Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0114

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u li jħassar l-10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju

    COM/2017/0114 final - 2017/048 (COD)

    Brussell, 6.3.2017

    COM(2017) 114 final

    2017/0048(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju
    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u li jħassar l-10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    {SWD(2017) 98 final}
    {SWD(2017) 99 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

    Minħabba t-tfassil tal-politika u għanijiet oħra, qed jiżdied il-bżonn ta’ informazzjoni tal-istatistika fuq in-negozji. Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (l-ESS) 1 mistennija tipprovdi dejta tal-istatistika ta’ kwalità kbira f’dan il-qasam, fil-ħin u b’ċerta komparabbiltà fost l-Istati Membri. L-istatistika tan-negozju tal-ESS li tixtered għandha tkun il-bażi tad-deċiżjonijiet dwar l-ekonomija tas-suq abbażi tal-għarfien u tal-innovazzjoni, biex jittejjeb l-aċċess għas-suq uniku għall-intrapriżi żgħar u medji, u biex jiġu stimulati l-intraprenditorija u l-kompetittività.

    L-abbozz ta’ Regolament dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u li jħassar għaxar (10) atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (FRIBS) huwa parti mill-Programm REFIT, il-programm tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni biex il-liġi tal-UE ssir aktar sempliċi u biex jonqsu l-ispejjeż regolatorji mhux meħtieġa, li identifika l-istatistika tan-negozju bħala wieħed mill-oqsma ta’ prijorità tiegħu. L-abbozz tar-Regolament jipprevedi l-integrazzjoni tar-rekwiżiti tal-istatistika u tal-atti legali għall-istatistika tan-negozju billi jirrazzjonalizzahom u jissimplifikahom u jnaqqas il-piż fuq in-negozji.

    Is-sistema attwali li tipproduċi l-istatistika Ewropea tan-negozju hija frammentata f’regolamenti separati speċifiċi skont il-qasam. Minħabba f’hekk, dan joħloq inkonsistenzi fid-dejta miġbura u ineffiċjenzi fil-produzzjoni tagħha. Il-FRIBS se tipprovdi qafas legali komuni għall-produzzjoni u għall-kompilazzjoni tal-istatistika tan-negozju tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika. Dan hu mistenni joħloq: kwalità aħjar tar-reġistri tan-negozju tal-ESS, definizzjonijiet komuni biex jintużaw fl-oqsma kollha tal-istatistika li tkopri, l-iskambju ta’ mikrodejta identifikabbli, u struttura tad-dejta integrata. Dan għandu jwassal għal razzjonalizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni tal-istatistika nazzjonali, biex jintużaw aħjar is-sorsi tad-dejta eżistenti, u jonqos il-piż tal-istatistika fuq ir-rispondenti meta tkun qed tiġi kkumpilata l-istatistika tan-negozju tal-ESS. Barra minn hekk, il-FRIBS se joħloq strutturi tad-dejta armonizzati u standards komuni tal-kwalità tad-dejta biex tkun tista’ ssir rabta bejn l-istatistika differenti tan-negozju, u b’hekk l-informazzjoni miġbura tikseb ferm aktar valur.

    Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Qed jiżdied il-bżonn ta’ statistika affidabbli u ta’ kwalità kbira biex dawk li jfasslu l-politika u n-negozji jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza. Madankollu, il-kuntest attwali li jixħet pressjoni fuq ir-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli għall-produzzjoni tal-istatistika, l-għadd dejjem akbar ta’ statistika ta’ kwalità kbira meħtieġa sar sfida kbira għall-ESS. Fl-istess waqt, l-ESS qed ikollha domanda mingħand il-fornituri tad-dejta (ir-rispondenti – in-negozji) biex jonqos il-piż amministrattiv. Biex jingħelbu dawn l-isfidi, dan l-aħħar il-Kummissjoni (il-Eurostat) ħadet għadd ta’ inizjattivi bil-għan li tiżgura produzzjoni aktar effiċjenti tal-istatistika Ewropea u biex tnaqqas il-piż minn fuq ir-rispondenti billi tissimplifika u ttejjeb il-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni fi ħdan l-ESS. Eżempju minnhom hu l-emenda li saret fl-2015 fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea, li tiċċara l-governanza tal-ESS u ssaħħaħ l-istrumenti tal-koordinazzjoni u tal-kollaborazzjoni, fil-livelli nazzjonali u tal-UE. Inizjattivi simili oħra, eżempju fil-qasam tal-istatistika soċjali, jinsabu fil-programm REFIT tal-Kummissjoni u għandhom l-għan li jissimplifikaw u li jirrazzjonalizzaw il-produzzjoni tal-istatistika Ewropea f’oqsma mmirati.

    L-istatistika tan-negozju hija wieħed mit-tliet pilastri tal-ESS fil-Programm Ewropew tal-Istatistika 2013-2017 2 . Kull pilastru jkopri sett ta’ statistika primarja li jaqdi bosta ħtiġijiet u hu l-input tas-sistemi kontabilistiċi (eżempju, il-kontijiet nazzjonali jew il-bilanċ tal-pagamenti) kif ukoll il-bażi għall-indikaturi għal ħtiġijiet differenti ta’ politika. Il-Viżjoni 2020 tal-ESS, adottata mill-Kumitat tal-ESS f’Mejju 2014, hija r-rispons strateġiku tal-ESS għall-isfidi relatati mal-istatistika uffiċjali. Din tistqarr li għandha tkun tista’ tintuża dejta mal-oqsma kollha tal-istatistika ħalli tkun tista’ ssir analiżi aħjar tal-fenomeni emerġenti (eż. il-globalizzazzjoni) u biex il-politiki tal-UE b’impatt kbir ikunu jistgħu jinqdew aħjar. L-output tad-dejta għandu jistrieħ fuq proċessi tal-istatistika effiċjenti u solidi. Il-Programm għall-Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ (il-programm MEETS) ħejja l-implimentazzjoni tal-Viżjoni 2020 tal-ESS fil-qasam tal-istatistika tan-negozju u tal-kummerċ. Tnedew diversi azzjonijiet bil-għanijiet ta’ integrazzjoni, simplifikazzjoni, irbit tad-dejta u żvilupp ta’ metodoloġiji armonizzati.

    Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

    Wieħed mill-għanijiet tal-FRIBS huwa li jipprovdi statistika adattata biex tgħin fil-formolazzjoni u fil-monitoraġġ tal-politiki tal-UE li jaffettwaw in-negozji.

    B’mod aktar speċifiku, il-monitoraġġ tal-progress lejn l-għaxar (10) prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tal-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, is-suq uniku diġitali, is-suq intern u l-ftehimiet kummerċjali tal-UE, jeħtieġ statistika Ewropea armonizzata u komparabbli li:

    dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jużaw biex ifasslu inizjattivi tal-politika li jilħqu l-għanijiet tal-Kummissjoni u biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tagħhom;

    il-midja tkun tista’ tuża meta tittratta l-oqsma identifikati fl-għaxar (10) prijoritajiet.

    2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

    Il-bażi ġuridika

    L-Artikolu 338 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi l-bażi ġuridika għall-istatistika Ewropea. Skont dan l-Artikolu, il-leġiżlaturi tal-UE għandhom jadottaw miżuri għall-produzzjoni tal-istatistika meta jkun meħtieġ biex jitwettqu l-attivitajiet tal-Unjoni.

    Is-sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sa fejn il-proposta ma tkunx fil-kompetenza esklużiva tal-UE. Fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika, l-Istati Membri jiżguraw il-kumpilazzjoni proprja tal-informazzjoni tal-istatistika fil-livell nazzjonali. Għall-kumpilazzjoni tal-istatistika tan-negozju fil-livell Ewropew, hu indispensabbli li jkun hemm metodoloġija armonizzata u li ssir id-definizzjoni ta’ output komuni li għandhom iwasslu l-Istati Membri. Il-Kummissjoni biss tista’ tikkoordina l-armonizzazzjoni meħtieġa tal-informazzjoni tal-istatistika fost l-Istati Membri u tipproduċi l-istatistika tan-negozju fil-livell Ewropew abbażi tal-kompilazzjoni tad-dejta mwettqa mill-Istati Membri. Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (it-TUE). B’hekk, l-azzjoni tal-UE proposta hija ġustifikata għalkollox. Din tista’ tinkiseb għalkollox biss b’azzjoni tal-UE.

    Minbarra dan, anki t-titjib fil-monitoraġġ tal-globalizzazzjoni, abbażi ta’ għarfien aħjar tal-Gruppi tal-Intrapriżi Multinazzjonali, jista’ jsir biss fil-livell Ewropew.

    Il-proporzjonalità

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet:

    Din se tiżgura l-kwalità tal-istatistika Ewropea tan-negozju inkluż il-komparabbiltà, ir-rilevanza u l-ħila tar-rispons tagħha b’mod armonizzat fost l-Istati Membri għax tapplika l-istess prinċipji. Din se twassal għal aktar kosteffettività filwaqt li tħares l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tal-Istati Membri.

    L-istandardizzazzjoni tal-kunċetti u tal-metodi, it-tneħħija tad-duplikazzjonijiet, l-opportunità li tintuża iżjed il-kombinazzjoni tas-sorsi minflok l-istħarriġiet, għandhom inaqqsu l-piż finanzjarju u amministrattiv minn fuq ir-rispondenti. Ir-Regolament FRIBS hu fil-biċċa l-kbira orjentat lejn l-output, jiġifieri l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-input tagħhom (is-sorsi tad-dejta) diment li jipprovdu output (l-istatistika) li jikkonforma mad-definizzjonijiet miftiehma u mal-istandards tal-kwalità miftiehma. L-Istati Membri huma mħeġġa biex meta possibbli jużaw is-sorsi amministrattivi eżistenti jew sorsi innovattivi bħall-Big Data biex jieħdu ħsieb il-ħtiġijiet tal-istatistika. Ir-rekwiżiti l-ġodda tad-dejta li ddaħħlu fir-Regolament FRIBS ġew eżaminati bi studji pilota ħalli jintwera l-fattibbiltà tagħhom.

    L-atti leġiżlattivi attwali tal-UE dwar l-istatistika tan-negozju ġew emendati bosta drabi tul l-aħħar snin. Dan ħareġ fid-dieher li dawn il-proċessi jsiru aktar effiċjenti (spejjeż/benefiċċji) u effettivi jekk isir Regolament li jistabbilixxi qafas komuni għall-proċess tal-ġbir, tal-ipproċessar u tat-tixrid tad-dejta tal-istatistika tan-negozju.

    Għaldaqstant, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-Regolament propost jillimita lilu nnifsu għall-minimu meħtieġ biex jintlaħqu l-għajnijiet tiegħu u ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ għal dak il-għan.

    L-għażla tal-istrument

    L-istrument propost: Regolament.

    Minħabba l-għanijiet u l-kontenut tal-proposta, Regolament huwa l-aktar strument xieraq.

    L-għażla tal-istrument xieraq tiddependi fuq il-mira leġiżlattiva. Fid-dawl tal-bżonnijiet tal-informazzjoni fil-livell Ewropew, fejn tidħol l-istatistika Ewropea x-xejra hi li jintużaw ir-regolamenti minflok id-direttivi bħala l-atti bażiċi. Regolament huwa ppreferut għax jistabbilixxi l-istess liġi mal-Unjoni Ewropea kollha, u ma jħalli l-ebda possibbiltà għall-Istati Membri biex japplikawha b’mod mhux komplut jew b’mod selettiv. Dan jiżgura l-komparabbiltà tad-dejta fl-UE għall-istatistika Ewropea ta’ kwalità kbira. Da japplika direttament u għalhekk ma għandux bżonn jiġi traspost fil-liġi nazzjonali. L-użu ta’ Regolament huwa b’konformità ma’ atti bażiċi oħra dwar l-istatistika Ewropea li ġew adottati mill-1997.

    3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET KONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    L-evalwazzjonijiet ex post/kontroll tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Billi din l-inizjattiva bdiet qabel l-adozzjoni tal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, ma kienx hemm evalwazzjoni speċifika bħal din (tul il-ħames kriterji ta’ evalwazzjoni) tas-sitwazzjoni attwali magħmula biex tappoġġaha. Skont l-istandards tal-Kummissjoni, ġiet segwita s-sistema tal-Eurostat li tevalwa l-leġiżlazzjoni eżistenti, inkluż l-evalwazzjoni tal-Programm Ewropew tal-Istatistika 3 , u din kienet parti ewlenija mill-proċess kollu. Barra minn hekk, kull sena jsiru stħarriġiet tal-utenti biex jinkiseb għarfien aħjar dwar l-utenti, il-ħtiġijiet tagħhom u s-sodisfazzjon tagħhom bis-servizzi pprovduti mill-Eurostat. Il-Eurostat juża r-riżultati tal-evalwazzjoni biex itejjeb il-proċess tal-produzzjoni tal-informazzjoni tal-istatistika u l-output tiegħu tal-istatistika. Dawn jikkontribwixxu għal diversi pjanijiet strateġiċi, bħall-programm ta’ ħidma u l-pjan ta’ ġestjoni.

    Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati

    Il-kategoriji ewlenin tal-partijiet konċernati għall-istatistika Ewropea tan-negozju huma l-utenti tad-dejta (servizzi oħra tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika li jagħmlu monitoraġġ tas-settur tan-negozju, il-Banek Ċentrali Nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew, assoċjazzjonijiet professjonali u riċerkaturi), il-kompilaturi tad-dejta (l-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSIs), iżda anki kompilaturi oħra bħall-Banek Ċentrali Nazzjonali) u l-fornitur tad-dejta (intrapriżi, inkluż l-SMEs).

    L-ewwel fażi ta’ konsultazzjonijiet tal-partijiet konċernati saret bejn Lulju u Ottubru 2014 u kopriet l-elementi infrastrutturali tal-FRIBS (bħar-Reġistri tan-Negozju, l-iskambju tal-mikrodejta, il-kwistjonijiet ta’ kwalità, u l-kunfidenzjalità). It-tieni fażi tnediet fit-tieni nofs tal-2015 u ffukat fuq il-bidliet fir-rekwiżiti tad-dejta li għandu jdaħħal il-FRIBS. Finalment, it-tielet fażi saret fil-ħarifa tal-2015 u fl-ewwel kwart tal-2016 u ġabret l-opinjonijiet tal-partijiet konċernati dwar l-immodernizzar tas-servizzi tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti (l-Intrastat). F’kull fażi saret konsultazzjoni mmirata mal-kompilaturi tad-dejta (l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Istatistika) u konsultazzjoni pubblika mal-fornituri tad-dejta (in-negozji). L-ewwel żewġ fażijiet inkludew ukoll konsultazzjoni pubblika mal-utenti tad-dejta. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika jinsabu fid-dettall f’żewġ rapporti 4 .

    L-eżitu ewlieni tal-konsultazzjonijiet rispettivi jista’ jinġabar fi ftit kliem:

    L-utenti tad-dejta indikaw problemi b’rabta mar-rilevanza tal-istatistika tan-negozju disponibbli bħalissa u b’mod aktar partikolari diffikultajiet waqt it-tagħqid tad-dejta minn oqsma differenti tal-istatistika tan-negozju minħabba nuqqas ta’ konsistenza u nuqqas ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet bħal pereżempju s-settur tas-servizzi u l-globalizzazzjoni. Fil-fehma tagħhom, b’regolamentazzjoni armonizzata unika se tiżdied il-konsistenza tal-istatistika tan-negozju.

    Il-produtturi tad-dejta (l-NSIs) huma mħassbin biż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni għax iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda tad-dejta li ħoloq il-FRIBS biex jaħseb fil-ħtiġijiet tal-utenti li ilhom pendenti.

    Il-fornituri tad-dejta huma mħassbin biż-żieda fil-piż minħabba l-ħtiġijiet addizzjonali tad-dejta. Mill-konsultazzjonijiet immirati ħarġet fid-dieher evidenza li l-immodernizzar tal-istatistika kummerċjali intra-Unjoni se tikkumpensa ferm iżjed minn din iż-żieda.

    Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi

    Il-proġett tal-FRIBS ġie diskuss f’bosta laqgħat ma’ esperti nazzjonali, u d-diskussjonijiet ma trattawx biss l-istatistika tan-negozju, iżda anki l-istatistika makroekonomika, l-istatistika dwar il-Kontijiet Nazzjonali u l-istatistika dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti. Ir-rapporti dwar il-progress tal-proġett ġew ippreżentati b’mod regolari lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (l-ESSC) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

    Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati, deskritti hawn fuq, li jinkludu lill-utenti tad-dejta u lill-fornituri tad-dejta, kienu sors ieħor tal-evidenza esterna użata.

    Il-valutazzjoni tal-impatt

    Ma’ din il-proposta hemm mehmuż Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt li jidentifika l-problemi, jikkunsidra alternattivi differenti ta’ politika li jindirizzawhom u fl-aħħar nett jivvaluta l-impatt tal-alternattivi ta’ politika.

    Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva dwar il-valutazzjoni tal-impatt f’Ġunju 2016. ( http://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/ia_carried_out/cia_2016_en.htm#estat ).

    Il-valutazzjoni tal-impatt tidentifika żewġ kawżi tal-problemi:

    (1)    L-istatistika Ewropea tan-negozju għandha inqas rilevanza u inqas ħila tar-rispons

    (2)    L-istatistika tan-negozju għandha frammentazzjoni legali

    Biex jindirizzaw dawn il-kawżi tal-problemi, ġew ivvalutati dawn l-alternattivi:

    L-Alternattiva A – Ix-xenarju bażi – l-ebda bidla fil-politika tal-UE;

    L-Alternattiva B – Jiġu implimentati azzjonijiet leġiżlattivi limitati għal ċerti oqsma tal-istatistika tan-negozju, inkluż alternattivi oħrajn biex jiġi modernizzat l-Intrastat.

    L-Alternattiva C – L-immodernizzar tal-istatistika tan-negozju f’qafas wieħed (il-FRIBS) b’taħlita ta’ miżuri, inkluż alternattivi oħrajn biex jiġi modernizzat l-Intrastat.

    Abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt, l-Alternattiva A ma jidhirx li hi aċċettabbli għax dawk li jfasslu l-politika u l-utenti tad-dejta mhux se jkunu sodisfatti aktar bid-dejta mxerrda u jduru għal sorsi oħra tad-dejta.

    L-Alternattiva B tindirizza l-immodernizzar tas-sistema attwali tal-Istatistika Ewropea tan-Negozju sa ċertu punt, biex jiġu aġġornati d-dejta tal-produzzjoni u l-output tad-dejta għall-politika u għal utenti oħra. Huwa minnu wkoll li bl-immodenizzar tas-sistema tal-Intrastat, għandu jonqos il-piż tal-fornituri tad-dejta. Iżda din l-Alternattiva ma ssolvix għadd ta’ nuqqasijiet attwali. L-ewwel nett, iż-żamma ta’ għaxar (10) atti leġiżlattivi separati għall-istatistika tan-negozju tfisser li hemm bżonn isiru aktar sforzi biex jonqsu l-inkonsistenzi u biex tinżamm il-koerenza tad-dejta u tal-indikaturi li nħolqu għall-utenti tal-politika fil-futur, u li se toħloq ukoll volum ta’ xogħol qawwi għall-ġestjoni u għall-aġġornamenti ta’ dawn il-biċċiet ta’ leġiżlazzjoni. L-azzjonijiet ta’ titjib proposti f’din l-Alternattiva fil-fatt ma jżidux il-ħeffa u l-ħila tar-rispons biex jinbidlu l-ħtiġijiet tal-politika u ta’ utenti oħra.

    L-Alternattiva C hi l-aktar waħda avvanzata u l-aktar waħda li tħares ’il quddiem għax timmodernizza s-sistema tal-istatistika Ewropea tan-negozju biex tkun adattata għall-futur. L-istatistika Ewropea tan-negozju se tinġabar f’qafas legali wieħed (il-FRIBS) li se jiggarantixxi b’mod impliċitu ferm aktar konsistenza tal-istatistika tan-negozju (eż. mil-lat tal-mument opportun meta jsiru l-bidliet u l-armonizzazzjoni tad-definizzjonijiet, eċċ). Dan jippermetti li jinkisbu aktar benefiċċji mis-sistema tal-ESS kollha kemm hi u fl-istess ħin jimmassimizza l-valur miżjud tal-UE. Il-fruntieri bejn id-diversi oqsma tal-istatistika se jonqsu jew saħansitra jispiċċaw għalkollox. Dan l-allinjament se jagħmilha possibbli biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-politika ħafna aħjar għax ikunu jistgħu jixterdu indikaturi u taħlitiet ta’ indikaturi aktar razzjonalizzati. Għall-kuntrarju taż-żewġ alternattivi l-oħra, dan se jżid ukoll il-ħeffa tas-sistema. Ċerti ħtiġijiet tal-politika ġodda jistgħu jiġu ssodisfati b’inqas dewmien u jiġu integrati f’sistema mfassla sew u li taħdem. Barra minn hekk, b’kuntrast mal-Alternattiva B, l-Alternattiva C timminimizza l-ispejjeż għall-adattamenti tal-istatistika mxerrda u tal-qafas legali sottostanti, għax ir-reviżjonijiet meħtieġa kollha jiddaħħlu aktar faċilment u f’daqqa. L-aktar importanti iżda li l-Alternattiva C għandha – bil-bosta – l-akbar potenzjal biex jonqos il-piż fuq l-intrapriżi.

    Bħala konklużjoni, dawn il-vantaġġi kollha jiffavorixxu biċ-ċar lill-Alternattiva C. Din tissodisfa l-aħjar l-għanijiet tal-programm REFIT billi tissimplifika, tnaqqas il-piż amministrattiv mhux meħtieġ u tirrazzjonalizza t-testi legali eteroġeni u inkonsistenti li bħalissa jirregolaw l-istatistika tan-negozju f’qafas legali koerenti wieħed.

    Filwaqt li jesprimi opinjoni pożittiva, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju kellu tliet rakkomandazzjonijiet ewlenin għal titjib tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Dawn huma:

    1)Din il-firxa ta’ alternattivi li ġew ippreżentati u analizzati fil-bidu tqieset li mhix sħiħa għax il-proċess ta’ konsultazzjoni fuq is-subalternattivi possibbli dwar l-immodernizzar tal-istatistika kummerċjali intra-Unjoni jissokta wara l-ewwel sottomissjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt għall-iskrutinju tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (l-RSB). Il-Eurostat aġġorna l-lista tal-alternattivi ta’ politika proposti, biex tkun tirrifletti l-konklużjonijiet tal-ESSC dwar l-immodernizzar tal-kummerċ intra-Unjoni.

    2)Intalab li tissaħħaħ l-analiżi tal-implikazzjonijiet baġitarji possibbli fi Stati Membri individwali u li din tiddefinixxi jekk uħud minnhom humiex isibu aktar diffikultajiet bl-implimentazzjoni minn oħrajn u jekk ġewx ippjanati xi miżuri ta’ taffija għal dawk l-Istati Membri. Il-Eurostat żied aktar kjarifiki li ngħataw lill-aktar pajjiżi milquta minn dawn il-bidliet. Barra minn hekk, ingħataw għadd ta’ eżempji li għandhom x’jaqsmu mas-simplifikazzjonijiet previsti għal pajjiżi iżgħar u għall-potenzjal ta’ razzjonalizzazzjoni u mmodernizzar li joffri l-FRIBS biex jinħolqu possibbiltajiet għal tnaqqis fl-ispejjeż fil-futur. Ġie spjegat ukoll li kien previst finanzjament (fi ħdan il-limiti tal-baġit disponibbli) għal azzjonijiet ħalli jinħolqu ġabriet ġodda tad-dejta.

    3)Intalab li tissaħħaħ l-analiżi tal-impatti tal-piż amministrattiv fuq il-fornituri tad-dejta, u li tkun aktar flessibbli għall-SMEs, filwaqt li tkun tindika il-miżuri li għandhom jittieħdu biex l-SMEs jitħarsu mill-piżijiet miżjuda. Il-Eurostat iċċara l-impatti tal-piż amministrattiv fuq il-fornituri tad-dejta. Uħud mir-rekwiżiti tad-dejta addizzjonali b’reazzjoni għal ħtieġa speċifika tal-utent li ilha pendenti biex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-azzjonijiet ta’ politika fir-rigward tal-SMEs, tabilħaqq iżidu l-piż fuq l-SMEs. Għadd ta’ eżempji juru li f’ħafna oqsma tal-Istatistika tan-Negozju hemm fis-seħħ miżuri speċjali biex jiżguraw li l-SMEs ikunu protetti minn piż żejjed u l-kompilaturi tad-dejta se jagħmlu sforzi partikolari biex jimminimizzaw il-piż fuq l-SMEs minħabba dawk ir-rekwiżiti l-ġodda tad-dejta.

    Wara l-approvazzjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, id-deċiżjoni ttieħdet, wara li tqiesu l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti f’Settembru 2016, biex l-Istatistika dwar l-Investiment Dirett Barrani (l-FDIs) titneħħa mill-kopertura tar-Regolament FRIBS għax id-dimensjoni tal-istatistika tan-negozju tal-FDIs hija anqas ċara mill-Istatistika dwar il-Kummerċ Internazzjonali tas-Servizzi li bħalissa hija koperta wkoll mir-Regolament dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti 5 . Għalhekk ir-rekwiżiti tal-FDIs għad iridu jiġu koperti minn dan ir-Regolament dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti. Madankollu dan ma jbiddilx il-konklużjonijiet tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt.

    L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

    Il-proposta tissodisfa l-għanijiet tas-simplifikazzjoni tal-programm REFIT, b’mod partikolari għax din tirrazzjonalizza għaxar regolamenti f’qafas regolatorju uniku u tnaqqas il-piż minn fuq in-negozji, l-aktar l-SMEs. Tqiesu wkoll l-ispejjeż tal-implimentazzjoni u ġew ikkontrollati għalkollox.

    Għalkemm l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw kemm jista’ jkun sorsi amministrattivi u innovattivi li mhumiex stħarriġiet, fosthom metodi ġodda jew approċċi innovattivi, ir-reazzjoni għall-ħtiġijiet il-ġodda tal-utenti żżid il-piż fuq ir-rispondenti. Iżda dan il-piż addizzjonali jkun ferm iżjed milli kkumpensat bis-simplifikazzjonijiet, b’mod partikolari fil-qasam tal-istatistika kummerċjali intra-Unjoni. B’mod ġenerali, ir-Regolament FRIBS huwa mistenni jiġġenera tnaqqis fil-piż amministrattiv għan-negozji ta’ mill-inqas 13,5 % kull sena.

    Uħud mir-rekwiżiti tad-dejta addizzjonali li jkopri r-Regolament FRIBS jaf iżidu l-piż fuq l-SMEs, l-aktar fir-rigward tal-estensjoni tal-istatistika tan-negozju biex tkun tkopri attivitajiet tas-servizzi li qabel ma kinux koperti. Madankollu, dan parzjalment jinħoloq għax titwieġeb ħtieġa speċifika tal-utent li ilha pendenti biex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-azzjonijiet tal-politika Ewropea u nazzjonali fir-rigward tal-SMEs li dwarhom bħalissa hemm ċerta informazzjoni suffiċjenti nieqsa għax xi attivitajiet tas-servizzi pprovduti mill-SMEs għadhom mhumiex koperti. Sabiex jiġi limitat il-piż addizzjonali, il-kompilaturi tad-dejta huma mħeġġa jużaw kemm jista’ jkun dejta amministrattiva eżistenti (eż. mingħand l-awtoritajiet tat-taxxa) biex jirreaġixxu għal din it-talba għad-dejta, u li jnaqqsu kemm jista’ jkun l-użu tal-istħarriġiet, l-aktar għall-SMEs.

    Is-simplifikazzjonijiet previsti mill-FRIBS fil-qasam tal-istatistika kummerċjali intra-Unjoni jistgħu jnaqqsu l-piż lill-SMEs. Iżda dejjem se jkun hemm SMEs individwali li ma jibbenefikawx mit-tnaqqis fil-piż jew saħansitra jġarrbu żiediet fil-piż. Fil-fatt, għalkemm ħafna drabi wieħed jista’ jistenna li jkun hemm xi tip ta’ rabta bejn id-daqs ta’ kumpanija u mal-volum tal-kummerċ tagħha, in-negozji ż-żgħar jista’ jkollhom volumi kbar ta’ kummerċ filwaqt li l-kumpaniji l-kbar ikollhom ftit jew l-ebda kummerċ.

    Il-proposta hija konsistenti mal-opinjoni tal-Pjattaforma REFIT dwar l-istatistika tal-investimenti fil-protezzjoni ambjentali, li tinkludi rakkomandazzjoni tal-maġġoranza tal-grupp tal-gvernijiet u ta’ wħud mill-membri tal-grupp tal-partijiet konċernati biex il-Kummissjoni tkompli l-valutazzjoni tagħha dwar ir-rekwiżiti tar-rappurtar idduplikati b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 (fil-qasam tal-SBS) u mar-Regolament (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ambjentali, u r-Regolament dwar l-istatistika strutturali tan-negozju jibdluh bir-Regolament Qafas il-ġdid għall-integrazzjoni tal-istatistika tan-negozju (il-FRIBS).

    L-opinjoni tal-Pjattaforma tikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni li hemm rappurtar doppju. Biex tindirizza din, il-proposta tal-FRIBS ma tinkludix l-aspetti tal-kontijiet tan-nefqa fil-protezzjoni ambjentali, u b’hekk dawn se jkoprihom biss ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej. Għaldaqstant mhu se jkun hemm l-ebda duplikazzjoni/rappurtar doppju.

    Il-proposta hija konsistenti wkoll mal-“Kontroll Diġitali” għax tippromwovi l-interoperabbiltà u l-użu mill-ġdid billi tuża l-istess speċifikazzjonijiet tekniċi tas-settijiet tad-dejta u l-istess standards għat-trażmissjoni tad-dejta u tal-metadejta, l-iskambju u l-qsim tal-informazzjoni bejn il-Eurostat u l-Istati Membri.

    Id-drittijiet fundamentali

    Il-proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    L-impatt finanzjarju ta’ din il-proposta ma għandux żmien limitat, jibda b’perjodu ta’ tliet (3) snin, mill-2019 sal-2021. Fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tqiesu biss is-snin tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali. It-tkomplija tal-finanzjament se tkun kundizzjonali għall-ftehimiet li jintlaħqu għall-QFP li jmiss u għat-tkomplija tal-programmi speċifiċi li għalihom hu previst il-finanzjament.

    Għall-2019 u l-2020, il-finanzjament se jiġi pprovdut mill-allokazzjonijiet eżistenti għal programmi, inkluż EUR 19,5-il miljun mill-estensjoni tal-Programm Ewropew tal-Istatistika sal-2019 u sal-2020 u ma jkun hemm bżonn l-ebda finanzjament addizzjonali.

    L-approprjazzjonijiet totali għall-2019 u l-2020 huma stmati għal EUR 46,453 miljun. L-implikazzjonijiet baġitarji dettaljati huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Il-pjanijiet tal-implimentazzjoni u l-arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

    Ir-Regolament propost hu mistenni jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-2017 jew fl-2018, u l-Kummissjoni tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni ftit wara. L-ewwel trażmissjoni tad-dejta skont ir-Regolament il-ġdid hija mistennija fl-2019.

    L-istrument leġiżlattiv propost se jkun soġġett għal evalwazzjoni sħiħa, flimkien mal-ħames kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti fil-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, biex fost l-oħrajn tivvaluta kemm kien effettiv u effiċjenti biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, u biex tiddeċiedi jekk hemmx bżonn xi miżuri jew emendi ġodda. F’dak ir-rigward, se jsir monitoraġġ ta’ lista ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-istatistika tan-negozju.

    Hu importanti li ssir referenza għall-għodod ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni li huma fis-seħħ bħalissa, u li huma validi għall-produzzjoni tal-istatistika tal-Eurostat, li diġà jippermettu li ssir analiżi tajba tal-evoluzzjoni tal-effettività u tal-effiċjenza tal-inizjattiva l-ġdida tal-istatistika u tal-kwalità tad-dejta prodotta. Dawn jikkonsistu minn evalwazzjoni sistematika ta’ nofs it-terminu u finali tal-Programm Ewropew tal-Istatistika, flimkien mal-ħames kriterji tal-evalwazzjoni tal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar. L-istatistika tan-negozju hija parti integrali minn dawn il-mekkaniżmi tar-rappurtar, mis-segwitu tal-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin fil-pjan ta’ ġestjoni tal-Eurostat, u mill-istħarriġiet regolari tas-sodisfazzjon tal-utenti.

    Kull qasam tal-istatistika hu kkontrollat ukoll b’rapporti tal-kwalità, li l-Istati Membri jagħmlu b’mod regolari u li l-Eurostat janalizza, bħala parti mill-qafas tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-istatistika.

    Barra minn hekk, se jsir monitoraġġ tal-elementi tal-ispejjeż. Dan jeħtieġ titjib u armonizzazzjoni tal-qafas tar-rappurtar tal-ispejjeż għall-ESS kollha li jkun jidentifika l-fażijiet tal-produzzjoni tal-istatistika. Bħalissa għaddejja l-ħidma f’dan ir-rigward, u hu ppjanat li tintemm fil-ħin biex ikun jista’ jsir il-monitoraġġ tal-ispejjeż relatati mar-Regolament FRIBS ladarba dan jidħol fis-seħħ.

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Ir-Regolament propost fih 23 Artikolu u tliet Annessi.

    L-Artikoli 1 sa 3 fil-Kapitolu I fihom id-dispożizzjonijiet ġenerali. L-Artikolu 1 jistabbilixxi s-suġġett ta’ dan ir-Regolament. Il-kunċetti ewlenin użati f’dan ir-Regolament huma definiti fl-Artikolu 2. L-Artikolu 3 jkompli jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni għall-istatistika tan-negozju u anki għan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju.

    Il-Kapitolu II fih l-Artikoli 5 u 6 u jikkonċerna s-sorsi tad-dejta li jridu jintużaw għall-istatistika tan-negozju u għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju. Il-proposta tippermetti u tippromwovi l-użu ta’ formoli ġodda għall-ġbir tad-dejta u l-użu ta’ sorsi alternattivi tad-dejta, inkluż id-dejta amministrattiva u sorsi oħra bħall-istima bi mmudellar jew l-użu tal-Big Data. Ir-rwol ta’ dan tal-aħħar jiddefinih aktar l-Artikolu 4.

    Il-Kapitolu III jikkonċerna l-istatistika tan-negozju. L-istatistika tan-negozju tkopri l-oqsma tas-suġġetti u t-temi elenkati fl-Artikolu 6 li għalihom il-Kummissjoni għandha s-setgħa fl-Artikolu 7 biex tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa tas-settijiet tad-dejta. L-oqsma tas-suġġetti, it-temi u t-temi fid-dettall li jridu jingħataw huma elenkati fl-Anness I. L-Anness II jistabbilixxi l-perjodiċità li biha jridu jingħataw it-temi. Il-Kummissjoni se tkun tista’ tagħti dettalji dwar is-suġġetti u l-karatteristiċi tat-temi dinamiċi “Użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku”, “Innovazzjoni” u “Katini ta’ valur globali” permezz ta’ atti delegati. It-temi fid-dettall inklużi fl-Anness I jistgħu jiġu emendati wkoll b’att delegat fi ħdan il-limiti stabbiliti fil-klawżoli ta’ salvagwardja.

    Il-Kapitolu IV jkopri 3 artikoli relatati mar-reġistri tan-negozju. In-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju huwa stabbilit fl-Artikolu 8. L-Artikolu 9 jistabbilixxi r-rekwiżiti għan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju. L-Anness III jispeċifika iżjed l-elementi tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju (il-karatteristiċi tar-reġistru, l-identifikatur uniku, ir-referenza taż-żmien u l-perjodiċità). Il-karatteristiċi tar-reġistru jistgħu jingħataw f’aktar dettall permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. L-Artikolu 10 fih dispożizzjonijiet rigward l-iskambju tad-dejta kunfidenzjali, u l-aċċess għaliha, għall-finijiet tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni rigward l-iskambju tad-dejta kunfidenzjali għall-finijiet tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju.

    Il-Kapitolu V fih 5 artikoli relatati mal-iskambju tad-dejta kunfidenzjali għall-finijiet tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti. L-Artikolu 11 jistabbilixxi l-prinċipju tal-iskambju tad-dejta u tal-metadejta għal din l-istatistika. L-Artikolu 12 jispeċifika l-informazzjoni tal-istatistika li trid tiġi skambjata u l-Artikolu 13 jelenka l-elementi tad-dejta tal-istatistika. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 jirregolaw il-protezzjoni tad-dejta kunfidenzjali skambjata u l-Artikolu 15 hu dwar l-aċċess għad-dejta kunfidenzjali skambjata għal finijiet xjentifiċi.

    Il-Kapitolu VI jerġa’ jgħaqqad it-tliet Artikoli dwar il-kwalità, it-trażmissjoni u t-tixrid: il-kwalità tad-dejta u r-rappurtar tal-metadejta (l-Artikolu 16), it-trażmissjoni tad-dejta u tal-metadejta (l-Artikolu 17) u l-kunfidenzjalità fejn jidħol it-tixrid tad-dejta tal-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti (l-Artikolu 18).

    Il-proposta tkopri għadd ta’ aspetti oħra importanti tal-immodernizzar tal-istatistika Ewropea tan-negozju fil-Kapitolu VII:

    l-istabbiliment ta’ studji pilota, għal valutazzjoni tar-rilevanza u tal-fattibbiltà li jitwettqu ġabriet ġodda tad-dejta ġdida u li jitjiebu s-settijiet tad-dejta (l-Artikolu19),

    id-dispożizzjonijiet għal appoġġ finanzjarju li jista’ jingħata lill-Istati Membri b’ċerti kundizzjonijiet (l-Artikolu 20).

    Fl-aħħar Kapitolu, ir-Regolament fih id-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju tad-delega (l-Artikolu 21) skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ta’ April 2016, il-proċedura ta’ Kumitat (l-Artikolu 22), il-koperazzjoni ma’ Kumitati oħra (l-Artikolu 23), id-dispożizzjonijiet għal derogi li jagħtu aktar żmien għall-adattament għar-rekwiżiti l-ġodda f’xi Stati Membri (l-Artikolu 24). Dan il-Kapitolu fih ukoll l-emenda ta’ Regolament wieħed (l-Artikolu 25) li d-dettalji tagħha jinsabu fl-Anness IV u t-tħassir tal-għaxar atti eżistenti biex jinbidlu b’dan ir-Regolament Qafas propost (l-Artikolu 26).

    2017/0048 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju
    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u li jħassar l-10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni tal-istatistika dwar l-attività ekonomika tan-negozji tal-Istati Membri s’issa dejjem ġew ibbażati fuq għadd ta’ atti legali individwali. Dawk l-atti legali jkopru statistika tan-negozji li hi strutturali u fuq żmien qasir, l-istatistika dwar il-produzzjoni, is-servizzi internazzjonali tal-kummerċ (intra-Unjoni u estra-Unjoni) tal-oġġetti u tas-servizzi, l-affiljati barranin, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, u l-użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku. Barra minn hekk, qafas komuni għar-reġistri tan-negozju b’finijiet ta’ statistika fl-Unjoni kien ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 .

    (2)Din l-istruttura, ibbażata fuq atti legali individwali, la tipprovdi l-konsistenza meħtieġa fost l-oqsma individwali tal-istatistika u lanqas tippromwovi approċċ integrat għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika tan-negozju. Jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali komuni biex jiżgura l-konsistenza fost l-istatistika Ewropea tan-negozju u biex teħfief l-integrazzjoni tal-proċessi tal-istatistika korrispondenti.

    (3)Bi proċessi tal-istatistika integrati aħjar u bbażati fuq prinċipji komuni tal-metodoloġija, id-definizzjonijiet u l-kriterji tal-kwalità, jenħtieġ li jwasslu għal statistika armonizzata dwar l-istruttura, l-attivitajiet ekonomiċi, it-tranżazzjonijiet u l-prestazzjoni tas-settur tan-negozju fl-Unjoni li tkun tilħaq il-livell ta’ rilevanza u dettall meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti.

    (4)Il-linji gwida internazzjonali, bħall-manwal ta’ Frascati dwar l-istatistika tar-R&Ż u l-manwal ta’ Oslo dwar id-dejta tal-innovazzjoni u l-ftehimiet internazzjonali adottati min-Nazzjonijiet Uniti, l-OECD, il-Fond Monetarju Internazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali u sopranazzjonali oħra, għandhom rilevanza għall-istatistika Ewropea tan-negozju. Sa fejn ikun possibbli, dawn il-gwidi jenħtieġ li jiġu segwiti għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għat-tixrid tal-istatistika tal-Unjoni u min-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju, biex ikun żgurat li l-istatistika tal-Unjoni tkun komparabbli ma’ dik li jikkumpilaw is-sħab internazzjonali ewlenin tal-Unjoni. Madankollu, l-istandards tal-Unjoni, il-ftehimiet u l-linji gwida jenħtieġ li dejjem jiġu applikati meta tinġabar l-istatistika Ewropea tan-negozju fejn jidħlu t-temi: “Inputs tar-R&Ż” u “Innovazzjoni”.

    (5)Il-piż amministrattiv fuq l-intrapriżi żgħar u medji jenħtieġ li jkun kemm jista’ jkun limitat, filwaqt li sa fejn ikun possibbli jitqiesu sorsi oħra tad-dejta li mhumiex stħarriġ. Biex jittaffa l-piż minn fuq l-intrapriżi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti differenti tad-dejta skont id-daqs u l-importanza tal-ekonomiji tan-negozju tal-Istati Membri.

    (6)Il-Viżjoni 2020 tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) iddikjarat li d-dejta jenħtieġ li tintuża fl-oqsma kollha tal-istatistika biex jiġu analizzati aħjar il-fenomeni emerġenti (eż. il-globalizzazzjoni) u biex il-politiki tal-UE b’impatt kbir ikunu jistgħu jinqdew aħjar. L-output tad-dejta jenħtieġ li jkun ibbażat fuq proċessi tal-istatistika tal-ESS li jkunu sodi u effiċjenti. Il-kamp tal-applikazzjoni usa’ tal-qafas legali komuni għall-istatistika tan-negozju jenħtieġ li jippermetti li ssir integrazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni interdependenti li jieħdu minn diversi sorsi.

    (7)Il-Programm għall-Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ (il-MEETS) adottat skont id-Deċiżjoni Nru 1297/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 , li opera bejn l-2009 u l-2013 kellu l-għan li jgħin lill-istatistika relatata man-negozju u mal-kummerċ biex tadatta għall-ħtiġijiet il-ġodda tad-dejta u jaġġusta s-sistema għall-produzzjoni tal-istatistika tan-negozju. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dan il-programm rigward il-prijoritajiet u s-settijiet il-ġodda tal-indikaturi, ir-razzjonalizzazzjoni tal-qafas tal-istatistika relatata man-negozju, it-titjib fl-effiċjenza tal-produzzjoni tal-istatistika tan-negozju u kummerċjali u l-immodernizzar tal-Intrastat, jenħtieġ li jissarrfu f’dispożizzjonijiet legalment vinkolanti.

    (8)Hemm bżonn approċċ aktar flessibbli fi ħdan il-qafas tal-istatistika Ewropea tan-negozju biex ikunu jistgħu jsiru adattamenti għall-iżviluppi metodoloġiċi u jsir rispons fil-ħin għall-ħtiġijiet emerġenti u ġustifikati tal-utenti tad-dejta li jirriżultaw mill-ambjent ekonomiku li qed jinbidel u mill-globalizzazzjoni u l-kumplessità dejjem akbar tan-negozju. Dawn l-adattamenti futuri jenħtieġ li jkunu appoġġati b’analiżi adegwata tal-ispejjeż u l-benefiċċji, filwaqt li r-rekwiżiti tad-dejta l-ġodda li jiġu stabbiliti ma għandhomx jimponu piż jew spejjeż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

    (9)Ir-rwol tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u tar-reġistru tal-EuroGruppi jenħtieġ li jittejbu bħala infrastruttura bażika għall-ġbir u għall-kompilazzjoni tal-istatistika Ewropea tan-negozju. Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju jenħtieġ li jintużaw bħala sors ta’ informazzjoni għall-analiżi tal-istatistika tal-popolazzjoni tan-negozju u tad-demografija tagħha, għad-definizzjoni tal-popolazzjoni tal-istħarriġ u biex tiġi stabbilita r-rabta għas-sorsi tad-dejta amministrattiva.

    (10)Biex ikun żgurat ir-rwol tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u tar-reġistru tal-EuroGruppi, jenħtieġ li jiġi definit u implimentat identifikatur uniku għall-unitajiet rilevanti kollha.

    (11)Jenħtieġ li tinkiseb id-delinjazzjoni t-tajba tal-gruppi tal-intrapriżi tar-reġistru tal-EuroGruppi b’dejta affidabbli u fil-ħin, billi jintużaw kriterji armonizzati u b’aġġornament regolari tal-informazzjoni dwar ir-rabtiet tal-kontroll bejn l-unitajiet legali li jiffurmaw parti mill-gruppi tal-intrapriżi.

    (12)Biex titjieb l-effiċjenza tal-proċessi tal-produzzjoni tal-istatistika tal-ESS u biex jonqos il-piż tal-istatistika fuq ir-rispondenti, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw ir-rekords amministrattivi nazzjonali kollha, fil-pront u bla ħlas, u li jintegraw dawn ir-rekords amministrattivi mal-istatistika, sa fejn ikun meħtieġ għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għat-tixrid tal-istatistika Ewropea tan-negozju, b’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 .

    (13)Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jipprovdi qafas ta’ referenza għall-istatistika Ewropea. B’mod partikolari, dan jeżiġi konformità mal-prinċipji tal-indipendenza professjonali, tal-imparzjalità, tal-oġġettività, tal-affidabbiltà, tal-kunfidenzjalità tal-istatistika, u tal-kosteffettività.

    (14)L-iskambju u l-aċċess għall-mikrodejta mill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika li jipproduċu l-istatistika tan-negozju u li jħaddmu n-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika jenħtieġ li jiddaħħlu għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għat-tixrid tal-istatistika nazzjonali jew Ewropea tan-negozju jew biex tiżdied il-kwalità tal-istatistika Ewropea tan-negozju. Għalhekk l-iskambju tal-mikrodejta jenħtieġ li jiġi limitat għal każijiet ġustifikati kif xieraq.

    (15)Il-ħolqien ta’ sors addizzjonali tad-dejta bbażat fuq l-iskambju tal-mikrodejta dwar l-esportazzjonijiet intra-Unjoni tal-oġġetti, u l-possibbiltà li jintużaw metodoloġiji innovattivi jżidu l-flessibbiltà għall-Istati Membri fil-kompilazzjoni tal-istatistika tagħhom tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti, u b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu l-piż tar-rispons tan-negozji. Il-finijiet tal-iskambju għandhom ikunu l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid effiċjenti tal-istatistika Ewropea tal-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti jew it-titjib tal-kwalità tagħha.

    (16)In-negozjati, l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi jew multilateralment jeżiġu li l-informazzjoni meħtieġa tal-istatistika fuq il-flussi kummerċjali tal-Istati Membri mal-pajjiżi li mhumiex membri fl-UE jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-Kummissjoni.

    (17)Jenħtieġ li tinżamm rabta mill-qrib bejn is-sistema għall-ġbir tal-informazzjoni tal-istatistika u l-formalitajiet fiskali relatati mat-taxxa fuq il-valur miżjud li teżisti fil-kuntest tal-kummerċ tal-oġġetti bejn l-Istati Membri. B’mod partikolari, din ir-rabta tagħmilha possibli biex, għall-finijiet tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti, jiġu identifikati l-esportaturi u l-importaturi u ssir verifika tal-kwalita tal-informazzjoni miġbura.

    (18)Il-movimenti transfruntieri tal-oġġetti, l-aktar minn u lejn il-pajjiżi terzi, huma soġġetti għas-superviżjoni doganali kif previst bir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 . L-awtoritajiet doganali jżommu jew ikollhom aċċess għal informazzjoni jew rekords rilevanti għal dawn il-movimenti. L-informazzjoni jew ir-rekords, li huma relatati mad-dikjarazzjonijiet doganali jew ibbażati fuqhom, jenħtieġ li jintużaw għall-produzzjoni ta’ statistika dwar il-kummerċ tal-Unjoni tal-oġġetti.

    (19)Biex tiġi prodotta l-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti u biex titjieb il-kwalità ta’ dik l-istatistika, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika fl-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiskambjaw id-dejta dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-oġġetti li jkunu jinvolvu lill-awtoritajiet doganali ta’ aktar minn Stat Membru wieħed.

    (20)Biex twettaq il-kompiti tagħha li jirriżultaw mit-Trattati, l-aktar il-kompiti relatati mal-funzjonament tas-suq intern, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha informazzjoni sħiħa, aġġornata u affidabbli dwar il-produzzjoni tal-oġġetti u tas-servizzi fl-Unjoni u dwar il-flussi tal-kummerċ internazzjonali. L-intrapriżi għandhom bżonn din l-informazzjoni wkoll biex jissorveljaw is-swieq tagħhom u d-dimensjoni internazzjonali tagħhom.

    (21)Hemm bżonn li wieħed jipprovdi l-istatistika tan-negozju li tkun strutturata skont is-settur tal-attività, biex titkejjel il-produttività tan-negozji fl-Unjoni. B’mod partikolari, kulma jmur qed tiżdied id-domanda tal-istatistika dwar is-settur tas-servizzi, li hu l-aktar settur dinamiku tal-ekonomiji moderni, l-aktar mil-lat tal-potenzjal tas-settur biex jikber u joħloq l-impjiegi filwaqt li jitqiesu r-relazzjonijiet mas-settur tal-manifattura. L-istatistika tal-kummerċ tas-servizzi hija essenzjali għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi u għal valutazzjoni tal-impatt tal-ostakli fuq il-kummerċ tas-servizzi.

    (22)Il-monitoraġġ tal-progress lejn l-għanijiet stabbiliti bl-istrateġija Ewropa 2020 fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni jeħtieġ statistika armonizzata għall-ekonomija tal-Unjoni dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, u s-soċjetà tal-informazzjoni li tkopri kemm l-attivitajiet tas-suq kif ukoll l-attivitajiet mhux tas-suq u fuq l-ambjent kummerċjali b’mod ġenerali, l-aktar dwar id-demografija tan-negozju u l-impjiegi relatati mal-attivitajiet tas-suq. Din l-informazzjoni tippermetti lil min jiddeċiedi biex jieħu deċiżjonijiet ta’ politika infurmati biex tiġi żviluppata ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, jittejjeb l-aċċess għas-suq uniku għan-negozji żgħar u medji, tiġi żviluppata l-intraprenditorija u tissaħħaħ il-kompetittività.

    (23)Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi fl-Unjoni u fiż-żona tal-euro, u l-għoti ta’ informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi fi ħdan is-suq uniku jeħtieġu dejta komparabbli dwar l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol, inkluż l-istatistika dwar l-ispejjeż lavorattivi, il-qligħ u l-għadd ta’ postijiet battala u okkupati. Barra minn hekk, it-tagħlim tul il-ħajja huwa element essenzjali fl-iżvilupp u fil-promozzjoni ta’ ħaddiema tas-sengħa, imħarrġa u adattati, u jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lit-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi bħala kontributur kruċjali għat-tagħlim tul il-ħajja. Din id-dejta primarjament tinġabar min-negozji u fil-futur din jenħtieġ li ssir leġiżlazzjoni u tkun integrata aħjar ma’ statistika oħra tal-kummerċ. Hemm bżonn dejta dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-ispejjeż lavorattivi u dwar l-istruttura u d-distribuzzjoni tal-qligħ, biex jiġu vvalutati l-iżviluppi fuq żmien medju tal-ekonomiji tal-Unjoni. Hemm bżonn dejta dwar l-iżviluppi fl-ispejjeż lavorattivi u dwar il-postijiet tax-xogħol battala biex isir monitoraġġ fuq żmien qasir tal-ekonomiji tal-Unjoni, inkluż għal finijiet ta’ politika monetarja. Hemm bżonn dejta dwar l-investiment tal-intrapriżi f’taħriġ vokazzjonali kontinwu, il-karatteristiċi u l-volum ta’ dan it-taħriġ kif ukoll informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-intrapriżi għat-taħriġ vokazzjonali, biex isir monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni għal koperazzjoni mtejba fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

    (24)Hemm bżonn statistika dwar l-attivitajiet tal-innovazzjoni, tar-riċerka u tal-iżvilupp, biex isir żvilupp u monitoraġġ tal-politiki li għandhom l-għan li jsaħħu l-kompetittività tal-Istati Membri u jżidu l-potenzjal tagħhom fuq żmien medju u fit-tul għal tkabbir u impjiegi intelliġenti. Anki l-ekonomija diġitali li qed tikber u ż-żieda fl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni huma fost l-aktar muturi importanti tal-kompetittività u tat-tkabbir fl-Unjoni, u għalhekk hemm bżonn dejta tal-istatistika li twieżen l-istrateġiji u l-politiki relatati.

    (25)Hemm bżonn ukoll l-istatistika tan-negozju biex jiġu kumpilati kontijiet nazzjonali u reġjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 .

    (26)L-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tas-servizzi, kif mitluba għall-kumpilazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Unjoni u taż-żona tal-euro, hi definita mill-Kummissjoni (il-Eurostat) u mill-Bank Ċentrali Ewropew b’koperazzjoni mill-qrib.

    (27)Hemm bżonn statistika affidabbli u fil-ħin biex isir rapport fuq l-iżvilupp ekonomiku f’kull Stat Membru fi ħdan il-qafas tal-politika ekonomika tal-Unjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew jeħtieġ statistika fuq żmien qasir malajr biex jivvaluta l-iżvilupp ekonomiku fl-Istati Membri fil-kuntest tal-Politika Monetarja Unika.

    (28)Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li tingħata statistika tan-negozju fuq l-ekonomija kollha kemm hi, ir-rekwiżiti tad-dejta jenħtieġ li jqisu l-miżuri ta’ simplifikazzjoni sa fejn ikun possibbli, biex jittaffa l-piż minn fuq l-ekonomiji tan-negozju tal-Istati Membri li huma relattivament żgħar, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

    (29)Jenħtieġ li jintużaw l-istandards internazzjonali, bħall-inizjattiva tal-Iskambju tad-Dejta u tal-Metadejta tal-Istatistika (SDMX), u l-istandards tekniċi u tal-istatistika elaborati fl-ESS, bħall-istandards tal-metadejta u tal-validazzjoni, sa fejn ikun rilevanti wkoll għall-istatistika Ewropea tan-negozju. Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC) approva r-Rapporti tal-ESS dwar l-Istandards tal-Kwalità, b’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dawn l-istandards jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità u tar-rappurtar skont dan ir-Regolament.

    (30)Biex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa biex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tat-temi fid-dettall stabbiliti fl-Annessi I u II, kif ukoll ir-rata ta’ kopertura għall-esportazzjonijiet intra-Unjoni tal-oġġetti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha wkoll is-setgħa li t-temi fid-dettall tissupplimentahom b’suġġetti u karatteristiċi għall-istatistika dinamika tan-negozju dwar l-ICT, l-Innovazzjoni u l-Katini tal-valur globali, u l-informazzjoni preċiża li għandhom jagħtu l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 11 . B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin meta jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

    (31)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni teknika ta’ ċerti elementi tar-rekwiżiti, inkluż għar-reġistri tan-negozju, is-setgħat ta’ implimentazzjoni b’rabta mal-format, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità u l-proċedura għall-iskambju tad-dejta kunfidenzjali għall-finijiet tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju, it-trażmissjoni tad-dejta u tal-metadejta, il-kwalità tad-dejta u r-rappurtar tal-metadejta, u d-derogi, jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni. Għall-istess finijiet, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni rigward il-format u l-modalitajiet tiegħu, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità u l-proċedura għall-iskambju tad-dejta kunfidenzjali għall-finijiet tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti, l-ispeċifikazzjonijiet tal-metadejta rilevanti, l-iskeda taż-żmien, il-modalitajiet tal-ġbir u tal-kumpilazzjoni tal-informazzjoni tal-istatistika dwar esportazzjonijiet intra-Unjoni tal-oġġetti pprovduta lill-Istat Membru tal-importazzjoni, il-modalitajiet għall-applikazzjoni tar-rata ta’ kopertura tal-esportazzjonijiet intra-Unjoni totali tal-oġġetti, l-elementi tad-dejta tal-istatistika għall-mikrodejta miġbura bi stħarriġiet fuq il-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti li għandhom jingħataw lill-Istat Membru tal-importazzjoni u s-simplifikazzjonijiet relatati. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 .

    (32)Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u tiżgura li kull azzjoni li teżiġi ma tkunx timponi piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji mistennija għall-utent.

    (33)Il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fil-kuntest tiegħu, meta din l-applikazzjoni twassal għal adattamenti kbar f’xi sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru mil-lat ta’ organizzazzjoni ta’ stħarriġiet addizzjonali jew ta’ adattamenti kbar fis-sistema tagħhom tal-produzzjoni tal-istatistika biex jakkomodaw sorsi ġodda tad-dejta jew biex ikunu jistgħu jagħmlu tagħqid ta’ sorsi differenti.

    (34)Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-istatistika Ewropea tan-negozju, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda, minħabba l-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà, dan jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan.

    (35)Il-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 jenħtieġ li jiġu emendati fir-rigward tar-referenzi għall-kummerċ internazzjonali tas-servizzi.

    (36)Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jieħdu post dawk tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 14 , tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 15 , tad-Deċiżjoni (KE) Nru 1608/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 , tar-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 , tar-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 , tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 , tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 , tar-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 , tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 , tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 . Għalhekk dawk l-atti jenħtieġ li jitħassru.

    (37)Ġie kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

    (38)Ġie kkonsultat ukoll il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Is-suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali komuni:

    (a)għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea relatata mal-istruttura, l-attivitajiet ekonomiċi u l-prestazzjoni tan-negozji, kif ukoll dwar it-tranżazzjonijiet internazzjonali u l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp tal-ekonomija tal-Unjoni (l-istatistika Ewropea tan-negozju);

    (b)għan-netwerk Ewropew tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru tal-EuroGruppi.

    Artikolu 2

    Id-definizzjonijiet

    1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

    (a)“unità tal-istatistika” tfisser unitajiet tal-istatistika kif definit fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 24 ;

    (b)“unità tar-rappurtar” tfisser unità li tforni d-dejta;

    (c)“qasam tas-suġġett” tfisser sett tad-dejta wieħed jew bosta, organizzati biex ikopri temi speċifiċi;

    (d)“tema” u “tema fid-dettall” tfisser il-kontenut tal-informazzjoni li trid tiġi kompilata dwar l-unitajiet tal-istatistika. It-temi fid-dettall jinkludi livell ogħla ta’ dettall minn dak tat-temi. Tema tkopri għadd ta’ temi fid-dettall;

    (e)“varjabbli” tfisser karatteristika ta’ unità osservata li tista’ tassumi sett ta’ valuri wieħed jew bosta;

    (f)“karatteristika” tfisser xi kunċett astratt ta’ proprjetà ta’ oġġett jew ta’ sett ta’ oġġetti;

    (g)“attività tas-suq” u “attività mhux tas-suq” tfisser l-attivitajiet kif definit fir-Regolament (UE) Nru 549/2013;

    (h)“produttur tas-suq” u “produttur mhux tas-suq” tfisser il-produtturi kif definit fir-Regolament (UE) Nru 549/2013;

    (i)“awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika” tfisser l-istituti nazzjonali tal-istatistika maħtura mill-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra responsabbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għat-tixrid tal-istatistika Ewropea msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

    (j)“sors awtorevoli” tfisser l-uniku fornitur tar-rekords tad-dejta, b’dejta mir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u mir-reġistru tal-EuroGruppi skont l-istandards tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 16;

    (k)“mikrodejta” tfisser osservazzjonijiet jew miżuri individwali ta’ karatteristiċi ta’ unitajiet tar-rappurtar jew unitajiet tal-istatistika idetifikabbli;

    (l)“użu għall-finijiet tal-istatistika” tfisser l-użu esklużiv għall-iżvilupp u għall-produzzjoni ta’ riżultati u analiżi tal-istatistika kif definit fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

    (m)“dejta kunfidenzjali” tfisser dejta kif definit fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

    (n)“awtorità tat-taxxa” tfisser l-awtorità nazzjonali fl-Istat Membru responsabbli biex tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 25 ;

    (o)“awtoritajiet doganali” tfisser awtoritajiet doganali kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

    2.Għall-finijiet tal-Artikoli 11 sa 15, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

    (a)“Stat Membru tal-esportazzjoni” tfisser l-Istat Membru li l-oġġetti jiġu esportati mit-territorju tal-istatistika tiegħu lejn id-destinazzjoni tagħhom fl-Istat Membru tal-importazzjoni;

    (b)“Stat Membru tal-importazzjoni” tfisser l-Istat Membru li l-oġġetti jiġu importati fit-territorju tal-istatistika tiegħu mill-Istat Membru tal-esportazzjoni;

    (c)“oġġetti” tfisser kull proprjetà mobbli, inkluż l-enerġija elettrika u l-gass naturali.

    Artikolu 3

    Il-kamp ta’ applikazzjoni

    1.L-istatistika Ewropea tan-negozju għandha tkopri:

    (a)l-istruttura, l-attivitajiet ekonomiċi u l-prestazzjoni tal-unitajiet tal-istatistika, l-attivitajiet tar-riċerka u tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni tagħhom, l-użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku tagħhom, kif ukoll il-katini tal-valur globali;

    (b)il-produzzjoni tal-oġġetti manifatturati u tas-servizzi u l-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti u tas-servizzi.

    2.In-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju għandu jkopri r-reġistri nazzjonali tan-negozju u r-Reġistru tal-EuroGruppi, kif ukoll l-iskambji bejniethom.

    (a)Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju għandhom jinkludu:

    (i)l-intrapriżi kollha li jwettqu attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-prodott domestiku gross (PDG) u l-unitajiet lokali tagħhom;

    (ii)l-unitajiet legali li minnhom jikkonsistu dawk l-intrapriżi;

    (iii)l-Unità ta’ Attività Ekonomika (l-UAE) jew il-kodiċi tan-NACE kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 u d-daqs ta’ kull KAU li minnhom ikunu jikkonsistu dawk l-intrapriżi, b’mod ristrett għal dawk l-intrapriżi li minħabba d-daqs tagħhom għandhom influwenza sinifikanti fuq id-dejta (aggregat) nazzjonali;

    (iv)il-gruppi tal-intrapriżi;

    (b)Ir-Reġistru tal-EuroGruppi għandu jinkludi:

    (i)l-intrapriżi kollha li jwettqu attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-prodott domestiku gross (PDG) li jiffurmaw parti minn grupp tal-intrapriżi multinazzjonali;

    (ii)l-unitajiet legali li minnhom jikkonsistu dawk l-intrapriżi;

    (iii)il-gruppi tal-intrapriżi multinazzjonali.

    (c)Id-djar ma għandhomx ikunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju sa fejn l-oġġetti u s-servizzi li jipproduċu jkunu destinati għall-konsum tagħhom stess, jew ikunu jinvolvu l-kiri tal-propjetà tagħhom.

    (d)L-unitajiet lokali tal-intrapriżi barranin li mhumiex entitajiet legali separati (fergħat) u li huma klassifikati bħala kważikorporazzjonijiet b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 549/2013, għandhom jitqiesu bħala intrapriżi għall-finijiet tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru tal-EuroGruppi.

    (e)Il-gruppi tal-intrapriżi għandhom jiġu identifikati mir-rabtiet tal-kontroll bejn l-unitajiet legali tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013.

    (f)Meta ssir referenza għar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u għar-Reġistru tal-EuroGruppi, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-unitajiet li jeżerċitaw għalkollox jew parzjalment xi attività ekonomika. Għall-finijiet tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju, kull attività li tikkonsisti f’offerta ta’ oġġetti u servizzi f’suq partikolari għandha titqies bħala attività ekonomika. Anke ż-żamma tal-assi u/jew tal-obbligazzjonijiet tista’ titqies bħala attività. Minbarra dan, is-servizzi mhux tas-suq u li jikkontribwixxu għall-PDG, kif ukoll il-parteċipazzjonijiet diretti jew indiretti tal-unitajiet legali attivi, għandhom jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi għall-finijiet tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju. L-unitajiet legali li ma jkunux attivi ekonomikament għandhom jitqiesu li huma parti minn intrapriża biss jekk jingħaqdu ma’ unitajiet legali li jkunu attivi ekonomikament.

    (g)L-unitajiet tal-istatistika fi ħdan in-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju għandhom jiġu definiti bħalma hemm fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 696/93 tal-Kunsill, soġġetti għal-limitazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu.

    KAPITOLU II

    IS-SORSI TAD-DEJTA

    Artikolu 4

    Il-metodi u s-sorsi tad-dejta

    1.L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika msemmija fl-Artikoli 6 u 7 kif ukoll ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju msemmija fl-Artikolu 9, bl-użu ta’ sorsi tad-dejta rilevanti filwaqt li jkun evitat piż żejjed fuq ir-rispondenti u li titqies kif xieraq il-kosteffettività tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jistgħu jużaw dawn is-sorsi tad-dejta għall-produzzjoni tal-istatistika u tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju meħtieġa skont dan ir-Regolament:

    (a)l-istħarriġiet: l-unitajiet tar-rappurtar li jintalbu mill-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jagħtu informazzjoni fil-ħin, preċiża u sħiħa li hija meħtieġa għall-produzzjoni tal-istatistika u tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju meħtieġa skont dan ir-Regolament;

    (b)ir-rekords amministrattivi, inkluż l-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali;

    (c)l-iskambju tal-mikrodejta;

    (d)sorsi tal-informazzjoni oħra rilevanti li jkunu konformi mal-kriterji tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 16, inkluż tagħqidiet tas-sorsi tad-dejta eżistenti.

    2.Meta l-istatistika meħtieġa ma tkunx tista’ tiġi prodotta bis-sorsi tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu konformi mal-kriterji tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 16, l-Istati Membri jistgħu jipproduċu din l-istatistika b’metodi ta’ stima u imputazzjoni tal-istatistika li jkunu bbażati fuq ix-xjenza u dokumentati sew.

    Artikolu 5

    L-aċċess għar-rekords amministrattivi u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni

    1.B’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (il-Eurostat) għandu jkollhom id-dritt jaċċessaw u jużaw ir-rekords amministrattivi kollha, fil-pront u bla ħlas, u li jintegraw dawn ir-rekords ma’ sorsi oħra tad-dejta biex jissodisfaw ir-rekwiżiti skont dan ir-Regolament u jaġġornaw ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru tal-EuroGruppi. L-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u mill-Kummissjoni (il-Eurostat) għandu jkun limitat għar-rekords amministrattivi fis-sistema amministrattiva pubblika rispettiva tagħhom stess.

    2.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtorità tat-taxxa f’kull Stat Membru għandha tipprovdi lill-awtorità nazzjonali tal-istatistika b’informazzjoni relatata mal-esportazzjonijiet u mal-importazzjonijiet tal-oġġetti.

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 21 biex tiġi stabbilita l-informazzjoni preċiża li għandhom jagħtu l-awtoritajiet tat-taxxa.

    3.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtorità doganali f’kull Stat Membru għandha tipprovdi lill-awtorità nazzjonali tal-istatistika b’informazzjoni relatata mal-esportazzjonijiet u mal-importazzjonijiet tal-oġġetti.

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 21 biex tiġi stabbilita l-informazzjoni preċiża li għandhom jagħtu l-awtoritajiet doganali.

    4.Biex tiġi prodotta l-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti u biex titjieb il-kwalità ta’ dik l-istatistika, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika fl-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiskambjaw id-dejta li jkunu kisbu mingħand l-awtoritajiet doganali tagħhom dwar l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet tal-oġġetti, b’mod partikolari meta dawn l-esportazzjonijiet jew l-importazzjonijiet ikunu jinvolvu lill-awtoritajiet doganali ta’ aktar minn Stat Membru wieħed.

    5.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2) biex tispeċifika l-modalitajiet għall-iskambji tad-dejta skont dan l-Artikolu.

    KAPITOLU III

    L-ISTATISTIKA TAN-NEGOZJU

    Artikolu 6

    Ir-rekwiżiti tad-dejta

    1.L-istatistika Ewropea tan-negozju għandha dawn is-suġġetti:

    (a)Statistika tan-negozju fuq żmien qasir;

    (b)Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż;

    (c)Statistika reġjonali tan-negozju;

    (d)Statistika dwar l-attivitajiet internazzjonali.

    2.L-oqsma tas-suġġetti għandhom jinkludu tema waħda jew bosta minn fost dawn it-temi, kif spjegat f’aktar dettall fl-Anness I:

    (a)Popolazzjoni tan-negozju;

    (b)Katini tal-valur globali;

    (c)Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku;

    (d)Innovazzjoni;

    (e)Kummerċ internazzjonali tal-oġġetti;

    (f)Kummerċ internazzjonali tas-servizzi;

    (g)Investimenti;

    (h)Inputs lavorattivi;

    (i)Outputs u prestazzjoni;

    (j)Permessi;

    (k)Prezzijiet;

    (l)Xiri;

    (m)Inputs tar-Riċerka u l-Iżvilupp.

    3.Il-perjodiċità ta’ kull tema għandha tkun kif speċifikat fl-Anness II.

    4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 biex temenda t-temi fid-dettall speċifikati fl-Anness I u biex tispeċifika s-suġġetti u l-karatteristiċi koperti mit-temi fid-dettall tal-Innovazzjoni, tal-Użu tal-ICT u l-kummerċ eletroniku, u tal-Katini tal-valur globali.

    5.Meta teżerċita s-setgħa tagħha li tadotta atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tissodisfa dawn it-tliet kundizzjonijiet:

    (a)l-atti delegati jkollhom l-għan ta’ tnaqqis jew newtralità fl-ispiża u fil-piż, u f’kull każ ma jkunux jimponu spiża jew piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti;

    (b)jiżdiedu sa massimu ta’ tema waħda fid-dettall għall-qasam tas-suġġett “Statistika tan-negozju fuq żmien qasir”, ħames temi fid-dettall għall-qasam tas-suġġett “Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż”, żewġ temi fid-detall għall-qasam tas-suġġett “Statistika reġjonali tan-negozju”, u żewġ temi fid-dettall għall-qasam tas-suġġett “Statistika dwar l-attivitajiet internazzjonali”, f’att delegat eżistenti, jew jinbidlu b’tema oħra fid-dettall matul ħames snin konsekuttivi. Il-massimu ma japplikax għall-emendi li jirriżultaw minn ftehimiet, Trattati u konvenzjonijiet u minn istituzzjonijiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija membru magħhom, u għall-bidliet li jirriżultaw mill-bidliet fl-oqfsa tal-kontabbiltà tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 549/2013 u tal-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 184/2005. L-għadd ta’ karatteristiċi għat-temi fid-dettall tal-istatistika dinamika tan-negozju ma għandux jiżdied b’mod sinifikanti bejn żewġ perjodi ta’ referenza konsekuttivi u ma għandux jaqbeż l-għadd ta’ karatteristiċi tal-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

    (c)atti delegati jiġu adottati mill-inqas 15-il xahar qabel tmiem il-perjodu ta’ referenza tad-dejta ħlief għat-temi “Innovazzjoni” u “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” li għalihom l-atti delegati għandhom jiġu adottati tal-anqas sitt u tnax-il xahar rispettivament qabel tmiem il-perjodu ta’ referenza tad-dejta.

    Artikolu 7

    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-dejta

    1.Għat-temi fid-dettall imniżżla fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jikkumpilaw id-dejta rilevanti għal kull tema. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika aktar dawn l-elementi tad-dejta li għandhom jintbagħtu skont dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet tekniċi u s-simplifikazzjonijiet tagħhom:

    (a)varjabbli (għajr it-temi fid-dettall tal-Innovazzjoni, tal-Użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku, u tal-Katini tal-valur globali);

    (b)unità tal-istatistika;

    (c)unità tal-kejl;

    (d)perjodu ta’ referenza;

    (e)popolazzjoni tal-istatistika (inklużi r-rekwiżiti mil-lat tal-attivitajiet tas-suq/mhux tas-suq jew il-produtturi tas-suq/mhux tas-suq);

    (f)klassifiki (inkluż il-prodott, il-pajjiżi u t-territorji kif ukoll in-natura tal-listi tat-tranżazzjoni) u t-tqassimiet;

    (g)trażmissjoni ta’ rekords individwali tad-dejta fuq bażi volontarja;

    (h)użu ta’ approssimazzjonijiet u rekwiżiti tal-kwalità;

    (i)skadenza tat-trażmissjoni tad-dejta;

    (j)l-ewwel perjodu ta’ referenza;

    (k)peżar u bidla tas-sena bażi għall-qasam tas-suġġett “Statistika tan-negozju fuq żmien qasir”;

    (l)speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tema “kummerċ internazzjonali tal-oġġetti”.

    2.Meta teżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 rigward is-simplifikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis id-daqs u l-importanza tal-ekonomiji tan-negozju, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, biex jonqos il-piż minn fuq l-intrapriżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jinżamm l-input meħtieġ għall-kumpilazzjoni tal-oqfsa tal-kontabbiltà tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2013 u tal-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti skont ir-Regolament (KE) Nru 184/2005. L-atti ta’ implimentazzjoni, għajr dawk li jirregolaw l-ewwel implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom, jiġu adottati tal-anqas 15-il xahar qabel tmiem il-perjodu ta’ referenza tad-dejta għat-temi elenkati fl-Anness I. Għat-temi “Innovazzjoni” u “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”, l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati tal-anqas sitt u tnax-il xahar rispettivament qabel tmiem il-perjodu ta’ referenza tad-dejta.

    3.L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

    KAPITOLU IV

    IR-REĠISTRI TAN-NEGOZJU

    Artikolu 8

    In-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju

    1.Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tistabbilixxi r-Reġistru tal-EuroGruppi tal-gruppi tal-intrapriżi multinazzjonali għall-finijiet tal-istatistika fil-livell tal-Unjoni.

    2.Fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru nazzjonali armonizzat wieħed jew bosta tal-istatistika tan-negozju, bħala bażi għat-tħejjija u għall-koordinazzjoni tal-istħarriġiet, bħala sors tal-informazzjoni għall-analiżi tal-istatistika tal-popolazzjoni tan-negozju u tad-demografija tagħha, għall-użu tad-dejta amministrattiva u għall-identifikazzjoni u t-tiswir tal-unitajiet tal-istatistika.

    3.L-Istati Membri u l-Kummissjoni (il-Eurostat) għandhom jiskambjaw id-dejta għall-finijiet tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju kif stabbilit fl-Artikolu 10.

    4.Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru tal-EuroGruppi għandhom ikunu s-sors awtorevoli biex jinkisbu popolazzjonijiet tar-reġistru ta’ kwalità kbira, konsistenti u koordinati, skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament, għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

    Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju għandhom ikunu s-sors awtorevoli għall-popolazzjonijiet tar-reġistri nazzjonali. Ir-Reġistru tal-EuroGruppi għandu jkun is-sors awtorevoli għall-popolazzjoni tar-reġistru tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika għall-istatistika tan-negozju li jeħtieġ il-koordinazzjoni ta’ informazzjoni transfruntiera.

    Artikolu 9

    Ir-rekwiżiti tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju

    1.L-unitajiet tal-istatistika u legali koperti fin-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju skont l-Artikolu 8 għandu jkollhom dawn l-elementi, kif speċifikat aktar fl-Anness III:

    (a)it-temi fid-dettall tar-reġistru u l-identifikatur uniku;

    (b)ir-referenza taż-żmien u l-perjodiċità.

    2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 biex temenda t-temi fid-dettall tar-reġistru elenkati fl-Anness III skont żviluppi tekniċi u ekonomiċi rilevanti u skont ħtiġijiet ġodda tal-utenti.

    3.Meta teżerċita s-setgħa tagħha biex temenda l-Anness III, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tissodisfa dawn iż-żewġ kundizzjonijiet:

    (a)l-atti delegati ma jkunux jimponu piż sinifikanti addizzjonali fuq l-Istati Membri jew ir-rispondenti;

    (b)mhux aktar minn massimu ta’ tema waħda fid-dettall tiżdied jew tinbidel b’att delegat matul perjodu ta’ ħames snin konsekuttivi.

    4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2) biex tispeċifika aktar id-dettalji deskrittivi għal kull tema fid-dettall tar-reġistru.

    Artikolu 10

    L-iskambju tad-dejta kunfidenzjali, u l-aċċess għaliha, għall-finijiet tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju

    1.Id-dejta kunfidenzjali għandha tiġi skambjata bejn l-Istati Membri kif ġej:

    (a)L-iskambju tad-dejta kunfidenzjali tal-gruppi tal-intrapriżi multinazzjonali u tal-unitajiet li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, b’konformità mal-Artikolu 9(4), għandu jsir, esklussivament għall-finijiet tal-istatistika, bejn il-persunal li jikkontribwixxi għall-produzzjoni tar-Reġistru tal-EuroGruppi fl-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika ta’ Stati Membri differenti, fejn l-iskambju għandu jiżgura l-kwalità tal-informazzjoni dwar il-gruppi tal-intrapriżi multinazzjonali fl-Unjoni. Dawn l-iskambji jistgħu jseħħu wkoll bil-għan li jonqos il-piż tar-rispons.

    (b)Meta l-iskambju jrid jiżgura l-kwalità tal-informazzjoni dwar il-gruppi tal-intrapriżi multinazzjonali fl-Unjoni, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jkunu parti fl-iskambju tad-dejta konfidenzjali, esklussivament għall-finijiet tal-istatistika.

    2.Id-dejta kunfidenzjali għandha tiġi skambjata bejn il-Kummissjoni (il-Eurostat) u l-Istati Membri kif ġej:

    (a)L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom jibagħtu d-dejta tal-gruppi tal-intrapriżi multinazzjonali u tal-unitajiet li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, b’konformità mal-Artikolu 9(4), lill-Kummissjoni (il-Eurostat), biex jipprovdu l-informazzjoni, esklussivament għall-finijiet tal-istatistika, dwar il-gruppi tal-intrapriżi multinazzjonali fl-Unjoni.

    (b)Biex ikun żgurat rekord konsistenti tad-dejta, esklussivament għall-finijiet tal-istatistika, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tibgħat lill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika kompetenti ta’ kull Stat Membru, id-dejta dwar il-grupp tal-intrapriżi multinazzjonali, inklużi l-unitajiet li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, meta tal-inqas unità legali waħda tal-grupp tkun tinsab fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

    (c)Biex tiżgura effiċjenza u kwalità kbira fil-produzzjoni tar-Reġistru tal-EuroGruppi, esklussivament għall-finijiet tal-istatistika, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tibgħat lill-persunal li jikkontribwixxi għall-produzzjoni tar-Reġistru tal-EuroGruppi fl-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, id-dejta dwar il-gruppi tal-intrapriżi multinazzjonali kollha rreġistrata fir-Reġistru tal-EuroGruppi, inkluż l-unitajiet li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi.

    3.Id-dejta kunfidenzjali għandha tiġi skambjata bejn il-Kummissjoni (il-Eurostat) u l-Istati Membri għall-identifikazzjoni tal-unitajiet legali kif ġej:

    (a)L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom jibagħtu d-dejta dwar l-unitajiet legali inkorporati, b’konformità mal-Artikolu 9(4), lill-Kummissjoni (il-Eurostat), esklussivament għall-finijiet tal-identifikazzjoni unika tal-unitajiet legali fl-Unjoni.

    (b)Biex tiżgura effiċjenza u kwalità kbira fil-produzzjoni tar-Reġistru tal-EuroGruppi, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tibgħat lill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika ta’ kull Stat Membru, id-dejta dwar l-unitajiet legali, b’konformità mal-Artikolu 9(4), esklussivament għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-unitajiet legali fl-Unjoni.

    4.Id-dejta kunfidenzjali tista’ tiġi skambjata bejn il-Kummissjoni (il-Eurostat) u l-banek ċentrali kif ġej:

    L-iskambju tad-dejta kunfidenzjali jista’ jsir, esklussivament għall-finijiet tal-istatistika, bejn il-Kummissjoni (il-Eurostat) u l-banek ċentrali nazzjonali, u bejn il-Kummissjoni (il-Eurostat) u l-Bank Ċentrali Ewropew, meta l-iskambju jkun se jiżgura l-kwalità tal-informazzjoni dwar il-gruppi tal-intrapriżi multinazzjonali fl-Unjoni, u l-iskambju jkun awtorizzat espliċitament mill-awtorità nazzjonali tal-istatistika kompetenti.

    5.Biex tiżgura li d-dejta skambjata skont dan l-Artikolu tintuża esklussivament għall-finijiet tal-istatistika, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità għal dejta bħal din, kif ukoll il-proċedura għall-iskambju tad-dejta, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

    6.Meta l-Kummissjoni (il-Eurostat), l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, il-banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew jirċievu dejta kunfidenzjali dwar unitajiet li jinsabu fit-territorju nazzjonali jew ’il barra minnu, skont dan l-Artikolu dawn għandhom jitrattaw dik l-informazzjoni b’mod kunfidenzjali b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

    It-trażmissjoni tad-dejta kunfidenzjali bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha ssir sal-punt li dik it-trażmissjoni tkun meħtieġa għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Kull trażmissjoni oħra għandha tkun awtorizzata espliċitament mill-awtorità nazzjonali li ġabret id-dejta.

    KAPITOLU V

    L-ISKAMBJU TAD-DEJTA KUNFIDENZJALI GĦALL-FINIJIET TAL-ISTATISTIKA TAL-KUMMERĊ INTRA-UNJONI TAL-OĠĠETTI

    Artikolu 11

    L-iskambju tad-dejta kunfidenzjali

    1.L-iskambju tad-dejta kunfidenzjali bejn l-Istati Membri dwar l-esportazzjonijiet intra-Unjoni tal-oġġetti għandu jsir, esklussivament għall-finijiet tal-istatistika, bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika li jikkontribwixxu għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għat-tixrid tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti.

    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti tad-dejta kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) u (2) għandhom japplikaw ukoll għall-iskambju tad-dejta kunfidenzjali b’konformità ma’ dan il-Kapitolu.

    2.L-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-importazzjoni, l-informazzjoni tal-istatistika dwar l-esportazzjoni intra-Unjoni tal-oġġetti lejn dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Artikolu 12.

    3.L-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri tal-esportazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-importazzjoni, il-metadejta rilevanti għall-użu tad-dejta skambjata fil-kompilazzjoni tal-istatistika.

    4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-informazzjoni li trid titqies bħala metadejta rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 3 kif ukoll l-iskeda taż-żmien għall-għoti ta’ din l-informazzjoni u l-informazzjoni tal-istatistika msemmija fil-paragrafu 2, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

    5.Meta titlob l-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-esportazzjoni, l-Istat Membru tal-importazzjoni jista’ jagħti lill-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-esportazzjoni, il-mikrodejta miġbura dwar l-importazzjonijiet intra-Unjoni tal-oġġetti, importati mill-Istat Membru tal-esportazzjoni.

    Artikolu 12

    L-informazzjoni tal-istatistika li trid tiġi skambjata

    1.L-informazzjoni tal-istatistika msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tinkludi:

    (a)il-mikrodejta miġbura bl-istħarriġiet;

    (b)id-dejta miġbura dwar oġġetti jew movimenti speċifiċi permezz ta’ sorsi oħra tad-dejta għajr l-istħarriġiet; u

    (c)id-dejta kkumpilata permezz tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet doganali.

    2.L-informazzjoni tal-istatistika msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tkopri tal-anqas 95% tal-valur tal-esportazzjonijiet intra-Unjoni totali tal-oġġetti ta’ kull Stat Membru lejn l-Istati Membri l-oħra kollha flimkien.

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 21 biex temenda dan ir-Regolament billi tnaqqas din ir-rata ta’ kopertura skont l-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi, filwaqt li żżomm statistika li tissodisfa l-istandards tal-kwalità fis-seħħ.

    3.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2), biex tispeċifika l-modalitajiet tal-ġbir tal-informazzjoni jew il-modalitajiet tal-kumpilazzjoni tal-informazzjoni rispettivament imsemmija skont il-paragrafu 1 u biex tispeċifika aktar il-modalitajiet għall-applikazzjoni tar-rata ta’ kopertura msemmija skont il-paragrafu 2.

    Artikolu 13

    Elementi tad-dejta tal-istatistika

    1.Il-mikrodejta msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12(1) għandu jkun fiha dawn l-elementi tad-dejta tal-istatistika:

    (a)in-numru tal-identifikazzjoni individwali allokat lill-operatur sieħeb fl-Istat Membru tal-importazzjoni, skont l-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112/KE 27 ;

    (b)il-perjodu ta’ referenza;

    (c)il-fluss;

    (d)il-prodott bażiku;

    (e)l-Istat Membru sieħeb;

    (f)il-pajjiż tal-oriġini;

    (g)il-valur tal-oġġetti;

    (h)il-kwantità tal-oġġetti;

    (i)in-natura tat-tranżazzjoni.

    Il-mikrodejta msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12(1) tista’ tinkludi l-mod tat-trasport, diment li jiġborha l-Istat Membru tal-esportazzjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2) biex tispeċifika l-elementi tad-dejta tal-istatistika msemmija fil-punti (a) sa (i), u biex tispeċifika l-lista tal-elementi tad-dejta tal-istatistika applikabbli għal oġġetti jew movimenti speċifiċi u d-dejta kkumpilata permezz tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet doganali msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 12(1).

    2.F’certi kundizzjonijiet li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità, l-Istati Membri jistgħu jissimplifikaw l-informazzjoni li trid tingħata għal tranżazzjonijiet individwali żgħar diment li din is-simplifikazzjoni ma jkollha l-ebda effett ta’ detriment għall-kwalità tal-istatistika.

    F’każijiet speċifiċi, l-Istati Membri jistgħu jiġbru sett imnaqqas ta’ elementi tad-dejta tal-istatistika kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew jiġbru l-informazzjoni relatata ma’ wħud minn dawn l-elementi tad-dejta f’livell anqas dettaljat.

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2) biex tispeċifika l-modalitajiet ta’ din is-simplifikazzjoni u l-valur massimu tal-esportazzjonijiet intra-Unjoni li jibbenefikaw minn din is-simplifikazzjoni.

       Artikolu 14

    Il-protezzjoni tad-dejta kunfidenzjali skambjata

    1.Għandhom japplikaw dawn ir-regoli tal-kunfidenzjalità:

    (a)Ir-reġistri tal-mikrodejta relatati ma’ esportatur li t-talba tiegħu għal kunfidenzjalità tal-istatistika, skont l-Artikolu 18, tkun ġiet aċċettata mill-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-esportazzjoni, għandhom jingħataw mill-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-esportazzjoni, lill-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-importazzjoni, bil-valur reali u b’kull element tad-dejta tal-istatistika kif msemmi fl-Artikolu 13(1), u b’sinjal li juri li dan ir-reġistru tal-mikrodejta hu kunfidenzjali.

    (b)L-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-importazzjoni tista’ tuża r-reġistri tal-mikrodejta dwar l-esportazzjonijiet li huma kunfidenzjali, għall-kompilazzjoni tar-riżultati tal-istatistika tal-importazzjonijiet intra-Unjoni. Jekk l-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-importazzjoni tuża r-reġistri tal-mikrodejta dwar l-esportazzjonijiet li huma kunfidenzjali, din għandha tiżgura li t-tixrid tar-riżultati tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet intra-Unjoni, mill-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-importazzjonijiet, ikun jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-istatistika mogħtija mill-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-esportazzjoni.

    2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiżgura l-protezzjoni tad-dejta kunfidenzjali skambjata skont dan il-Kapitolu li tkun tispeċifika l-format, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità għal din id-dejta, inklużi l-modalitajiet tal-applikazzjoni tar-regoli msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-proċedura għall-iskambju tad-dejta, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

    3.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipprevjenu u jippenalizzaw kull ksur tal-kunfidenzjalità tal-istatistika tad-dejta skambjata. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    Artikolu 15

    L-aċċess għad-dejta kunfidenzjali għal raġunijiet xjentifiċi

    L-aċċess għad-dejta kunfidenzjali skambjata jista’ jingħata lil riċerkaturi li jwettqu analiżi tal-istatistika għal raġunijiet xjentifiċi, b’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Hemm bżonn l-approvazzjoni tal-awtorità nazzjonali tal-istatistika tal-Istat Membru tal-esportazzjoni li tkun ipprovdiet id-dejta.

    KAPITOLU VI

    IL-KWALITÀ, IT-TRAŻMISSJONI U T-TIXRID

    Artikolu 16

    Il-kwalità

    1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tal-istatistika Ewropea tan-negozju li tiġi trażmessa u tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u tar-Reġistru tal-EuroGruppi.

    2.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

    3.Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta u tal-metadejta trażmessi.

    4.Għalhekk l-Istati Membri għandhom jitbagħtu:

    (a)rapporti annwali dwar il-kwalità u l-metadejta b’rabta mad-dejta trażmessa. Fil-każ tal-istatistika multiannwali, il-perjodiċità tar-rapporti għandha tkun l-istess bħal dik fl-istatistika;

    (b)rapporti annwali dwar il-kwalità u l-metadejta relatati mar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju.

    5.Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri, rapporti annwali dwar il-metadejta u l-kwalità relatati mar-Reġistru tal-EuroGruppi.

    6.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-modalitajiet, il-kontenut u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tar-rapporti dwar il-metadejta u l-kwalità. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

    7.L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (il-Eurostat) mill-aktar fis b’kull informazzjoni rilevanti jew b’bidla fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tinfluwenza l-kwalità tad-dejta trażmessa. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (il-Eurostat) bil-bidliet il-kbar fil-metodoloġija jew b’bidliet oħrajn li jaffettwaw il-kwalità tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju. L-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis u mhux aktar tard minn sitt xhur wara li xi bidla bħal din tidħol fis-seħħ.

    8.Meta titlobhom il-Kummissjoni (il-Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex din tevalwa l-kwalità tal-informazzjoni tal-istatistika.

    Artikolu 17

    It-trażmissjoni tad-dejta u tal-metadejta

    1.L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (il-Eurostat), id-dejta u l-metadejta li jeżiġi dan ir-Regolament b’konformità mal-istandards għall-iskambju tad-dejta u tal-metadejta. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2) biex tistabbilixxi dawn l-istandards kif ukoll proċedura għat-trażmissjoni tad-dejta u tal-metadejta. Meta d-dejta trażmessa tkun kunfidenzjali, il-valur reali jintbagħat b’sinjal li juri li hi kunfidenzjali u li ma tistax tixtered.

    2.L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tal-istatistika tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u jittrażmettu l-informazzjoni lill-Kummissjoni (il-Eurostat), permezz ta’ format u proċedura, li għandhom jiġu speċifikati f’atti ta’ implimentazzjoni adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

    3.Meta titlobhom, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, kull informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri.

    Artikolu 18

    Il-kunfidenzjalità dwar it-tixrid tad-dejta tal-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti

    Meta jitlobhom l-importatur jew l-esportatur, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom jiddeċiedu jekk ixxerrdux ir-riżultati tal-istatistiċi li jaf jikxfu l-identità tal-importatur jew tal-esportatur partikolari, jew jekk jiġux emendati r-riżultati tal-istatistika ħalli tinżamm il-kunfidenzjalità tal-istatistika, b’konformità mal-Artikolu 20(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

    KAPITOLU VII

    L-ISTUDJI PILOTA U L-FINANZJAMENT

    Artikolu 19

    L-istudji pilota

    1.Meta l-Kummissjoni (il-Eurostat) tidentifika ħtiġijiet sinifikanti ta’ dejta ġdida jew titjib fis-settijiet tad-dejta koperti minn dan ir-Regolament, din tista’ tniedi studji pilota li jwettquhom l-Istati Membri fuq bażi volontarja, qabel ma ssir ġabra ġdida tad-dejta.

    2.Dawn l-istudji pilota għandhom jitwettqu biex jiġu stmati r-rilevanza u l-fattibbiltà li tinkiseb id-dejta, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibbilità tad-dejta b’rabta mal-ispiża tal-ġbir u l-piż fuq in-negozji.

    3.L-ewwel studji pilota li jitniedu għandhom ikopru modi ta’ provvista tal-kummerċ internazzjonali tas-servizzi u l-kummerċ internazzjonali tas-servizzi skont il-karatteristiċi tal-intrapriża.

    Artikolu 20

    Il-finanzjament

    1.Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Unjoni tista’ tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra li jissemmew fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, għall-ispejjeż ta’:

    (a)l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ħtiġijiet tad-dejta fil-qasam tal-istatistika tan-negozju;

    (b)l-iżvilupp ta’ metodoloġiji bil-għan li jżidu l-kwalità u jnaqqsu l-ispejjeż u l-piż amministrattiv tal-ġbir u tal-produzzjoni tal-istatistika tan-negozju, u li jtejbu n-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju.

    2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    3.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż id-90% tal-ispejjeż eliġibbli.

    KAPITOLU VIII

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 21

    L-eżerċitar tad-delega

    1.Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 6, 9 u 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal żmien indefinit.

    3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5, 6, 9 u 12 tista’ tiġi revokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

    4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

    5.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 5, 6, 9 u 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 22

    Il-Kumitat

    1.Il-Kummissjoni għandu jkollu l-assistenza tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 23

    Il-koperazzjoni ma’ kumitati oħrajn

    Fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li huma fil-kompetenza tal-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni ta’ dak il-Kumitat skont dik id-Deċiżjoni.

    Artikolu 24

    Id-derogi

    1.Meta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru tkun qed titlob adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tagħti derogi mill-applikazzjoni tiegħu għal mhux aktar minn tliet snin, diment li dawn id-derogi la jfixklu l-komparabbiltà tad-dejta tal-Istati Membri u lanqas ma jxekklu l-kalkolu tal-aggregati Ewropej rappreżentattivi u fil-ħin li huma meħtieġa.

    2.Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni b’konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

    Artikolu 25

    Emendi fir-Regolament (KE) Nru 184/2005

    Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 huwa emendat kif ġej:

    (a)L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

    Artikolu 1

    Is-suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika tal-Komunità dwar il-bilanċ tal-pagamenti u dwar l-investiment dirett barrani.”;

    (b)fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

    “1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni (il-Eurostat), id-dejta dwar il-bilanċ tal-pagamenti u dwar l-investiment dirett barrani kif imsemmi fl-Anness I. Id-dejta għandha tkun kif definita fl-Anness II.”;

    (c)fl-Artikolu 5(1), jitħassar il-punt (c);

    (d)fl-Artikolu 12, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

    “(a) jevalwa l-kwalità tad-dejta dwar il-bilanċ tal-pagamenti u dwar l-investiment dirett barrani;”;

    (e)fl-Anness I, it-Tabella 3 (il-kummerċ internazzjonali fis-servizzi) tiġi emendata skont l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 26

    Ir-revoka

    1.Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3924/91, (KE) Nru 48/2004, (KE) Nru 716/2007, (KE) Nru 177/2008 u (KE) Nru 295/2008 u d-Deċiżjoni (KE) Nru 1608/2003 tħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019.

    2.Ir-Regolament (KE) Nru 1165/1998 tħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024.

    3.Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020.

    4.Ir-Regolamenti (KE) Nru 638/2004 u (KE) Nru 471/2009 tħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020.

    5.Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 27

    Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

    1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    2.Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

    3.Iżda l-Artikoli 11 sa 15 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.2.Oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

    1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.4.Għanijiet

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.6.Durata u impatt finanzjarju

    1.7.Mod ta’ ġestjoni ppjanat

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji tan-nefqa affettwati

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

    3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.It-titolu tal-proposta/inizjattiva

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Istatistika Ewropea tan-Negozju

    1.2.Oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 28  

    2902 – Il-Programm Ewropew tal-Istatistika

    0904 – Orizzont 2020

    1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

     Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

     Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 29  

     Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

    1.4.Għanijiet

    1.4.1.L-għanijiet strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

    Il-monitoraġġ tal-għanijiet stabbiliti mill-għaxar (10) prijoritajiet tal-Kummissjoni fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni jeħtieġ statistika Ewropea armonizzata u komparabbli. L-approċċ integrat FRIBS għandu l-għan li jipprovdi statistika tan-negozju ta’ kwalità kbira ħalli jsir monitoraġġ tal-għanijiet tal-politika stabbiliti minn dawn il-prijoritajiet, b’mod partikolari “l-Impjiegi, it-Tkabbir u Investiment”, “is-Suq Uniku Diġitali”, “is-Suq Intern” u “il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Istati Uniti”. Fil-kuntest ta’ metodi moderni għall-ġbir u għall-produzzjoni tad-dejta tal-istatistika, l-input tal-istatistika jenħtieġ li jiġi prodott bl-aktar mod effiċjenti.

    1.4.2.L-għanijiet speċfiċi u l-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

    Għan speċifiku Nru 1

    Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016, l-Inizjattiva REFIT Nru 26 – Pakkett tal-Istatistika

    Attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

    2902 – Il-Programm Ewropew tal-Istatistika

    0904 – Orizzont 2020


    Riżultati u impatt mistennija

    Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

    L-inizjattiva jenħtieġ li ttejjeb il-flessibbiltà u l-ħila tar-rispons tal-istatistika Ewropea tan-negozju għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu tal-utenti u żżid il-konsistenza u l-kwalità tagħha. L-inizjattiva tappoġġa l-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni għax tipprovdi aktar dejta konsistenti u rilevanti biex isir monitoraġġ, eżempju tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi, tal-kompetittività, tar-riċerka u l-innovazzjoni, tas-suq uniku diġitali, tal-impatt tal-globalizzazzjoni u tal-funzjonament tas-suq intern. Din jenħtieġ li tagħmilha eħfef biex il-produzzjoni tad-dejta tkun aktar kosteffiċjenti u moderna, u jenħtieġ li tipprovdi l-mezzi biex il-fornituri tad-dejta (in-negozji) jonqsilhom il-piż amministrattiv b’mod sinifikanti.

    Fejn tidħol l-effiċjenza, il-proposta se żżid l-ispejjeż tal-implimentazzjoni inizjali għall-kompilaturi tad-dejta, minħabba r-reviżjonijiet fil-proċessi tal-produzzjoni tad-dejta u minħabba ħtiġijiet ġodda tad-dejta. Iżda dawn l-ispejjeż tal-implimentazzjoni addizzjonali fuq perjodu qasir jenħtieġ li jiġu kkumpensati miż-żidiet fl-effiċjenza fil-livell tas-sistema mal-medda taż-żmien.

    1.4.3.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

    Għal kull wieħed mill-għanijiet operazzjonali identifikati fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, b’indikatur ewlieni tal-prestazzjoni jkun jista’ jsir monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ din il-proposta.

    Is-sors ewlieni tal-informazzjoni biex jiġu kkalkulati l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni huwa r-rapporti nazzjonali dwar il-metadejta u l-kwalità kif ukoll l-istħarriġ annwali dwar is-sodisfazzjon tal-utenti li jagħmel il-Eurostat u r-rapporti tal-monitoraġġ dwar it-tixrid elettroniku tal-Eurostat.

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.5.1.Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq żmien qasir jew twil

    Fuq żmien qasir, ir-Regolamenti eżistenti fil-qasam tal-istatistika Ewropea tan-negozju se jiġu integrati u l-ħtiġijiet tal-utent li ilhom pendenti għal informazzjoni addizzjonali fuq in-negozji se jiġu ssodisfati. Se jonqos il-piż minn fuq il-fornituri tad-dejta.

    Fuq medda twila ta’ żmien, l-inizjattiva jenħtieġ li twassal għal titjib fl-effiċjenza tal-ġbir u tal-kompilazzjoni tal-istatistika tan-negozju u b’hekk jonqsu l-ispejjeż għall-kompilaturi tad-dejta. Minbarra dan, se tiżdied ir-rilevanza tad-dejta billi jitwieġbu aktar malajr il-ħtiġijiet emerġenti ġodda u importanti tal-utenti.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    Fil-livell nazzjonali ma tistax issir produzzjoni ta’ statistika armonizzata u kumparabbli fost l-Istati Membri, u li tkun prodotta skont il-ħtiġijiet tal-UE. Il-produzzjoni tal-istatistika tal-UE teħtieġ l-implimentazzjoni ta’ metodoloġija armonizzata u d-definizzjoni ta’ outputs komuni u l-karatteristiċi tagħha li jridu jwettqu l-Istati Membri individwali, u din tista’ tinkiseb bis-sħiħ biss permezz ta’ azzjoni tal-UE.

    1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Biex ikun żgurat li l-provvista tad-dejta nazzjonali tkun konformi, l-aktar tip xieraq ta’ azzjoni tal-UE hija Regolament. Il-koeżistenza ta’ għaxar (10) Regolamenti separati fil-qasam tal-istatistika tan-negozju wasslet għal inkonsistenzi fil-kunċetti u fid-definizzjonijiet użati.

    1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

    Peress li dan hu Regolament Qafas, ladarba jidħol fis-seħħ dan se jirrazzjonalizza l-għaxar bażijiet ġuridiċi attwali għall-istatistika Ewropea tan-negozju. Il-manwal tal-Istatistika Ewropea tan-Negozju se jagħti gwida metodoloġika.

    1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju

     Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

       Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

       Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

     Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2019 sal-2021,

    wara tħaddim fuq skala sħiħa.

    1.7.Il-modi ta’ ġestjoni ppjanati 30  

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

       mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttiv

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

       lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

       lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għad iridu jiġu speċifikati);

       lill-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

       lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

       lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;

       lill-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

       lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

       lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

    Kummenti

    […]

    […]

    2.IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Ir-rappurtar dettaljat regolari tal-kwalità tal-implimentazzjoni huwa fis-seħħ għal kull ġbir tad-dejta tal-istatistika, skont ir-regoli speċifiċi tal-Eurostat. Ir-rappurtar se jitkompla u jkompli jittejjeb bil-proposta l-ġdida.

    Dawk li jirċievu l-għotjiet għandhom jibagħtu d-dejta miġbura u r-rapport dwar il-kwalità korrispondenti.

    2.2.Is-sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll

    2.2.1.Riskji identifikati

    Peress li ġestjoni diretta hija prevista, ir-riskji inerenti huma dawk relatati mal-ġestjoni tal-akkwisti u l-għotjiet.

    2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

    Il-Eurostat iddefinixxa strateġija tal-kontroll 2013-2017 li takkumpanja l-implimentazzjoni tan-nefqa. Il-miżuri u l-għodda ta’ din l-istrateġija huma applikabbli għalkollox għar-Regolament propost. It-tnaqqis tal-kumplessità, l-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ monitoraġġ kosteffettivi kif ukoll it-twettiq ta’ kontrolli ex ante u ex post ibbażati fuq ir-riskji se jkollhom l-għan li jnaqqsu l-probabbiltà u jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-frodi. Miżuri speċifiċi għaż-żieda fl-għarfien u t-taħriġ rilevanti rigward il-prevenzjoni tal-frodi huma parti mill-istrateġija tal-kontroll.

    2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju tal-iżball

    Il-Eurostat għandu strateġija tal-kontroll stabbilita bil-għan li b’mod ġenerali tillimita r-riskju tan-nuqqas ta’ konformità skont il-kriterju tal-materjalità ta’ 2%, skont l-għanijiet dwar il-kontroll intern u l-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tiegħu 2016-2020. 100% tat-tranżazzjonijiet finanzjarji (u għalhekk 100% tal-baġit) se jkunu soġġetti għal kontrolli ex ante obbligatorji skont ir-Regolament Finanzjarju. Minbarra dan, se jsiru kontrolli bbażati fuq analiżi profonda tad-dokumentazzjoni sottostanti wara analiżi tar-riskji annwali. Dawn jistgħu jkopru bejn 4-6% tal-baġit totali mmaniġġjat mill-Eurostat.

    2.3.Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

    Fit-30 ta’ Ottubru 2013, il-Eurostat adotta “l-Istrateġija Kontra l-Frodi 2014-2017” tiegħu b’konformità mal-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2011 (CAFS). L-istrateġija kontra l-frodi tal-Eurostat tispeċifika tliet għanijiet operazzjonali, li: i) jissaħħu l-komponenti eżistenti kontra l-frodi; ii) jiġu integrati aħjar l-elementi kontra l-frodi tal-valutazzjoni tar-riskju/il-ġestjoni tar-riskju tal-Eurostat kif ukoll fil-verifiki, l-ippjanar, ir-rappurtar u l-monitoraġġ; u iii) jissaħħu l-kapaċitajiet u l-għarfien kontra l-frodi tal-Eurostat bħala parti mill-kultura kontra l-frodi tal-Kummissjoni. Mal-istrateġija kontra l-frodi hemm mehmuż pjan ta’ azzjoni kontra l-frodi. Matul il-perjodu tal-applikazzjoni tagħha, l-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi qed tiġi sorveljata darbtejn fis-sena, u jingħata rendikont lill-maniġment.

    Il-Eurostat se jevalwa l-impatt tal-istrateġija fl-2017 u se jaġġorna l-istrateġija skont dan. Fl-2016 – bħala pass importanti lejn l-istrateġija tal-evalwazzjoni – il-Eurostat se jirrevedi l-pjan ta’ azzjoni tiegħu kontra l-frodi.

    Kemm ir-reviżjoni tal-istrateġija tal-Eurostat kif ukoll ir-reviżjoni tal-pjan ta’ azzjoni se jsiru abbażi tal-metodoloġija u l-gwida aġġornati tal-OLAF, li ħareġ fi Frar 2016.

    Barra minn hekk, fejn jidħlu r-riċevituri, kull riċevitur potenzjali tal-għotjiet huwa korp pubbliku (l-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika u Awtoritajiet Nazzjonali oħra, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009). Minbarra dan, dawn l-għotjiet jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti. Hemm kontrolli fis-seħħ, li jqisu dawn il-proċeduri speċifiċi tal-għotjiet, u jinvolvu analiżi ex ante u ex post tal-ġestjoni tal-għotjiet.

    L-użu tal-ispejjeż tal-unità u ta’ somom f’daqqa, skont l-Artikolu 124(1) tar-Regolament Finanzjarju, inaqqas sostanzjalment ir-riskju tal-iżbalji relatati mal-ġestjoni tal-għotjiet biex jippermetti amministrazzjoni simplifikata b’mod sinifikanti.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji tan-nefqa affettwati

    Linji baġitarji eżistenti

    Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru
    […][Intestatura………………………...……………]

    Diff./Mhux diff 31 .

    mill-pajjiżi tal-EFTA 32

    mill-pajjiżi kandidati 33

    minn pajjiżi terzi

    fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    1a

    29.020100 – ESP18_20 – Il-Programm Ewropew tal-Istatistika (ESP) 2018-2020

    Diff

    IVA

    LE

    LE

    LE

    1a

    09.040201- Tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (Ass. Prog.: ORIZZONT 2020 - Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont 2020)

    Diff.

    IVA

    LE

    LE

    LE

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjajru
    pluriennali

    Numru

    1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

    Id-DĠ: ESTAT

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    TOTAL

    • Approprjazzjonijiet operazzjonali

    Numru tal-linja baġitarja 29.020100

    Impenji

    (1)

    10,285

    9,185

    19,470

    Pagamenti

    (2)

    1,029

    4,518

    5,547

    Numru tal-linja baġitarja

    Impenji

    (1a)

    Pagamenti

    (2a)

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 34  

    Numru tal-linja baġitarja

    (3)

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    għad-DĠ ESTAT

    Impenji

    =1+1a+3

    10,285

    9,185

    19,470

    Pagamenti

    =2+2a

    +3

    1,029

    4,518

    5,547




    Id-DĠ: CNECT

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    TOTAL

    • Approprjazzjonijiet operazzjonali

    Numru tal-linja baġitarja 09.040201

    Impenji

    (1)

    1,000

    1,000

    2,000

    Pagamenti

    (2)

    0,100

    0,450

    0,550

    Numru tal-linja baġitarja

    Impenji

    (1a)

    Pagamenti

    (2a)

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 35  

    Numru tal-linja baġitarja

    (3)

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    għad-DĠ CNECT

    Impenji

    =1+1a+3

    1,000

    1,000

    2,000

    Pagamenti

    =2+2a

    +3

    0,100

    0,450

    0,550

    Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

    • Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI

    Impenji

    (4)

    11,285

    10,185

    21,470

    Pagamenti

    (5)

    1,129

    4,968

    6,097

    • Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

    (6)

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Ammont ta’ referenza)

    Impenji

    =4+6

    11,285

    10,185

    21,470

    Pagamenti

    =5+6

    1,129

    4,968

    6,097





    Intestatura tal-qafas finanzjajru
    pluriennali

    5

    “Nefqa amministrattiva”

    f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    TOTAL

    Id-DĠ: ESTAT

    • Riżorsi umani

    11,850

    11,883

    23,733

    • Nefqa amministrattiva oħra

    0,625

    0,625

    1,250

    TOTAL għad-DĠ ESTAT

    12,475

    12,508

    24,983

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    taħt l-INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    (Impenji totali = Pagamenti totali)

    12,475

    12,508

    24,983

    f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    TOTAL

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    Impenji

    23,760

    22,693

    46,453

    Pagamenti

    13,604

    17,476

    31,080

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    Indika l-għanijiet u l-outputs

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    TOTAL

    OUTPUTS

    Tip 36

    Spiża medja

    Nru

    Spiża

    Nru

    Spiża

    Nru totali

    Spiża totali

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 37 ...

    - Output

    Ir-Reġistru tal-EuroGruppi

    0,750

    0,750

    1,500

    - Output

    L-ittestjar tar-Reġistru tal-EuroGruppi

    0,250

    0,250

    0,500

    - Output

    L-implimentazzjoni tal-ġbir tad-dejta

    3,435

    3,935

    7,370

    - Output

    Studji metodoloġiċi u studji pilota

    6,850

    5,250

    12,100

    Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

    11,285

    10,185

    21,470

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

    - Output

    Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

    SPIŻA TOTALI

    11,285

    10,185

    21,470

    3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.3.1.Sommarju

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    Sena
    2019 38

    Sena
    2020

    TOTAL

    INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    11,850

    11,883

    23,733

    Nefqa amministrattiva oħra

    0,625

    0,625

    1,250

    Subtotal INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    12,475

    12,508

    24,983

    ’Il barra mill-INTESTATURA 5 39
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra
    ta’ natura amministrattiva

    Subtotal
    ’Il barra mill-INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    12,475

    12,508

    24,983

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jkopruhom l-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal fulltime

    Sena
    2019

    Sena
    2020

    • Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

    29 01 01 01 (Il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    74,67

    74,92

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

    10 01 05 01 (Riċerka diretta)

    Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Fulltime: FTE) 40

    29 01 02 01 (AC, SNE, INT mill-“pakkett globali”)

    25

    25

    XX 01 02 02 (AC, AL, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

    XX 01 04 yy  41

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    XX 01 05 02 (AC, SNE, INT - Riċerka indiretta)

    10 01 05 02 (AC, SNE, INT - Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    TOTAL

    99,67

    99,92

    XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u persunal temporanju

    Xogħol metodoloġiku, inkluż għall-istudji pilota

    Xogħol tal-IT biex jirċievu, jivvalidaw u jipproċessaw id-dejta

    Analiżi tad-dejta, rilaxx tad-dejta u appoġġ lill-utent

    Persunal estern

    Xogħol metodoloġiku, inkluż għall-istudji pilota

    Xogħol tal-IT biex jirċievu, jivvalidaw u jipproċessaw id-dejta

    3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

       Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

       Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi l-programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

    Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, u speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    […]

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

    Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    […]

    3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet tal-partijiet terzi

    Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament mingħand il-partijiet terzi.

    Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt.

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    2019

    2020

    Total

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati

    p.m

    p.m

    p.m.

    (1) L-ESS hija s-sħubija bejn l-awtorità Ewropea tal-istatistika, li hija l-Kummissjoni (il-Eurostat), u l-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs) u awtoritajiet nazzjonali oħra (ONAs) responsabbli f’kull Stat Membru għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea.
    (2) Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12). Propost biex jiġi estiż għal 2018-2020 bil-COM/2016/0557 final - 2016/0265
    (3) Ara http://ec.europa.eu/eurostat/web/quality/evaluation
    (4) http://ec.europa.eu/eurostat/documents/10186/7142348/ABS-Report.pdf , http://ec.europa.eu/eurostat/documents/10186/6937805/Summary+report+on+the+open+public+consultations/52c01d34-ca85-4e8d-aaae-df4ae84b8dea
    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (ĠU L 35, 8.2.2005, p.23-55).
    (6) Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6)
    (7) Id-Deċiżjoni Nru 1297/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar Programm għall-Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS), (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 76)
    (8) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ dejta soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164)
    (9) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1)
    (10) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1)
    (11) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
    (12) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
    (13) Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23)
    (14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta’ stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1)
    (15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1)
    (16) Id-Deċiżjoni Nru 1608/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tirrigwarda l-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 1)
    (17) Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija tal-azzar għas-snin ta’ referenza 2003-2009 (ĠU L 7, 13.1.2004, p. 1)
    (18) Ir-Regolament (KE) 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn Stati Membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 (ĠU L 102, 7.4.2004, p. 1)
    (19) Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49)
    (20) Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17)
    (21) Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6)
    (22) Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (formulazzjoni mill-ġdid) (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13)
    (23) Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23)
    (24) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1)
    (25) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1)
    (26) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1)
    (27) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud(ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1)
    (28) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
    (29) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (30) Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit web tal-BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
    (31) Diff: = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (32) L-EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (33) Il-pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (34) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
    (35) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
    (36) L-outputs huma l-oġġetti u s-servizzi fornuti (eż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ).
    (37) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għanijiet speċifiċi…”
    (38) Is-sena N hija s-sena meta tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
    (39) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
    (40) AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet.
    (41) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
    Top

    Brussell, 6.3.2017

    COM(2017) 114 final

    ANNESSI

    tal-Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju
    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u li jħassar l-10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju

    {SWD(2017) 98 final}
    {SWD(2017) 99 final}


    Anness I

    It-temi li għandhom jiġu koperti

    Il-qasam tas-suġġett nru 1 L-istatistika tan-negozju fuq żmien qasir

    It-temi

    It-temi fid-dettall

    Popolazzjoni tan-negozju

    Avvenimenti demografiċi tan-negozju (fallimenti u reġistrazzjonijiet)

    Inputs lavorattivi

    Impjiegi

    Sigħat maħduma

    Spejjeż lavorattivi

    Prezzijiet

    Prezzijiet tal-importazzjoni

    Prezzijiet tal-produtturi

    Outputs u prestazzjoni

    Produzzjoni

    Volum tal-bejgħ

    Fatturat nett

    Permessi

    Permessi tal-bini

     

     

    Il-qasam tas-suġġett nru 2 L-istatistika tan-negozju fil-livell ta’ pajjiż

    It-temi

    It-temi fid-dettall

    Popolazzjoni tan-negozju

    Popolazzjoni ta’ intrapriżi attivi

    Avvenimenti demografiċi tan-negozju (twelid, imwiet, sopravivenzi)

    Intrapriżi kkontrollati mill-barranin

    Intrapriżi kkontrollati mill-barranin (il-kunċett UCI) u affiljati domestiċi

    Popolazzjoni ta’ intrapriżi involuti fil-kummerċ internazzjonali

    Inputs lavorattivi

    Impjiegi

    Impjiegi marbutin ma’ avvenimenti demografiċi tan-negozju (twelid, imwiet, sopravivenzi)

    Impjiegi f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin

    Impjiegi f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin (il-kunċett UCI) u affiljati domestiċi

    Sigħat maħduma

    Spejjeż lavorattivi

    Spejjeż lavorattivi f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin

    Inputs tar-riċerka u l-iżvilupp

    Nefqa tar-riċerka u l-iżvilupp

    Impjiegi fir-riċerka u l-iżvilupp

    Nefqa tar-riċerka u l-iżvilupp f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin

    Impjiegi fir-riċerka u l-iżvilupp f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin

    Riċerka u żvilupp iffinanzjati pubblikament

    Xiri

    Xiri ta’ oġġetti u servizzi

    Bidla fil-ħażna tal-oġġetti

    Xiri ta’ oġġetti u servizzi f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin

    Importazzjonijiet minn intrapriżi

    Outputs u prestazzjoni

    Fatturat nett

    Marġni gross fuq l-oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid

    Valur tal-output

    Valur miżjud

    Surplus operatorju gross

    Fatturat nett ta’ intrapriżi kkontrollati mill-barranin

    Valur tal-output ta’ intrapriżi kkontrollati mill-barranin

    Valur miżjud ta’ intrapriżi kkontrollati mill-barranin

    Fatturat nett ta’ intrapriżi kkontrollati mill-barranin (il-kunċett UCI) u affiljati domestiċi

    Produzzjoni industrijali

    Esportazzjonijiet mill-intrapriżi

    Investimenti

    Investiment gross

    Investiment gross minn intrapriżi kkontrollati mill-barranin

    Innovazzjoni

    Innovazzjoni

    Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku

    Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku

    Il-qasam tas-suġġett nru 3 L-istatistika reġjonali tan-negozju

    It-temi

    It-temi fid-dettall

    Popolazzjoni tan-negozju

    Popolazzjoni skont ir-reġjun

    Avvenimenti demografiċi tan-negozju skont ir-regjun (twelid, imwiet, sopravivenzi)

    Inputs lavorattivi

    Impjiegi skont ir-regjun

    Impjiegi marbutin ma’ avvenimenti demografiċi tan-negozju skont ir-regjun (twelid, imwiet, sopravivenzi)

    Spejjeż lavorattivi skont ir-regjun

    Inputs tar-riċerka u l-iżvilupp

    Nefqa tar-riċerka u l-iżvilupp skont ir-regjun

    Impjiegi fir-riċerka u l-iżvilupp skont ir-regjun

    Il-qasam tas-suġġett nru 4 L-istatistika dwar attivitajiet internazzjonali

    It-temi

    It-temi fid-dettall

    Popolazzjoni tan-negozju

    Popolazzjoni ta’ intrapriżi barra mill-pajjiż li fl-aħħar nett huma kkontrollati minn unitajiet istituzzjonali fil-pajjiż li qed jirrapporta

    Inputs lavorattivi

    Impjiegi f’intrapriżi barra mill-pajjiż li fl-aħħar nett huma kkontrollati minn unitajiet istituzzjonali fil-pajjiż li qed jirrapporta

    Spejjeż lavorattivi f’intrapriżi barra mill-pajjiż li fl-aħħar nett huma kkontrollati minn unitajiet istituzzjonali fil-pajjiż li qed jirrapporta

    Investimenti

    Investiment gross minn intrapriżi barra mill-pajjiż li fl-aħħar nett huma kkontrollati minn unitajiet istituzzjonali fil-pajjiż li qed jirrapporta

    Outputs u prestazzjoni

    Fatturat nett ta’ intrapriżi barra mill-pajjiż li fl-aħħar nett huma kkontrollati minn unitajiet istituzzjonali fil-pajjiż li qed jirrapporta

    Kummerċ internazzjonali tal-oġġetti

    Kummerċ intra-UE tal-oġġetti

     

    Kummerċ extra-UE tal-oġġetti

    Kummerċ internazzjonali tas-servizzi

    Importazzjonijiet tas-servizzi (debitu)

    Esportazzjonijiet tas-servizzi (kreditu)

    Servizzi FRIBS netti (bilanċ)

    Katini tal-valur globali

    Katini tal-valur globali



    Anness II

    Il-perjodiċità tat-temi

    Il-qasam tas-suġġett nru 1 L-istatistika tan-negozju fuq żmien qasir

    It-temi

    Il-perjodiċità

    Popolazzjoni tan-negozju

    Trimestrali

    Inputs lavorattivi

    Trimestrali

    Prezzijiet

    kull xahar; trimestrali għall-indiċijiet tal-prezz tal-produzzjoni tas-servizzi u għall-indiċijiet tal-prezz tal-produzzjoni għal bini residenzjali ġdid

    Outputs u prestazzjoni

    kull xahar; trimestrali għall-pajjiżi ż-żgħar għat-Taqsima F tan-NACE

    Permessi

    Trimestrali

    Il-qasam tas-suġġett nru 2 L-istatistika tan-negozju fil-livell ta’ pajjiż

    It-temi

    Il-perjodiċità

    Popolazzjoni tan-negozju

    Annwali

    Inputs lavorattivi

    Annwali

    Inputs tar-riċerka u l-iżvilupp

    biennali; annwali għat-tqassim skont is-settur tal-prestazzjoni tan-nefqa fir-riċerka u fl-iżvilupp intramurali, il-persunal tar-riċerka u l-iżvilupp, u l-għadd ta’ riċerkaturi; u kif ukoll għall-approprjazzjonijiet baġitarji tal-gvern jew in-nefqiet fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (GBAORD) u għall-finanzjament pubbliku nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp ikkoordinati b’mod transnazzjonali

    Xiri

    annwali; kull tliet snin għall-ħlasijiet lis-subkuntratturi

    Outputs u prestazzjoni

    annwali; biennali għat-tqassim tal-fatturat nett skont il-prodott kif ukoll skont ir-residenza tal-klijent għall-attivitajiet tan-NACE 69.1, 69.2, 70.2, 71.1, 71.2 u 73.2; kull ħames snin għall-Fatturat nett mill-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u l-attivitajiet industrijali, il-Fatturat nett mill-attivitajiet industrijali, il-Fatturat nett mill-attivitajiet industrijali għajr il-kostruzzjoni, il-Fatturat nett mill-kostruzzjoni, il-Fatturat nett mill-attivitajiet tas-servizzi, il-Fatturat nett mill-attivitajiet kummerċjali tax-xiri u l-bejgħ mill-ġdid u mill-attivitajiet intermedjarji, il-Fatturat Nett mill-bini u l-Fatturat nett mill-inġinerija ċivili; kull tliet snin għad-dħul mis-subkuntrattar

    Investimenti

    annwali; kull tliet snin għall-investiment f’assi intanġibbli

    Innovazzjoni    

    Biennali

    Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku

    annwali



    Il-qasam tas-suġġett nru 3 L-istatistika reġjonali tan-negozju

    It-temi

    Il-perjodiċità

    Popolazzjoni tan-negozju

    annwali

    Inputs lavorattivi

    annwali

    Inputs tar-riċerka u l-iżvilupp

    biennali

    Il-qasam tas-suġġett nru 4 L-istatistika dwar attivitajiet internazzjonali

    It-temi

    Il-perjodiċità

    Popolazzjoni tan-negozju

    annwali

    Inputs lavorattivi

    annwali

    Investimenti

    annwali

    Outputs u prestazzjoni

    annwali

    Kummerċ internazzjonali tal-oġġetti

    kull xahar; biennali għat-tqassim kumbinat skont il-prodott u l-munita tal-fatturazzjoni, għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet extra-UE tal-oġġetti:

    Kummerċ internazzjonali tas-servizzi

    annwali; trimestrali għat-tqassimiet tal-ewwel livell tas-servizzi

    Katini tal-valur globali

    kull tliet snin

     



    Anness III

    Elementi tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju

    Parti A: Irreġistra t-temi fid-dettall u identifikatur uniku

    1.L-unitajiet elenkati fir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u fir-Reġistru tal-EuroGruppi kif definit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għandhom jingħarfu bin-numru tal-identità u bit-temi fid-dettall speċifikati fil-Parti C.

    2.L-unitajiet elenkati fir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u fir-Reġistru tal-EuroGruppi għandhom jingħarfu b’mod uniku bin-numru tal-identità ħalli jeħfief rwol tal-infrastruttura tan-netwerk Ewropew tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju. Dawn in-numri tal-identità se jagħtuhom l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. In-numri tal-identità tal-unitajiet legali u tal-gruppi tal-intrapriżi multinazzjonali rilevanti għar-Reġistru tal-EuroGruppi se tagħtihom il-Kummissjoni (il-Eurostat). Għall-finijiet nazzjonali, fir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jistgħu jużaw in-numri tal-identità addizzjonali.

    Parti B: Ir-referenza taż-żmien u l-perjodiċità

    3.Iż-żidiet fir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u fir-Reġistru tal-EuroGruppi, u t-tneħħijiet minnhom, għandhom ikunu aġġornati mill-inqas darba fis-sena.

    4.Il-frekwenza tal-aġġornamenti għandha tiddependi fuq it-tip ta’ unità, il-varjabbli kkunsidrat, id-daqs tal-unità u s-sors li ġeneralment jintuża għall-aġġornament.

    5.L-Istati Membri għandhom jagħmlu kopja kull sena li tkun tirrifletti l-istat tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju fi tmiem is-sena, u jerfgħu dik il-kopja għal mill-anqas 30 sena għall-finijiet ta’ analiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tagħmel kopja kull sena li tkun tirrifletti l-istat tar-Reġistru tal-EuroGruppi fi tmiem is-sena, u terfa' dik il-kopja għal mill-anqas 30 sena għall-finijiet ta’ analiżi.

    Parti C: It-temi fid-dettall għar-reġistri tan-negozju

    Għall-unitajiet rispettivi ddefiniti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru tal-EuroGruppi għandu jkun fihom dawn it-temi fid-dettall għal kull unità.



    UNITAJIET

    It-temi fid-dettall

    1. UNITAJIET LEGALI

    Karatteristiċi ta’ identifikazzjoni

    Karatteristiċi demografiċi

    Karatteristiċi ekonomiċi/ta’ stratifikazzjoni

    Rabtiet mal-intrapriżi

    Rabtiet ma’ reġistri oħra

    Rabta mal-grupp ta’ intrapriżi

    Kontroll tal-unitajiet

    Sjieda tal-unitajiet

    2. GRUPP TA’ INTRAPRIŻI

    Karatteristiċi ta’ identifikazzjoni

    Karatteristiċi demografiċi

    Karatteristiċi ekonomiċi/ta’ stratifikazzjoni

    3. INTRAPRIŻA

    Karatteristiċi ta’ identifikazzjoni

    Rabta ma’ unitajiet oħra

    Karatteristiċi demografiċi

    Karatteristiċi ekonomiċi/ta’ stratifikazzjoni

    4. UNITÀ LOKALI

    Karatteristiċi ta’ identifikazzjoni

    Karatteristiċi demografiċi

    Karatteristiċi ekonomiċi/ta’ stratifikazzjoni

    Rabtiet ma’ unitajiet u reġistri oħra

    5. TIP TA’ UNITÀ TAL-ATTIVITÀ

    Karatteristiċi ta’ identifikazzjoni

    jekk koperti bħala unità statistika b’konformità mal-Artikolu 3(2a)iii

    Karatteristiċi demografiċi

    Karatteristiċi ekonomiċi/ta’ stratifikazzjoni

    Rabtiet ma’ unitajiet u reġistri oħra

    Anness IV

    Emendi fir-Regolament (KE) Nru 184/2005

    Fl-Anness I, it-Tabella 3 tinbidel b’dan li ġej:

    Tabella 3

    Kummerċ internazzjonali fis-servizzi – l-elementi tal-kontabbiltà

    Skadenza: T + 9 xhur

    Perjodiċità: Annwali

    L-ewwel perjodu ta’ referenza: 2013

    Kreditu

    Debitu

    Bilanċ

    Kumpens tal-impjegati

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Trasferimenti personali

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Ħlasijiet lill-impjegati

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    SERVIZZI

    Ġeo 6

    Ġeo 6

    Ġeo 6

    Ivvjaġġar

    Ivvjaġġar tan-negozju

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Geo 5

    Akkwist ta’ oġġetti u servizzi minn ħaddiema transfruntiera, staġonali u oħrajn li jaħdmu għal perjodu qasir

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Geo 5

    Ivvjaġġar ieħor tan-negozju

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Geo 5

    Ivvjaġġar personali

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Geo 5

    Nefqa relatata mas-saħħa

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Geo 5

    Nefqa relatata mal-edukazzjoni

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Geo 5

    Ivvjaġġar personali ieħor

    Ġeo 5

    Ġeo 5

    Geo 5

    Servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM)

    Ġeo 3

    Ġeo 3

    Ġeo 3

    Top