-fażi ta’ kostruzzjoni wara l-2020 ta’ EUR 5,4 biljun (żieda ta’ 82 % meta mqabbel mal-baġit approvat ta’ EUR 6,6 biljun). L-ammont ta’ EUR 6,6 biljun, li ġie adottat mill-Kunsill tal-UE fl-2010, issa jservi bħala limitu massimu għall-infiq tal-Impriża Konġunta sal-2020.

    16.

    Irid jiġi nnutat li, minbarra l-fażi ta’ kostruzzjoni, l-Impriża Konġunta se jkollha tikkontribwixxi għall-fażi operazzjonali tal-ITER wara l-2035 (12) u għall-fażijiet ta’ diżattivazzjoni u ta’ dekummissjonar. Dawn il-kontribuzzjonijiet għadhom ma ġewx stmati.

    17.

    Filwaqt li l-previżjonijiet li saru mill-Impriża Konġunta F4E għall-Ewwel Plażma huma kompatibbli mal-iskeda ta’ żmien tal-ITER IO għall-proġett, l-iskeda hija kkunsidrata bħala l-aktar data kmieni sa meta huwa teknikament possibbli li din tinkiseb (13).

    18.

    F’Ġunju 2017, il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni dwar il-kontribuzzjoni tal-UE lejn il-proġett ITER riformat (14), fejn tfittex l-appoġġ tal-Parlament Ewropew kif ukoll mandat mill-Kunsill tal-UE biex il-Kummissjoni tapprova l-linja bażi l-ġdida (15) f’isem l-Euratom.

    19.

    Minkejja li l-linja bażi l-ġdida ma tinkludix kontinġenza, fil-komunikazzjoni tagħha l-Kummissjoni ssuġġeriet li kontinġenza sa 24 xahar fl-iskeda u kontinġenza ta’ 10-20 % fil-baġit ikunu xierqa (16). Barra minn hekk, il-miżuri li ttieħdu fir-rigward tal-limitu massimu tal-baġit ta’ EUR 6,6 biljun kienu jinkludu l-posponiment tal-akkwist u l-installazzjoni tal-komponenti kollha li mhumiex essenzjali għall-Ewwel Plażma. Filwaqt li ttieħdu passi pożittivi biex jittejbu l-ġestjoni u l-kontroll tal-fażi ta’ kostruzzjoni tal-proġett ITER, għad fadal riskju ta’ aktar żidiet fl-ispejjeż u aktar dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett meta mqabbel mal-linja bażi l-ġdida li ġiet proposta.

    20.

    Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjoni tiegħu li joħroġ mill-UE u mill-Euratom. Ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu se jiġi nnegozjat. Dan jista’ jkollu effett sinifikanti fuq l-attivitajiet futuri tal-Impriża Konġunta F4E u l-proġett ITER.

    Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

    21.

    Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konunta, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Impriża Konġunta jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

    22.

    Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Impriża Konġunta li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

    23.

    Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

    Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

    24.

    L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Impriża Konġunta jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

    25.

    Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqies il-kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontroll intern. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

    26.

    Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u partijiet interessati oħra, u nivvalutaw il-proċeduri tal-Impriża Konġunta għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor.

    27.

    Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti (inklużi dawk li jkunu saru għax-xiri ta’ assi) minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Impriża Konġunta taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

    28.

    Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u l-Opinjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Impriża Konġunta kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (17).

    29.

    Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-QEA.

    ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA

    Implimentazzjoni tal-baġit għall-2016

    30.

    Il-baġit finali għall-2016 li kien disponibbli għall-implimentazzjoni kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 488 miljun (18) u approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 724 miljun (19). Ir-rati ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu ta’ 99,8 % u 98 %, rispettivament.

    KONTROLLI INTERNI

    Monitoraġġ ta’ kuntratti operazzjonali ta’ akkwist u ta’ għotjiet

    31.

    L-Impriża Konġunta F4E għandha sistema biex twettaq awditi fil-bini tal-kuntratturi bil-għan li tivveriifka l-konformità mar-rekwiżiti tagħha għall-garanzija tal-kwalità (20).

    32.

    F’Settembru 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) ikkompleta awditu dwar l-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ akkwist. L-Impriża Konġunta F4E qed timplimenta pjan ta’ azzjoni b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet li rriżultaw. L-IAS wettaq ukoll segwitu tal-awditu tiegħu dwar il-ġestjoni tal-kuntratti u kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet relatati kollha tiegħu kienu ġew implimentati b’mod adegwat mill-Impriża Konġunta.

    33.

    Fl-2016, il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Impriża Konġunta F4E (IAC) wettqet segwitu tal-awditu tagħha dwar akkwist fil-qasam tal-binjiet tal-ITER. L-IAC irrikonoxxiet ix-xogħol importanti li twettaq mill-Impriża Konġunta fil-formalizzazzjoni u t-tfassil tal-proċess, il-linji gwida, ir-regoli u l-għodod relatati mal-attivitajiet ta’ akkwist. L-IAC għamlet ukoll sitt rakkomandazjonijiet oħra għal titjib fil-proċeduri.

    34.

    Ir-rata tal-iżball residwu għall-pagamenti ta’ għotjiet mhix ikkalkulata, minħabba li dawn il-pagamenti jirrappreżentaw proporzjon żgħir tal-baġit tal-Impriża Konġunta F4E (21) u minħabba l-għadd żgħir ta’ awditi ex post li twettqu (22). Fl-2016, l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka niedet awditu ex post ta’ benefiċjarju f’isem l-Impriża Konġunta F4E. L-Impriża Konġunta ħadet l-azzjoni meħtieġa biex tikkoreġi l-iżbalji li ġew identifikati f’awditi mwettqa fis-snin preċedenti.

    Strateġija kontra l-frodi

    35.

    F’Ġunju 2015, il-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta F4E adotta strateġija kontra l-frodi u pjan ta’ azzjoni korrispondenti. Il-biċċa l-kbira mill-azzjonijiet ġew implimentati fl-2016. Madankollu, l-Impriża Konġunta ma stabbilietx għodda speċifika biex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-azzjonijiet tagħha fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist, b’mod partikolari dawk relatati mal-valutazzjoni tar-riskju u mal-fażijiet ta’ evalwazzjoni, ta’ negozjar u ta’ għoti, tal-proċeduri.

    Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-3 ta’ Ottubru 2017.

    Għall-Qorti tal-Awdituri

    Klaus-Heiner LEHNE

    President


    (1)  Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/791/Euratom tat-13 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 100) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2015/224 tal-10 ta’ Frar 2015 (ĠU L 37, 13.2.2015, p. 8).

    (3)  It-tieni emenda għall-Baġit ġiet approvata mill-Bord Amministrattiv f’Diċembru 2016.

    (4)  Aktar informazzjoni dwar l-Impriża Konġunta F4E u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: http://www.fusionforenergy.europa.eu.

    (5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

    (6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

    (7)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-istatus tal-ITER (Ref. 11902/10).

    (8)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-4 ta’ Mejju 2010 dwar l-istatus tal-ITER u triq possibbli ’l quddiem (KUMM(2010) 226 finali).

    (9)  Id-19-il Kunsill tal-ITER fis-16-17 ta’ Novembru 2016. Il-Kunsill tal-ITER huwa l-korp governattiv tal-ITER IO.

    (10)  Il-Kunsill tal-ITER reġa’ eżamina l-iskeda kompleta u aġġornata għall-kostruzzjoni tal-proġett, mill-Ewwel Plażma (2025) sal-operazzjoni Deuterium-Tritium (2035), kif propost mill-ITER IO.

    (11)  Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea.

    (12)  Il-fażi operazzjonali tal-proġett ITER hija mistennija li ddum sal-2037.

    (13)  Kif ġie ddikjarat fil-ħames valutazzjoni annwali mwettqa minn Grupp ta’ Rieżaminar indipendenti (il-31 ta’ Ottubru 2016) u fir-rapport mill-Kap tal-Ġestjoni tal-Proġett tal-Impriża Konġunta F4E lill-Bord Amministrattiv, f’Diċembru 2016.

    (14)  COM(2017)319 final tal-14.6.2017 (akkumpanjata mid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 232 final tal-14.6.2017).

    (15)  Il-kontribuzzjoni tal-Euratom hija mingħajr preġudizzju għall-proposti tal-Kummissjoni, għall-eżitu tan-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Euratom u għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali wara l-2020.

    (16)  COM(2017)319 final tal-14.6.2017 (akkumpanjata mid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 232 final tal-14.6.2017), il-Kapitolu V “ITER: it-triq ’il quddiem”.

    (17)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

    (18)  Il-bidliet li saru għall-baġit finali li ġie approvat għall-2016 huma prinċipalment relatati ma’ EUR 15-il miljun fi dħul assenjat mill-Fond ta’ Riżerva tal-ITER, EUR 13,5 miljun għal impenji riportati mis-snin preċedenti u EUR 0,5 miljun fi rkupri ta’ pagamenti żejda li saru fuq kuntratti operazzjonali.

    (19)  Il-bidliet li saru għall-baġit finali li ġie approvat għall-2016 huma prinċipalment relatati ma’ EUR 4 miljun f’pagamenti mill-Fond ta’ Riżerva tal-ITER.

    (20)  L-awditi jkopru diversi aspetti ta’ implimentazzjoni, inkluż il-pjan tal-kwalità, kwalunkwe sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżit speċifiku, kontroll tax-xiri u ġestjoni tas-sottokuntrattar, ġestjoni tad-dokumentazzjoni u tad-data, ġestjoni tal-bidliet u tad-devjazzjonijiet, il-pjan ta’ kontroll tal-kwalità għax-xogħlijiet ċivili, l-iskeda dettaljata għall-proġett, ġestjoni tar-riskju tal-kuntratti u l-pjan ta’ kontroll tal-kwalità għax-xogħlijiet tekniċi. Id-29 awditu li twettqu fl-2016 identifikaw 47 sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għall-garanzija tal-kwalità u 202 oqsma għal titjib.

    (21)  Minn meta twaqqfet sa tmiem l-2016, l-Impriża Konġunta kienet għamlet 150 għotja għal total ta’ EUR 81 miljun. Fl-2016, l-Impriża Konġunta għamlet sitt għotjiet għal total ta’ EUR 5 miljun.

    (22)  Mindu twaqqfet l-F4E, sitt benefiċjarji u ammont awditjat ta’ EUR 6 miljun b’kollox, li jirrappreżentaw rispettivament 8 % tal-benefiċjarji kollha u 7 % tat-total tal-ftehimiet ta’ għotja li ġew iffirmati.


    ANNESS

    Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

    Sena

    Kumment tal-Qorti

    Status tal-azzjoni korrettiva

    (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

     

    KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA

     

     

    Preżentazzjoni tal-kontijiet

     

    2015

    Fin-noti għar-rapporti finanzjarji, it-tabella u l-informazzjoni inklużi taħt l-Intestatura 4.3.1.1. “ITER Procurement Arrangement (ITER IO)” (Arranġament ta’ Akkwist tal-ITER (ITER IO)) jirriflettu l-arranġamenti ta’ akkwist iffirmati (il-kolonna 3) u dawk ikkreditati sa issa (il-kolonna 4). Madankollu, it-tabella ma turix il-grad effettiv ta’ avvanz tax-xogħlijiet li qed isiru. Fil-kontijiet annwali tal-2015, l-F4E ssupplimentat din l-informazzjoni bi stima tax-xogħol fl-idejn filwaqt li ħadet inkunsiderazzjoni l-valur totali tal-infiq fuq kuntratti marbuta mal-Arranġamenti ta’ Akkwist, u ċart li turi l-ilħuq ta’ stadji importanti għal kull arranġament ta’ akkwist iffirmat mal-ITER IO. Minkejja l-istima ppreżentata fil-kontijiet tal-2015, jeħtieġ li jsir xogħol ulterjuri biex tiġi ppreżentata informazzjoni aktar preċiża dwar l-istatus u l-valur tal-attivitajiet imwettqa sa issa mill-Impriża Konġunta.

    Għadha għaddejja

     

    KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN FIS-SISTEMI TA’ SUPERVIŻJONI U KONTROLL TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

     

    2015

    L-F4E qed tkompli tiżviluppa sistema ċentrali u uniformi għall-integrazzjoni tad-data operazzjonali, finanzjarja u tal-ibbaġitjar kollha, li se tippermetti li jsir monitoraġġ u kontroll regolari tal-istimi, l-ispejjeż u d-devjazzjonijiet. Fil-laqgħa tiegħu tat-8-9 ta’ Ġunju 2015, il-Bord Amministrattiv approva proposta mid-Direttur biex tiġi implimentata sistema ta’ Ppjanar tar-Riżorsi tal-Intrapriża (ERP) fi żmien sentejn.

    Għadha għaddejja

    2015

    Is-sistema ta’ għoti ta’ informazzjoni dwar il-valur tal-grad tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet (Ġestjoni tal-Valur Gwadanjat), qed tiġi diskussa mal-ITER IO, bil-ħsieb li jsir titjib fid-distribuzzjoni tal-istadji importanti ta’ kreditu matul il-ħajja tal-arranġamenti ta’ akkwist.

    Għadha għaddejja

     

    Akkwist u għotjiet operazzjonali

     

    2015

    Proċeduri nnegozjati kkostitwew 45 % mill-84 proċedura operazzjonali tal-offerti li tnedew fl-2015 (58 % fl-2014). Għalkemm l-Impriża Konġunta naqqset il-perċentwal tal-proċeduri nnegozjati fl-2015, jinħtieġu sforzi biex tiżdied il-kompetittività tal-proċeduri tagħha ta’ akkwist operazzjonali. Għall-għotjiet, l-għadd medju ta’ proposti riċevuti kien ta’ 1,4 għal kull sejħa.

    Għadha għaddejja

     

    KWISTJONIJIET OĦRA

     

     

    Qafas legali

     

    2015

    Fit-2 ta’ Diċembru 2015, il-Bord Amministrattiv tal-F4E finalment emenda r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu biex jallinjahom mal-Qafas Finanzjarju l-ġdid tal-UE. Fi Frar 2016, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet opinjoni pożittiva dwar l-emendi introdotti mill-F4E fir-regoli finanzjarji tagħha, iżda talbet lill-Impriża Konġunta biex tqis li tkompli tiżviluppa ċerti dispożizzjonijiet fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tagħha relatati mad-derogi speċifiċi mir-Regolament Finanzjarju tal-UE u mir-regolament finanzjarju qafas applikabbli għall-korpi tal-Artikolu 208.

    Għadha għaddejja

     

    Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u politika industrijali

     

    2015

    Id-Deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Industrijali tal-Fużjoni għall-Enerġija u l-politika dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u t-tixrid ta’ informazzjoni ġiet adottata mill-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta fis-27 ta’ Ġunju 2013.

    L-Impriża Konġunta żviluppat dokument ta’ strateġija tal-akkwist għal kull azzjoni ta’ akkwist. Tfasslet lista ta’ kontroll għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ akkwist fir-rigward tas-sjieda tal-għarfien u d-drittijiet miksuba għal kull azzjoni ta’ akkwist.

    Għadha għaddejja

    Fi żmien l-awditu (April 2016), l-F4E kienet implimentat il-biċċa l-kbira mid-dispożizzjonijiet fid-Deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv tas-27 ta’ Ġunju 2013, għalkemm ħamsa kienu għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ, u tlieta kienu għadhom pendenti.

    Ikkompletata

    Valutazzjoni tal-impatt dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki hija ppjanata iżda għadha ma twettqitx.

    Għadha għaddejja

     

    Ftehim mal-Istat Ospitanti

     

    2015

    Skont il-Ftehim mal-Istat Ospitanti li ġie ffirmat mar-Renju ta’ Spanja fit-28 ta’ Ġunju 2007, bini permanenti kien imissu sar disponibbli għall-Impriża Konġunta sa Ġunju 2010.

    Wara kuntatti bejn l-F4E u l-Gvern Spanjol, ġiet ippreżentata offerta formali lill-Impriża Konġunta fl-10 ta’ Marzu 2015. F’Diċembru 2015, l-Istat Ospitanti informa lill-Bord Amministrattiv tal-F4E li d-diskussjonijiet fil-livell ministerjali biex tiġi fformalizzata l-offerta tal-10 ta’ Marzu 2015 ma kinux ġew konklużi, u minflok offra li jibda negozjati ma’ sid il-bini fejn l-F4E tinsab bħalissa bil-ħsieb li jsir is-sede permanenti tal-Impriża Konġunta. Fi żmien l-awditu (April 2016) din il-proposta l-ġdida kienet qed tiġi eżaminata mill-Impriża Konġunta.

    Ikkompletata

     

    Regoli li jimplimentaw ir-Regolamenti tal-Persunal

     

    2015

    Matul l-2015, l-Impriża Konġunta kompliet bl-adozzjoni tagħha b’analoġija ta’ bosta regoli tal-UE li jimplimentaw ir-Regolamenti tal-Persunal. Madankollu, ċerti regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għad iridu jiġu adottati.

    Ikkompletata


    IR-RISPOSTA TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

    33.

    Minn Lulju 2017, ġew implimentati ħamsa mis-sitt rakkomandazzjonijiet il-ġodda tal-IAC. Ir-rakkomandazzjoni li tinsab għaddejja hi relatata mad-definizzjoni mill-ġdid tar-rwol tal-Panel għar-Rieżaminazzjoni Interna (IRP, Internal Review Panel). Id-data li fiha hi mistennija li titlesta hi Ottubru 2017 għaliex din l-azzjoni hi parti minn proġett ta’ titjib usa’ li għandu l-għan li jottimizza l-proċeduri miftuħa tal-akkwist.

    35.

    F4E bħalissa qed tiddefinixxi r-rekwiżiti li ser jistabbilixxu l-parametri għall-għodda li ser tippermetti lill-F4E tiġbor b’mod sistematiku l-informazzjoni relatata ma’ indikaturi Kontra l-Frodi fuq proċeduri ta’ akkwist. Din l-għodda ser toffri wkoll il-possibbiltà li l-persunal tal-F4E jdaħħal informazzjoni addizzjonali relatata ma’ allarmi ħomor dwar kwalunkwe proċedura ta’ akkwist.

    Segwitu tal-kummenti tas-snin ta’ qabel

    2015 – Preżentazzjoni tal-kontijiet

    L-UE tuża l-kreditu tal-ITER bħala s-sistema tal-Ġestjoni tal-Valur Miksub (EVM). Il-valur tal-kreditu miksub kontra l-valur ippjanat jagħti l-progress tal-F4E lejn it-tlestija tas-sehem tal-UE tal-akkwisti. Il-profil tal-kreditu hu maħsub biex jirrappreżenta l-valur tax-xogħol reali li sar permezz tal-fażijiet differenti tal-proġett (jiġifieri t-tfassil, il-manifatturar, il-kunsinna, l-installazzjoni).

    L-F4E u l-ITER IO qablu li jaġġustaw mill-ġdid dan il-profil għal kull Arranġament ta’ Akkwist (PA) sabiex jiġi żgurat li jingħata l-piż tal-kreditu x-xieraq matul il-PA kollu u kemm jista’ jkun qrib tar-realtà. Dawn il-bidliet diġà saru għal PAs tal-passat u huma mistennija li jitlestew sal-aħħar t’Ottubru 2017.

    2015 – Kummenti dwar kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Impriża Konġunta

    L-ewwel paragrafu: F’Marzu 2016, id-Direttur il-ġdid tal-F4E kkummissjona studju ta’ konsulenza indipendenti dwar l-iżvilupp ta’ kunċett għal sistema multifunzjonali integrata u sistema ta’ kontroll kummerċjali u finanzjarja integrata. Ir-rapport ta’ dan l-istudju nħareġ f’nofs Ġunju 2016 u r-rakkomandazzjonijiet li kien hemm fih ġew riveduti u aċċettati.

    L-F4E issa qed taħdem fuq l-implimentazzjoni ta’ Sistema ta’ Kontroll ta’ Proġetti tal-Intrapriżi (“Enterprise Project Control System”), li din titqies bħala mezz b’inqas kumplessità u bi spiża iktar baxxa biex jinkiseb grad ogħla ta’ integrazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja tal-F4E.

    L-F4E għażlet is-sistema Ecosys, u bħalissa qed tiffinalizza n-negozjati tal-kuntratt mal-fornitur. L-F4E mbagħad ser timplimenta fażi pilota, bl-għan li l-implimentazzjoni sħiħa sseħħ fl-ewwel kwart tal-2018.

    It-Tieni Paragrafu: L-UE tuża l-kreditu tal-ITER bħala s-sistema tal-Ġestjoni tal-Valur Miksub (EVM). Il-valur tal-kreditu miksub kontra l-valur ippjanat jagħti l-progress tal-F4E lejn it-tlestija tas-sehem tal-UE tal-akkwisti. Il-profil tal-kreditu hu maħsub biex jirrappreżenta l-valur tax-xogħol reali li sar permezz tal-fażijiet differenti tal-proġett (jiġifieri t-tfassil, il-manifatturar, il-kunsinna, l-installazzjoni).

    L-F4E u l-ITER IO qablu li jaġġustaw mill-ġdid dan il-profil għal kull Arranġament ta’ Akkwist (PA) sabiex jiġi żgurat li jingħata l-piż tal-kreditu x-xieraq matul il-PA kollu u kemm jista’ jkun qrib tar-realtà. Dawn il-bidliet diġà saru għal PAs tal-passat u huma mistennija li jitlestew sal-aħħar t’Ottubru 2017.

    2015 – Akkwist u għotjiet operazzjonali

    Minkejja l-isforzi ta’ komunikazzjoni u ta’ disseminazzjoni mġedda, b’mod partikolari fil-kuntest tal-integrazzjoni tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid, iċ-ċifri għall-proċeduri nnegozjati fl-2016 baqgħu simili għas-snin preċedenti (49 % tat-total fl-2016, vs 45 % fl-2015 u 58 % fl-2014). Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-parti l-kbira ta’ dawn il-proċeduri kienu għal proċeduri nnegozjati ta’ valur baxx li saru taħt il-medda ta’ pubblikazzjoni tad-Direttiva u f’konformità sħiħa mar-regolamenti finanzjarji tal-F4E.

    Proċeduri nnegozjati b’valur baxx jirrappreżentaw madwar 40 % tan-numru ta’ kuntratti fis-sena tal-F4E (2016: 41 % fin-numru u 0,8 % fil-valur; 2015 43 % fin-numru u 0,3 % fil-valur) iżda jikkorrispondu biss għal madwar 1 % tal-baġit annwali.

    F’dawn il-każijiet, l-użu ta’ proċeduri nnegozjati (fil-limiti imposti mir-Regolamenti Finanzjarji tal-F4E) iwieġeb għal tħassib ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, peress li din tippermetti lill-F4E tuża riżorsi interni b’mod aktar effettiv f’akkwisti ta’ valur għoli. Għalhekk, l-F4E tikkunsidra li mhi meħtieġa l-ebda azzjoni biex jitkomplu jitnaqqsu l-proċeduri nnegozjati ta’ valur baxx għaliex qiegħda f’konformità mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji.

    Il-proċeduri nnegozjati li jifdal, normalment kuntratti ta’ valur għoli, (5 % tan-numru totali ta’ proċeduri bħala medja) huma espressjoni tal-kuntest kumpless u innovattiv li fih jopera l-F4E. Il-karatteristiċi tas-suq tat-teknoloġija tal-fużjoni huma tali li f’ħafna każijiet ikun hemm kompetizzjoni limitata ħafna fis-suq. Dan ħafna drabi jirriżulta f’kompetizzjoni baxxa jew (f’każijiet estremi) għal monopolju jew anki nuqqas ta’ parteċipazzjoni għal sejħiet għall-offerti.

    Mill-2012, l-F4E żiedet l-isforzi ta’ disseminazzjoni tagħha iżda l-parteċipazzjoni baqgħet baxxa. Fl-opinjoni tal-F4E, il-kawża prinċipali mhijiex in-nuqqas ta’ viżibbiltà iżda n-natura sporadika tax-xiri tal-F4E. L-F4E waslet għall-konklużjoni li n-natura tal-attivitajiet relatati mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ proġetti kbar tax-xjenza u tat-teknoloġija hija tali li kompetizzjoni limitata sfortunatament hija kwistjoni ta’ fatt li għaliha awtorità kontraenti waħda jista’ jkollha biss impatt żgħir.

    Bħala konsegwenza, matul l-2016, l-F4E bdiet tfittex għal modi ġodda kif tindirizza l-kwistjoni, f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet kontraenti oħra li jmexxu proġetti simili fl-Ewropa u li jaffaċċjaw l-istess nuqqas ta’ kompetizzjoni. Sabiex jiżdied l-impatt tal-inizjattivi li għandhom l-għan li jiżguraw aktar kompetizzjoni u impenn industrijali, l-F4E bdiet forum li jinkludi proġetti innovattivi simili tal-ewwel tip b’teknoloġija avvanzata fl-Ewropa (CERN, ESA, ESS, ESRF, ESO, …). Permezz ta’ dan il-forum, organizzazzjonijiet differenti bi sfidi simili tal-proġetti jistgħu jaħdmu flimkien biex jindirizzawhom b’mod aktar effettiv u kkoordinat. Dan kien tentattiv biex jitrawwem suq uniku għal proġetti xjentifiċi kbar, li jkun ikbar u iktar stabbli u għalhekk iktar kapaċi li jiġbed l-interess tal-kumpaniji.

    Fi Frar 2018, id-Danimarka ser tospita avventiment li ser ikun l-ewwel opportunità biex il-parteċipanti tal-forum iqiegħdu fil-prattika l-kollaborazzjoni l-ġdida tagħhom.

    2015 – Qafas Legali

    F’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea (DĠ BUDG u DĠ ENER), l-Impriża Konġunta żviluppat id-dispożizzjonijiet speċifiċi mitluba biex jiżdiedu mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni mar-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta relatat mal-erba’ derogi li l-Impriża Konġunta ngħatat fir-Regolament Finanzjarju mir-Regolament Finanzjarju Ġenerali tal-UE u mir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-korpi tal-Artikolu 208.

    Fl-4 ta’ Lulju 2017, il-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta adotta l-emenda għar-Regoli ta’ Implimentazzjoni li issa hija soġġetta għal opinjoni formali pożittiva mill-Kummissjoni Ewropea. Ladarba tinħareġ opinjoni pożittiva, l-erba’ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ser jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2017.

    2015 – Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u politika industrijali

    Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Politika Industrijali, l-F4E għandha l-intenzjoni li tuża r-riżultati tal-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-F4E (u tal-proġett ITER sħiħ) li ser issir mill-Kummissjoni Ewropea matul l-2017 u l-2018.


    Top