Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0269

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE – Repubblika tal-Moldova fir-rigward tal-emenda tal-Anness XXVI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE – Repubblika tal-Moldova tas-27 ta’ Ġunju 2014.

COM/2017/0269 final - 2017/0109 (NLE)

Brussell, 31.5.2017

COM(2017) 269 final

2017/0109(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE – Repubblika tal-Moldova fir-rigward tal-emenda tal-Anness XXVI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE – Repubblika tal-Moldova tas-27 ta’ Ġunju 2014.


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet u l-objettivi tal-proposta

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra ġie iffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2014. L-Anness XXVI ta’ dak il-Ftehim jispeċifika li r-Repubblika tal-Moldova għandha twettaq l-approssimazzjoni tal-Kodiċi Doganali tagħha mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ “il-Kodiċi Doganali tal-Komunità”).

Meta ġie ffirmat il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, kien qed jiġi applikat il-kodiċi Doganali tal-Komunità fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ġie adottat fid-9 ta’ Ottubru 2013 bħala r-Regolament (UE) Nru 952/2013; Fl-1 ta’ Mejju 2016 id-dispożizzjonijiet sostantivi ta’ dan tal-aħħar bdew japplikaw fl-Unjoni Ewropea u ħassru l-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

L-għan tal-Anness XXVI kien li jassigura li l-Kodiċi Doganali tar-Repubblika tal-Moldova huwa konformi mar-regoli prevalenti fl-Unjoni Ewropea. Id-differenzi f’ċerti oqsma bejn id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u s-suċċessur tiegħu, il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, jimplikaw li dan l-għan jista’ jintlaħaq biss jekk ir-Repubblika tal-Moldova tapprossima l-Kodiċi Doganali tagħha ma’ dan tal-aħħar.

Fil-laqgħa tas-6 ta’ Ottubru 2016 tas-Sottokumitat Doganali UE-Repubblika tal-Moldova, ġie miftiehem li r-referenza għar-regolament doganali fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea għandha għalhekk tiġi aġġornata. Ġie miftiehem ukoll li l-modifika ma taffettwax l-iskadenza għall-approssimazzjoni kif speċifikat fl-Anness XXVI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet eżistenti ta’ politika fil-qasam tal-politika

L-għan ewlieni tal-emenda proposta hu li tiġi stabbilita ċertezza legali fir-rigward tad-direzzjoni tal-approssimazzjoni li r-Repubblika tal-Moldova hija obbligata twettaq skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. B’hekk, tiġi stabbilita konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 436(3) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE – Repubblika tal-Moldova jispeċifika li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jadotta l-emendi fl-Annessi tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

L-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu xieraq jew meħtieġ biex jinkisbu r-riżultati mistennija.

3.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Din il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

2017/0109 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE – Repubblika tal-Moldova fir-rigward tal-emenda tal-Anness XXVI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE – Repubblika tal-Moldova tas-27 ta’ Ġunju 2014.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, tas-27 ta’ Ġunju 2014, u b'mod partikolari l-Artikolu 436(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tas-6 ta’ Ottubru 2016 tas-Sottokumitat Doganali Unjoni Ewropea – Repubblika tal-Moldova,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra ġie iffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2014.

(2)L-Artikolu 201 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi l-obbligu ta’ approssimazzjoni gradwali mal-liġi doganali tal-Unjoni u ċerta liġi internazzjonali kif stabbilit fl-Anness XXVI tal-Ftehim.

(3)L-Anness XXVI tal-Ftehim jispeċifika li l-approssimazzjoni għandha ssir mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

(4)Ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 ġie mħassar u mill-1 ta’ Mejju 2016 id-dispożizzjonijiet sostantivi tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni qed jiġu applikati fl-Unjoni Ewropea.

(5)Fil-laqgħa tas-6 ta’ Ottubru 2016 tas-Sottokumitat Doganali tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova ġie konkluż li l-Anness XXVI tal-Ftehim għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE - Repubblika tal-Moldova fir-rigward tal-emendi tal-Anness XXVI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

2. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE - Repubblika tal-Moldova jistgħu jaqblu ma’ korrezzjonijiet tekniċi minuri fl-abbozz tad-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

Top

Brussell, 31.5.2017

COM(2017) 269 final

ANNESSI

ta' [...]

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE – Repubblika tal-Moldova fir-rigward tal-emenda tal-Anness XXVI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE – Repubblika tal-Moldova tas-27 ta’ Ġunju 2014.


DEĊIŻJONI Nru X/2017 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UNJONI EWROPEA-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

ta’ XX XXXXXX 2017

dwar l-emenda tal-Anness XXVI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova tas-27 ta’ Ġunju 2014

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UNJONI EWROPEA - REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 436(3) tiegħu,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014,

(2)L-Artikolu 201 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi l-obbligu ta’ approssimazzjoni gradwali mal-liġi doganali tal-Unjoni u ċerta liġi internazzjonali kif stabbilit fl-Anness XXVI ta’ dan il-Ftehim,

(3)L-Anness XXVI tal-Ftehim jispeċifika li l-approssimazzjoni għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità,

(4)Ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 ġie mħassar u mill-1 ta’ Mejju 2016 id-dispożizzjonijiet sostantivi tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni qed jiġu applikati fl-Unjoni Ewropea,

(5)Fil-laqgħa tas-6 ta’ Ottubru 2016 tas-Sottokumitat Doganali Unjoni Ewropea - Repubblika tal-Moldova ġie konkluż li l-Anness XXVI tal-Ftehim għandu jiġi emendat skont dan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXVI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova tas-27 ta’ Ġunju 2014 huwa emendat kif stipulat fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, XX, XXXX 2017

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni



ANNESS

L-ewwel taqsima tal-Anness XXVI tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova tas-27 ta’ Ġunju 2014 għandha tiġi emendata kif ġej:

Ir-referenza “Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità” għandha tiġi sostitwita bir-referenza “Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Top